Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R1370-20160420

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas- 16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1370/2016-04-20

2013R1370 — MT — 20.04.2016 — 001.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1370/2013

tas-16 ta’ Diċembru 2013

li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli

(ĠU L 346 20.12.2013, p. 12)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/591 tal-15 ta' April 2016

  L 103

3

19.4.2016


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 130, 19.5.2016, p.  12 (1370/2013)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1370/2013

tas-16 ta’ Diċembru 2013

li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli



Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

▼C1

Dan ir-Regolament jipprovdi għal miżuri dwar l-iffissar ta' prezzijiet, imposti, għajnuna u limitazzjonijiet kwantitattivi marbuta mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

▼B

Artikolu 2

Prezzijiet b'intervent pubbliku

1.  Il-livell tal-prezz b’intervent pubbliku:

(a) għal qamħ komuni, qamħ durum, xgħir, qamħirrum, ross fil-fosdqa u trab tal-ħalib xkumat għandu jkun ugwali għall-limitu ta’ referenza rispettiv stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-każ ta’ xiri sfurzat bi prezz fiss, u ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta’ referenza rispettiv fil-każ ta’ xiri sfurzat b’sejħa għall-offerti;

(b) għall-butir għandu jkun ugwali għal 90 % tal-limitu ta’ referenza stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-każ ta’ xiri sfurzat bi prezz fiss u ma għandux ikun aktar minn 90 % ta' dak il-prezz ta’ referenza fil-każ ta’ xiri sfurzat b’sejħa għall-offerti;

(c) għal ċanga u vitella m'għandux jaqbeż il-livell imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.  Il-prezzijiet b'intervent pubbliku għall-qamħ komuni, qamħ durum, xgħir, qamħirrum u ross fil-fosdqa msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu aġġustati b'żidiet jew tnaqqis fil-prezz għal dawk il-prezzijiet ibbażati fuq il-kriterji ta' kwalità prinċipali għall-prodotti.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw iż-żidiet jew it-tnaqqis fil-prezz b'interventi pubbliku tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu taħt il-kondizzjonijiet stipulati fih. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 3

Prezzijiet ta' xiri sfurzat u limitazzjonijiet kwantitattivi applikabbli

1.  Fejn intervent pubbliku jkun miftuħ skont il-punt (a) tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ix-xiri sfurzat għandu jsir fil-prezz iffissat imsemmi fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament u m'għandux jaqbeż il-limitazzjonijiet kwantitattivi li ġejjin għal kull perijodu msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

(a) għal qamħ komuni, 3 miljun tunnellata;

(b) għall-butir, 50 000 tunnellata;

(c) għal trab ta’ ħalib xkumat, 109 000 tunnellata.

▼M1

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fis-sena 2016, il-limitazzjonijiet kwantitattivi għax-xiri sfurzat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss għandu jkun ta' 100 000 tunnellata għall-butir u 218 000 tunnellata għat-trab tal-ħalib xkumat. Kwalunkwe volumi li nxtraw taħt proċedura tal-offerti diġa mibdija fid-19 ta' April 2016 m'għandhomx jitnaqqsu minn dawk il-limitazzjonijiet kwantitattivi.

▼B

2.  Fejn l-intervent pubbliku huwa miftuħ skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

(a) għal qamħ komuni, butir u trab ta’ ħalib xkumat aktar mil-limiti kwantitattivi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; u

(b) għal qamħ durum, xgħir, qamħirrum, ross fil-fosdqa u ċanga u vitella,

ix-xiri sfurzat għandu jseħħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti biex jiġi ddeterminat il-prezz massimu ta' xiri sfurzat.

Il-prezz massimu ta' xiri sfurzat m'għandux jaqbeż il-livell rilevanti msemmi fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament u għandu jkun iffissat permezz tal-atti ta' implimentazzjoni.

3.  F'ċirkostanzi speċjali u ġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni:

(a) li tagħmel restrizzjoni fuq il-proċeduri ta' sejħa għall-offerti għal Stat Membru jew reġjun ta' Stat Membru, jew

(b) soġġett għall-Artikolu 2(1), li jiddeterminaw il-prezzijiet ta' xiri sfurzat għall-intervent pubbliku għal kull Stat Membru jew għal kull reġjun ta' Stat Membru abbażi ta' prezzijiet tas-suq medji rreġistrati.

4.  Il-prezzijiet ta' xiri sfurzat msemmi fil-paragrafi 2 u 3 għall-qamħ komuni, qamħ durum, xgħir, qamħirrum u ross fil-fosdqa għandhom ikunu aġġustati b'żidiet jew tnaqqis għal dawk il-prezzijiet fuq il-bażi tal-kriterji ta' kwalità prinċipali għal dawk il-prodotti.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw tali żidiet jew tnaqqis.

5.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 2,3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2), l-atti ta' implimentazzjoni meħtieġa sabiex:

(a) tirrispetta l-limiti ta' intervent stabbiliti fil-paragrafi 1 ta' dan l-Artikolu; u

(b) tapplika l-proċedura ta' sejħa għall-offerti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għall-qamħ komuni, butir u trab tal-ħalib xkumat lil hinn mil-limitazzjonijiet kwantitattivi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Għajnuna għal ħażna privata

1.  Sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta' għajnuna għal ħażna privata għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 17tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fejn tingħata għajnuna skont l-Artikolu 18(2) ta' dak ir-Regolament, jew għandu jinfetaħ proċess ta' sejħa għall-offerti għal perijodu limitat jew l-għajnuna għandha tiġi ffissata bil-quddiem. L-għajnuna tista' tiġi ffissata għal kull Stat Membru jew għal kull reġjun ta' Stat Membru.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni:

(a) fejn japplika proċess ta' sejħa għall-offerti, li jistabbilixxi l-ammont massimu ta' għajnuna għal ħażna privata;

(b) fejn l-għajnuna tiġi ffissata bil-quddiem, u tiffissa l-ammont ta' għajnuna abbażi tal-ispejjeż tal-ħażna u/jew elementi oħra rilevanti tas-suq.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 5

Għajnuna għall-provvista ta' frott u ħxejjex lit-tfal

1.  L-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista lit-tfal ta' frott u ħxejjex, frott u ħxejjex ipproċessati u ta' prodotti tal-banana msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 la għandha:

(a) taqbeż xi wieħed mil-limiti li ġejjin:

(i) 150 miljun Euro għal kull sena skolastika;

(ii) 75 % tal-ispejjeż tal-provvista u l-ispejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew id-90 % ta’ dawn l-ispejjeż fir-reġjuni l-anqas żviluppati u fir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat; u lanqas

(b) tkopri spejjeż għajr l-ispejjeż tal-provvista u spejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Għall-finijiet tal-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu, “reġjun anqas żviluppati” tfisser dawk ir-reġjuni definiti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).

2.  Kull Stat Membru parteċipanti fl-iskema tal-frott u l-ħxejjex għandu jirċievi mhux anqas minn EUR 290 000 f'għajnuna mill-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw l-allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal kull Stat Membru abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta tal-anqas kull tliet snin jekk l-allokazzjoni indikattiva tibqax konsistenti mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw allokazzjoni indikattiva ġdida.

Wara t-talbiet minn Stati Membri f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni għandha kull sena tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw allokazzjoni definittiva tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bejn l-Istati Membri parteċipanti skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dak il-paragrafu.

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Għajnuna għall-provvista tal-ħalib u prodotti tal-ħalib lit-tfal

1.  L-għajnuna mill-Unjoni għall-provvista ta' ħalib u ta' prodotti tal-ħalib lit-tfal prevista fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tingħata għal kwantità massima ta' 0,25 litru ta' ħalib ekwivalenti għal kull tifel jew tifla u għal kull jum ta' skola.

2.  L-għajnuna mill-Unjoni għandha tkun ta' EUR 18,15/100 kg għall-ħalib kollu.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jiffissaw l-ammonti ta’ għajnuna għall-prodotti tal-ħalib eliġibbli minbarra l-ħalib, b'mod partikolari, fuq il-komponenti tal-ħalib tal-prodott konċernat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 7

Imposta fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor

1.  L-imposta fuq il-produzzjoni fuq il-kwota fuq iz-zokkor, il-kwota fuq l-isoglukożju u l-kwoti fuq il-ġulepp tal-inulina previst fl-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi ffissata għal EUR 12,00 it-tunnellata għall-kwota fuq iz-zokkor u l-kwota fuq il-ġulepp tal-inulina. Għall-isoglukożju, l-imposta fuq il-produzzjoni għandha tiġi ffissata għal 50 % tal-imposta applikabbli għaz-zokkor.

2.  It-totalità tal-imposta fuq il-produzzjoni mħallsa skont il-paragrafu 1 għandha tkun imposta mill-Istat Membru fuq l-impriżi fit-territorju tiegħu abbażi tal-kwota miżmuma matul is-sena tas-suq kkonċernata.

Il-ħlasijiet għandhom isiru minn dawk l-impriżi sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Frar tas-sena tas-suq rilevanti.

3.  L-impriżi taz-zokkor u tal-ġulepp tal-inulina tal-Unjoni jistgħu jitolbu lil dawk li jkabbru l-pitrava zokkrija jew il-kannamieli jew lill-fornituri taċ-ċikwejra jħallsu sa 50 % tal-imposta fuq il-produzzjoni kkonċernata.

Artikolu 8

Rifużjoni tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor

Ir-rifużjoni tal-produzzjoni għall-prodotti tas-settur taz-zokkor prevista fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni abbażi ta':

(a) l-ispejjeż li jkun hemm għall-użu ta' zokkor importat li l-industrija jkollha ġġorr fil-każ ta' provvista mis-suq dinji; u

(b) il-prezz ta' zokkor żejjed li jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni jew, jekk ma jkunx hemm zokkor żejjed f'dak is-suq, il-limitu ta' referenza għaz-zokkor iffissat fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Prezz minimu tal-pitravi

1.  Il-prezz minimu għall-kwota tal-pitravi previst fl-Artikolu 135 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun ta' EUR 26,29 għal kull tunnellata sa tmiem is-sena tas-suq għaz-zokkor 2016/2017 fit-30 ta' Settembru 2017.

2.  Il-prezz minimu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-pitravi zokkrija ta’ kwalità standard iddefinita fil-Parti B tal-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.  L-impriżi taz-zokkor li jixtru pitravi tal-kwota li jkuna xierqa biex jiġu pproċessati f’zokkor u maħsuba għall-ipproċessar f’zokkor tal-kwota għandhom jintalbu jħallsu tal-inqas il-prezz minimu, aġġustat b’żidiet jew tnaqqis fil-prezz biex jippermettu għal devjazzjonijiet mill-kwalità standard. Dawn iż-żidiet jew tnaqqis għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

4.  Għall-kwantitajiet ta' pitravi zokkrija li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta' zokkor industrijali jew zokkor żejjed li huma soġġetti għall-imposta għaż-żejjed prevista fl-Artikolu 11, l-impriża taz-zokkor ikkonċernata għandha taġġusta l-prezz tax-xiri sabiex ikun tal-inqas daqs il-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota.

Artikolu 10

Aġġustament tal-kwota nazzjonali taz-zokkor

Il-Kunsill jista', f'konformità mal-Artikolu 43(3) tat-Trattat, fuq proposta mill-Kummissjoni, jaġġusta l-kwoti stabbiliti fl-Anness XII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 b'riżultat ta' kwalunkwe deċiżjoni mill-Istati Membri meħuda skont l-Artikolu 138 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 11

Imposta għaż-żejjed fis-settur taz-zokkor

1.  Imposta għaż-żejjed, inkluż kif previst fl-Artikolu 142 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandha tiġi ffissata f'livell li huwa għoli biżżejjed sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta' kwantitajiet imsemmija f'dak l-Artikolu. Dik l-imposta għandha tkun iffissata mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

2.  L-imposta għaż-żejjed imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi imposta mill-Istat Membru fuq l-impriżi fit-territorju tiegħu skont il-kwantitajiet ta' produzzjoni msemmijin f'dak il-paragrafu li kienu ġew stabbiliti għal dawk l-impriżi għas-sena tas-suq kkonċernata.

Artikolu 12

Mekkaniżmu temporanju ta' ġestjoni tas-suq fis-settur taz-zokkor

Bil-ħsieb li tiġi żgurata provvista suffiċjenti u bilanċjata ta' zokkor fis-suq tal-Unjoni, sa tmiem is-sena tas-suq għaz-zokkor 2016/2017 fit-30 ta' Settembru 2017, minkejja l-Artikolu 142 tar- Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni tista' għall-kwantità u l-ħin meħtieġ, tapplika temporanjament permezz ta' atti ta' implimentazzjoni imposta għaż-żejjed fuq produzzjoni barra mill-kwota msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 139(1) ta' dak ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-ammont ta' tali imposta permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Iffissar ta' rifużjoni tal-esportazzjoni

1.  Taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 196 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u kif previst fl-Artikolu 198 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni:

(a) f'intervalli regolari, għal prodotti mil-lista fl-Artikolu 196(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b) bi proċeduri ta’ sejħa għall-offerti għaċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

2.  Wieħed għandu jieħu kont ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin meta jkunu qed jiġu ffissati rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal prodott:

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u x-xejriet futuri fir-rigward ta’:

(i) il-prezzijiet u d-disponibbiltà ta’ dak il-prodott fis-suq tal-Unjoni,

(ii) il-prezzijiet ta’ dak il-prodott fis-suq dinji;

(b) l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-suq li huma li jiġu żgurati l-ekwilibriju u l-iżvilupp naturali tal-prezzijiet u l-kummerċ f’dak is-suq;

(c) il-ħtieġa li jkunu evitati disturbi li x’aktarx joħolqu żbilanċ fit-tul bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tal-Unjoni;

(d) l-aspett ekonomiku tal-esportazzjonijiet proposti;

(e) il-limiti li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi f'konformità mat-Trattat;

(f) il-ħtieġa li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta’ prodotti bażiċi tal-Unjoni fil-manifattura ta’ prodotti pproċessati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-użu ta’ prodotti minn pajjiżi terzi importati skont arranġamenti ta’ pproċessar;

(g) l-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni l-aktar favorevoli u l-ispejjeż tat-trasport mis-swieq tal-Unjoni għall-portijiet tal-Unjoni jew għal postijiet oħra tal-esportazzjoni flimkien mal-ispejjeż tat-trasport lejn il-pajjiżi tad-destinazzjoni;

(h) id-domanda fis-suq tal-Unjoni;

(i) fir-rigward tas-setturi tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur, id-differenza bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u l-prezzijiet fis-suq dinji għall-kwantità ta’ qamħ għall-għalf meħtieġ għall-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti ta’ dawk is-setturi.

3.  L-ammont tar-rifużjoni jista', fejn meħtieġ biex ikun żgurat rispons rapidu għas-sitwazzjonijiet tas-suq li jinbidlu malajr, jiġi aġġustat mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, jew fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 14

Miżuri speċifiċi dwar rifużjonijiet tal-esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross

1.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw ammonti korrettivi applikabbli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni ffissati fir-rigward tas-setturi taċ-ċereali u r-ross. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Fejn meħtieġ biex ikun żgurat rispons rapidu għas-sitwazzjonijiet tas-suq li jinbidlu malajr, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2), li jemenda tali ammonti korrettivi.

Il-Kummissjoni tista’ tapplika dan il-paragrafu għal prodotti tas-setturi taċ-ċereali u r-ross li jkunu esportati fl-għamla ta' prodotti pproċessati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 ( 5 ).

2.  Għall-ewwel tliet xhur tas-sena tas-suq, ir-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjoni ta’ xgħir, jew maħżun fi tmiem is-sena tas-suq preċedenti jew magħmul minn barli fl-istokkijiet ta' dak iż-żmien, għandha tkun dik li kienet tkun tapplika għal-liċenzja tal-esportazzjoni inkwistjoni għall-esportazzjonijiet magħmulin matul l-aħħar xahar tas-sena tas-suq preċedenti.

3.  Ir-rifużjoni għall-prodotti elenkati fil-punti (a) u (b) tal-Parti I tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, stabbilita skont l-Artikolu 199(2) ta' dak ir-Regolament, tista’ tkun aġġustata mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, f'konformità ma' kwalunkwe bidla fil-livell tal-prezz ta' intervent.

Għall-prodotti elenkati fil-punti (c) u (d) tal-Parti I tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 kif ukoll għall-prodotti elenkati fil-Parti I ta’ dak l-Anness u esportati fl-għamla ta' prodotti pproċessati skont ir-Regolament (KE) Nru 1216/2009, jista’ jiġi applikat l-ewwel subparagrafu kollu, jew parti minnu. F’dak il-każ, il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tikkoreġi l-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu billi tapplika koeffiċjent li jesprimi l-proporzjon bejn il-kwantità tal-prodott bażiku u l-kwantità tiegħu li tkun fil-prodott ipproċessat esportat jew użat fil-prodotti esportati.

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, stabbilit mill-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 16

Tabella ta' korrelazzjoni

Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 wara r-revoka tiegħu bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

L-Artikoli 7 sa 12 għandhom japplikaw sa tmiem is-sena tas-suq għaz-zokkor 2016/17 fit-30 ta' Settembru 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

imsemmija fl-Artikolu 16



Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 18(1) u (3)

Artikolu 2

Artikolu 18(2)(a)

Artikolu 3(1)(a)

Artikolu 13(1)(c)

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 13(1)(d)

Artikolu 3(1)(c)

Artikolu 18(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(2)

Artikolu 18(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(3)

Artikolu 18(4)

Artikolu 3(4)

▼C1

Artikolu 43(aa)

Artikolu 3(6)

▼B

Artikolu 31(2)

Artikolu 4

Artikolu 103ga(4)

Artikolu 5(1)

Artikolu 103ga(5)

Artikolu 5(2)

Artikolu 102(4)

Artikolu 6(1)

Artikolu 102(3)

Artikolu 6(2) u (3)

Artikolu 51(2)

Artikolu 7(1)

Artikolu 51(3)

Artikolu 7(2)

Artikolu 51(4)

Artikolu 7(3)

Artikolu 97

Artikolu 8

Artikolu 49

Artikolu 9

Artikolu 64(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 64(3)

Artikolu 11(2)

Artikolu 164(2)

Artikolu 13(1) u (3)

Artikolu 164(3)

Artikolu 13(2)

Artikolu 164(4)

Artikolu 14(1)

Artikolu 165

Artikolu 14(2)

Artikolu 166

Artikolu 14(3)



( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

( 2 ) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/01 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

( 3 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( 4 ) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il- Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

( 5 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10).

Top