This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02013R1379-20200425
Regulation (EU) No 1379/2013 of the European Parliament and of the Council of 11 December 2013 on the common organisation of the markets in fishery and aquaculture products, amending Council Regulations (EC) No 1184/2006 and (EC) No 1224/2009 and repealing Council Regulation (EC) No 104/2000
Consolidated text: Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000
Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000
02013R1379 — MT — 25.04.2020 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 1379/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 354 28.12.2013, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1385/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 |
L 354 |
86 |
28.12.2013 |
|
REGOLAMENT (UE) 2015/812 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Mejju 2015 |
L 133 |
1 |
29.5.2015 |
|
REGOLAMENT (UE) 2020/560 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta' April 2020 |
L 130 |
11 |
24.4.2020 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1379/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Diċembru 2013
dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
1. B'dan hija stabbilita organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (OKS).
2. L-OKS għandha tikkonsisti mill-istrumenti li ġejjin:
organizzazzjonijiet professjonali;
standards ta' kummerċjalizzazzjoni;
informazzjoni għall-konsumatur;
regoli dwar il-kompetizzjoni;
intelligence dwar is-suq.
3. L-OKS għandha tkun supplimentata, fir-rigward tal-aspetti esterni, mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1220/2012 ( 1 ) u mir-Regolament (UE) Nru 1026/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).
4. L-implimentazzjoni tal-OKS għandha tkun eliġibbli li tirċievi appoġġ finanzjarju tal-Unjoni b'konformità ma' att legali futur tal-Unjoni li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal appoġġ finanzjarju għall-politika marittima u tas-sajd għall-perjodu 2014 - 2020.
Artikolu 2
Ambitu
L-OKS għandhom japplikaw għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, li huma kkummerċjalizzati fl-Unjoni.
Artikolu 3
Għanijiet
L-għanijiet tal-OKS huma dawk stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
Artikolu 4
Prinċipji
L-organizzazzjoni komuni tas-swieq għandha tipproċedi fuq il-prinċipji ta' governanza tajba stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 5
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1380/2013 kif ukoll dawk imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ( 4 ), fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 ( 6 ), u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ). Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
'prodotti tas-sajd' tfisser organiżmi akwatiċi li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tas-sajd jew prodotti li ġejjin minnhom, kif elenkati fl-Anness I;
'prodotti tal-akkwakultura' tfisser organiżmi akwatiċi, fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tal-akkwakultura jew prodotti li ġejjin minnhom, kif elenkati fl-Anness I;
'produttur' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża mezzi ta' produzzjoni biex tipproduċi prodotti ta' sajd jew akkwakultura bl-intenzjoni li tqiegħdhom fis-suq;
'settur tas-sajd u tal-akkwakultura' tfisser dak is-settur tal-ekonomija li jinkludi l-attivitajiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;
'isir disponibbli fis-suq' tfisser kwalunkwe provvista ta' prodott tas-sajd jew tal-akkwakultura għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;
'tqegħid fis-suq' tfisser l-ewwel darba li prodott tas-sajd jew tal-akkwakultura jsir disponibbli fis-suq tal-Unjoni;
'bejgħ bl-imnut' tfisser it-trattament u/jew l-ipproċessar ta' ikel u l-ħażna tiegħu fil-punt tal-bejgħ jew twassil lill-konsumatur finali, inklużi stazzjonijiet ta' distribuzzjoni, operazzjonijiet ta' catering, canteens ta' fabbriki, catering istituzzjonali, ristoranti u operazzjonijiet simili ta' servizzi tal-ikel, ħwienet, ċentri ta' tqassim ta' supermarkets u ħwienet li jbiegħu bl-ingrossa;
'prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura ppakkjat bil-lest' tfisser prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jkunu 'ikel ippakkjat bil-lest' imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1169/2011.
KAPITOLU II
ORGANIZZAZZJONIJIET PROFESSJONALI
TAQSIMA I
Stabbiliment, għanijiet u miżuri
Artikolu 6
Stabbiliment ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd u organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura
1. L-organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd u l-organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura (“organizzazzjonijiet tal-produtturi”) jistgħu jiġu stabbiliti fuq l-inizjattiva tal-produtturi ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura, fi Stat Membru wieħed jew aktar u li huma rikonoxxuti skont it-Taqsima II.
2. Fejn rilevanti, għandu jittieħed kont tas-sitwazzjoni speċifika ta' produtturi fuq skala żgħira meta jiġu stabbiliti organizzazzjonijiet ta' produtturi,
3. Organizzazzjoni ta' produtturi li tkun rappreżentattiva kemm ta' attivitajiet tas-sajd kif ukoll tas-settur tal-akkwakultura tista' tiġi stabbilita bħala organizzazzjoni konġunta tal-produtturi tas-sajd u tal-akkwakultura.
Artikolu 7
L-għanijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi
1. L-organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd għandhom jaħdmu għall-għanijiet li ġejjin:
jippromwovu attivitajiet vijabbli u sostenibbli tas-sajd tal-membri tagħhom, b'konformità sħiħa mal-politika ta' konservazzjoni kif stipulata, b'mod partikolari, fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u fil-liġi dwar l-ambjent, filwaqt li jirrispettaw il-politika soċjali u, fejn l-Istat Membru kkonċernat jipprovdi f'dan is-sens, jipparteċipaw fil-ġestjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;
jevitaw u jnaqqsu kemm jista' jkun qabdiet inċidentali ta' stokkijiet kummerċjali u fejn meħtieġ, jagħmlu l-aħjar użu minn qabdiet bħal dawn, mingħajr ma jinħoloq suq għal dawk li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza tal-konservazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
jikkontribwixxu għat-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd u jtejbu l-aċċess għal informazzjoni ċara u komprensiva għall-konsumaturi;
jikkontribwixxu għall-eliminazzjoni ta' sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat.
2. L-organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd għandhom jaħdmu għall-għanijiet li ġejjin:
jippromwovu attivitajiet sostenibbli tal-akkwakultura tal-membri tagħhom billi jipprovdu opportunitajiet għall-iżvilupp tagħhom b'konformità sħiħa ma', b'mod partikolari, ir-Regolament Nru 1380/2013 u mal-liġi tal-ambjent, filwaqt li jirrispettaw il-politika soċjali;
jaċċertaw li l-attivitajiet tal-membri tagħhom huma konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
jaħdmu biex jiżguraw li prodotti tal-ikel mill-akkwakultura li joriġinaw mis-sajd jiġu minn sajd li jkun ġestit b’mod sostenibbli.
3. L-organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom jaħdmu, addizzjonalment għall-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, għal tnejn jew aktar mill-għanijiet li ġejjin:
itejbu l-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura tal-membri tagħhom;
itejbu l-qligħ ekonomiku;
jistabbilizzaw is-swieq;
jikkontribwixxu għall-provvista tal-ikel u jippromwovu standards għoljin tal-kwalità u tas-sikurezza alimentari, filwaqt li jikkontribwixxu għall-impjieg f'żoni kostali u rurali.
inaqqsu l-impatt ambjentali tas-sajd, inkluż permezz ta' miżuri li jtejbu s-selettività ta' tagħmir tas-sajd.
4. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jaħdmu sabiex jiksbu għanijiet komplementari oħrajn.
Artikolu 8
Miżuri li jistgħu jittieħdu minn organizzazzjonijiet ta' produtturi
1. Sabiex jiksbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 7, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu, inter alia, jużaw il-miżuri li ġejjin:
jaġġustaw il-produzzjoni għall-bżonnijiet tas-suq;
jidderieġu l-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħhom;
jippromwovu l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura tal-Unjoni tal-membri tagħhom b'mod mhux diskriminatorju bl-użu, pereżempju, ta' ċertifikazzjoni, u partikolarment denominazzjonijiet tal-oriġini, siġilli ta' kwalità, indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, u merti ta' sostenibbiltà;
jikkontrollaw u jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-attivitajiet tal-membri tagħhom ikun konformi mar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernati;
jippromwovu taħriġ vokazzjonali u programmi ta' kooperazzjoni biex iħeġġu liż-żgħażagħ jidħlu fis-settur;
inaqqsu l-impatt ambjentali tas-sajd, inkluż permezz ta' miżuri li jtejbu s-selettività ta' tagħmir tas-sajd;
jippromwovu l-użu ta' teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni biex itejbu l-kummerċjalizzazzjoni u l-prezzijiet;
jiffaċilitaw l-aċċess tal-konsumatur għall-informazzjoni dwar il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.
2. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sajd jistgħu jagħmlu użu wkoll mill-miżuri li ġejjin:
jiġu ppjanati u ġestiti kollettivament l-attivitajiet tas-sajd tal-membri tagħhom, soġġett għall-organizzazzjoni, mill-Istati Membri tal-ġestjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, inklużi żvilupp u implimentazzjoni ta' miżuri biex tittejjeb is-selettività tal-attivitajiet tas-sajd u tingħata konsulenza lill-awtoritajiet kompetenti;
jiġu evitati u mminimizzati l-qabdiet inċidentali permezz tal-involviment fl-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' miżuri tekniċi, u jsir l-aħjar użu minn qabdiet inċidentali ta' stokkijiet kummerċjali mingħajr ma jinħoloq suq għal dawk il-qabdiet li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza tal-konservazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 15(11) tar-Regolament Nru 1380/2013 u l-Artikolu 34(2) ta' dan ir-Regolament, skont il-każ;
jiġi ġestit il-ħżin temporanju ta' prodotti tas-sajd skont l-Artikoli 30 u 31 ta' dan ir-Regolament.
3. L-organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura jistgħu wkoll jagħmlu użu mill-miżuri li ġejjin:
jippromwovu attivitajiet akkwakulturali sostenibbli, notevolment f'termini ta' ħarsien ambjentali, saħħa u trattament xieraq tal-annimali;
jiġbru informazzjoni dwar il-prodotti kkumerċjalizzati, inkluża informazzjoni ekonomika dwar l-ewwel bejgħ, u dwar it-tbassir tal-produzzjoni;
jiġbru informazzjoni ambjentali;
jippjanaw il-ġestjoni tal-attivitajiet tal-akkwakultura tal-membri tagħhom;
jappoġġaw programmi għal professjonisti biex jippromwovu prodotti ta' akkwakultura sostenibbli;
jiġġestixxu l-ħżin temporanju ta' prodotti tal-akkwakultura skont l-Artikoli 30 u 31 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Stabbiliment ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi
1. Assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tista' tiġi stabbilita fuq l-inizjattiva ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti fi Stat Membru wieħed jew aktar.
2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament applikabbi għal organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom japplikaw ukoll għal assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi ħlief jekk stipulat mod ieħor.
Artikolu 10
Għanijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi
1. L-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom jaħdmu għall-għanijiet li ġejjin:
it-twettiq b'mod iktar effiċjenti u sostenibbli, kwalunkwe wieħed jew aktar mill-għanijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri stipulati fl-Artikolu 7;
jikkoordinaw u jiżviluppaw attivitajiet ta' interess komuni għall-organizzazzjonijiet ta' produtturi membri.
2. L-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju b'konformità ma' att legali futur tal-Unjoni li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal appoġġ finanzjarju għall-politika marittima u tas-sajd għall-perjodu 2014 - 2020.
Artikolu 11
Stabbiliment ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali
Jistgħu jiġu stabbiliti organizzazzjonijiet interprofessjonali fuq l-inizjattiva ta' operaturi ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fi Stat Membru wieħed jew aktar u li tkun rikonoxxuta skont it-Taqsima II.
Artikolu 12
Għanijiet ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali
L-organizzazzjonijiet interprofessjonali għandhom itejbu l-koordinazjoni, u l-kondizzjonijiet, biex jagħmlu l-prodotti ta' sajd u akkwakultura disponibbli fis-suq tal-Unjoni.
Artikolu 13
Miżuri li jittieħdu minn organizzazzjonijiet interprofessjonali
Sabiex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 12, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu jużaw il-miżuri li ġejjin:
it-tfassil ta’ kuntratti standard li huma kompatibbli mal-legislazzjoni tal-Unjoni;
il-promozzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura tal-Unjoni b'mod mhux diskriminatorju permezz, pereżempju, tal-użu ta' ċertifikazzjoni, u partikularment denominazzjonijiet tal-oriġini, siġilli ta' kwalità, indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, u merti ta' sostenibbiltà;
il-provvediment ta' regoli dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li huma iktar stretti minn dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni;
it-titjib fil-kwalità, konoxxenza u trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, kif ukoll it-twettiq ta' attivitajiet ta' taħriġ professjonali u vokazzjonali, pereżempju dwar kwistjonijiet ta' kwalità u traċċabbiltà, dwar is-sikurezza alimentari u biex jiġu mħeġġa inizjattivi ta' riċerka.
it-twettiq ta' riċerka u studji tas-suq, u l-iżvilupp ta' tekniki li jwasslu għall-aqwa livell tal-operat tas-suq, inkluż permezz tal-użu tal-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni, kif ukoll il-ġbir ta' data soċjo-ekonomika;
l-għoti ta' informazzjoni u t-twettiq ta' riċerka meħtieġa biex twassal għal provvisti sostenibbli bi kwantità, kwalità u prezz korrispondenti għall-ħtiġijiet tas-suq u l-aspettattivi tal-konsumatur;
il-promozzjoni, fost il-konsumaturi, ta' speċijiet miksuba mill-istokkijiet tal-ħut li jkunu fi stat sostenibbli, li jkollhom valur nutrittiv apprezzabbli u li ma jkunux ikkunsmati fuq firxa wiesgħa;
il-kontroll u t-teħid ta' miżuri biex l-attivitajiet tal-membri tagħhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernati.
TAQSIMA II
Rikonoxximent
Artikolu 14
Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi l-gruppi kollha stabbiliti fuq l-inizjattiva ta' produtturi tas-sajd jew tal-akkwakultura li japplikaw għal tali rikonoxximent, sakemm:
ikunu konformi mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 17 u mar-regoli adottati għall-applikazzjoni tagħhom;
ikunu ekonomikament attivi b'mod suffiċjenti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jew parti minnu, partikolarment fir-rigward tal-għadd ta' membri jew tal-volum ta' produzzjoni kummerċjabbli;
ikollhom personalità ġuridika taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, ikunu stabbiliti hemmhekk u jkollhom il-kwartieri ġenerali uffiċjali tagħhom fit-territorju tiegħu;
ikunu kapaċi jsegwu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 7;
jikkonformaw mar-regoli tal-kompetizzjoni msemmijin fil-Kapitolu V;
ma jabbużawx pożizzjoni dominanti f’suq partikolari; u
jipprovdu dettalji rilevanti tas-sħubija, governanza u sorsi ta' finanzjament tagħhom.
2. L-organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti qabel 29 ta’ Diċembru 2013, għandhom jiġu meqjusa bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għall-obbligu tagħhom li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 15
Appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal- produtturi
Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura maħsuba għall-ħolqien jew ir-ristrutturar ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jistgħu jkunu appoġġati finanzjarjament b'konformità ma' att legali futur tal-Unjoni li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal appoġġ finanzjarju għall-politika marittima u tas-sajd għall-perjodu 2014 - 2020.
Artikolu 16
Rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali
1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali gruppi ta' operaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom li japplikaw għal tali rikonoxximent sakemm huma:
jkunu konformi mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 17 u mar-regoli adottati għall-applikazzjoni tagħhom;
jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-attività ta' produzzjoni u ta' attivitajiet ta' pproċessar jew ta' kummerċjalizzazzjoni, jew it-tnejn li huma, fir-rigward ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura jew prodotti pproċesstati minn prodotti tas-sajd u l-akkwakultra;
ma jkunux huma stess impenjati f'attivitajiet ta' produzzjoni, ipproċessar jew kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura jew ta' prodotti pproċessati minn prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;
ikollhom personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membri, ikunu stabbiliti hemmhekk u jkollhom il-kwartieri ġenerali uffiċjali tagħhom fit-territorju tiegħu;
jistgħu jaħdmu għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 12;
jikkunsidraw l-interess tal-konsumaturi;
ma jfixklux il-funzjonament tajjeb tal-OKS; u
jikkonformaw mar-regoli ta' kompetizzjoni msemmija fil-Kapitolu V.
2. Organizzazzjonijiet stabbiliti qabel 29 ta’ Diċembru 2013 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun sodisfatt li dawn huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali.
3. L-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti 29 ta’ Diċembru 2013 qabel għandhom jiġu meqjusa bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, u li jkunu marbuta bid-dispożizzjonijiet tiegħu.
Artikolu 17
Il-funzjonament intern ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali
Il-funzjonament intern ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali msemmija fl-Artikoli 14 u 16 għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:
konformità mill-membri tagħha mar-regoli adottati mill-organizzazzjoni f'termini ta' sfruttament, produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni tas-sajd;
non-diskriminazzjoni fost il-membri, partikolarment fuq bażi ta' nazzjonalità jew il-post ta' stabbiliment;
l-intaxxar ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-membri tagħha sabiex jiffinanzjaw l-organizzazzjoni;
funzjonament demokratiku li jippermetti lill-membri li jiskrutinizzaw l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha;
l-impożizzjoni ta' penalitajiet effettivi, dissważivi u proporzjonali għall-ksur ta' obbligi stipulati fir-regoli interni tal-organizzazzjoni kkonċernata, partikolarment fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji;
id-definizzjoni ta' regoli dwar l-ammissjoni ta' membri ġodda u dwar l-irtirar minn membri;
id-definizzjoni tar-regoli ta' kontabbiltà u baġitarji meħtieġa għat-tmexxija tal-organizzazzjoni.
Artikolu 18
Verifiki u rtirar tar-rikonoxximenti mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu verifiki f'intervalli regolari biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati fl-Artikoli 14 u 16 rispettivament. Il-konstatazzjoni ta' nonkonformità tista’ tirriżulta fl-irtirar ta’ rikonoxximent.
2. L-Istat Membru li jospita l-kwartieri ġenerali uffiċjali ta' organizzazzjoni ta' produtturi jew organizzazzjoni interprofessjonali li jkollu membri minn Stat Membri differenti, jew ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuta fi Stati Membri differenti, għandu jistabbilixxi l-kooperazzjoni ammistrattiva meħtieġa biex jitwettqu l-verifiki fuq l-attivitajiet tal-organizzazzjoni jew tal-assoċjazzjoni kkonċernata f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.
Artikolu 19
Allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd
Meta twettaq il-kompiti tagħha, organizzazzjoni tal-produtturi li l-membri tagħha jkunu ċittadini ta' Stati Membri differenti jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuta fi Stati Membri differenti għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1380/2013.
Artikolu 20
Verifiki mill-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel verifiki u għandha, meta jkun xieraq, titlob li l-Istati Membri jirtiraw ir-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjonijiet minn diversi oqsma, sabiex tiżgura konformità mal-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali stipulati fl-Artikoli 14 u 16.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni b'mezzi elettroniċi kwalunkwe deċiżjoni biex jingħata jew jiġi rtirat ir-rikonoxximent. Il-Kummissjoni għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli kollha għall-pubbliku.
Artikolu 21
Atti ta' implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar:
l-iskadenzi ta' żmien u l-proċeduri u l-għamla ta' applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali skont l-Artikoli 14 u 16 rispettivament jew għall-irtirar ta' tali rikonoxximent skont l-Artikolu 18;
il-format, l-iskadenzi taż-żmien u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni biex jingħata jew jiġi rtirat ir-rikonoxximent skont l-Artikolu 20(2).
L-atti ta' implimentazzjoni adottati taħt il-punt (a) għandhom, fejn ikun il-każ, jiġu adattati għall-karatteristiċi speċjali tas-sajd u tal-akwakultura li jkunu fuq skala żgħira.
2. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).
TAQSIMA III
Estensjoni tar-regoli
Artikolu 22
Estensjoni tar-regoli ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi
1. Stat Membru jista' jagħmel vinkolanti r-regoli miftiehma f'organizzazzjoni tal-produtturi għal produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni u li jbiegħu kwalunkwe prodott fiż-żona li fiha l-organizzazzjoni tal-produtturi hija rrapreżentata, sakemm:
l-organizzazzjoni ta' produtturi tkun ilha stabbilita għal perijodu ta' mhux anqas minn sena u hija kkunsidrata li tirrappreżenta l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, inklużi, fejn rilevanti, is-setturi ta' skala żgħira u artiġjanali, fi Stat Membru wieħed u tressaq applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;
ir-regoli li jiġu estiżi jikkonċernaw kwalunkwe miżura għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi stabbilita fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 8(1), fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 8(2) u fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 8(3);
ikun hemm konformità mar-regoli dwar il-kompetizzjoni msemmija fil-Kapitolu V.
2. Għall-finijiet tal- punt (a) tal-paragrafu 1, organizzazzjoni tal-produtturi tas-sajd titqies bħala rappreżentattiva meta tkun responsabbli għal mill-anqas 55 % tal-kwantitajiet ikkummerċjalizzati tal-prodott rilevanti matul is-sena ta' qabel fiż-żona li fiha jkun propost li jiġu estiżi r-regoli.
3. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 organizzazzjoni tal-produtturi tal-akkwakultura titqies bħala rappreżentattiva meta tkun responsabbli għal mill-anqas 40 % tal-kwantitajiet ikkummerċjalizzati tal-prodott rilevanti matul is-sena ta' qabel fiż-żona li fiha jkun propost li jiġu estiżi r-regoli.
4. Ir-regoli li se jiġu estiżi għal dawk li mhumiex membri għandhom japplikaw għal perjodu ta' bejn 60 jum u tnax-il xahar.
Artikolu 23
Estensjoni tar-regoli ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali
1. Stat Membru jista' jeżiġi li xi wħud mill-ftehimiet, deċiżjonijiet jew prassi ġenerali miftiehma fi ħdan organizzazzjoni interprofessjonali tkun vinkolanti fiż-żona jew żoni speċifiċi għal operaturi oħra li mhumiex affiljati mal-organizzazzjoni, sakemm:
l-organizzazzjoni interprofessjonali tkopri mill-anqas 65 % ta' kull waħda minn għall-anqas tnejn mill-attivitajiet li ġejjin: produzzjoni, ipproċessar jew kummerċjalizzazzjoni tal-prodott rilevanti matul is-sena ta' qabel fiż-żona jew iż-żoni kkonċernati ta' Stat Membru, u tressaq applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali; u
ir-regoli li jiġu estiżi għal operaturi oħra jikkonċernaw kwalunkwe miżura għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali stipulata fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 13 u ma jikkawżaw l-ebda dannu lil operaturi oħra fl-Istat Membru kkonċernat jew fl-Unjoni.
2. L-estensjoni tar-regoli tista' ssir vinkolanti għal mhux iktar minn tliet snin, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(4).
Artikolu 24
Responsabbiltà
Meta r-regoli jiġu estiżi għal dawk li mhumiex membri skont l-Artikoli 22 u 23, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li dawk li mhumiex membri huma responsabbli għall-organizzazzjoni tal-produtturi jew għall-organizzazzjoni minn diversi oqmsa għall-ekwivalenti tal-kosti kollha, jew ta' parti minnhom, li tħallsu minn membri bħala riżultat tal-applikazzjoni tar-regoli li ġew estiżi għal dawk li mhumiex membri.
Artikolu 25
Awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni
1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar ir-regoli li huma beħsiebhom jagħmlu vinkolanti għall-produtturi jew l-operaturi kollha fiż-żona jew żoni speċifiċi skont l-Artikoli 22 u 23.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza l-estensjoni tar-regoli msemmija fil-paragrafu 1, sakemm:
ikun hemm konformità mad-disposizzjonijiet tal-Artikoli 22 u 23;
hemm konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni msemmija fil-Kapitolu V;
l-estensjoni ma tipperikolax il-kummerċ ħieles; u
m'hemmx theddida għall-kisba tal-għanijiet tal-Artikolu 39 TFUE.
3. Fi żmien xahar mir-riċezzjoni tan-notifika, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li tawtorizza jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni għall-estensjoni tar-regoli u għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan. Meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni fi żmien xahar mir-riċezzjoni tan-notifika, l-estensjoni tar-regoli għandha titqies li ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni.
4. Estensjoni awtorizzata tar-regoli tista' tibqa' tapplika wara li jiskadi l-perijodu inizjali ta' żmien, inkluż bi ftehim taċitu, mingħajr tiġdid espliċitu tal-awtorizzazzjoni, dment li l-Istat Membru kkonċernat jkun innotifika lill-Kummissjoni, tal-anqas xahar qabel ma jiskadi dak il-perijodu inizzjali, bil-perijodu addizzjonali tal-applikazzjoni u l-Kummissjoni tkun awtorizzat dik l-applikazzjoni addizzjonali, jew ma oġġezzjonatx għaliha fi żmien xahar minn meta tkun irċiviet in-notifika bħal din.
Artikolu 26
Irtirar tal-awtorizzazzjoni
Il-Kummissjoni tista' tagħmel verifiki u tista' tirtira l-awtorizzazzjoni ta' estensjoni ta' regoli fil-każ li tistabbilixxi li kwalunkwe rekwiżit għall-awtorizzazzjoni ma jitħarisx. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan l-irtirar.
Artikolu 27
Atti ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw il-format u l-proċedura tan-notifika prevista fl-Artikolu 25(1). Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).
TAQSIMA IV
Ippjanar tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni
Artikolu 28
Pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni
1. Kull organizzazzjoni tal-produtturi għandha tippreżenta pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, għallinqas għall-ispeċijiet kummerċjalizzati ewlenin tagħha lill- awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħha għall-approvazzjoni. Dawn il-pjanijiet ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni għandhom jimmiraw sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 7.
2. Pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni għandu jinkludi:
programm ta' produzzjoni għall-ispeċijiet maqbuda jew mrobbija;
strateġija ta' kummerċjalizzazzjoni biex il-kwantità, l-kwalità u l-preżentazzjoni tal-provvista jaqblu mar-rekwiżiti tas-suq;
miżuri li għandhom jittieħdu mill-organizzazzjoni ta' produtturi sabiex tikkontribbwixxi għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 7;
miżuri speċjali maħsuba bil-quddiem sabiex tiġi aġġustata l-provvista tal-ispeċijiet li regolarment jippreżentaw diffikutajiet għall-kummerċjalizzazzjoni matul is-sena;
pieni applikabbli għal membri li jiksru d-deċiżjonijiet adottati biex jiġi implimentat il-pjan ikkonċernat.
3. L- awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom japprovaw il-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni. Ladarba l-pjan jiġi approvat, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha immedjatament timplimentah.
4. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jirrivedu l-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni u għandhom, f'dak il-każ, jippreżentawh għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
5. L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tipprepara rapport annwali tal-attivitajiet tagħha skont il-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, u għandha tippreżentah lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-approvazzjoni.
6. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jirċievu sostenn finanzjarju għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni b'konformità ma' att legali futur tal-Unjoni li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal appoġġ finanzjarju għall-politika marittima u tas-sajd għall-perjodu 2014 - 2020.
7. L-Istati Membri għandhom jagħmlu verifiki biex jiżguraw li kull organizzazzjoni tal-produtturi twettaq l-obbligi previsti f'dan l-Artikolu. Konstatazzjoni ta' nonkonformità tista’ tirriżulta fl-irtirar ta’ rikonoxximent.
8. F'konformità mal-objettiv stipulat fil-punt (b) tal- Artikolu 7(1), l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jiżguraw, fil-pjani ta' produzzjoni u ta' tqegħid fis-suq li jippreżentaw skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, li l-ħatt ta' organiżmi tal-baħar taħt id-daqs ta' referenza minimu ta' konservazzjoni ma għandux iwassal għall-iżvilupp ta' attivitajiet immirati speċifikament għall-qbid ta' dawk l-organiżmi tal-baħar.
Meta jwettqu l-ispezzjonijiet mitluba mill-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jissodisfaw l-obbligu stipulat fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
Artikolu 29
Atti ta' implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar:
il-format u l-istruttura tal-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 28;
il-proċedura u l-iskadenzi ta' żmien għall-preżentazzjoni mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u għall-approvazzjoni mill-Istati Membri tal-pjanijiet ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28.
2. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).
TAQSIMA V
Stabbilizzazzjoni tas-swieq
Artikolu 30
Mekkaniżmu ta’ ħżin
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-qasam tas-sajd u tal-akkwakultura jistgħu jirċievu appoġġ finanzjarju għall-ħżin tal-prodotti elenkati fl-Anness II jew tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0302 kif elenkati fil-punt (a) tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, sakemm:
jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );
l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu qiegħdu l-prodotti fis-suq iżda ma jkunux sabu min jixtrihom bil-prezz skattatur imsemmi fl-Artikolu 31;
fejn applikabbli, il-prodotti jissodisfaw l-istandards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 33 u jkunu ta’ kwalità adegwata għall-konsum mill-bniedem;
il-prodotti jkunu stabbilizzati jew ipproċessati u maħżuna f’tankijiet jew f’ġaġeġ, billi jiġu ffriżati, jew abbord il-bastimenti jew f’faċilitajiet fuq l-art, billi jiġu mmellħin, billi jiġu mnixxfin, billi jiġu mmarinati jew, fejn rilevanti, billi jiġu mgħollija u ppasturizzati, kemm jekk il-prodotti jkunu mqattgħin fi fletti, imqattgħin f’biċċiet jew, fejn ikun il-każ, b’rashom maqtugħa, u kemm jekk le;
il-prodotti tal-akkwakultura ma jinħażnux ħajjin;
il-prodotti maħżuna jitqiegħdu mill-ġdid fis-suq għall-konsum mill-bniedem fi stadju iktar tard; u
il-prodotti jibqgħu maħżuna għal mill-inqas ħamest ijiem.
Artikolu 31
Prezzijiet li jiskattaw il-mekkaniżmu tal-ħżin
1. Qabel il-bidu ta’ kull sena, kull organizzazzjoni ta' produtturi tista’ tagħmel proposta, b’mod individwali, għal prezz li jiskatta l-mekkaniżmu tal-ħżin imsemmi fl-Artikolu 30 għal prodotti elenkati fl-Anness II jew għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0302 kif elenkati fil-punt (a) tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-prezz skattatur ma għandux jaqbeż it-80 % tal-prezz medju peżat irreġistrat għall-prodott ikkonċernat fiż-żona tal-attività tal-organizzazzjoni tal-produtturi rilevanti matul it-tliet snin li jiġu immedjatament qabel is-sena li għaliha qed jiġi ffissat il-prezz skattatur.
3. Meta jiġi ffissat il-prezz skattatur, għandhom jitqiesu:
ix-xejriet fil-produzzjoni u d-domanda;
l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tas-suq;
il-konverġenza tas-swieq;
l-introjtu tal-produtturi;
l-interessi tal-konsumaturi.
4. L-Istati Membri għandhom, meta jeżaminaw il-proposti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fit-territorju tagħhom, jiddeterminaw il-prezzijiet skattaturi li għandhom jiġu applikati minn dawk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Dawk il-prezzijiet għandhom jiġu ffissati abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Il-prezzijiet għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
5. Fejn Stat Membru ma jkunx stabbilixxa l-prezzijiet skattaturi skont il-paragrafu 4 qabel it-tifqigħa ta’ COVID-19, dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi mingħajr dewmien il-prezzijiet skattaturi kkonċernati abbażi tal-kriterji msemmijin fil-paragrafi 2 u 3. Il-prezzijiet għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Artikolu 32
Atti ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw il-format tal-pubblikazzjoni mill-Istati Membri tal-prezzijiet skattaturi skont l-Artikolu 31(4). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).
KAPITOLU III
L-ISTANDARDS KOMUNI TA' KUMMERĊJALIZZAZZJONI
Artikolu 33
Stabbiliment tal-istandards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47, jistgħu jiġu stabbiliti standards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti tas-sajd li huma elenkati fl-Anness I, irrispettivament mill-oriġini tagħhom (jekk humiex mill-Unjoni jew importati) u li huma maħsuba għal konsum mill-bniedem.
2. Id-drittijiet msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonċernaw il-kwalità, d-daqs, il-piż, l-ippakkjar, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-prodotti, u partikolarment:
id-daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni li jqisu l-aħjar parir xjentifiku disponibbli: dawn id-daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni jikkorrispondu, fejn rilevanti, għad-daqsijiet minimi ta' referenza tal-konservazzjoni, f'komformità mal-Artikolu 15(10) tar-Regolament Nru 1380/2013;
l-ispeċifikazzjonijiet ta' prodotti ppreservati skont ir-rekwiżiti ta' konservazzjoni u l-obbligi internazzjonali.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal:
ir-Regolament (KE) Nru 178/2002;
ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 ( 9 );
ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );
ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 );
ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 );
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 ( 13 ); u
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 34
Konformità mal-istandards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni
1. Il-prodotti maħsuba għal konsum mill-bniedem li għalihom hemm stabbiliti standards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni jistgħu jsiru disponibbli fis-suq tal-Unjoni biss skont dawk l-istandards.
2. Il-prodotti tas-sajd kollha li jinħattu l-art, inklużi dawk li ma jikkonformawx mal-istandards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni, jistgħu jintużaw għal skopijiet differenti mill-konsum dirett mill-bniedem, inkluż bħala ikel tal-ħut, żejt tal-ħut, ikel ta' annimali domestiċi, additivi tal-ikel, farmaċewtiċi jew kosemitiċi.
KAPITOLU IV
INFORMAZZJONI GĦALL-KONSUMATUR
Artikolu 35
Informazzjoni obbligatorja
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura msemmija fil-punti (a), (b), (c), u (e) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni, irrispettivament mill-oriġini jew il-metodu tat-tqegħid fis-suq tagħhom, jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ lill-konsumatur finali jew il-caterer tal-massa biss jekk l-immarkar jew it-tikkettar adatt jindika:
l-indikazzjoni kummerċjali tal-ispeċi u l-isem xjentifiku tagħha;
il-metodu ta' produzzjoni, partikolarment bil-kliem li ġej “…maqbud…” jew “…maqbud f'ilma frisk …” jew “…imrobbi…”;
iż-żona fejn il-prodott inqabad jew trabba, u l-kategorija tal-irkaptu użat fiż-żoni tas-sajd fejn sar il-qbid, kif stabbilit fl-ewwel kolonna tal-Anness III għal dan ir-Regolament;
jekk il-prodott kienx iddifrostjat;
id-data minima ta' kemm iservi, fejn ikun il-każ.
Ir-rekwiżit fil-punt (d) ma għandux japplika għal:
ingredjenti li jinsabu fil-prodott finali;
ikel li l-iffriżar tiegħu huwa pass teknoloġikament neċessarju tal-proċess tal-produzzjoni;
prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li kienu ffriżati qabel għal raġunijiet ta' protezzjoni tas-saħħa, skont l-Anness III, Taqsima VIII, għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
prodott tas-sajd u tal-akkwakultura li ġie iddifrostjati qabel il-proċess tal-affumikazzjoni, tat-tmelliħ, tat-tisjir, tal-preparazzjoni fil-ħall jew fis-salmura, tat-tnixxif jew qabel taħlita ta’ kwalunkwe minn dawk il-proċessi.
2. Għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mhux ippakkjati bil-lest minn qabel, l-informazzjoni obbligatorja elenkata fil-paragrafu 1 tista' tiġi pprovduta għall-bejgħ bl-imnut permezz ta' informazzjoni kummerċjali bħal “bill boards” jew posters.
3. Fejn jiġi offrut għall-bejgħ lill-konsumatur finali jew lill-caterer tal-masses prodott imħallat magħmul mill-istess speċi iżda li jkun ġej minn metodi differenti ta' produzzjoni, għandu jiġi ndikat il-metodu ta' kull lott. Fejn jiġi offrut għall-bejgħ lill-konsumatur finali jew lill-caterer tal-masses prodott imħallat magħmul mill-istess speċi iżda li jkun ġej minn varjetà ta żoni ta' qbid jew ta' pajjiżi ta' trobbija tal-ħut, għandha tiġi dikjarata tal-anqas iż-żona tal-lott l-aktar rappreżentattiv f'termini ta' kwantità, flimkien ma' indikazzjoni li l-prodotti ġejjin ukoll minn żoni differenti ta' qbid jew ta' trobbija tal-ħut.
4. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 kwantitajiet żgħar ta’ prodotti li jinbiegħu direttament mill-bastimenti tas-sajd lill-konsumaturi, dment li dawk ma jeċċedux il-valur imsemmi fl-Artikolu 58(8) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
5. Il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-pakketti tagħhom li ġew ittikkettati jew immarkati qabel it-13 ta' Diċembru 2014 u li ma jikkonformawx ma' dan l-Artikolu jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm dawn l-istokkijiet jkunu ntużaw kollha.
6. Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-prodotti offruti għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur aħħari fil-Majott, bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 TFUE.
Artikolu 36
Rappurtar tal-ekotikkettar
Wara li tkun ikkonsultat mal-Istati Membri u l-partijiet interessati, il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' Jannar 2015, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' fattibbiltà dwar opzjonijiet għal skema ta' ekotikketta għal prodotti tas-sajd u tal-akwakultura, b'mod partikolari dwar l-istabbiliment ta' tali skema bħala skema mifruxa mal-Unjoni kollha u dwar l-iffissar ta' rekwiżiti minimi għall-użu mill-Istati Membri ta' ekotikketta tal-Unjoni.
Artikolu 37
Indikazzjoni kummerċjali
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 35(1), l-Istati Membri għandhom ifasslu u jippubblikaw lista tal-indikazzjonijiet kummerċjali aċċettati fit-territorju tagħhom, flimkien mal-ismijiet xjentifiċi tagħom. Il-lista għandha tindika:
l-isem xjentifiku għal kull speċi, skont is-Sistema ta' Informazzjoni FishBase jew skont id-database tal-ASFIS tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u Agrikoltura (FAO), fejn rilevanti;
l-indikazzjoni kummerċjali:
l-isem tal-ispeċi bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat;
fejn applikabbli, kwalunkwe isem ieħor jew ismijiet oħra li jkunu aċċettati jew permessi lokalment jew reġjonalment.
2. L-ispeċijiet kollha tal-ħut fejn il-ħut jifforma ingredjent ta’ xi ikel ieħor jistgħu jiġu indikati bħala “ħut”, dment li l-isem u l-preżentazzjoni ta’ dak l-ikel ma jirriferix għal speċi speċifika
3. Kull tibdil fil-lista tad-deskrizzjonijiet kummerċjali aċċettata minn Stat Membru għandu jiġi notifikat minnufih lill-Kummissjoni li għandha tavża b'dan lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 38
Indikazzjoni taż-żona tal-qabda jew tal-produzzjoni
1. L-indikazzjoni taż-żona tal-qabda jew tal-produzzjoni skont il-punt (i) tal-Artikolu 35(1) għandha tkun tikkonsisti f'dan li ġej:
fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda fil-baħar, l-isem bil-miktub tas-subżona jew diviżjoni elenkata fiż-żoni tas-sajd tal-FAO kif ukoll l-isem ta' tali żona li tiġi espressa f'termini li huma komprensibbli għall-konsumatur, jew mappa jew grafika li turi dik iż-żona, b'deroga minn dan ir-rekwiżit, għal prodotti tas-sajd maqbuda fl-ilmijiet li mhumiex il-Grigal tal-Atlantiku (Żona tas-Sajd tal-FAO 27) u l-Mediterran u l-Baħar l-Iswed (Żona tas-Sajd tal-FAO 37) l-indikazzjoni tal-isem taż-Żona tas-Sajd tal-FAO:
fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda fl-ilma ħelu, referenza għall-ilmijiet tal-oriġini fl-Istat Membru jew il-pajjiż terz tal-oriġini tal-prodott;
fil-każ ta' prodotti tal-akkwakultura, referenza għall-Istat Membru jew il-pajjiż terz li fih il-prodott laħaq aktar minn nofs il-piż finali tiegħu jew għadda aktar minn nofs il-perijodu ta' trobbija tiegħu jew, fil-każ tal-frott tal-baħar, għadda minn stadju finali ta' trobbija jew kultivazzjoni ta' mhux inqas minn 6 xhur.
2. Barra mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-operaturi jistgħu jindikaw żona ta' qbid jew produzzjoni aktar preċiża.
Artikolu 39
Informazzjoni addizzjonali volontarja
1. Barra mill-informazzjoni obbligatorja meħtieġa skont l-Artikolu 35, l-informazzjoni li ġejja tista' tingħata fuq bażi volontarja, sakemm tkun ċara u mhux ambigwa:
id-data tal-qabda tal-prodotti tas-sajd jew id-data tal-ħsad tal-prodotti tal-akkwakultura;
id-data tal-iżbark tal-prodotti tas-sajd jew informazzjoni dwar il-port fejn il-prodotti ġew żbarkati;
informazzjoni aktar dettaljata dwar it-tip ta' apparat tas-sajd, kif hemm elenkat fit-tieni kolonna tal-Anness III;
fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbudin fil-baħar, dettalji tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li qabad dawk il-prodotti;
informazzjoni ambjentali;
informazzjoni ta' natura etika jew soċjali;
informazzjoni dwar tekniki u prattiki ta' produzzjoni;
informazzjoni dwar il-kontenut nutrizzjonali tal-prodott.
2. Jista' jintuża kodiċi ta' Risposta Rapida (QR, Quick Response) li jiddeskrivi fis-qosor l-informazzjoni kollha, jew parti minnha, elenkata fl-Artikolu 35(1).
3. M'għandhiex tintwera informazzjoni volontarja għad-detriment tal-ispazju disponibbli għall-informazzjoni obbligatorja fuq il-marka jew it-tikketta.
4. M'għandha tkun inkluża ebda informazzjoni volontarja li ma tistax tiġi verifikata.
KAPITOLU V
REGOLI DWAR IL-KOMPETIZZJONI
Artikolu 40
Applikazzjoni ta’ regoli ta’ kompetizzjoni
L-Artikoli 101 sa 106 TFUE u d-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħhom għandhom japplikaw għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki msemmija fl-Artikolu 101(1) u fl-Artikolu 102 TFUE li huma relatati mal-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.
Artikolu 41
Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni
1. Minkejja l-Artikolu 40 ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi li jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, jew l-użu ta' faċilitajiet konġunti għall-ħżin, it-trattament jew l-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, u li
huma meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 39 TFUE; u
ma jimplikaw l-ebda obbligu li jintalbu prezzijiet identiċi;
ma jwasslux għal separazzjoni ta’ kwalunkwe għamla ta’ swieq tal-Unjoni;
ma jeskludux il-kompetizzjoni, u
ma jeliminawx il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti kkonċernati.
2. Minkejja l-Artikolu 40 ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali li
huma meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 39 TFUE;
ma jeżiġu l-ebda obbligu li jiġi applikat prezz fiss;
ma jwasslux għal separazzjoni ta’ kwalunkwe għamla ta’ swieq tal-Unjoni;
ma japplikawx kondizzjonijiet mhux simili għal xulxin għal tranżazzjonijiet ekwivalenti ma' sħab oħra tal-kummerċ, u b'hekk ipoġġuhom fi żvantaġġ kompetittiv;
ma jeliminawx il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti kkonċernati; u
ma jxekklux il-kompetizzjoni b’xi mod li ma jkunx essenzjali biex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS.
KAPITOLU VI
INTELLIGENCE DWAR IS-SUQ
Artikolu 42
Intelligence dwar is-Suq
1. Il-Kummissjoni għandha:
tiġbor, tanalizza u tqassam tagħrif u għarfien ekonomiku tas-suq tal-Unjoni għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura tul il-katina tal-provvista, waqt li tqis il-kuntest internazzjonali;
tipprovdi sostenn prattiku lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali sabiex tikkoordina aħjar l-informazzjoni bejn l-operaturi u l-proċessuri tas-suq.
tistħarreġ il-prezzijiet regolarment għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura tul il-katina tal-provvista tal-Unjoni u tagħmel analiżi tax-xejriet tas-suq;
tagħmel studji ad hoc u tipprovdi metodoloġija għal stħarriġ dwar il-formazzjoni tal-prezzijiet.
2. Sabiex timplimenta l-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu minn dawn il-miżuri:
tiffaċilita l-aċċess għal dejta disponibbli dwar prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura miġbura skont il-liġi tal-Unjoni;
tqiegħed l-informazzjoni dwar is-swieq, bħal stħarriġ dwar il-prezzijiet, analiżi u studji tas-swieq, għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati kollha u għall-pubbliku ġenerali b'mod aċċessibbli u li jinftiehem, soġġett għar-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ).
3. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu biex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI
Artikolu 43
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 44
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1184/2006
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 1
"Dan ir-Regolament jistipula r-regoli li jikkonċernaw l-applikabbiltà tal-Artikoli 101 sa 106 u ċerti dispożizzjonijiet tal-Artikolu 108(1) u (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-produzzjoni jew tal-kummerċ tal-prodotti elenkati fl-Anness I mat-TFUE bl-eċċezzjoni tal-prodotti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 ( *1 ) u r-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 )
Artikolu 45
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1224/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 huwa b'dan emendat kif ġej:
fl-Artikolu 57(1), jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin:
“L-Istati Membri għandhom jagħmlu verifiki biex jiżguraw il-konformità. Il-verifiki jistgħu jsiru fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni u waqt it-trasport.”;
l-Artikolu 58(5) huwa emendat kif ġej:
il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:
l-informazzjoni lill-konsumaturi prevista mill-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 );
il-punt (h) huwa mħassar.
Artikolu 46
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 huwa b'dan imħassar. Madankollu, l-Artikolu 4 għandu japplika sat- 12 ta' Diċembru 2014.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness III.
Artikolu 47
Regoli li jistabbilixxu standards komuni tat-tqegħid fis-suq
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, ir-regoli li jistabbilixxu standards komuni tat-tqegħid fis-suq, b'mod partikolari dawk stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 ( 15 ), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 ( 16 ), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 ( 17 ), kif ukoll regoli oħra adottati għall-applikazzjoni ta' standards komuni tat-tqegħid fis-suq, bħal dawk stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3703/85 ( 18 ), għandhom jibqgħu japplikaw.
2. Fejn id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni jkunu stabbiliti, għandhom jikkostitwixxu d-daqsijiet minimi għat-tqegħid fis-suq.
Artikolu 48
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolalment sal-31 ta' Diċembru 2022.
Artikolu 49
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014, bl-eċċezzjoni tal- Kapitolu IV u l-Artikolu 45 li għandhom japplikaw mit- 13 ta' Diċembru 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
PRODOTTI TAS-SAJD U TAL-AKKWAKULTURA KOPERTI MILL-OKS
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
|
(a) |
0301 |
Ħut ħaj |
0302 |
Ħut, frisk jew imkessaħ, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' titlu 0304 |
|
0303 |
Ħut, friżat, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut ta’ titlu 0304 |
|
0304 |
Qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut (kapuljat jew mhuwiex), frisk, imkessaħ jew friżat |
|
(b) |
0305 |
Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut affumikat, kemm jekk imsajjar jew le qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; dqiq; pasti u gerbub ta’ ħut, tajbin għal konsum uman |
(c) |
0306 |
Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub ta’ krustaċji, tajbin għal konsum uman |
0307 |
Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; invertebrati akwatiċi għajr krustaċji u molluski, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub ta’ invertebrati akwatiċi għajr krustaċji, tajbin għal konsum uman |
|
(d) |
|
Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; annimali mejtin ta’ Kapitlu 1 jew 3, mhux tajbin għall-konsum uman: |
– Oħrajn |
||
– – Prodotti ta’ ħut jew krustaċej, molluski u invertebrati akwatiċi oħrajn; annimali mejtin ta’ Kapitlu 3: |
||
0511 91 10 |
– – – Skart tal-ħut |
|
0511 91 90 |
– – Oħrajn |
|
(e) |
1212 20 00 |
– Alka tal-baħar u alki oħrajn |
(f) |
|
Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew mammiferi tal-baħar, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament: |
1504 10 |
– Żjut tal-fwied tal-ħut u l-frazzjonijiet tagħhom |
|
1504 20 |
– Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, tal-ħut, ħlief żjut tal-fwied |
|
(g) |
1603 00 |
Estratti u sugu ta’ laħam, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn |
(h) |
1604 |
Ħut preparat jew preservat; kavjar jew sostituti tal-kavjar imħejjija minn bajd tal-ħut |
(i) |
1605 |
Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, preparati jew preservati |
(j) |
|
Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, njokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le |
1902 20 |
– Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le: |
|
1902 20 10 |
– – Li fih iktar minn 20 % tal-piż ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn |
|
(k) |
|
Dqiq, smida u gerbub, tal-laħam jew tal-fdalijiet tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċei, molluski jew invertebri akwatiċi oħra, li mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem: |
2301 20 00 |
– Dqiq, pasta u gerbub, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn |
|
(l) |
|
Preparazzjonijiet ta’ tip użati għall-għalf tal-annimali |
2309 90 |
– Oħrajn: |
|
ex 2309 90 10 |
– – Materjali li jinħallu ta’ ħut |
ANNESS II
PRODOTTI TAS-SAJD SOĠĠETTI GĦALL -MEKKANIŻMU TA' ĦŻIN
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
0302 22 00 |
Barbun tat-tbajja’ (Pleonectes platessa) |
ex 0302 29 90 |
Dab (Limanda limanda) |
0302 29 10 |
Megrim (Lepidorhombus spp.) |
ex 0302 29 90 |
Barbun (Platichthys flesus) |
0302 31 10 kif ukoll 0302 31 90 |
Alonga jew tonn tal-ġwienaħ twal (Thunnus alalunga) |
ex 0302 40 |
Arringa tal-ispeċi Clupea harengus |
0302 50 10 |
Merluzz tal-ispeċi Gadus morhua |
0302 61 10 |
Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus |
ex 0302 61 80 |
Laċċa kaħla (sprattus sprattus) |
0302 62 00 |
Bakkaljaw miż-żgħir (Melanogrammus aeglefinus) |
0302 63 00 |
Pollakju (saithe) (Pollachius virens) |
ex 0302 64 |
Kavalli tal-ispeċijiet Scomber scombrus u Scomber japonicus |
0302 65 20 kif ukoll 0302 65 50 |
Mazzola (Squalus acanthias u Scyliorhinus spp) |
0302 69 31 kif ukoll 0302 69 33 |
Ħut aħmar (Sebastes spp.) |
0302 69 41 |
Merlangu (Merlangius merlangus) |
0302 69 45 |
Lipp (Molva spp.) |
0302 69 55 |
Inċova (Engraulis spp.) |
ex 0302 69 68 |
Marlozz tal-ispeċi Merluccius merluccius |
0302 69 81 |
Xkatlu komuni (Lophius spp.) |
ex 0302 69 99 |
Lampuka (Coryphaena hippurus) |
ex 0307 41 10 |
Siċċ (Sepia officinalis u Rossia macrosoma) |
ex 0306 23 10 ex 0306 23 31 ex 0306 23 39 |
Gambli tal-ispeċi Crangon crangon u gambli tal-fond (Pandalus borealis) |
0302 23 00 |
Lingwata (Solea spp.) |
0306 24 30 |
Granċijiet li jittieklu (Cancer pagurus) |
0306 29 30 |
Ksampu (Nephrops norvegicus) |
0303 31 10 |
Ħalibatt miż-żgħir jew tal-Groenlandja (Reinhardtius hipoglossoides) |
0303 78 11 0303 78 12 0303 78 13 0303 78 19 kif ukoll 0304 29 55 0304 29 56 0304 29 58 |
Marlozz tal-ġeneru Merluccius |
0303 79 71 |
Denċi (Dentex dentex u Pagellus spp.) |
0303 61 00 0304 21 00 0304 91 00 |
Pixxispad (Xiphias Gladius) |
0306 13 40 0306 13 50 ex 0306 13 80 |
Gambli tal-familja Penaeidae |
0307 49 18 0307 49 01 |
Siċċ tal-ispeċijiet Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti |
0307 49 31 0307 49 33 0307 49 35 kif ukoll 0307 49 38 |
Klamari (Loligo spp.) |
0307 49 51 |
Klamari (Ommastrephes sagittatus) |
0307 59 10 |
Qarnit (Octopus spp.) |
0307 99 11 |
Illex spp. |
0303 41 10 |
Alonga jew tonn tal-ġwienaħ twal (Thunnus alalunga) |
0302 32 10 0303 42 12 0303 42 18 0303 42 42 0303 42 48 |
Tonna safra(Thunnus albacares) |
0302 33 10 0303 43 10 |
Palamit jew plamtu bl-istrixxi fuq iż-żaqq (Katsuwomus pelamis) |
0303 45 10 |
Tonn (Thunnus thynnus) |
0302 39 10 0302 69 21 0303 49 30 0303 79 20 |
Speċijiet oħra tal-ġeneri Thunnus u Euthynnus |
ex 0302 29 90 |
Il-lingwata lemon sole (Microstomus kitt) |
0302 35 10 kif ukoll 0302 35 90 |
Tonn tax-xewka kaħla (Thunnus thynnus) |
ex 0302 69 51 |
Pollakkju (Pollachius pollachius) |
0302 69 75 |
Pixxiluna (Brama spp.) |
ex 0302 69 82 |
Stokkafixx (Micromesistius poutassou) |
ex 0302 69 99 |
Pout (Trisopterus luscus) u mankana (Trisopterus minutus) |
ex 0302 69 99 |
Vopi (Boops boops) |
ex 0302 69 99 |
Arżnell (Spicara smaris) |
ex 0302 69 99 |
Gringu (Conger conger) |
ex 0302 69 99 |
Gallina (Trigla spp.) |
ex 0302 69 91 ex 0302 69 99 |
Sawrell (Trachurus spp.) |
ex 0302 69 99 |
Mulett (Mugil spp.) |
ex 0302 69 99 kif ukoll ex 0304 19 99 |
Rebekkin skur (Raja spp.) |
ex 0302 69 99 |
Xabla (Lepidopus caudatus u Aphanopus carbo) |
ex 0307 21 00 |
Moxt il-baħar komuni (Pecten maximus) |
ex 0307 91 00 |
Bronja komuni (Buccinum undatum) |
ex 0302 69 99 |
Trilja tal-faxxi jew bla faxxi (Mullus surmuletus, Mullus barbatus) |
ex 0302 69 99 |
Tannuta (Spondyliosoma cantharus) |
ANNESS III
INFORMAZZJONI DWAR IT-TAGĦMIR TAS-SAJD
Informazzjoni obbligatorja dwar il-kategorija ta' tagħmir tas-sajd |
Informazzjoni aktar dettaljata u kodiċijiet korrispondenti, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 (1) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (2) |
|
Tartaruni |
Tartaruni tal-ixtut |
SB |
Tartaruni Daniżi |
SDN |
|
Tartaruni Skoċċiżi |
SSC |
|
Tartaruni bil-par |
SPR |
|
Xbieki tat-tkarkir |
Xbieki tat-tkarkir bit-travu (Beam trawls) |
TBB |
Xbieki tal-qiegħ tas-sufrun |
OTB |
|
Xbieki tal-qiegħ bil-par |
PTB |
|
Xbieki tas-sufrun għal nofs l-ilma |
OTM |
|
Xbieki tal-qiegħ pelaġiku |
PTM |
|
Xbieki tas-sufrun tewmi |
OTT |
|
Xbieki tal-garġi u xbieki simili |
Xbieki tal-garġi fissi (ankrati) |
GNS |
Xbieki tal-mitlaq |
GND |
|
Xbieki tal-mitlaq li jdawru |
GNC |
|
Pariti |
GTR |
|
Partiti u xbieki tal-mitlaq ikkombinati |
GTN |
|
Xbieki tat-tidwir u xbieki tal-irfigħ |
Tartarun idur |
PS |
Xbieki tal-lampara |
LA |
|
Xbieki tal-irfigħ operati minn dgħajjes |
LNB |
|
Xbieki tal-irfigħ stazzjonarji operati mix-xatt |
LNS |
|
Snanar u lenzi |
Xolfa tal-idejn u xolfa tal-qasba (operata bl-idejn) |
LHP |
Xolfa tal-idejn u xolfa tal-qasba (mekkanizzati) |
LHM |
|
Lenzi twal fissi |
LLS |
|
Lenzi twal (mitluqa mal-kurrent) |
LLD |
|
Lenzi għas-sajd bir-rixa |
LTL |
|
Dragi |
Dragi bid-dgħajsa |
DRB |
Dragi tal-idejn li jintużaw fuq bastiment |
DRH |
|
Dragi mekkanizzati inklużi dragi bl-aspirazzjoni |
HMD |
|
Kontenituri (pots) u nases |
Kontenituri (nases) |
FPO |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25). (2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1). |
ANNESS IV
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikoli 1 sa 5 |
Artikoli 2 u 3 |
Artikoli 33, 34 |
Artikolu 4 |
Artikoli 35 sa 39 |
Artikolu 5(1) |
Artikoli 6, 7, 8 |
Artikoli 5(2), 5(3), 5(4) u Artikolu 6 |
Artikoli 14, 18 sa 21 |
Artikolu 7 |
Artikoli 22 u 24 sa 27 |
Artikolu 8 |
— |
Artikoli 9 sa 12 |
Artikoli 28, 29 |
Artikolu 13 |
Artikoli 11, 12, 13, 16, 18, 20 u 21 |
Artikolu 14 |
Artikolu 41(2) |
Artikolu 15 |
Artikolu 23 |
Artikolu 16 |
Artikoli 24 sa 27 |
Artikoli 17 sa 27 |
Artikoli 30, 31 u 32 |
Artikolu 33 |
— |
Artikolu 34 |
Artikoli 20(2), 21 u 32 |
Artikolu 35 |
— |
Artikolu 36 |
— |
Artikolu 37 |
Artikolu 43 |
Artikoli 38 u 39 |
Artikolu 43 |
Artikolu 40 |
— |
Artikolu 41 |
Artikolu 48 |
Artikolu 42 |
Artikoli 44, 45 u 46 |
Artikolu 43 |
Artikolu 49 |
— |
Artikolu 40 |
— |
Artikolu 41(1) |
— |
Artikolu 42 |
( 1 ) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1220/2012 tat-3 ta’ Diċembru 2012 dwar miżuri relatati mal-kummerċ sabiex tkun garantita l-provvista ta’ ċerti prodotti tas-sajd lill-proċessuri tal-Unjoni mill-2013 sal-2015, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 104/2000 u (UE) Nru 1344/2011 (ĠU L 349, 19.12.2012, p. 4).
( 2 ) Regolament (UE) Nru 1026/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 34).
( 3 ) Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 354).li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (Ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 4 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
( 5 ) Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
( 6 ) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
( 7 ) Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi ta’ l-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).
( 8 ) Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
( 9 ) Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
( 10 ) Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
( 11 ) Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti ta' oriġini mill-annimali intiżi għall-konsum uman (ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83).
( 12 ) Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
( 13 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
( 14 ) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
( *1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
( *2 ) Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1)”.
( *3 ) Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1”).
( 15 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 tal-21 ta' Ġunju 1989 li jistipula standards komuni tat-tqegħid fis-suq għas-sardin priservat u deskrizzjonijiet tan-negozju għas-sardin priżervat u prodotti tat-tip ta' sardin (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 212, 22.7.1989, p. 79).
( 16 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 tad-9 ta' Ġunju 1992 li jippreskrivi l-istuards ta' marketing komuni għat-tonn u għall-plamtu/tumbrell priservat (ĠU L 163, 17.6.1992, p. 1).
( 17 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 tas-26 ta' Novembru 1996 li jistabbilixxi stuards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti tal-industrija tas-sajd (ĠU L 334, 23.12.1996, p. 1).
( 18 ) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3703/85 tat-23 ta' Diċembru 1985 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' livelli komuni fis-suq għal ċertu ħut frisk u mkessaħ (ĠU L 351, 28.12.1985, p. 63).