EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R1370-20181019

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1370/2018-10-19

02013R1370 — MT — 19.10.2018 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1370/2013

tas-16 ta’ Diċembru 2013

li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli

(ĠU L 346 20.12.2013, p. 12)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/591 tal-15 ta' April 2016

  L 103

3

19.4.2016

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/795 tal-11 ta' April 2016

  L 135

115

24.5.2016

►M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1042 tal-24 ta' Ġunju 2016

  L 170

1

29.6.2016

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/2145 tal-1 ta' Diċembru 2016

  L 333

1

8.12.2016

►M5

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/147 tad-29 ta' Jannar 2018

  L 26

6

31.1.2018

►M6

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1554 tal-15 ta' Ottubru 2018

  L 261

1

18.10.2018


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 130, 19.5.2016, p.  12 (1370/2013)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1370/2013

tas-16 ta’ Diċembru 2013

li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli



Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

▼C1

Dan ir-Regolament jipprovdi għal miżuri dwar l-iffissar ta' prezzijiet, imposti, għajnuna u limitazzjonijiet kwantitattivi marbuta mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

▼M4

Artikolu 1a

Limiti ta' referenza

1.  Il-limiti ta' referenza li ġejjin huma ffissati:

(a) fis-settur taċ-ċereali: EUR 101,31/tunnellata, fl-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa ta' merkanzija li titwassal sal-maħżen, qabel ma tinħatt;

(b) għar-ross fil-fosdqa: EUR 150/tunnellata għall-kwalità standard kif iddefinita fil-punt A tal-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fl-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa ta' merkanzija li titwassal sal-maħżen, qabel ma tinħatt;

(c) għaz-zokkor ta' kwalità standard kif iddefinit fil-punt B tal-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għaz-zokkor mhux ippakkjat li jinħareġ mill-fabrika:

(i) għaz-zokkor abjad: EUR 404,4/tunnellata;

(ii) għaz-zokkor mhux raffinat: EUR 335,2/tunnellata;

(d) għas-settur taċ-ċanga u l-vitella: EUR 2 224 /tunnellata għall-karkassi ta' annimali tal-ifrat maskili tal-klassi ta' konformazzjoni/kisja ta' xaħam R3 kif stabbilit fl-iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-annimali tal-ifrat li jkollhom tmien xhur jew aktar, imsemmija fil-punt A tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(e) għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib:

(i) EUR 246,39 għal kull 100 kg ta' butir;

(ii) EUR 169,80 għal kull 100 kg trab tal-ħalib xkumat;

(f) għal-laħam tal-majjal: EUR 1 509,39 /tunnellata għall-karkassi tal-majjal ta' kwalità standard iddefinita skont il-piż u l-kontenut ta' laħam dgħif kif stabbilit fl-iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal imsemmija fil-punt B tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ġej:

(i) karkassi li jiżnu minn 60 kg sa anqas minn 120 kg: klassi E;

(ii) karkassi li jiżnu minn 120 kg sa 180 kg: klassi R;

(g) għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa

(i) EUR 1 779 t-tunnellata għaż-żejt taż-żebbuġa extra verġni;

(ii) EUR 1 710 t-tunnellata għaż-żejt taż-żebbuġa verġni;

(iii) EUR 1 524 t-tunnellata għaż-żejt taż-żebbuġa lampante b'żewġ gradi ta' aċidità ħielsa; dan l-ammont għandu jitnaqqas b'EUR 36,70 t-tunnellata għal kull grad ta' aċidità fuq iż-żewġ gradi.

2.  Il-limiti ta' referenza previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu analizzati mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqiesu l-kriterji oġġettivi, b'mod partikolari l-iżviluppi fil-produzzjoni, l-ispejjeż tal-produzzjoni (partikolarment l-inputs), u x-xejriet tas-suq. Meta jeħtieġ, il-limiti ta' referenza għandhom jiġu aġġornati skont il-proċedura leġislattiva ordinarja stabbilita fl-Artikolu 43(3) tat-TFUE fid-dawl tal-iżviluppi fil-produzzjoni u fis-swieq.

3.  Ir-referenzi għal-limiti ta' referenza fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

▼M4

Artikolu 2

Il-prezzijiet ta' intervent pubbliku

1.  Il-livell tal-prezz ta' intervent pubbliku:

(a) tal-qamħ komuni, tal-qamħ durum, tax-xgħir, tal-qamħirrum, tar-ross fil-fosdqa u tat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun ugwali għal-limitu ta' referenza rispettiv stabbilit fl-Artikolu 1a fil-każ ta' xiri sfurzat bi prezz fiss, u ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta' referenza rispettiv fil-każ ta' xiri sfurzat b'sejħa għall-offerti;

(b) tal-butir għandu jkun ugwali għal 90 % tal-limitu ta' referenza stabbilit fl-Artikolu 1a fil-każ ta' xiri sfurzat bi prezz fiss u ma għandux ikun aktar minn 90 % ta' dak il-limitu ta' referenza fil-każ ta' xiri sfurzat b'sejħa għall-offerti;

(c) għal ċanga u vitella m'għandux jaqbeż 85 % tal-livell ta' referenza stabbilit fl-Artikolu 1a.

2.  Il-prezzijiet ta' intervent pubbliku tal-qamħ komuni, tal-qamħ durum, tax-xgħir, tal-qamħirrum u tar-ross fil-fosdqa msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu aġġustati b'żidiet jew bi tnaqqis fil-prezz għal dawk il-prezzijiet ibbażati fuq il-kriterji ta' kwalità prinċipali għall-prodotti.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw iż-żidiet jew it-tnaqqis fil-prezzijiet ta' intervent pubbliku tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu skont il-kondizzjonijiet stipulati fih. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

▼B

Artikolu 3

Prezzijiet ta' xiri sfurzat u limitazzjonijiet kwantitattivi applikabbli

1.  Fejn intervent pubbliku jkun miftuħ skont il-punt (a) tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ix-xiri sfurzat għandu jsir fil-prezz iffissat imsemmi fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament u m'għandux jaqbeż il-limitazzjonijiet kwantitattivi li ġejjin għal kull perijodu msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

(a) għal qamħ komuni, 3 miljun tunnellata;

(b) għall-butir, 50 000 tunnellata;

(c) għal trab ta’ ħalib xkumat, 109 000 tunnellata.

▼M3

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fis-sena 2016, il-limitazzjonijiet kwantitattivi għax-xiri sfurzat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss għandu jkun ta' 100 000 tunnellata għall-butir u ta' 350 000 tunnellata għat-trab tal-ħalib xkumat. Kwalunkwe volumi li nxtraw taħt proċedura tal-offerti diġa mibdija fid-29 ta' Ġunju 2016 m'għandhomx jitnaqqsu minn dawk il-limitazzjonijiet kwantitattivi.

▼M5

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fis-sena 2018, il-limitazzjoni kwantitattiva għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss għandha tkun ta' 0 tunnellati.

▼M6

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-limitazzjoni kwantitattiva għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss għandha tkun ta' 0 tunnellati għas-sena 2019.

▼B

2.  Fejn l-intervent pubbliku huwa miftuħ skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

(a) għal qamħ komuni, butir u trab ta’ ħalib xkumat aktar mil-limiti kwantitattivi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; u

(b) għal qamħ durum, xgħir, qamħirrum, ross fil-fosdqa u ċanga u vitella,

ix-xiri sfurzat għandu jseħħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti biex jiġi ddeterminat il-prezz massimu ta' xiri sfurzat.

Il-prezz massimu ta' xiri sfurzat m'għandux jaqbeż il-livell rilevanti msemmi fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament u għandu jkun iffissat permezz tal-atti ta' implimentazzjoni.

3.  F'ċirkostanzi speċjali u ġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni:

(a) li tagħmel restrizzjoni fuq il-proċeduri ta' sejħa għall-offerti għal Stat Membru jew reġjun ta' Stat Membru, jew

(b) soġġett għall-Artikolu 2(1), li jiddeterminaw il-prezzijiet ta' xiri sfurzat għall-intervent pubbliku għal kull Stat Membru jew għal kull reġjun ta' Stat Membru abbażi ta' prezzijiet tas-suq medji rreġistrati.

4.  Il-prezzijiet ta' xiri sfurzat msemmi fil-paragrafi 2 u 3 għall-qamħ komuni, qamħ durum, xgħir, qamħirrum u ross fil-fosdqa għandhom ikunu aġġustati b'żidiet jew tnaqqis għal dawk il-prezzijiet fuq il-bażi tal-kriterji ta' kwalità prinċipali għal dawk il-prodotti.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw tali żidiet jew tnaqqis.

5.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 2,3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2), l-atti ta' implimentazzjoni meħtieġa sabiex:

(a) tirrispetta l-limiti ta' intervent stabbiliti fil-paragrafi 1 ta' dan l-Artikolu; u

(b) tapplika l-proċedura ta' sejħa għall-offerti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għall-qamħ komuni, butir u trab tal-ħalib xkumat lil hinn mil-limitazzjonijiet kwantitattivi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Għajnuna għal ħażna privata

1.  Sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta' għajnuna għal ħażna privata għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 17tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fejn tingħata għajnuna skont l-Artikolu 18(2) ta' dak ir-Regolament, jew għandu jinfetaħ proċess ta' sejħa għall-offerti għal perijodu limitat jew l-għajnuna għandha tiġi ffissata bil-quddiem. L-għajnuna tista' tiġi ffissata għal kull Stat Membru jew għal kull reġjun ta' Stat Membru.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni:

(a) fejn japplika proċess ta' sejħa għall-offerti, li jistabbilixxi l-ammont massimu ta' għajnuna għal ħażna privata;

(b) fejn l-għajnuna tiġi ffissata bil-quddiem, u tiffissa l-ammont ta' għajnuna abbażi tal-ispejjeż tal-ħażna u/jew elementi oħra rilevanti tas-suq.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

▼M2

Artikolu 5

Għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix għall-iskejjel u ta' ħalib għall-iskejjel, miżuri edukattivi ta' akkumpanjament u spejjeż relatati

1.  L-għajnuna mill-Unjoni għall-finanzjament ta' miżuri edukattivi ta' akkumpanjament kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ma għandhiex taqbeż il-15 % tal-allokazzjonijiet definittivi annwali tal-Istati Membri kif imsemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

2.  L-għajnuna mill-Unjoni għal spejjeż relatati kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ma għandhiex fit-total taqbeż l-10 % tal-allokazzjonijiet definittivi annwali tal-Istati Membri kif imsemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw il-livell massimu ta' għajnuna mill-Unjoni għal kull kategorija ta' tali spejjeż bħala perċentwal tal-allokazzjonijiet definittivi annwali tal-Istati Membri jew bħala perċentwal tal-ispejjeż tal-prodotti kkonċernati.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

3.  L-ammont ta' għajnuna mill-Unjoni għall-komponent tal-ħalib tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandux jaqbeż EUR 27/100 kg.

4.  L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi allokata lil kull Stat Membru f'konformità ma' dan il-paragrafu 5 u b'kont meħud tal-kriterji stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23a(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Mill-1 ta' Awwissu 2017 sal-31 ta' Lulju 2023, l-allokazzjonijiet indikattivi tal-għajnuna msemmija, fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23a(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għal kull Stat Membru għandha tkun kif stabbilit fl-Anness I. Matul dak il-perjodu, il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23a(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandux japplika għall-Kroazja.

Mill-1 ta' Awwissu 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw, abbażi tal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23a(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-allokazzjonijiet indikattivi għal kull Stat Membru tal-għajnuna imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu ta' dak l-Artikolu 23a(1). Madankollu, kull Stat Membru għandu jirċievi tal-inqas EUR 290 000 ta' għajnuna mill-Unjoni għad-distribuzzjoni ta' frott u ħxejjex għall-iskejjel u tal-inqas EUR 193 000 ta' għajnuna mill-Unjoni għad-distribuzzjoni tal-ħalib għall-iskejjel, kif definit fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Il-Kummissjoni għandha sussegwentement tivvaluta tal-anqas kull tliet snin jekk dawk l-allokazzjonijiet indikattivi jibqgħux konsistenti mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 23a(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw allokazzjonijiet indikattivi ġodda.

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

5.  Fejn, għal xi sena partikolari, Stat Membru ma jkunx ippreżenta talba għall-għajnuna mill-Unjoni skont l-Artikolu 23a(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew ikun talab parti biss mill-allokazzjoni indikattiva tiegħu kif imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tirrialloka dik l-allokazzjoni indikattiva jew il-parti minnha mhux mitluba lil dawk l-Istati Membri li jkunu nnotifikawha bid-dispożizzjoni tagħhom li jużaw ammont ogħla mill-allokazzjoni indikattiva tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta l-miżuri meħtieġa għat-twettiq ta' tali riallokazzjoni, li għandha tkun ibbażata fuq il-kriterju msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23a(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u limitata skont il-livell ta' użu tal-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna mill-Unjoni kif imsemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, mill-Istat Membru kkonċernat għas-sena skolastika li tkun intemmet qabel it-talba annwali għall-għajnuna mill-Unjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

6.  Wara t-talbiet ippreżentati mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 23a(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni għandha kull sena tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna għall-frott u l-ħaxix għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel fost l-Istati Membri parteċipanti fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 23a(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, filwaqt li jitqiesu t-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 23a(4) ta' dak ir-Regolament.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 7

Imposta fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor

1.  L-imposta fuq il-produzzjoni fuq il-kwota fuq iz-zokkor, il-kwota fuq l-isoglukożju u l-kwoti fuq il-ġulepp tal-inulina previst fl-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi ffissata għal EUR 12,00 it-tunnellata għall-kwota fuq iz-zokkor u l-kwota fuq il-ġulepp tal-inulina. Għall-isoglukożju, l-imposta fuq il-produzzjoni għandha tiġi ffissata għal 50 % tal-imposta applikabbli għaz-zokkor.

2.  It-totalità tal-imposta fuq il-produzzjoni mħallsa skont il-paragrafu 1 għandha tkun imposta mill-Istat Membru fuq l-impriżi fit-territorju tiegħu abbażi tal-kwota miżmuma matul is-sena tas-suq kkonċernata.

Il-ħlasijiet għandhom isiru minn dawk l-impriżi sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Frar tas-sena tas-suq rilevanti.

3.  L-impriżi taz-zokkor u tal-ġulepp tal-inulina tal-Unjoni jistgħu jitolbu lil dawk li jkabbru l-pitrava zokkrija jew il-kannamieli jew lill-fornituri taċ-ċikwejra jħallsu sa 50 % tal-imposta fuq il-produzzjoni kkonċernata.

Artikolu 8

Rifużjoni tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor

Ir-rifużjoni tal-produzzjoni għall-prodotti tas-settur taz-zokkor prevista fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni abbażi ta':

(a) l-ispejjeż li jkun hemm għall-użu ta' zokkor importat li l-industrija jkollha ġġorr fil-każ ta' provvista mis-suq dinji; u

▼M4

(b) il-prezz taz-zokkor żejjed li jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni, jew jekk ma jkunx hemm zokkor żejjed f'dak is-suq, il-limitu ta' referenza għaz-zokkor stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 1a.

▼B

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Prezz minimu tal-pitravi

1.  Il-prezz minimu għall-kwota tal-pitravi previst fl-Artikolu 135 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun ta' EUR 26,29 għal kull tunnellata sa tmiem is-sena tas-suq għaz-zokkor 2016/2017 fit-30 ta' Settembru 2017.

2.  Il-prezz minimu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-pitravi zokkrija ta’ kwalità standard iddefinita fil-Parti B tal-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.  L-impriżi taz-zokkor li jixtru pitravi tal-kwota li jkuna xierqa biex jiġu pproċessati f’zokkor u maħsuba għall-ipproċessar f’zokkor tal-kwota għandhom jintalbu jħallsu tal-inqas il-prezz minimu, aġġustat b’żidiet jew tnaqqis fil-prezz biex jippermettu għal devjazzjonijiet mill-kwalità standard. Dawn iż-żidiet jew tnaqqis għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

4.  Għall-kwantitajiet ta' pitravi zokkrija li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta' zokkor industrijali jew zokkor żejjed li huma soġġetti għall-imposta għaż-żejjed prevista fl-Artikolu 11, l-impriża taz-zokkor ikkonċernata għandha taġġusta l-prezz tax-xiri sabiex ikun tal-inqas daqs il-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota.

Artikolu 10

Aġġustament tal-kwota nazzjonali taz-zokkor

Il-Kunsill jista', f'konformità mal-Artikolu 43(3) tat-Trattat, fuq proposta mill-Kummissjoni, jaġġusta l-kwoti stabbiliti fl-Anness XII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 b'riżultat ta' kwalunkwe deċiżjoni mill-Istati Membri meħuda skont l-Artikolu 138 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 11

Imposta għaż-żejjed fis-settur taz-zokkor

1.  Imposta għaż-żejjed, inkluż kif previst fl-Artikolu 142 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandha tiġi ffissata f'livell li huwa għoli biżżejjed sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta' kwantitajiet imsemmija f'dak l-Artikolu. Dik l-imposta għandha tkun iffissata mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

2.  L-imposta għaż-żejjed imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi imposta mill-Istat Membru fuq l-impriżi fit-territorju tiegħu skont il-kwantitajiet ta' produzzjoni msemmijin f'dak il-paragrafu li kienu ġew stabbiliti għal dawk l-impriżi għas-sena tas-suq kkonċernata.

Artikolu 12

Mekkaniżmu temporanju ta' ġestjoni tas-suq fis-settur taz-zokkor

Bil-ħsieb li tiġi żgurata provvista suffiċjenti u bilanċjata ta' zokkor fis-suq tal-Unjoni, sa tmiem is-sena tas-suq għaz-zokkor 2016/2017 fit-30 ta' Settembru 2017, minkejja l-Artikolu 142 tar- Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni tista' għall-kwantità u l-ħin meħtieġ, tapplika temporanjament permezz ta' atti ta' implimentazzjoni imposta għaż-żejjed fuq produzzjoni barra mill-kwota msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 139(1) ta' dak ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-ammont ta' tali imposta permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Iffissar ta' rifużjoni tal-esportazzjoni

1.  Taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 196 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u kif previst fl-Artikolu 198 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni:

(a) f'intervalli regolari, għal prodotti mil-lista fl-Artikolu 196(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b) bi proċeduri ta’ sejħa għall-offerti għaċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

2.  Wieħed għandu jieħu kont ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin meta jkunu qed jiġu ffissati rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal prodott:

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u x-xejriet futuri fir-rigward ta’:

(i) il-prezzijiet u d-disponibbiltà ta’ dak il-prodott fis-suq tal-Unjoni,

(ii) il-prezzijiet ta’ dak il-prodott fis-suq dinji;

(b) l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-suq li huma li jiġu żgurati l-ekwilibriju u l-iżvilupp naturali tal-prezzijiet u l-kummerċ f’dak is-suq;

(c) il-ħtieġa li jkunu evitati disturbi li x’aktarx joħolqu żbilanċ fit-tul bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tal-Unjoni;

(d) l-aspett ekonomiku tal-esportazzjonijiet proposti;

(e) il-limiti li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi f'konformità mat-Trattat;

(f) il-ħtieġa li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta’ prodotti bażiċi tal-Unjoni fil-manifattura ta’ prodotti pproċessati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-użu ta’ prodotti minn pajjiżi terzi importati skont arranġamenti ta’ pproċessar;

(g) l-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni l-aktar favorevoli u l-ispejjeż tat-trasport mis-swieq tal-Unjoni għall-portijiet tal-Unjoni jew għal postijiet oħra tal-esportazzjoni flimkien mal-ispejjeż tat-trasport lejn il-pajjiżi tad-destinazzjoni;

(h) id-domanda fis-suq tal-Unjoni;

(i) fir-rigward tas-setturi tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur, id-differenza bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u l-prezzijiet fis-suq dinji għall-kwantità ta’ qamħ għall-għalf meħtieġ għall-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti ta’ dawk is-setturi.

3.  L-ammont tar-rifużjoni jista', fejn meħtieġ biex ikun żgurat rispons rapidu għas-sitwazzjonijiet tas-suq li jinbidlu malajr, jiġi aġġustat mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, jew fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 14

Miżuri speċifiċi dwar rifużjonijiet tal-esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross

1.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw ammonti korrettivi applikabbli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni ffissati fir-rigward tas-setturi taċ-ċereali u r-ross. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Fejn meħtieġ biex ikun żgurat rispons rapidu għas-sitwazzjonijiet tas-suq li jinbidlu malajr, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2), li jemenda tali ammonti korrettivi.

Il-Kummissjoni tista’ tapplika dan il-paragrafu għal prodotti tas-setturi taċ-ċereali u r-ross li jkunu esportati fl-għamla ta' prodotti pproċessati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 ( 1 ).

2.  Għall-ewwel tliet xhur tas-sena tas-suq, ir-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjoni ta’ xgħir, jew maħżun fi tmiem is-sena tas-suq preċedenti jew magħmul minn barli fl-istokkijiet ta' dak iż-żmien, għandha tkun dik li kienet tkun tapplika għal-liċenzja tal-esportazzjoni inkwistjoni għall-esportazzjonijiet magħmulin matul l-aħħar xahar tas-sena tas-suq preċedenti.

3.  Ir-rifużjoni għall-prodotti elenkati fil-punti (a) u (b) tal-Parti I tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, stabbilita skont l-Artikolu 199(2) ta' dak ir-Regolament, tista’ tkun aġġustata mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, f'konformità ma' kwalunkwe bidla fil-livell tal-prezz ta' intervent.

Għall-prodotti elenkati fil-punti (c) u (d) tal-Parti I tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 kif ukoll għall-prodotti elenkati fil-Parti I ta’ dak l-Anness u esportati fl-għamla ta' prodotti pproċessati skont ir-Regolament (KE) Nru 1216/2009, jista’ jiġi applikat l-ewwel subparagrafu kollu, jew parti minnu. F’dak il-każ, il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tikkoreġi l-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu billi tapplika koeffiċjent li jesprimi l-proporzjon bejn il-kwantità tal-prodott bażiku u l-kwantità tiegħu li tkun fil-prodott ipproċessat esportat jew użat fil-prodotti esportati.

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, stabbilit mill-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 16

Tabella ta' korrelazzjoni

Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 wara r-revoka tiegħu bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

L-Artikoli 7 sa 12 għandhom japplikaw sa tmiem is-sena tas-suq għaz-zokkor 2016/17 fit-30 ta' Settembru 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




►M2  ANNESS II ◄

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

imsemmija fl-Artikolu 16



Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 18(1) u (3)

Artikolu 2

Artikolu 18(2)(a)

Artikolu 3(1)(a)

Artikolu 13(1)(c)

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 13(1)(d)

Artikolu 3(1)(c)

Artikolu 18(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(2)

Artikolu 18(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(3)

Artikolu 18(4)

Artikolu 3(4)

▼C1

Artikolu 43(aa)

Artikolu 3(6)

▼B

Artikolu 31(2)

Artikolu 4

Artikolu 103ga(4)

Artikolu 5(1)

Artikolu 103ga(5)

Artikolu 5(2)

Artikolu 102(4)

Artikolu 6(1)

Artikolu 102(3)

Artikolu 6(2) u (3)

Artikolu 51(2)

Artikolu 7(1)

Artikolu 51(3)

Artikolu 7(2)

Artikolu 51(4)

Artikolu 7(3)

Artikolu 97

Artikolu 8

Artikolu 49

Artikolu 9

Artikolu 64(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 64(3)

Artikolu 11(2)

Artikolu 164(2)

Artikolu 13(1) u (3)

Artikolu 164(3)

Artikolu 13(2)

Artikolu 164(4)

Artikolu 14(1)

Artikolu 165

Artikolu 14(2)

Artikolu 166

Artikolu 14(3)

▼M2




ANNESS I

ALLOKAZZJONIJIET INDIKATTIVI

għall-perjodu mill-1 ta' Awwissu 2017 sal-31 ta' Lulju 2023

(kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4))



Stati Membri

Allokazzjonijiet indikattivi għall-frott u l-ħaxix fl-iskejjel

Allokazzjonijiet indikattivi għall-ħalib fl-iskejjel

Belġju

3 367 930

1 650 729

Bulgarija

2 093 779

1 020 451

Repubblika Ċeka

3 123 230

1 600 707

Danimarka

1 807 661

1 460 645

Ġermanja

19 696 932

9 404 154

Estonja

439 163

700 309

Irlanda

1 757 779

900 398

Greċja

3 218 885

1 550 685

Spanja

12 932 647

6 302 784

Franza

22 488 086

12 625 577

Kroazja

1 360 232

800 354

Italja

16 711 302

8 003 535

Ċipru

290 000

500 221

Latvja

633 672

700 309

Litwanja

900 888

1 032 456

Lussemburgu

290 000

193 000

Ungerija

3 029 587

1 756 776

Malta

290 000

193 000

Netherlands

5 431 641

2 401 061

Awstrija

2 238 064

1 100 486

Polonja

11 639 985

10 204 507

Portugall

3 283 397

2 220 981

Rumanija

6 866 848

10 399 594

Slovenja

554 020

320 141

Slovakkja

1 708 720

900 398

Finlandja

1 599 047

3 824 689

Żvezja

2 854 972

8 427 723

Renju Unit

19 391 534

9 804 331

Total

150 000 000

100 000 000



( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10).

Top