This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02013R0952-20131030
Regulation (EU) No 952/2013 of the European Parliament and of the Council of 9 October 2013 laying down the Union Customs Code (recast)
Consolidated text: Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (riformulazzjoni)
Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (riformulazzjoni)
2013R0952 — MT — 30.10.2013 — 000.003
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 952/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269 10.10.2013, p. 1) |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT (UE) Nru 952/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Ottubru 2013
li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni
(riformulazzjoni)
WERREJ |
|
TITOLU I |
PROVVEDIMENTI ĠENERALI |
KAPITOLU 1 |
Kamp ta’ applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali, il-missjoni tad-dwana u definizzjonijiet |
KAPITOLU 2 |
Drittijiet u obbligi ta' persuni fir-rigward tal-leġislazzjoni doganali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KAPITOLU 3 |
Konverżjoni monetarja u limiti ta' żmien |
TITOLU II |
IL-FATTURI LI ABBAŻI TAGĦHOM IKUNU APPLIKATI D-DAZJU FUQ L-IMPORTAZZJONI JEW ESPORTAZZJONI U MIŻURI OĦRAJN FIR-RIGWARD TA' KUMMERĊ TA' MERKANZIJA |
KAPITOLU 1 |
It-Tariffa Doganali Komuni u l-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija |
KAPITOLU 2 |
L-Oriġini tal-merkanzija |
|
|
|
|
|
|
KAPITOLU 3 |
Il-Valur ta' merkanzija għal finijiet doganali |
TITOLU III |
DEJN DOGANALI U GARANZIJI |
KAPITOLU 1 |
Ħolqien ta' dejn doganali |
|
|
|
|
|
|
KAPITOLU 2 |
Il-Garanzija għal dejn doganali potenzjali jew eżistenti |
KAPITOLU 3 |
L-irkupru, il-ħlas, il-ħlas lura u l-maħfra tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni |
|
|
|
|
|
|
KAPITOLU 4 |
L-estinzjoni ta' dejn doganali |
TITOLU IV |
IL-MERKANZIJA MDAĦĦLA FIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-UNJONI |
KAPITOLU 1 |
Id-Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul |
KAPITOLU 2 |
Il-Wasla tal-merkanzija |
|
|
|
|
|
|
TITOLU V |
REGOLI ĠENERALI DWAR STATUS DOGANALI, TQEGĦID TA’ MERKANZIJA TAĦT PROĊEDURA DOGANALI, VERIFIKA, RILAXX U TNEĦĦIJA TAL-MERKANZIJA |
KAPITOLU 1 |
Status doganali tal-merkanzija |
KAPITOLU 2 |
It-Tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura doganali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KAPITOLU 3 |
Verifika u rilaxx ta’ merkanzija |
|
|
|
|
KAPITOLU 4 |
Tneħħija ta' merkanzija |
TITOLU VI |
RILAXX GĦAL ĊIRKOLAZZJONI ĦIELSA U EŻENZJONI MID-DAZJU TAL-IMPORTAZZJONI |
KAPITOLU 1 |
Rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa |
KAPITOLU 2 |
Eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni |
|
|
|
|
TITOLU VII |
PROĊEDURI SPEĊJALI |
KAPITOLU 1 |
Provvedimenti ġenerali |
KAPITOLU 2 |
Tranżitu |
|
|
|
|
KAPITOLU 3 |
Ħażna |
|
|
|
|
|
|
KAPITOLU 4 |
Użu speċifiku |
|
|
|
|
KAPITOLU 5 |
Proċessar |
|
|
|
|
|
|
TITOLU VIII |
MERKANZIJA MAĦRUĠA ‘L BARRA MIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-UNJONI |
KAPITOLU 1 |
Formalitajiet qabel il-ħruġ ta' merkanzija |
KAPITOLU 2 |
Formalitajiet mal-ħruġ ta' merkanzija |
KAPITOLU 3 |
Esportazzjoni u esportazzjoni mill-ġdid |
KAPITOLU 4 |
Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ |
KAPITOLU 5 |
Notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid |
KAPITOLU 6 |
Eżenzjoni mid-dazju tal-esportazzjoni |
TITOLU IX |
SISTEMI ELETTRONIĊI, SIMPLIFIKAZZJONIJIET, ID-DELEGA TA' SETGĦA, IL-PROĊEDURA TA' KUMITAT U PROVVEDIMENTI FINALI |
KAPITOLU-1 |
L-Iżvilupp ta' sistemi elettroniċi |
KAPITOLU - 2 |
Simplifikazzjonijiet fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali |
KAPITOLU 3 |
Id-Delega tas-setgħa u l-proċedura ta' kumitat |
KAPITOLU 4 |
Provvedimenti finali |
ANNESS |
TABELLA TA' KORRELAZZJONI |
TITOLU I
PROVVEDIMENTI ĠENERALI
KAPITOLU 1
Kamp ta’ applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali, il-missjoni tad-dwana u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, (il-Kodiċi), li jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri ġenerali applikabbli għal merkanzija li tiddaħħal jew tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
Mingħajr ħsara għal-liġi u l-konvenzjonijiet internazzjonali u l-leġislazzjoni tal-Unjoni f’oqsma oħra, il-Kodiċi għandu japplika b’mod uniformi fit-territorju doganali tal-Unjoni.
2. Ċerti provvedimenti tal-leġislazzjoni doganali jistgħu japplikaw barra mit-territorju doganali tal-Unjoni fil-qafas tal-leġislazzjoni li tirregola oqsma speċifiċi jew ta’ konvenzjonijiet internazzjonali.
3. Ċerti provvedimenti tal-leġislazzjoni doganali, inklużi s-simplifikazzjonijiet li tipprovdi għalihom, għandhom japplikaw għall-kummerċ f’merkanzija tal-Unjoni bejn partijiet tat-territorju doganali tal-Unjoni li għalih japplikaw il-provvedimenti tad-Direttiva 2006/112/KE jew tad-Direttiva 2008/118/KE u partijiet ta’ dak it-territorju fejn dawk il-provvedimenti ma japplikawx, jew għall-kummerċ bejn partijiet ta’ dak it-territorju fejn dawk il-provvedimenti ma japplikawx.
Artikolu 2
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284 li jispeċifikaw il-provvedimenti tal-leġislazzjoni doganali u s-simplifikazzjonijiet tagħhom fir-rigward tad-dikjarazzjoni doganali, il-prova tal-istatus doganali, l-użu tal-proċedura ta' tranżitu intern fl-Unjoni safejn din ma tolqotx applikazzjoni xierqa tal-miżuri fiskali involuti, li japplikaw għall-kummerċ tal-merkanzija tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(3). Dawk l-atti jistgħu jindirizzaw ċirkostanzi partikolari li jappartjenu għall-kummerċ ta' merkanzija tal-Unjoni li jinvolvi Stat Membru wieħed biss.
Artikolu 3
Il-missjoni tal-awtoritajiet doganali
L-awtoritajiet doganali għandhom ikunu responsabbli primarjament għas-superviżjoni tal-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni, biex b’hekk jikkontribwixxu għal kummerċ ġust u miftuħ, għall-implimentazzjoni tal-aspetti esterni tas-suq intern, tal-politika komuni tal-kummerċ u tal-linji politiċi komuni l-oħrajn tal-Unjoni li jaffettwaw il-kummerċ, kif ukoll għas-sigurtà fil-katina kollha ta’ forniment. L-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu miżuri mmirati, b’mod partikolari, għal li ġej:
(a) iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha;
(b) iħarsu lill-Unjoni minn kummerċ inġust u illegali waqt li jappoġġaw attivitajiet ta’ negozju leġittimu;
(c) jiżguraw is-sikurezza u s-sigurtà tal-Unjoni u r-residenti tagħha, u l-ħarsien tal-ambjent, fejn xieraq f'kooperazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet oħrajn; u
(d) iżommu bilanċ xieraq bejn il-kontrolli doganali u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ leġittimu.
Artikolu 4
It-territorju doganali
1. It-territorju doganali tal-Unjoni għandu jkun magħmul minn dawn it-territorji li ġejjin, inkluż l-ilmijiet territorjali tagħhom, l-ilmijiet interni u l-ispazju tal-ajru:
— it-territorju tar-Renju tal-Belġju;
— it-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija;
— it-territorju tar-Repubblika Ċeka;
— it-territorju tar-Renju tad-Danimarka, minbarra l-Gżejjer Faroe u l-Groenlandja;
— it-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, minbarra l-Gżira ta’ Heligoland u t-territorju ta’ Büsingen (it-Trattat tat-23 ta’ Novembru 1964 bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Konfederazzjoni Svizzera),
— it-territorju tar-Repubblika tal-Estonja;
— it-territorju tal-Irlanda;
— it-territorju tar-Repubblika Ellenika;
— it-territorju tar-Renju ta’ Spanja, minbarra Ceuta u Melilla;
— it-territorju tar-Repubblika Franċiża, minbarra l-pajjiżi u t-territorji barranin Franċiżi li għalihom japplikaw il-provvedimenti tar-Raba' Parti tat-TFUE,
— it-territorju tar-Repubblika tal-Kroazja,
— it-territorju tar-Repubblika Taljana, barra l-muniċipalitajiet ta’ Livigno u Campione d’Italia u l-ilmijiet nazzjonali tax-Xmara Lugano li jinsabu bejn ix-xtut tax-xmara u l-fruntiera politika taż-żona bejn Ponte Tresa u Porto Ceresio;
— it-territorju tar-Repubblika ta’ Ċipru, skont il-provvedimenti tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003,
— it-territorju tar-Repubblika tal-Latvja,
— it-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja,
— it-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu,
— it-territorju tal-Ungerija,
— it-territorju ta’ Malta,
— it-territorju tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi fl-Ewropa,
— it-territorju tar-Repubblika tal-Awstrija,
— it-territorju tar-Repubblika tal-Polonja,
— it-territorju tar-Repubblika Portugiża,
— it-territorju tar-Rumanija,
— it-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja,
— it-territorju tar-Repubblika Slovakka,
— it-territorju tar-Repubblika tal-Finlandja,
— it-territorju tar-Renju tal-Isvezja, u
— it-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u ċ-Channel Islands u l-Isle of Man.
2. It-territorji li ġejjin, inkluż l-ilmijiet territorjali tagħhom, l-ilmijiet interni u l-ispazju tal-ajru, li jinsabu barra t-territorju tal-Istati Membri għandhom, filwaqt li jkunu kkunsidrati l-konvenzjonijiet u tat-trattati li japplikaw għalihom, ikunu kkunsidrati bħala parti mit-territorju doganali tal-Unjoni.
(a) FRANZA
It-territorju ta’ Monaco kif definit fil-Konvenzjoni Doganali ffirmata f’Pariġi fit-18 ta’ Mejju 1963 (Journal officiel de la République française (il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tas-27 ta’ Settembru 1963, p. 8679);
(b) ĊIPRU
It-territorju taż-Żoni Bażi Sovrani tar-Renju Unit ta’ Akrotiri u Dhekelia kif definit fit-Trattat dwar l-Istabbiliment tar-Repubblika ta’ Ċipru, iffirmat f’Nicosia fis-16 ta’ Awwissu 1960 (Trattat tar-Renju Unit Serje Nru 4 (1961) Cmnd. 1252).
Artikolu 5
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet tal-Kodiċi, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) "awtoritajiet doganali" tfisser l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri responsabbli biex japplikaw il-leġislazzjoni doganali u kwalunkwe awtorità oħra mogħtija s-setgħa taħt il-liġi nazzjonali biex tapplika ċertu leġislazzjoni doganali;
(2) "leġislazzjoni doganali" tfisser il-korp leġislattiv magħmul minn dan kollu li ġej:
(a) il-Kodiċi u l-provvedimenti li jissupplimentawh jew jimplimentawh adottati fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali;
(b) it-Tariffa Doganali Komuni;
(c) il-leġislazzjoni li tistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' eżenzjonijiet minn dazju doganali;
(d) ftehimiet internazzjonali li jinkludu provvedimenti doganali, sa fejn dawn ikunu applikabbli fl-Unjoni;
(3) "kontrolli doganali" tfisser atti speċifiċi magħmula mill-awtoritajiet doganali sabiex jiżguraw il-konformità mal-leġislazzjoni doganali u leġislazzjoni oħra li tirregola d-dħul, ħruġ, tranżitu, moviment, ħażna u użu aħħari ta' merkanzija trasportata bejn it-territorju doganali tal-Unjoni u pajjiżi jew territorji barra minn dak it-territorju, u l-preżenza u l-moviment fit-territorju doganali tal-Unjoni ta' merkanzija mhux tal-Unjoni u merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tal-użu aħħari;
(4) "persuna" tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika, u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali;
(5) "operatur ekonomiku" tfisser persuna li, matul l-attività tan-negozju tagħha, tkun involuta f'attivitajiet koperti mil-leġislazzjoni doganali;
(6) "rappreżentant doganali" tfisser kwalunkwe persuna maħtura minn persuna oħra biex tagħmel l-atti u l-formalitajiet meħtieġa taħt il-leġislazzjoni doganali fir-relazzjonijiet tagħha ma’ awtoritajiet doganali;
(7) "riskju" tfisser il-probabbiltà u l-impatt ta’ avveniment li jista’ jiġri, fir-rigward ta' dħul, ħruġ, tranżitu, moviment jew użu aħħari ta' merkanzija trasportata bejn it-territorju doganali tal-Unjoni u pajjiżi jew territorji barra dak it-territorju u l-preżenza fit-territorju doganali tal-Unjoni ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni li:
(a) jimpedixxi l-applikazzjoni korretta ta' miżuri tal-Unjoni jew nazzjonali;
(b) jikkomprometti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha; jew
(c) ikun ta’ theddida għas-sigurtà u s-sikurezza tal-Unjoni u r-residenti tagħha, għal saħħet il-bniedem, l-annimali jew il-pjanti, għall-ambjent jew għall-konsumaturi;
(8) "formalitajiet doganali" tfisser l-operazzjonijiet kollha li għandhom isiru minn persuna u mill-awtoritajiet doganali sabiex ikunu konformi mal-leġislazzjoni doganali;
(9) "dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul" tfisser l-att li bih persuna tinforma lill-awtoritajiet doganali, fil-forma u l-mod preskritti u f'limitu ta' żmien speċifiku, li se tiddaħħal merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni;
(10) "dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ" tfisser l-att li bih persuna tinforma lill-awtoritajiet doganali, fil-forma u l-mod preskritti u f'limitu ta' żmien speċifiku, li se tinħareġ merkanzija 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(11) "dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja" tfisser l-att li bih persuna tindika, fil-forma u l-mod preskritti, li merkanzija tinsab f'ħażna temporanja;
(12) "dikjarazzjoni doganali" tfisser l-att li bih persuna tindika, fil-forma u l-mod preskritti, li tixtieq tqiegħed merkanzija taħt proċedura doganali speċifika, b’indikazzjoni, fejn ikun il-każ, ta’ kwalunkwe arranġamenti speċifiċi li għandhom ikunu applikati;
(13) "dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid" tfisser l-att li bih persuna tindika, fil-forma u l-mod preskritti, li tixtieq tieħu merkanzija mhux tal-Unjoni, ħlief għal dik li tkun taħt proċedura ta' żona ħielsa jew f'ħażna temporanja, 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(14) "notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid" tfisser l-att li bih persuna tindika, fil-forma u l-mod preskritti, li tixtieq tieħu merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun taħt proċedura ta' żona ħielsa jew f'ħażna temporanja 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(15) "dikjarant" tfisser il-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid f’isimha stess jew il-persuna li f’isimha hija ppreżentata tali dikjarazzjoni jew notifika;
(16) "proċedura doganali" tfisser kwalunkwe waħda mill-proċeduri li ġejjin, li taħtha tista' titqiegħed il-merkanzija skont il-Kodiċi:
(a) rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa;
(b) proċeduri speċjali;
(c) esportazzjoni;
(17) "ħażna temporanja" tfisser is-sitwazzjoni ta' merkanzija mhux tal-Unjoni maħżuna temporanjament taħt superviżjoni doganali fil-perijodu bejn il-preżentazzjoni tagħha lid-dwana u t-tqegħid tagħha taħt proċedura doganali jew l-esportazzjoni mill-ġdid;
(18) "dejn doganali" tfisser l-obbligu ta’ persuna li tħallas l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni li japplika għal merkanzija speċifika taħt il-leġislazzjoni doganali fis-seħħ;
(19) "debitur" tfisser kwalunkwe persuna responsabbli għal dejn doganali;
(20) "dazju tal-importazzjoni" tfisser dazju doganali dovut fuq l-importazzjoni ta' merkanzija;
(21) "dazju tal-esportazzjoni" tfisser dazju doganali dovut fuq l-esportazzjoni ta' merkanzija;
(22) "status doganali" tfisser l-istatus ta' merkanzija bħala merkanzija tal-Unjoni jew merkanzija mhux tal-Unjoni;
(23) "merkanzija tal-Unjoni" tfisser merkanzija li taqa’ taħt kwalunkwe kategorija minn dawn li ġejjin:
(a) merkanzija ottenuta għalkollox fit-territorju doganali tal-Unjoni u li ma tinkorporax merkanzija importata minn pajjiżi jew territorji barra t-territorju doganali tal-Unjoni;
(b) merkanzija miġjuba fit-territorju doganali tal-Unjoni minn pajjiżi jew territorji barra minn dak it-territorju u rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa;
(c) merkanzija ottenuta jew prodotta fit-territorju doganali tal-Unjoni, kemm biss minn merkanzija msemmija fil-punt (b) jew minn merkanzija msemmija fil-punti (a) u (b);
(24) "merkanzija mhux tal-Unjoni" tfisser merkanzija oħra barra dik imsemmija fil-punt 23 jew li tilfet l-istatus doganali tagħha bħala merkanzija tal-Unjoni;
(25) "gestjoni tar-riskju" tfisser l-identifikazzjoni sistematika tar-riskju, inkluża dik permezz ta' kontrolli każwali, u l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi limitata l-espożizzjoni għar-riskju;
(26) "rilaxx ta’ merkanzija" tfisser l-att li bih l-awtoritajiet doganali jagħmlu merkanzija disponibbli għall-għanijiet speċifikati għall-proċedura doganali li taħtha hija tqiegħdet;
(27) "superviżjoni doganali" tfisser l-azzjoni meħuda b’mod ġenerali mill-awtoritajiet doganali bil-ħsieb li jiżguraw li jkunu osservati l-leġislazzjoni doganali u, fejn ikun il-każ, provvedimenti oħra applikabbli għal merkanzija soġġetta għal tali azzjoni;
(28) "ħlas lura" tfisser ir-rifużjoni ta’ ammont mid-dazju li tħallas fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni;
(29) "maħfra" tfisser ħelsien mill-obbligu li jitħallas ammont ta' dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li ma kienx tħallas;
(30) "merkanzija pproċessata" tfisser merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ ipproċessar li tkun għaddiet minn operazzjonijiet ta’ pproċessar;
(31) "persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni" tfisser:
(a) fil-każ ta’ persuna fiżika, kwalunkwe persuna li jkollha r-residenza abitwali tagħha fit-territorju doganali tal-Unjoni;
(b) fil-każ ta’ persuna ġuridika jew assoċjazzjoni ta’ persuni, kwalunkwe persuna li jkollha uffiċċju reġistrat, kwartieri ċentrali jew stabbiliment permanenti ta’ negozju tagħha fit-territorju doganali tal-Unjoni;
(32) "stabbiliment permanenti ta' negozju" tfisser post fiss ta' negozju, fejn ikunu permanentement preżenti r-riżorsi umani u tekniċi meħtieġa, u li minnu jsiru, totalment jew parzjalment, l-operazzjonijiet b'rabta doganali ta' persuna;
(33) "preżentazzjoni ta' merkanzija lid-dwana" tfisser in-notifika lill-awtoritajiet doganali tal-wasla ta' merkanzija fl-uffiċċju doganali jew fi kwalunkwe post ieħor indikat jew approvat mill-awtoritajiet doganali u tad-disponibbiltà ta' dik il-merkanzija għal kontrolli doganali;
(34) "detentur tal-merkanzija" tfisser il-persuna li tkun il-proprjetarja tal-merkanzija jew li jkollha dritt simili biex tiddisponi minnha jew li jkollha l-kontroll fiżiku tagħha;
(35) "detentur tal-proċedura" tfisser:
(a) il-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni doganali, jew li f’isimha tkun ippreżentata dik id-dikjarazzjoni; jew
(b) il-persuna li lilha kienu trasferiti d-drittijiet u l-obbligi fir-rigward ta' proċedura doganali;
(36) "miżuri ta’ politika kummerċjali" tfisser miżuri mhux tariffarji stabbiliti, bħala parti mill-politika kummerċjali komuni, f’forma ta’ provvedimenti tal-Unjoni li jirregolaw il-kummerċ internazzjonali ta' merkanzija;
(37) "operazzjonijiet ta’ pproċessar" tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a) xogħol fuq merkanzija, inkluż il-muntaġġ jew l-assemblaġġ tagħha jew it-twaħħil tagħha ma' merkanzija oħra;
(b) l-ipproċessar ta' merkanzija;
(c) il-qerda ta' merkanzija;
(d) it-tiswija ta' merkanzija, inklużi r-restawrar tagħha u s-sistemazzjoni tagħha;
(e) l-użu ta’ merkanzija li ma tinstabx fil-prodotti pproċessati, iżda li tippermetti jew tiffaċilita l-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti, anke jekk eżawrita kompletament jew parzjalment fil-proċess (aċċessorji tal-produzzjoni);
(38) "rata ta’ rendiment" tfisser il-kwantità jew il-persentaġġ ta’ prodotti pproċessati ottenuti mill-ipproċessar ta’ kwantità partikolari ta’ merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ pproċessar;
(39) "deċiżjoni" tfisser kwalunkwe att mill-awtoritajiet doganali marbut mal-leġislazzjoni doganali li jagħti deċiżjoni dwar każ partikolari, u li jkollu effetti legali fuq il-persuna jew persuni kkonċernati;
(40) "trasportatur" tfisser
(a) fil-kuntest tad-dħul, il-persuna li ddaħħal il-merkanzija, jew li tassumi r-responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija, fit-territorju doganali tal-Unjoni. Madankollu,
(i) fil-każ ta' trasport b'aktar minn mezz wieħed, 'trasportatur' tfisser il-persuna li tħaddem il-mezz ta' trasport li, ladarba mdaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni, jiċċaqlaq indipendentement bħala mezz attiv ta' trasport;
(ii) fil-każ ta' traffiku marittimu jew bl-ajru taħt ftehim ta' kondiviżjoni jew kuntrattazzjoni ta' vettura, "trasportatur" tfisser il-persuna li tikkonkludi kuntratt u toħroġ polza ta' kargu jew polza tat-tagħbija bl-ajru għall-ġarr effettiv tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni;
(b) fil-kuntest tal-ħruġ, il-persuna li toħroġ il-merkanzija, jew li tassumi responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija, 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Madankollu:
(i) fil-każ ta' trasport b'aktar minn mezz wieħed, fejn il-mezz attiv ta' trasport li jħalli t-territorju doganali tal-Unjoni jkun biss qed jittrasporta mezz ieħor ta' trasport li, wara l-wasla tal-mezz attiv ta' trasport fid-destinazzjoni tiegħu, ser jiċċaqlaq indipendentement bħala mezz attiv ta' trasport, 'trasportatur' tfisser il-persuna li ser tħaddem il-mezz ta' trasport li ser jiċċaqlaq indipendentement ladarba l-mezz ta' trasport li jħalli t-territorju doganali tal-Unjoni jkun wasal fid-destinazzjoni tiegħu;
(ii) fil-każ ta' traffiku marittimu jew bl-ajru taħt ftehim ta' kondiviżjoni jew kuntrattazzjoni ta' vettura, “trasportatur” tfisser il-persuna li kkonkludiet kuntratt, u ħarġet polza ta' kargu jew polza tat-tagħbija bl-ajru, għall-ġarr effettiv tal-merkanzija 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(41) "kummissjoni ta' xiri" tfisser imposta mħallsa minn importatur lil aġent talli jirrappreżentah fix-xiri ta' merkanzija li tiġi valutata.
KAPITOLU 2
Drittijiet u obbligi ta' persuni fir-rigward tal-leġislazzjoni doganali
Artikolu 6
Mezzi għall-iskambju u l-ħażna ta' informazzjoni u rekwiżiti komuni tad-data
1. L-iskambji kollha ta’ informazzjoni bħal dikjarazzjonijiet, applikazzjonijiet jew deċiżjonijiet bejn awtoritajiet doganali u bejn operaturi ekonomiċi u awtoritajiet doganali u l-ħażna ta’ tali informazzjoni, kif meħtieġa taħt il-leġislazzjoni doganali, għandhom ikunu magħmula bl-użu ta’ tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data.
2. Għandhom jitfasslu rekwiżiti komuni tad-data għall-fini tal-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
3. Jistgħu jintużaw mezzi ta' skambju u ta' ħażna ta' informazzjoni, minbarra t-tekniki tal-pproċessar elettroniku tad-data msemmija fil-paragrafu 1, kif ġej:
(a) fuq bażi permanenti fejn jiġi debitament ġustifikat mit-tip ta' traffiku jew fejn l-użu ta' tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data ma jkunx adattat għall-formalitajiet doganali kkonċernati;
(b) fuq bażi temporanja, fil-każ ta’ waqfien temporanju tas-sistema kompjuterizzata tal-awtoritajiet doganali jew tal-operaturi ekonomiċi.
4. B'deroga mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tadotta, f'każijiet eċċezzjonali, deċiżjonijiet li jippermettu lil Stat Membru wieħed jew aktar li jużaw mezzi għall-iskambju u l-ħażna ta' informazzjoni oħra għajr tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data.
Tali deċiżjoni dwar deroga għandha tkun ġustifikata mis-sitwazzjoni speċifika tal-Istat Membru li jitlobha u d-deroga għandha tingħata għal perijodu speċifiku ta' żmien. Id-deroga għandha tkun riveduta perjodikament u tista' tkun estiża għal perijodi speċifiċi oħra ta' żmien wara applikazzjoni ulterjuri mill-Istat Membru li lilu tkun indirizzata. Din għandha tkun revokata meta ma tkunx ġustifikata aktar.
Id-deroga m'għandhiex taffettwa l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istat Membru li lilu tkun indirizzata u Stati Membri oħra u lanqas l-iskambju u l-ħażna ta' informazzjoni fi Stati Membri oħra għall-għan tal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali.
Artikolu 7
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta atti delegati, taħt l-Artikolu 284, li jiddeterminaw dawn li ġejjin:
(a) ir-rekwiżiti komuni tad-data msemmija fl-Artikolu 6(2), waqt li tikkonsidra l-ħtieġa li jitwettqu l-formalitajiet doganali stabbiliti fil-leġislazzjoni doganali u n-natura u l-għanijiet tal-iskambju u l-ħażna ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1);
(b) il-każijiet speċifiċi fejn jistgħu jintużaw mezzi għall-iskambju u l-ħażna ta' informazzjoni, għajr tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data, skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(3);
(c) it-tip ta' informazzjoni u d-dettalji li għandhom jinsabu fir-reġistri msemmija fl-Artikoli 148(4) u 214(1).
Artikolu 8
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:
(a) fejn meħtieġ, il-format u l-kodiċi tar-rekwiżiti komuni tad-data msemmija fl-Artikolu 6(2);
(b) ir-regoli proċedurali dwar l-iskambju u l-ħażna ta' informazzjoni li jistgħu jsiru permezz ta' mezzi għajr it-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data msemmija fl-Artikolu 6(3).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjonijiet dwar id-derogi imsemmija fl-Artikolu 6(3) permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 285(2).
Artikolu 9
Ir-reġistrazzjoni
1. L-operaturi ekonomiċi stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni għandhom jirreġistraw mal-awtoritajiet doganali responsabbli għall-post fejn ikunu stabbiliti.
2. F'każijiet speċifiċi, operaturi ekonomiċi li mhumiex stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni għandhom jirreġistraw mal-awtoritajiet doganali responsabbli għall-post fejn huma jippreżentaw dikjarazzjoni jew japplikaw għal deċiżjoni għall-ewwel darba.
3. Persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi m'għandhomx ikunu meħtieġa jirreġistraw mal-awtoritajiet doganali sakemm mhux provdut mod ieħor.
Fejn persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu meħtieġa jirreġistraw, għandu japplka dan li ġej:
(a) f'każ li jkunu stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni, huma għandhom jirreġistraw mal-awtoritajiet doganali responsabbli għall-post fejn ikunu stabbiliti;
(b) f'każ li ma jkunux stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni, huma għandhom jirreġistraw mal-awtoritajiet doganali responsabbli għall-post fejn huma jippreżentaw dikjarazzjoni jew japplikaw għal deċiżjoni għall-ewwel darba.
4. F'każijiet speċifiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom jinvalidaw ir-reġistrazzjoni.
Artikolu 10
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw:
(a) il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2), fejn operaturi ekonomiċi li ma jkunux stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni jkunu meħtieġa jirreġistraw mal-awtoritajiet doganali;
(b) il-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3), fejn persuni oħra għajr operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jirreġistraw mal-awtoritajiet doganali;
(c) il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 9(4), fejn l-awtoritajiet doganali jinvalidaw reġistrazzjoni.
Artikolu 11
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-awtorità doganali responsabbli għar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 9.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 12
Il-komunikazzjoni ta' informazzjoni u l-protezzjoni tad-data
1. L-informazzjoni kollha miksuba mill-awtoritajiet doganali waqt il-qadi tad-dmir tagħhom li fin-natura tagħha hi kunfidenzjali jew li hi provduta fuq bażi konfidenzjali għandha tkun koperta bl-obbligu tas-sigriet professjonali. Ħlief kif provdut fl-Artikolu 47(2), tali informazzjoni m’għandhiex tkun żvelata mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr il-permess espress tal-persuna jew tal-awtorità li pprovdietha.
Tali informazzjoni tista’, madankollu, tkun żvelata mingħajr permess fejn l-awtoritajiet doganali huma obbligati jew awtorizzati biex jagħmlu hekk skont provvedimenti fis-seħħ, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, jew b’konnessjoni ma’ proċeduri legali.
2. L-informazzjoni kunfidenzjali msemmija fil-paragrafu 1 tista' tkun ikkomunikata lill-awtoritajiet doganali u awtoritajiet kompetenti oħra ta’ pajjiżi jew territorji barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għall-għanijiet tal-kooperazzjoni doganali ma' dawk il-pajjiżi jew territorji fil-qafas ta’ ftehim internazzjonali jew leġislazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni.
3. Kwalunkwe żvelar jew komunikazzjoni ta' informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-data f'konformità sħiħa mal-provvedimenti fis-seħħgħall-protezzjoni tad-data.
Artikolu 13
L-iskambju ta’ informazzjoni addizzjonali bejn l-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi
1. L-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi jistgħu jagħmlu skambju ta’ kwalunkwe informazzjoni mhix speċifikament meħtieġa taħt il-leġislazzjoni doganali, b’mod partikolari għall-għan ta’ kooperazzjoni reċiproka fl-identifikazzjoni u fil-kontroreazzjoni għar-riskju. Dak l-iskambju jista’ jsir taħt ftehim bil-miktub u jista’ jinkludi aċċess għas-sistemi tal-kompjuter tal-operaturi ekonomiċi mill-awtoritajiet doganali.
2. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta minn waħda mill-partijiet lill-oħra waqt il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kunfidenzjali ħlief jekk iż-żewġ partijiet jiftiehmu mod ieħor.
Artikolu 14
L-għoti ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet doganali
1. Kwalunkwe persuna tista’ titlob informazzjoni lill-awtoritajiet doganali dwar l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali. Tali talba tista’ tkun rifjutata fejn ma tirriferix għal attività marbuta ma’ kummerċ internazzjonali tal-merkanzija li fil-fatt hi prevista.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom iżommu djalogu regolari mal-operaturi ekonomiċi u ma' awtoritajiet oħra involuti fil-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija. Huma għandhom jippromwovu t-trasparenza billi jagħmlu l-leġislazzjoni doganali, id-deċiżjonijiet amministrattivi ġenerali u l-formoli tal-applikazzjoni disponibbli bla xkiel, fejn prattiku mingħajr ħlas, u permezz tal-Internet.
Artikolu 15
L-għoti ta’ informazzjon lill-awtoritajiet doganali
1. Kwalunkwe persuna direttament jew indirettament involuta fit-twettiq tal-formalitajiet doganali jew ta’ kontrolli doganali, fuq it-talba tal-awtoritajiet doganali u fi kwalunkwe limitu ta’ żmien speċifikat, għandha tipprovdi lil dawk l-awtoritajiet bid-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa, f’forma xierqa, u l-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq ta’ dawk il-formalitajiet jew kontrolli.
2. Il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid, minn persuna lill-awtoritajiet doganali, jew il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew kwalunkwe deċiżjoni oħra, tirrendi l-persuna kkonċernata responsabbli għal dan li ġej:
(a) il-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni, fin-notifika jew fl-applikazzjoni;
(b) l-awtentiċità, preċiżjoni u validità ta’ kwalunkwe dokument li jappoġġa d-dikjarazzjoni, in-notifika jew l-applikazzjoni;
(c) fejn applikabbli, konformità mal-obbligi kollha marbutin mat-tqegħid tal-merkanzija inkwistjoni taħt il-proċedura doganali kkonċernata, jew mat-tmexxija tal-operazzjonijiet awtorizzati.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-għoti ta’ kwalunkwe informazzjoni fi kwalunkwe forma oħra mitluba minn, jew mogħtija lill-awtoritajiet doganali.
Fejn id-dikjarazzjoni, jew in-notifika jkunu ppreżentati, l-applikazzjoni tkun ippreżentata, jew l-informazzjoni tingħata, minn rappreżentant doganali tal-persuna kkonċernata kif imsemmi fl-Artikolu 18, dak ir-rappreżentant doganali għandu jkun marbut ukoll bl-obbligi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
Artikolu 16
Is-sistemi elettroniċi
1. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jiżviluppaw, iżommu u jħaddmu sistemi elettroniċi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet doganali u mal-Kummissjoni, u għall-ħażna ta’ tali informazzjoni, f'konformità mal-Kodiċi.
2. Stati Membri li lilhom ingħatat deroga skont l-Artikolu 6(4) m'għandhomx ikunu mitluba jiżviluppaw, iżommu u jħaddmu fl-ambitu ta' dik id-deroga s-sistemi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 17
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-arranġamenti tekniċi għall-iżvilupp, iż-żamma u tħaddim tas-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 16(1).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 18
Ir-rappreżentant doganali
1. Kwalunkwe persuna tista’ taħtar rappreżentant doganali.
Tali rappreżentanza tista’ jew tkun diretta, f’liema każ ir-rappreżentant doganali għandu jaġixxi f’isem u għan-nom ta’ persuna oħra, jew indiretta, f’liema każ ir-rappreżentant doganali għandu jaġixxi f’ismu proprju iżda għan-nom ta’ persuna oħra.
2. Rappreżentant doganali għandu jkun stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni.
Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor, għandu jingħata eżoneru minn dak ir-rekwiżit fejn ir-rappreżentant doganali jaġixxi f'isem persuni li mhumiex meħtieġa jkunu stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, il-kondizzjonijiet li taħthom rappreżentant doganali jista' jipprovdi servizzi fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit. Madankollu, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni ta’ kriterji inqas stretti mill-Istat Membru kkonċernat, rappreżentant doganali li jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 39 għandu jkollu d-dritt jipprovdi tali servizzi fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn huwa stabbilit.
4. L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kondizzjonijiet determinati f'konformità mal-ewwel sentenza tal-paragrafu 3 għal rappreżentanti doganali mhux stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni.
Artikolu 19
L-għoti ta’ setgħa ta' rappreżentanza
1. Meta jkun qed jittratta mal-awtoritajiet doganali, rappreżentant doganali għandu jiddikjara li qed jaġixxi għan-nom tal-persuna rappreżentata u għandu jispeċifika jekk ir-rappreżentanza hijiex diretta jew indiretta.
Il-persuni li jonqsu milli jiddikjaraw li qed jaġixxu bħala rappreżentanti doganali, jew li jiddikjaraw li qed jaġixxu bħala rappreżentanti doganali mingħajr ma jingħataw is-setgħa li jagħmlu dan, għandhom jitqiesu bħala li jaġixxu għan-nom proprju tagħhom jew f’isimhom stess.
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jesiġu li persuni li jiddikjaraw li qed jaġixxu bħala rappreżentanti doganali jagħtu prova li ngħataw is-setgħa ta' rappreżentanza mill-persuna rappreżentata.
F'każijiet speċifiċi, l-awtoritajiet doganali m'għandhomx jitolbu li tingħata tali prova.
3. L-awtoritajiet doganali m'għandhomx jirrikjedu li persuna, li taġixxi bħala rappreżentant doganali, li twettaq atti u formalitajiet fuq bażi regolari, tagħti f'kull okkażjoni prova tas-setgħa, sakemm tali persuna tkun f'pożizzjoni li tagħti tali prova fuq talba mill-awtoritajiet doganali.
Artikolu 20
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw:
(a) il-każijiet fejn ma japplikax l-eżoneru msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(2);
(b) il-każijiet fejn il-prova tal-għoti tas-setgħa msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2) ma tintalabx mill-awtoritajiet doganali.
Artikolu 21
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali dwar l-għoti u l-ippruvar tad-dritt imsemmi fl-Artikolu 18(3).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 22
Deċiżjonijiet meħuda wara applikazzjoni
1. Fejn persuna tapplika għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali, dik il-persuna għandha tagħti l-informazzjoni kollha mitluba mill-awtoritajiet doganali kompetenti biex huma jkunu jistgħu jieħdu dik id-deċiżjoni.
Deċiżjoni tista’ ssir applikazzjoni għaliha ukoll minn, u tittieħed fir-rigward ta’, diversi persuni, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-leġislazzjoni doganali.
Ħlief fejn provdut mod ieħor, l-awtorità doganali kompetenti għandha tkun dik li tinsab fil-post fejn ikunu miżmuma jew fejn ikunu aċċessibbli l-kontijiet prinċipali tal-applikant għal skopijiet ta’ dwana, u fejn issir għall-anqas parti mill-attivitajiet li għandhom ikunu koperti mid-deċiżjoni.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom, mingħajr dewmien u sa mhux aktar tard minn 30 jum minn meta rċevew l-applikazzjoni għal deċiżjoni, jivverifikaw jekk humiex sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta' dik l-applikazzjoni.
Fejn l-awtoritajiet doganali jistabbilixxu li l-applikazzjoni fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa, huma għandhom jikkomunikaw l-aċċettazzjoni tagħha lill-applikant fil-perijodu speċifikat fl-ewwel subparagrafu.
3. L-awtorità doganali kompetenti għandha tieħu deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 u għandha tinnotifika lill-applikant mingħajr dewmien u, mhux aktar tard minn 120 jum mid-data tal-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni, ħlief fejn provdut mod ieħor.
Fejn l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jikkonformaw mal-limitu ta’ żmien għat-teħid ta' deċiżjoni, leġishuma għandhom jgħarrfu lill-applikant b’dan il-fatt qabel ma jiskadi dak il-limitu ta’ żmien, fejn jagħtu r-raġunijiet u jindikaw perijodu ta’ żmien ulterjuri li jikkunsidraw meħtieġ biex tittieħed deċiżjoni. Ħlief fejn provdut mod ieħor, dak il-perijodu ta' żmien ulterjuri m'għandux jaqbeż 30 jum.
Mingħajr ħsara għat-tienu subparagrafu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jestendu l-limitu ta' żmien għat-teħid ta' deċiżjoni, kif stipulat fil-leġislazzjoni doganali, fejn l-applikant jitlob estensjoni biex jagħmel aġġustamenti sabiex jiżgura li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet u l-kriterji. Dawk l-aġġustamenti u l-perijodu ulterjuri ta' żmien meħtieġ biex jitwettqu għandhom jkunu kkomunikati lill-awtoritajiet doganali, li għandhom jiddeċiedu dwar l-estensjoni.
4. Ħlief fejn speċifikat mod ieħor fid-deċiżjoni jew fil-leġislazzjoni doganali, id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha l-applikant ikun irċeviha, jew li fiha jitqies li jkun irċeviha. Ħlief fil-każjiet previsti fl-Artikolu 45(2), id-deċiżjonijiet adottati jkunu infurzabbli mill-awtoritajiet doganali minn dik id-data.
5. Ħlief fejn provdut b'mod ieħor fil-leġislazzjoni doganali, id-deċiżjoni għandha tkun valida mingħajr limiti ta' żmien.
6. Qabel tittieħed deċiżjoni li taffettwa b’mod negattiv lill-applikant, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet li fuqhom bi ħsiebhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom lill-applikant, li għandu jingħata l-opportunità li jesprimi l-opinjoni tiegħu f'perijodu preskritt mid-data li fiha jkun irċieva dik il-komunikazzjoni jew li fiha jitqies li jkun irċeviha. Wara li jiskadi dak il-perijodu, l-applikant għandu jkun mgħarraf, fil-mod xieraq, bid-deċiżjoni.
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika fi kwalunkwe waħda mill-każijiet li ġejjin:
(a) fejn jikkonċerna deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 33(1);
(b) f'każ ta' rifjut tal-benefiċċju ta' kwota tariffarja fejn il-volum tal-kwota tariffarja speċifikat jintlaħaq kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(4);
(c) fejn in-natura jew il-livell ta' theddida għas-sikurezza u s-sigurtà tal-Unjoni u r-residenti tagħha, għal saħħet il-bniedem, l-annimali jew il-pjanti, għall-ambjent jew għall-konsumaturi teħtieġ hekk;
(d) fejn id-deċiżjoni jkollha l-għan li tiżgura l-implimentazzjoni ta' deċiżjoni oħra li għaliha jkun ġie applikat l-ewwel subparagrafu, mingħajr ħsara għal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat;
(e) fejn jippreġudika investigazzjonijiet mibdija biex tkun miġġielda l-frodi;
(f) f'każijiet speċifiċi oħra.
7. Deċiżjoni li taffettwa lill-applikant b'mod negattiv għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata u għandha tirriferi għad-dritt tal-appell previst fl-Artikolu 44.
Artikolu 23
Il-ġestjoni ta' deċiżjonijiet meħudin wara applikazzjoni
1. Id-detentur tad-deċiżjoni għandu jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw mid-deċiżjoni.
2. Id-detentur tad-deċiżjoni għandu jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fattur li jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni, li jista' jinfluwenza il-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha.
3. Mingħajr ħsara għall-provvedimenti stabbiliti f’oqsma oħra li jispeċifikaw il-każijiet li fihom id-deċiżjonijiet huma invalidi jew isiru ma jiswew xejn, l-awtoritajiet doganali li jkunu ħadu d-deċiżjoni jistgħu jannullawha, jemendawha jew jirrevokawha, fi kwalunkwe ħin, fejn hi ma tkunx konformi mal-leġislazzjoni doganali.
4. F' każijiet speċifiċi l-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu dan li ġej:
(a) jerġgħu jevalwaw deċiżjoni mill-ġdid;
(b) jissospendu deċiżjoni li m'għandhiex tkun annullata, revokata jew emendata.
5. L-awtoritajiet doganali għandhom jissorveljaw il-kondizzjonijiet u l-kriterji li għandhom jkunu sodisfatti mid-detentur ta' deċiżjoni. Huma għandhom ukoll jissorveljaw il-konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn dik id-deċiżjoni. Fejn id-detentur tad-deċiżjoni jkun ilu stabbilit għal inqas minn tliet snin, l-awtoritajiet doganali għandhom jissorveljawh mill-qrib waqt l-ewwel sena wara li tittieħed id-deċiżjoni.
Artikolu 24
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw:
(a) l-eċċezzjonijiet għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(1);
(b) il-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2);
(c) il-limitu ta' żmien biex tittieħed deċiżjoni speċifika, inkluż l-estensjoni possibbli ta' dak il-limitu ta' żmien, skont l-Artikolu 22(3);
(d) il-każijiet, imsemmija fl-Artikolu 22(4), fejn id-deċiżjoni ssir effettiva minn data li tkun differenti mid-data meta l-applikant jirċieviha jew jitqies li jkun irċieviha;
(e) il-każijiet, imsemmija fl-Artikolu 22(5), fejn id-deċiżjoni mhix valida mingħajr limiti ta' żmien;
(f) it-tul tal-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(6);
(g) il-każijiet speċifiċi, imsemmija fil-punt (f) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(6), fejn l-applikant ma jingħata ebda opportunità biex jesprimi l-fehma tiegħu;
(h) il-każijiet u r-regoli għall-evalwazzjoni mill-ġdid u għas-sospensjoni ta’deċiżjonijiet skont l-Artikolu 23(4).
Artikolu 25
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, r-regoli proċedurali għal:
(a) il-preżentazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni għal deċiżjoni, imsemmija fl-Artikolu 22(1) u (2);
(b) teħid tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 22, inkluż, skont il-każ, il-konsultazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati;
(c) sorveljanza ta' deċiżjoni, skont l-Artikolu 23(5).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 26
Il-validità tad-deċiżjonijiet mal-Unjoni kollha
Ħlief fejn l-effett ta' deiċżjoni jkun limitat għal Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri, id-deċiżjonijiet marbutin mal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Unjoni.
Artikolu 27
Annullament ta’ deċiżjonijiet favorevoli
1. L-awtoritajiet doganali għandhom jannullaw deċiżjoni favorevoli għad-detentur tad-deċiżjoni jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) id-deċiżjoni tkun ittieħdet abbażi ta’ informazzjoni mhux korretta jew mhux sħiħa;
(b) id-detentur tad-deċiżjoni kien jaf jew raġevolment kellu jkun jaf li l-informazzjoni ma kienitx korretta jew sħiħa;
(c) kieku l-informazzjoni kienet korretta u sħiħa, id-deċiżjoni kienet tkun differenti.
2. Id-detentur tad-deċiżjoni għandu jkun notifikat bl-annullament tagħha.
3. L-annullament għandu jsir effettiv mid-data li fiha d-deċiżjoni inizjali issir effettiva, sakemm mhux speċifikat b’mod ieħor fid-deċiżjoni skont il-leġislazzjoni doganali.
Artikolu 28
Ir-revoka u l-emendar ta' deċiżjonijiet favorevoli
1. Deċiżjoni favorevoli għandha tkun revokata jew emendata meta, f'każijiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 27:
(a) waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet biex tittieħed dik id-deċiżjoni ma kinux sodisfatti jew m'għadhomx sodisfatti; jew
(b) wara applikazzjoni mid-detentur tad-deċiżjoni.
2. Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor, deċiżjoni favorevoli indirizzata lil diversi persuni tista’ tkun revokata fir-rigward ta’ persuna waħda biss li tonqos milli tirrispetta obbligu impost taħt dik id-deċiżjoni.
3. Id-detentur tad-deċiżjoni għandu jkun notifikat bir-revoka jew bl-emendament tagħha.
4. L-Artikolu 22(4) għandu japplika għar-revoka jew l-emendament tad-deċiżjoni.
Iżda, f’każijiet eċċezzjonali fejn l-interessi leġittimi tad-detentur tad-deċiżjoni hekk jeħtieġu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddifferixxu d-data li fiha jsiru effettivi r-revoka jew l-emendament sa b'sena. Dik id-data għandha tkun indikata fid-deċiżjoni ta' revoka jew ta' emendament.
Artikolu 29
Deċiżjonijiet meħuda mingħajr applikazzjoni minn qabel
Ħlief meta awtorità doganali taġixxi bħala awtorità ġudizzjarja, l-Artikoli 22(4), (5), (6) u (7), l-Artikolu 23(3) u l-Artikoli 26, 27 u 28 għandhom japplikaw ukoll għad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet doganali mingħajr ma ssir applikazzjoni minn qabel mill-persuna kkonċernata.
Artikolu 30
Il-limitazzjonijiet applikabbli għal deċiżjonijiet dwar merkanzija mqgħieda taħt proċedura doganali jew f'ħażna temporanja
Ħlief fejn il-persuna kkonċernata titlob hekk, ir-revoka, l-emendar jew is-sospensjoni ta' deċiżjoni favorevoli m'għandhomx jaffettwaw merkanzija li, fil-mument li jsiru effettivi r-revoka, l-emenda jew is-sospensjoni, tkun diġà tqiegħdet u għadha taħt proċedura doganali jew f'ħażna temporanja bis-saħħa tad-deċiżjoni rrevokata, emendata jew sospiża.
Artikolu 31
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 284, li jiddeterminaw:
(a) il-każijiet, imsemmija fl-Artikolu 28(2), fejn deċiżjoni favorevoli indirizzata lil diversi persuni tista' tkun revokata anki fir-rigward ta' persuni oħra għajr il-persuna li tonqos milli tissodisfa obbligu impost skont dik id-deċiżjoni;
(b) il-każijiet eċċezzjonali, fejn l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddifferixxu d-data meta ssir effettiva revoka jew emenda skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(4).
Artikolu 32
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali għall-annullament, ir-revoka jew l-emendar ta' deċiżjonijiet favorevoli.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 33
Deċiżjonijiet marbutin ma' informazzjoni vinkolanti
1. L-awtoritajiet doganali għandhom, wara applikazzjoni, jieħdu deċiżjonijiet marbutin mal-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi (deċiżjonijiet BTI), jew deċiżjonijiet marbutin mal-informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini (deċiżjonijiet BOI).
Tali applikazzjoni m' għandhiex tkun aċċettata fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) fejn l-applikazzjoni ssir, jew diġà saret, fl-istess uffiċċju doganali jew f’ieħor, minn jew f’isem id-detentur ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-istess merkanzija u, għal deċiżjonijiet BOI, taħt l-istess ċirkostanzi li jiddeterminaw l-akkwist ta’ oriġini;
(b) fejn l-applikazzjoni m’għandhiex x’taqsam ma’ ebda użu intiż tad-deċiżjoni BTI jew BOI jew kwalunkwe użu intiż ta’ proċedura doganali.
2. Id-deċiżjonijiet BTI jew BOI għandhom ikunu vinkolanti biss fir-rigward tal-klassifikazzjoni tariffarja jew id-determinazzjoni tal-oriġini tal-merkanzija:
(a) għall-awtoritajiet doganali, fil-konfront tad-detentur tad-deċiżjoni, fir-rigward biss ta’ merkanzija li għaliha tlestew il-formalitajiet doganali wara d-data li fiha d-deċiżjoni ssir effettiva;
(b) għad-detentur tad-deċiżjoni, fil-konfront tal-awtoritajiet doganali, biss b’effett mid-data li fiha jkun irċeva, jew hu meqjus bħala li rċieva, in-notifika tad-deċiżjoni.
3. Id-deċiżjonijiet BTI jew BOI għandhom ikunu validi għal perijodu ta’ tliet snin mid-data li fiha d-deċiżjoni ssir effettiva.
4. Għall-applikazzjoni ta' deċiżjoni BTI jew BOI fil-kuntest ta' proċedura doganali partikolari, id-detentur tad-deċiżjoni għandu jkun jista' jagħti prova li:
(a) fil-każ ta’ deċiżjoni BTI, il-merkanzija ddikjarata tikkorrispondi f’kull rispett għal dik deskritta fid-deċiżjoni;
(b) fil-każ ta’ deċiżjoni BOI, il-merkanzija inkwistjoni u ċ-ċirkostanzi li jiddeterminaw il-ksib tal-oriġini jikkorrispondu f’kull rispett għall-merkanzija u ċirkostanzi deskritti fid-deċiżjoni.
Artikolu 34
Ġestjoni ta' deċiżjonijiet marbuta ma' informazzjoni vinkolanti
1. Deċiżjoni BTI għandha titlef il-validità tagħha qabel tmiem il-perijodu msemmi fl-Artikolu 33(3) fejn hija ma tibqax konformi mal-liġi, bħala riżultat ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a) l-adozzjoni ta' emenda għan-nomenklaturi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 56(2);
(b) l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 57(4);
b'effett mid-data ta' applikazzjoni ta' tali emenda jew miżuri.
2. Deċiżjoni BOI għandha titlef il-validità tagħha qabel tmiem il-perijodu msemmi fl-Artikolu 33(3), fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) fejn jkun adottat regolament jew jintlaħaq ftehim minn, u jsir applikabbli fl-Unjoni u d-deċiżjoni BOI ma tibqax konformi mal-liġi li b’hekk tkun stabbilita, b'effett mid-data ta' applikazzjoni ta' dak ir-regolament jew ftehim;
(b) fejn hija ma tkunx aktar kompatibbli mal-Ftehim dwar ir-Regoli ta' Oriġini stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) jew man-noti ta' spjegazzjoni jew opinjoni ta' oriġini adottata għall-interpretazzjoni ta' dak il-Ftehim, b'effett mid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
3. Id-deċiżjonijiet BTI jew BOI m'għandhomx jitilfu l-validità tagħhom b'effett retroattiv.
4. B’deroga mill-Artikolu 23(3) u l-Artikolu 27, deċiżjonijiet BTI u BOI għandhom ikunu annullati fejn ikunu bbażati fuq informazzjoni mill-applikanti li mhix preċiża jew li mhix sħiħa.
5. Deċiżjonijiet BTI u BOI għandhom ikunu rrevokati skont l-Artikolu 23(3) u l-Artikolu 28. Madankollu, dawn id-deċiżjonijiet m'għandhomx jkunu revokati wara applikazzjoni tad-detentur tad-deċiżjoni.
6. Id-deċiżjonijiet BTI u BOI ma jistgħux jkunu emendati.
7. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrevokaw deċiżjonijiet BTI:
(a) fejn dawn ma jkunux għadhom kompatibbli mal-interpretazzjoni ta' xi waħda min-nomenklaturi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 56(2)(b’ riżultat ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(i) noti ta' spjegazzjoni msemmija fit-tieni inċiż tal-punt (a) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffi u nomenklatura statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( 1 ), b'effett mid-data tal-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
(ii) sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b'effett mid-data tal-pubblikazzjoni tal-parti operattiva tas-sentenza f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
(iii) deċiżjonijiet ta' klassifikazzjoni, opinjonijiet ta' klassifikazzjoni jew emendi għan-noti ta' spjegazzjoni tan-Nomenklatura tas-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, adottati mill-Organizzazzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, magħmula fi Brussell fil-15 ta' Diċembru 1950, b'effett mid-data tal-pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fis-serje "C"ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; jew
(b) f'każijiet speċifiċi oħra.
8. Id-deċiżjonijiet BOI għandhom jkunu revokati:
(a) fejn ma jibqgħux kompatibbli ma' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b'effett mid-data tal-pubblikazzjoni tal-parti operattiva tas-sentenza f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; jew
(b) f'każijiet speċifiċi oħra.
9. Fejn ikunu japplikabbli l-punt (b) tal-paragrafu 1 jew il-paragrafi 2, 7 jew 8, xorta tista' tintuża deċiżjoni BTI jew BOI fir-rigward ta' kuntratti vinkolanti li kienu bbażati fuq dik id-deċiżjoni u li kienu konklużi qabel hija tilfet il-validità tagħha jew qabel hija kienet revokata. Dak l-użu estiż m'għandux japplika fejn deċiżjoni BOI tittieħed għal merkanzija li għandha tkun esportata.
L-użu estiż msemmi fl-ewwel subparagrafu m'għandux jaqbeż sitt xhur mid-data meta deċiżjoni BTI jew BOI ma tibqax valida jew tkun revokata. Madankollu, miżura msemmija fl-Artikolu 57(4) jew fl-Artikolu 67 tista' teskludildak l-użu estiż jew tistabbilixxi perijodu iqsar ta' żmien. Fil-każ ta' prodotti li dwarhom jkun ippreżentat ċertifikat ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni meta jitwettqu l-formalitajiet doganali, il-perijodu ta' sitt xhur għandu jkun sostitwit mill-perijodu ta' validità taċ-ċertifikat.
Sabiex jibbenefika mill-użu estiż ta' deċiżjoni BTI jew BOI, id-detentur ta' dik id-deċiżjoni għandu jippreżenta applikazzjoni lill-awtorità doganali li ħadet id-deċiżjoni fi żmien 30 jum mid-data meta tieqaf tkun valida jew tkun revokata, fejn jindika l-kwantitajiet li għalihom qed jintalab perijodu ta' użu estiż u l-Istat Membru jew Stati Membri fejn il-merkanzija ser tkun rilaxxata taħt il-perijodu ta' użu estiż. Dik l-awtorità doganali għandha tieħu deċiżjoni dwar l-użu estiż u tinnotifika lid-detentur, mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn 30 jum mid-data meta tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista' tieħu dik id-deċiżjoni.
10. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet doganali fejn:
(a) ikun sospiż it-teħid ta' deċiżjonijiet BTI u BOI għall-merkanzija li l-klassifikazzjoni tariffarja jew id-determinazzjoni tal-oriġini korretti u uniformi tagħha ma jkunux żgurati; jew
(b) is-sospensjoni msemmija fil-punt (a) tkun irtirata.
11. Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjonijiet li permezz tagħhom titlob li Stati Membri jirrevokaw deċiżjonijiet BTI jew BOI, sabiex tiżgura l-klassifikazzjoni tariffarja jew id-determinazzjoni tal-oriġini korretti u uniformi tal-merkanzija.
Artikolu 35
Deċiżjonijiet marbuta ma' informazzjoni vinkolanti fir-rigward ta' fatturi oħra
F'każijiet speċifiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom, wara li ssir applikazzjoni, jieħdu deċiżjonijiet marbutin ma informazzjoni vinkolanti fir-rigward ta' fatturi oħra msemmija fit-Titolu II, li abbażi tagħhom jkunu applikati dazji tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni u miżuri oħra li jikkonċernaw il-kummerċ tal-merkanzija.
Artikolu 36
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw:
(a) il-każijiet speċifiċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 34(7) u fil-punt (b) tal-Artikolu 34(8), fejn għandhom jkunu revokati deċiżjonijiet BTI u BOI;
(b) il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 35, fejn jittieħdu deċiżjonijiet marbutin ma' informazzjoni vinkolanti fir-rigward ta' fatturi oħra li abbażi tagħhom jkunuapplikati dazji fuq importazzjoni u l-esportazzjoni u miżuri oħra li jikkonċernaw il-kummerċ tal-merkanzija.
Artikolu 37
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali għal dawn li ġejjin:
(a) l-użu ta' deċiżjoni BTI jew BOI wara li din ma tibqax valida jew tkun revokata, skont l-Artikolu 34(9);
(b) biex il-Kummissjoni tinnotifika lill-awtoritajiet doganali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 34(10);
(c) l-użu ta' deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35 u determinati skont il-punt (b) tal-Artikolu 36 wara li ma jibqgħux validi;
(d) is-sospensjoni ta' deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35 u determinati skont il-punt (b) tal-Artikolu 36 u għan-notifika tas-sospensjoni jew l-irtirar tas-sospensjoni lill-awtoritajiet doganali.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, id-deċiżjonijiet li jitolbu lil Stati Membri biex jirrevokaw:
(a) deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 34(11);
(b) deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35 u determinati skont il-punt (b) tal-Artikolu 36.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 285(2).
F'każ li l-opinjoni tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 285(1) trid tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, għandu japplika l-Artikolu 285(6).
Artikolu 38
L-applikazzjoni u l-awtorizzazzjoni
1. Operatur ekonomiku li hu stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni u li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39 jista’ japplika għall-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat.
L-awtoritajiet doganali għandhom, jekk meħtieġ wara konsultazzjoni ma’ awtoritajiet oħra kompetenti, jagħtu dak l-istatus, li għandu jkun soġġett għal sorveljanza.
2. L-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandu jikkonsisti fit-tipi ta’ awtorizzazzjoni li ġejjin:
(a) dik ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali, li għandha tippermetti li d-detentur jibbenefika minn ċerti simplifikazzjonijiet skont il-leġislazzjoni doganali; jew
(b) dik ta' operatur ekonomiku awtorizzat għas-sikurezza u s-sigurtà li għandha tintitola lid-detentur għal faċilitazzjonijiet marbuta mas-sikurezza u s-sigurtà.
3. Iż-żewġ tipi ta’ awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinżammu fl-istess ħin.
4. L-istatus tal-operatur ekonomiku awtorizzat għandu, soġġett għall-Artikoli 39, 40 u 41, ikun rikonoxxut mill-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri kollha.
5. L-awtoritajiet doganali għandhom, abbażi tar-rikonoxximent tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għal simplifikazzjonijiet doganali u sakemm ir-rekwiżiti marbuta ma’ tip speċifiku ta’ simplifikazzjoni prevista fil-leġislazzjoni doganali jkunu sodisfatti, jawtorizzaw lill-operatur biex igawdi minn dik is-simplifikazzjoni. L-awtoritajiet doganali m'għandhomx jerġgħu jeżaminaw dawk il-kriterji li diġà kienu eżaminati meta ingħata l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat.
6. L-operatur ekonomiku awtorizzat imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jgawdi minn trattament aktar favorevoli minn operaturi ekonomiċi oħra fir-rigward ta' kontrolli doganali skont it-tip ta' awtorizzazzjoni mogħtija, inklużi kontrolli fiżiċi u bbażati fuq id-dokumenti inqas frekwenti.
7. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu benefiċċji li jirriżultaw mill-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat lil persuni stabbiliti f'pajjiżi jew territorji barra mit-territorju doganali tal-Unjoni u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet u jikkonformaw mal-obbligi definiti mil-leġislazzjoni rilevanti ta' dawk il-pajjiżi jew territorji, safejn dawk il-kondizzjonijiet u obbligi huma rikonoxxuti mill-Unjoni bħala ekwivalenti għal dawk imposti lill-operaturi ekonomiċi awtorizzati stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni. Tali għoti ta' benefiċċji għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta' reċiproċità sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Unjoni, u għandu jkun apoġġat minn ftehim internazzjonali jew leġislazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni.
Artikolu 39
L-għoti ta' status
Il-kriterji biex jingħata status ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) in-nuqqas ta' kwalunkwe ksur serju jew ksur ripetut tal-leġislazzjoni doganali u r-regoli tat-tassazzjoni, inkluż ebda rekord ta' reati kriminali serji marbuta mal-attività ekonomika tal-applikant;
(b) il-wiri, min-naħa tal-applikant, ta' livell għoli ta' kontroll tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-fluss ta' merkanzija, permezz ta' sistema ta' ġestjoni ta' kotba kummerċjali u, skont il-każ, tat-trasport, li tippermetti kontrolli doganali xierqa;
(c) is-solvenza finanzjarja, li għandha titqies bħala ppruvata fejn l-applikant ikollu pożizzjoni finanzjarja tajba, li tippermettilu jonora l-impenji tiegħu, b’konsiderazzjoni xierqa tal-karatteristiċi tat-tip ta' attività kummerċjali kkonċernata;
(d) fir-rigward tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 38(2), standards prattiċi ta' kompetenza jew kwalifiki professjonali marbuta direttament mal-attività mwettqa; u
(e) fir-rigward tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(2)), l-istandards tas-sigurtà u s-sikurezza xierqa, li għandhom jitiqesu bħala sodisfatti fejn l-applikant juri li jżomm miżuri xierqa biex jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza tal-katina internazzjonali tal-provvista inkluż fl-oqsma tal-integrità fiżika u ta' kontrolli tal-aċċess, proċessi loġistiċi u mmaniġġar ta' tipi speċifiċi ta' merkanzija, persunal u identifikazzjoni tas-sħab kummerċjali tiegħu.
Artikolu 40
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni hija mogħija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw dawn li ġejjin:
(a) is-simplifikazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 38(2);
(b) il-faċilitazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(2);
(c) it-trattament aktar favorevoli msemmi fl-Artikolu 38(6).
Artikolu 41
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-modalitajiet għall-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 39.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 42
L-applikazzjoni ta’ pieni
1. Kull Stat Membru għandu jaħseb għal pieni għal nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni doganali. Tali pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. Fejn jkunu applikati pieni amministrattivi, huma jistgħu, inter alia, jieħdu waħda mill-forom li ġejjin, jew it-tnejn:
(a) imposta monetarja mill-awtoritajiet doganali, inkluż, fejn xieraq, arranġament applikat minflok u biex jissostitwixxi piena kriminali;
(b) ir-revoka, is-sospensjoni jew l-emendament ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni miżmuma mill-persuna kkonċernata.
3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, fi żmien 180 jum mid-data tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, kif determinata skont l-Artikolu 288(2), bil-provvedimenti nazzjonali fis-seħħ, kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawk il-provvedimenti.
Artikolu 43
Deċiżjonijiet meħudin minn awtorità ġudizzjarja
L-Artikoli 44 u 45 m'għandhomx japplikaw għall-appelli ppreżentati bil-ħsieb għall-annullament, revokar jew emendar ta' deċiżjoni marbuta mal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali meħuda minn awtorità ġudizzjarja, jew mill-awtoritajiet doganali li jaġixxu bħala awtoritajiet ġudizzjarji.
Artikolu 44
Id-dritt ta’ appell
1. Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tappella kontra kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet doganali marbuta mal-applikazzjoni ta’ legislazzjoni doganali li tikkonċernaha direttament u individwalment.
Kwalunkwe persuna li applikat għal deċiżjoni għand l-awtoritajiet doganali u ma ngħatatx deċiżjoni fuq dik l-applikazzjoni fil-limiti taż-żmien msemmija fl-Artikolu 22(3) għandha tkun ukoll intitolata li teżerċita d-dritt tal-appell.
2. Id-dritt tal-appell jista’ jkun eżerċitat mill-anqas f’żewġ stadji:
(a) inizjalment, quddiem l-awtoritajiet doganali jew awtorità ġudizzjarja jew korp ieħor maħtur għal dik il-għan mill-Istati Membri;
(b) sussegwentement, quddiem korp indipendenti ogħla, li jista’ jkun awtorità ġudizzjarja jew korp ekwivalenti speċjalizzat, skont il-provvedimenti fis-seħħ fl-Istati Membri.
3. L-appell għandu jkun ippreżentat fl-Istat Membru fejn id-deċiżjoni tkun ittieħdet jew fejn tkun saret l-applikazzjoni għaliha.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura tal-appelli tippermetti l-konferma jew il-korrezzjoni minnufih ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet doganali.
Artikolu 45
Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni
1. Il-preżentazzjoni ta’ appell m’għandhiex tikkawża s-sospensjoni tal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni fil-vertenza.
2. Madankollu, l-awtoritajiet doganali għandhom jissospendu l-implimentazzjoni ta’ tali deċiżjoni kollha kemm hi jew parti minnha fejn għandhom raġuni tajba biex jemmnu li d-deċiżjoni fil-vertenza hija inkonsistenti mal-leġislazzjoni doganali jew li hemm biża’ li ssir ħsara irreparabbli lill-persuna kkonċernata.
3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, fejn id-deċiżjoni fil-vertenza jkollha l-effett li toħloq dazju fuq l-importazzjoni jew esportazzjoni, is-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni għandha tiddipendi fuq l-għoti ta’ garanzija, sakemm ma jkunx stabbilit, abbażi ta' evalwazzjoni dokumentata, li tali garanzija x'aktarx toħloq diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji lid-debitur.
Artikolu 46
Il-ġestjoni tar-riskji u l-kontrolli doganali
1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħmlu kwalunkwe kontrolli doganali li jqisu meħtieġa.
Il-kontrolli doganali jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari f’eżami tal-merkanzija, teħid ta’ kampjuni, verifika tal-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija f'dikjarazzjoni jew notifika u l-eżistenza, l-awtentiċità, il-preċiżjoni u l-validità ta’ dokumenti, eżami tal-kontabbiltà tal-operaturi ekonomiċi u kotba oħra, ispezzjonar ta’ mezzi tat-trasport, ispezzjonar ta’ bagalji u merkanzija oħra li jinġarru minn jew fuqhom persuni u twettiq ta’ stħarriġ uffiċjali u atti simili oħrajn.
2. Il-kontrolli doganali, barra kontrolli każwali, għandhom primarjament ikunu bbażati fuq analiżi tar-riskju billi jintużaw tekniċi elettroniċi ta’ proċessar tad-data, bil-għan li jkunu identifikati u evalwati r-riskji u żviluppati il-kontromiżuri meħtieġa, abbażi tal-kriterji żviluppati fuq livell nazzjonali, tal-Unjoni u, fejn disponibbli, fuq livell internazzjonali.
3. Il-kontrolli doganali għandhom isiru f' qafas komuni ta’ ġestjoni tar-riskju, ibbażat fuq l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riskji u r-riżultati tal-analiżi tar-riskji bejn amministrazzjonijiet doganali u li jistabbilixxi kriterji u standards komuni ta’ riskju, miżuri ta’ kontroll u oqsma prijoritarji ta’ kontroll.
Kontrolli bbażati fuq tali informazzjoni u kriterji għandhom jitwettqu mingħajr ħsara għal kontrolli oħrajn li jitwettqu skont il-paragrafu 1 jew provvedimenti oħrajn fis-seħħ.
4. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu ġestjoni tar-riskju biex jiddifferenzjaw bejn il-livelli ta’ riskju assoċjati ma’ merkanzija soġġetta għall-kontroll jew superviżjoni doganali u biex jiddeterminaw jekk il-merkanzija hijiex se tkun soġġetta għall-kontrolli doganali speċifiċi jew le, u jekk iva, fejn.
Il-ġestjoni tar-riskju għandu jinkludi attivitajiet bħalma huma l-ġbir ta’ data u ta’ informazzjoni, l-analiżi u l-evalwazzjoni tar-riskju, il-preskrizzjoni u t-teħid ta’ azzjoni u s-sorveljanza u reviżjoni regolari ta’ dak il-proċess u tar-riżultati tiegħu, abbażi ta’ għejjun u strateġiji internazzjonali, tal-Unjoni u nazzjonali.
5. L-awtoritajiet doganali għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar ir-riskju u u r-riżultati tal-analiżi tar-riskji fejn:
(a) ir-riskji jiġu stmati minn awtorità doganali bħala li jkunu sinifikanti u li jeħtieġu kontroll doganali u r-riżultati tal-kontroll jistabbilixxu li jkun seħħ l-avveniment li jkun wassal għar-riskji;
(b) ir-riżultati tal-kontroll ma jistabbilixxux li l-avveniment li jkun iwassal għar-riskji jkun seħħ, iżda l-awtorità doganali kkonċernata tqis li t-theddida tippreżenta riskju għoli x’imkien ieħor fl-Unjoni.
6. Sabiex jkunu stabbiliti l-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju, il-miżuri ta' kontroll u l-oqsma prijoritarji ta' kontroll msemmija fil-paragrafu 3, għandhom jitqiesu l-elementi kollha li ġejjin:
(a) il-proporzjonalità meta mqabbla mar-riskju;
(b) l-urġenza tal-applikazzjoni meħtieġa tal-kontrolli;
(c) l-impatt probabbli fuq il-fluss tal-kummerċ, fuq Stati Membri individwali u fuq ir-riżorsi għall-kontroll.
7. Il-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:
(a) deskrizzjoni tar-riskji;
(b) il-fatturi jew l-indikaturi tar-riskju li għandhom jintużaw biex jintgħażlu merkanzija jew operaturi ekonomiċi għall-kontroll doganali;
(c) in-natura ta’ kontrolli doganali li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet doganali;
(d) it-tul tal-applikazzjoni tal-kontrolli doganali msemmija fil-punt (c).
8. L-oqsma prijoritarji ta' kontroll għandhom ikopru proċeduri doganali partikolari, tipi ta' merkanzija, rotot tat-traffiku, mezzi ta' trasport jew operaturi ekonomiċi li huma soġġetti għal livelli ogħla ta' analiżi tar-riskju u ta' kontrolli doganali matul ċertu perijodu ta' żmien, mingħajr ħsara għal kontrolli oħrajn li użwalment jitwettqu mill-awtoritajiet doganali.
Artikolu 47
Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
1. Fejn, fir-rigward tal-istess merkanzija, għandhom isiru kontrolli minbarra kontrolli doganali mill-awtoritajiet kompetenti minbarra l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ dawk l-awtoritajiet l-oħra, jippruvaw sabiex dawk il-kontrolli jsiru, fejn ikun possibbli, fl-istess żmien u post bħall-kontrolli doganali (one-stop-shop), fejn l-awtoritajiet doganali jkollhom ir-rwol koordinattiv biex jintlaħaq dan l-għan.
2. Fil-qafas tal-kontrolli msemmija f’din it-Taqsima, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħrajn kompetenti jistgħu, fejn meħtieġ -bl-għan li jkun imminimizzat r-riskju u tkun miġġielda l-frodi, jiskambjaw bejniethom u mal-Kummissjoni data li jirċievu fil-kuntest tad-dħul, ħruġ, tranżitu, moviment, ħażna u użu aħħari tal-merkanzija, inkluż it-traffiku postali, li tgħaddi bejn it-territorju doganali tal-Unjoni u pajjiżi jew territorji li jinsabu barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, u fil-kuntest tal-preżenza u tal-moviment fit-territorju doganali tal-Unjoni ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni u ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tal-użu aħħari, u r-riżultati ta’ kwalunkwe kontroll. L-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni jistgħu wkoll jiskambjaw tali data ma' xulxin għall-għan li tkun żgurata applikazzjoni uniformi tal-leġislazzjoni doganali.
Artikolu 48
Il-kontroll wara r-rilaxx
Għall-għanijiet tal-kontrolli doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jivverifikaw il-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija f'dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid, u l-eżistenza u l-awtentiċità, il-preċiżjoni u l-validità ta' kull dokument ta' sostenn u jistgħu jeżaminaw il-kontijiet tad-dikjarant u kotba oħra marbuta mal-operazzjonijiet fir-rigward tal-merkanzija inkwistjoni jew ta’ operazzjonijiet kummerċjali preċedenti jew sussegwenti li jinvolvu dik il-merkanzija wara li jkunu rilaxxawha. Dawk l-awtoritajiet jistgħu jeżaminaw ukoll tali merkanzija u/jew jieħdu kampjuni fejn ikun għadu possibbli għalihom li jagħmlu dan.
Tali kontrolli jistgħu jsiru fil-bini tad-detentur tal-merkanzija jew tar-rappreżentant tad-detentur, ta’ kwalunkwe persuna oħra direttament jew indirettament involuta f’dawk l-operazzjonijiet f’kapaċità ta’ negozju jew ta’ kwalunkwe persuna oħra fil-pussess ta’ dawk id-dokumenti u data għal finijiet ta’ negozju.
Artikolu 49
Vjaġġar bl-ajru u bil-baħar fi ħdan l-Unjoni
1. Kontrolli jew formalitajiet doganali fir-rigward tal-bagalji tal-istiva u tal-kabina ta’ persuni f'titjira fi ħdan l-Unjoni, jew li jaqsmu l-baħar fi ħdan l-Unjoni, għandhom isiru biss fil-każijiet fejn il-leġislazzjoni doganali tipprovdi għal tali kontrolli jew formalitajiet.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr ħsara għal dawn li ġejjin:
(a) verifiki ta’ sikurezza u sigurtà;
(b) verifiki marbutin ma’ projbizzjonijiet jew restrizzjonijet.
Artikolu 50
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni, miżuri li jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tal-kontrolli doganali, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni dwar ir-riskju u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju, tal-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju, tal-miżuri ta' kontroll u tal-oqsma prijoritarji ta' kontroll kif imsemmija fl-Artikolu 46(3).
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza marbutin ma' tali miżuri, li jkunu debitament ġustifikati mill-ħtieġa li jkun aġġornat malajr il-qafas komuni ta' ġestjoni tar-riskju u li jkunu adattati skont l-evoluzzjoni tar-riskji l-iskambju tal-informazzjoni dwar ir-riskju u tal-analiżi tiegħu, il-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju, il-miżuri ta' kontroll u l-oqsma prijoritarji ta' kontroll, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 285(5).
F'każ li l-opinjoni tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 285(1) trid tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, għandu japplika l-Artikolu 285(6).
2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-portijiet jew l-ajruporti fejn skont l-Artikolu 49 għandhom jkunu applikati l-kontrolli u l-formalitajiet doganali għal dan li ġej:
(a) il-bagalji tal-istiva u tal-kabina ta’ persuni:
(i) li jieħdu titjira f’inġenju tal-ajru li ġej minn ajruport mhux fl-Unjoni u li, wara waqfa f’ajruport tal-Unjoni, ikompli għal ajruport ieħor tal-Unjoni;
(ii) li jieħdu titjira f’inġenju tal-ajru li jieqaf f’ajruport tal-Unjoni qabel ikompli għal ajruport mhux fl-Unjoni;
(iii) li jużaw servizz marittimu pprovdut mill-istess bastiment u li jinkludi vjaġġi suċċessivi li jitilqu minn, jieqfu fi jew jintemmu f'port mhux fl-Unjoni;
(iv) abbord inġenju tad-divertiment u inġenju tal-ajru turistiku jew kummerċjali;
(b) bagalji tal-kabina u tal-istiva:
(i) li jaslu f’ajruport tal-Unjoni abbord inġenju tal-ajru li ġej minn ajruport mhux fl-Unjoni u trasferiti f’dak l-ajruport tal-Unjoni għal inġenju tal-ajru ieħor fuq titjira ġewwa l-Unjoni;
(ii) mgħobbija f’ajruport tal-Unjoni fuq inġenju tal-ajru li jipproċedi fuq titjira ġewwa l-Unjoni għal trasferiment f’ajruport ieħor tal-Unjoni għal inġenju tal-ajru li d-destinazzjoni tiegħu huwa ajruport mhux fl-Unjoni.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 51
Iż-żamma ta’ dokumenti u informazzjoni oħra
1. Il-persuna kkonċernata għandha, għall-għanijiet tal-kontrolli doganali, iżżomm id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) għal mill-anqas tliet snin kalendarji, bi kwalunkwe mezz aċċessibbli minn u aċċettabbli għall-awtoritajiet doganali.
Fil-każ ta’ merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa f’ċirkostanzi oħrajn barra dawk imsemmija fit-tielet subparagrafu, jew merkanzija dikjarata għall-esportazzjoni, dak il-perijodu għandu jibda mill-aħħar tas-sena li fiha jkunu aċċettati d-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jew għall-esportazzjoni.
Fil-każ ta’ merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa mingħajr dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju tal-importazzjoni minħabba l-użu aħħari tagħha, dak il-perijodu għandu jibda mill-aħħar tas-sena li fiha ma jibqgħux soġġetti għal superviżjoni doganali.
Fil-każ ta’ merkanzija mqiegħda taħt proċedura doganali oħra jew ta' merkanzija f'ħażna temporanja, dak il-perijodu għandu jibda mill-aħħar tas-sena li fiha l-proċedura doganali kkonċernata ngħalqet jew il-ħażna temporanja ntemmet.
2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 103(4), fejn kontroll doganali fir-rigward ta’ dejn doganali juri li l-entrata rilevanti fil-kontijiet għandha tkun korretta u l-persuna kkonċernata kienet notifikata dwar dan, id-dokumenti u l-informazzjoni għandhom jinżammu għal tliet snin oħra wara l-limitu taż-żmien previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Fejn ikun ġie ppreżentat appell jew fejn inbdew proċedimenti fil-qrati, id-dokumenti u l-informazzjoni għandhom jinżammu għall-perijodu previst fil-paragrafu 1 jew sakemm il-proċedura tal-appelli jew il-proċedimenti fil-qrati jintemmu, skont liema ssir l-aħħar.
Artikolu 52
Imposti u spejjeż
1. L-awtoritajiet doganali m’għandhomx jimponu imposti għat-twettiq ta’ kontrolli doganali jew għal kwalunkwe applikazzjoni oħra tal-leġislazzjoni doganali waqt il-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ tal-uffiċċji doganali kompetenti tagħhom.
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jimponu imposti jew jirkupraw spejjeż fejn jingħataw servizzi speċifiċi, partikolarment dawn li ġejjin:
(a) preżenza, fejn mitluba, mill-ħaddiema tad-dwana barra l-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ tal-uffiċċji jew f’xi bini li mhuwiex bini doganali;
(b) analiżi jew rapporti tal-esperti dwar il-merkanzija u t-tariffi tal-posta biex il-merkanzija tintbagħat lura lill-applikant, speċjalment fil-każ tad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 33 jew l-għoti ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 14(1);
(c) l-eżami jew it-teħid ta’ kampjuni tal-merkanzija għall-għanijiet ta’ verifika, jew il-qerda tal-merkanzija, fejn ikunu involuti spejjeż oħrajn barra dawk għall-użu tal-ħaddiema tad-dwana;
(d) miżuri ta’ kontroll eċċezzjonali, fejn dawn huma meħtieġa minħabba n-natura tal-merkanzija jew riskju potenzjali.
KAPITOLU 3
Konverżjoni monetarja u limiti ta’ żmien
Artikolu 53
Il-konverżjoni monetarja
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw u/jew jagħmlu disponibbli fuq l-Internet ir-rata tal-kambju applikabbli fejn il-konverżjoni monetarja hija meħtieġa għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
(a) minħabba li fatturi użati għad-determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanzija huma espressi f’munitai oħra barra dik tal-Istat Membru fejn hu ddeterminat il-valur doganali;
(b) minħabba li l-valur tal-euro hu meħtieġ f’muniti nazzjonali għal-għan ta' determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija u l-ammont ta' dazju tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, inklużi l-limiti ta' valur fit-Tariffa Doganali Komuni.
2. Fejn il-konverżjoni monetarja tkun meħtieġa għal raġunijiet oħrajn barra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, il-valur tal-euro f’muniti nazzjonali li jrid jkun applikat fil-qafas tal-leġislazzjoni doganali għandu jkun stabbilit mill-anqas darba fis-sena.
Artikolu 54
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli dwar il-konverżjoni monetarja għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 53(1) u (2).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 55
Il-perijodi, id-dati u l-limiti ta' żmien
1. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, fejn perijodu, data jew limitu ta’ żmien huwa stabbilit fil-leġislazzjoni doganali, tali perijodu m’għandux jkun estiż jew imnaqqas u tali data jew limitu ta’ żmien m’għandhomx ikunu differiti jew antiċipati.
2. Ir-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta' żmien ( 2 ) għandhom japplikaw ħlief fejn provdut mod ieħor fil-leġislazzjoni doganali.
TITOLU II
IL-FATTURI LI ABBAŻI TAGĦHOM JKUNUAPPLIKATI D-DAZJU TAL-IMPORTAZZJONI JEW ESPORTAZZJONI U MIŻURI OĦRAJN FIR-RIGWARD TA' KUMMERĊ TA' MERKANZIJA
KAPITOLU 1
It-Tariffa Doganali Komuni u l-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija
Artikolu 56
It-Tariffa Doganali Komuni u s-sorveljanza
1. Id-dazju dovut fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni għandu jkun ibbażat fuq it-Tariffa Doganali Komuni.
Miżuri oħrajn preskritti mill-provvedimenti tal-Unjoni li jirregolaw oqsma speċifiċi marbuta mal-kummerċ tal-merkanzija għandhom, fejn xieraq, ikunu applikati skont il-klassifikazzjoni tariffarja ta' dik il-merkanzija.
2. It-Tariffa Doganali Komuni għandha tinkludi dan kollu li ġej:
(a) in-Nomenklatura Magħquda tal-merkanzija kif stabbilita fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87;
(b) kwalunkwe nomenklatura oħra li hi għalkollox jew parzjalment ibbażata fuq in-Nomenklatura Magħquda jew li tipprovdi sottodiviżjonijiet ulterjuri fiha, u li hi stabbilita mill-provvedimenti tal-Unjoni li jirregolaw oqsma speċifiċi bil-ħsieb tal-applikazzjoni ta’ miżuri tariffarji marbutin mal-kummerċ tal-merkanzija;
(c) id-dazju doganali konvenzjonali jew normali u awtonomu applikabbli għal merkanzija koperta min-Nomenklatura Magħquda;
(d) il-miżuri tariffarji preferenzjali li hemm fil-ftehimiet li l-Unjoni laħqet ma’ ċerti pajjiżi jew territorji barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew gruppi ta’ tali pajjiżi jew territorji;
(e) miżuri tariffarji preferenzjali adottati unilateralment mill-Unjoni fir-rigward ta’ ċerti pajjiżi jew territorji barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew gruppi ta’ tali pajjiżi jew territorji;
(f) miżuri awtonomi li jipprovdu għal tnaqqis fi, jew eżenzjoni minn, dazju doganali fuq ċerta merkanzija;
(g) trattament tariffarju favorevoli speċifikati għal ċerta merkanzija, minħabba n-natura jew l-użu aħħari tagħha, fil-qafas tal-miżuri msemmija fil-punti (c) sa (f) jew (h);
(h) miżuri tariffarji oħrajn provduti mil-leġislazzjoni agrikola jew kummerċjali, jew xi leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.
3. Fejn il-merkanzija kkonċernata tissodisfa l-kondizzjonijiet inklużi fil-miżuri stabbiliti fil-punti (d) sa (g) tal-paragrafu 2, il-miżuri msemmija f’dawk il-provvedimenti għandhom japplikaw, wara l-applikazzjoni tad-dikjarant, minflok dawk previsti fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu. Tali applikazzjoni tista’ ssir b'mod retrospettiv, sakemm ikun hemm konformità mal-limiti ta' żmien u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-miżura rilevanti jew fil-Kodiċi.
4. Fejn l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti (d) sa (g) tal-paragrafu 2, jew l-eżenzjoni mill-miżuri msemmija fil-punt (h) tiegħu, hija ristretta għal ċertu volum ta’ importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, tali applikazzjoni jew eżenzjoni għandha tieqaf, fil-każ tal-kwoti tariffarji, hekk kif jintlaħaq il-volum speċifikat ta’ importazzjonijiet jew esportazzjonijiet.
Fil-każ tal-limiti tariffarji tali applikazzjoni għandha tieqaf bis-saħħa ta’ att legali tal-Unjoni.
5. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew l-esportazzjoni ta' merkanzija, li għaliha japplikaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, jistgħu jkunu soġġetti għas-sorveljanza.
Artikolu 57
Il-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija
1. Għall-applikazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni, il-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandha tikkonsisti fid-determinazzjoni ta’ waħda mis-subintestaturi jew sottodiviżjonijiet ulterjuri tan-Nomenklatura Magħquda li taħtha ser tiġi kklassifikata dik il-merkanzija.
2. Għall-applikazzjoni ta’ miżuri mhux tariffarji, il-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandha tikkonsisti fid-determinazzjoni ta’ waħda mis-subintestaturi jew sottodiviżjonijiet ulterjuri tan-Nomenklatura Magħquda, jew ta’ kwalunkwe nomenklatura oħra li hi stabbilita mill-provvedimenti tal-Unjoni u li hi għalkollox jew parzjalment ibbażata fuq in-Nomenklatura Magħquda jew li tipprovdi sottodiviżjonijiet ulterjuri fiha, li taħtha ser tiġi kklassifikata dik il-merkanzija.
3. Is-subintestatura jew is-sottodiviżjoni ulterjuri determinata skont il-paragrafi 1 u 2 għandha tintuża għall-għan tal-applikazzjoni tal-miżuri marbuta ma’ dik is-subintestatura.
4. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri biex tiddetermina l-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija skont il-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 58
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, miżuri dwar il-ġestjoni uniformi tal-kwoti tariffarji u l-limiti tariffarji msemmija fl-Artikolu 56(4) u dwar il-ġestjoni tas-sorveljanza tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew għall-esportazzjoni tal-merkanzija, imsemmija fl-Artikolu 56(5).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’-atti ta' implimentazzjoni, il-miżurimsemmija fl-Artikolu 57(4).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza marbutin ma' tali miżuri debitament ġustifikati mill-ħtieġa li tkun żgurata malajr l-applikazzjoni korretta u uniformi tan-Nomenklatura Magħquda, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 285(5).
F'każ li l-opinjoni tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 285(1) trid tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, għandu japplika l-Artikolu 2854(6).
KAPITOLU 2
L-oriġini tal-merkanzija
Artikolu 59
Il-kamp ta’ applikazzjoni
L-Artikoli 60 u 61 jistabbilixxu r-regoli għad-determinazzjoni tal-oriġini mhux preferenzjali tal-merkanzija għall-għanijiet tal-applikazzjoni ta’ dan li ġej:
(a) it-Tariffa Doganali Komuni minbarra l-miżuri msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 56(2);
(b) miżuri, barra l-miżuri tariffarji, stabbiliti permezz tal-provvedimenti tal-Unjoni li jirregolaw oqsma speċifiċi marbutin mal-kummerċ tal-merkanzija; u
(c) miżuri oħrajn tal-Unjoni marbutin mal-oriġini tal-merkanzija.
Artikolu 60
L-akkwiżizzjoni tal-oriġini
1. Merkanzija ottenuta kollha kemm hi f’pajjiż jew territorju wieħed għandha titqies bħala li toriġina minn dak il-pajjiż jew territorju.
2. Merkanzija li l-produzzjoni tagħha tinvolvi aktar minn pajjiż jew territorju wieħed għandha titqies li toriġina fil-pajjiż jew territorju fejn tkun għaddiet mill-aħħar proċessar jew xogħol sostanzjali, ekonomikament ġustifikat, f'impriża mgħammra għal dak l-għan, u li jirriżulta fil-manifattura ta' prodott ġdid jew li jirrappreżenta stadju importanti tal-manifattura.
Artikolu 61
Il-prova tal-oriġini
1. Fejn oriġini kienet indikata fid-dikjarazzjoni doganali skont il-leġislazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu lid-dikjarant iġib prova dwar l-oriġini tal-merkanzija.
2. Fejn tingħata prova tal-oriġini tal-merkanzija skont il-leġislazzjoni doganali jew leġislazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola oqsma speċifiċi, l-awtoritajiet doganali jistgħu, f’każ ta’ b dubju raġonevoli, jeħtieġu kwalunkwe prova addizzjonali li tkun meħtieġa biex jiżguraw li l-indikazzjoni tal-oriġini tikkonforma mar-regoli stabbiliti mil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
3. Fejn l-eżiġenzi kummerċjali hekk jeħtieġu, jista' jinħareġ dokument fl-Unjoni li jagħti prova tal-oriġini skont ir-regoli tal-oriġini fis-seħħ fil-pajjiż jew territorju ta' destinazzjoni jew kwalunkwe metodu ieħor li jidentifika l-pajjiż fejn il-merkanzija kienet ottenuta kollha kemm hi jew għaddiet mill-aħħar trasformazzjoni sostanzjali tagħha.
Artikolu 62
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jistabbilixxu r-regoli li abbażi tagħhom il-merkanzija, li d-determinazzjoni tal-oriġini mhux preferenzjali tagħha hi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-miżuri tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 59, tkun ikkunsidrata bħala ottenuta kollha kemm hi f'pajjiż jew f'territorju wieħed jew li għaddiet mill-aħħar proċessar jew xogħol sostanzjali, ekonomikament ġustifikat, tagħha, f'impriża mgħammra għal dak l-għan, u li jirriżulta fil-manifattura ta' prodott ġdid jew li jirrappreżenta stadju importanti tal-manifattura f'pajjiż jew territorju, skont l-Artikolu 60.
Artikolu 63
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali għall-għoti u l-verifika tal-prova tal-oriġini msemmija fl-Artikolu 61.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 64
Oriġini preferenzjali tal-merkanzija
1. Sabiex tgawdi mill-miżuri msemmija fil-punti (d) jew (e) tal-Artikolu 56(2) jew minn miżuri preferenzjali mhux tariffarji, il-merkanzija għandha tikkonforma mar-regoli dwar oriġini preferenzjali msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.
2. Fil-każ ta’ merkanzija li tgawdi minn miżuri preferenzjali stabbiliti fil-ftehimiet li l-Unjoni laħqet ma’ ċerti pajjiżi jew territorji barra t-territorju doganali tal-Unjoni jew gruppi ta’ tali pajjiżi jew territorji, ir-regoli dwar oriġini preferenzjali għandhom ikunu stabbiliti f’dawk il-ftehimiet.
3. Fil-każ ta’ merkanzija li tgawdi minn miżuri preferenzjali adottati unilateralment mill-Unjoni fir-rigward ta’ ċerti pajjiżi jew territorji barra t-territorju doganali tal-Unjoni jew gruppi ta’ tali pajjiżi jew territorji, barra dawk imsemmija fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu r-regoli dwar l-oriġini preferenzjali.
Dawk ir-regoli għandhom jkunu bbażati fuq il-kriterju li l-merkanzija kienet ottenuta kollha kemm hi jew fuq il-kriterju li l-merkanzija tirriżulta minn ipproċessar jew xogħol suffiċjenti.
4. Fil-każ ta’ merkanzija li tgawdi minn miżuri preferenzjali applikabbli fil-kummerċ bejn it-territorju doganali tal-Unjoni u Ceuta u Melilla, kif stabbiliti fil-Protokoll 2 għall-Att tal-Adeżjoni tal-1985, ir-regoli dwar oriġini preferenzjali għandhom ikunu adottati skont l-Artikolu 9 ta’ dak il-Protokoll.
5. Fil-każ ta’ merkanzija li tgawdi minn miżuri preferenzjali stabbiliti fl-arranġamenti preferenzjali favur il-pajjiżi u t-territorji barranin assoċjati mal-Unjoni, ir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali għandhom ikunu adottati skont l-Artikolu 203 tat-TFUE.
6. Fuq inizjattiva tagħha stess jew wara talba ta' pajjiż jew territorju benefiċjarju, il-Kummissjoni tista', għal ċerta merkanzija, tagħti lil dak il-pajjiż jew territorju deroga temporanja mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali msemmija fil-paragrafu 3.
Id-deroga temporanja għandha tkun ġustifikata minn waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
(a) fatturi interni jew esterni jċaħħdu temporanjament lill-pajjiż jew territorju benefiċjarju mill-kapaċità li jikkonforma mar-regoli dwar l-oriġini preferenzjali;
(b) il-pajjiż jew territorju benefiċjarju jeħtieġ iż-żmien biex iħejji ruħu biex jikkonforma ma' dawk ir-regoli.
Talba għal deroga għandha ssir bil-miktub lill-Kummissjoni mill-pajjiż jew territorju benefiċjarju kkonċernat. It-talba għandha tiddikjara r-raġunijiet, kif indikat fit-tieni subparagrafu, għaliex hi meħtieġa deroga u għandha tinkludi dokumenti ta' sostenn xierqa.
Id-deroga temporanja għandha tkun limitata għad-durata tal-effetti tal-fatturi interni jew esterni li jagħtu lok għaliha jew it-tul ta’ żmien meħtieġ għall-pajjiż jew territorju benefiċjarju biex jikseb konformità mar-regoli.
Fejn tingħata deroga, il-pajjiż jew territorju benefiċjarju kkonċernat għandu jikkonforma ma' kwalunkwe rekwiżit stabbilit rigward l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-deroga u l-ġestjoni tal-kwantitajiet li għalihom tingħata d-deroga.
Artikolu 65
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jistabbilixxu r-regoli dwar l-oriġini preferenzjali msemmija fl-Artikolu 64(3).
Artikolu 66
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:
(a) ir-regoli proċedurali, imsemmija fl-Artikolu 64(1), biex tiffaċilita l-istabbiliment fl-Unjoni tal-oriġini preferenzjali tal-merkanzija;
(b) miżura li tagħti lill-pajjiż jew territorju benefiċjarju id-deroga temporanja msemmija fl-Artikolu 64(6).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 67
Miżuri meħudin mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li bihom tiddetermina l-oriġini ta' merkanzija speċifika f'konformità mar-regoli ta' oriġini applikabbli għal dik il-merkanzija.
Artikolu 68
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-miżuri msemmija fl-Artikolu 67 Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza marbutin ma' tali miżuri, li jkunu debitament ġustifikati permezz tal-ħtieġa li tkun żgurata malajr l-applikazzjoni korretta u uniformi tar-regoli dwar l-oriġini, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 285(5).
F'każ li l-opinjoni tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 285(1) trid tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, għandu japplika l-Artikolu 285(6).
KAPITOLU 3
Il-valur ta’ merkanzija għal għanijiet doganali
Artikolu 69
Kamp ta' applikazzjoni
Il-valur doganali tal-merkanzija, għall-għanijiet tal-applikazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni u l-miżuri mhux tariffarji stabbiliti mill-provvedimenti tal-Unjoni li jirregolaw oqsma speċifiċi marbutin mal-kummerċ tal-merkanzija, għandu jkun determinat skont l-Artikoli 70 u 74.
Artikolu 70
Il-metodu ta’ valutazzjoni doganali bbażat fuq il-valur tat-tranżazzjoni
1. Il-bażi primarja għall-valur doganali tal-merkanzija għandu jkun il-valur tat-tranżazzjoni, jiġifieri l-prezz li effettivament tħallas jew għandu jitħallas meta l-merkanzija tinbiegħ għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Unjoni, aġġustat fejn meħtieġ.
2. Il-prezz li effettivament tħallas jew li għandu jitħallas għandu jkun il-pagament totali magħmul jew li għandu jsir mix-xerrej lill-bejjiegħ jew mix-xerrej lil parti terza għall-benefiċċju tal-bejjiegħ għall-merkanzija importata u jinkludi l-pagamenti kollha magħmula jew li għandhom isiru bħala kondizzjoni tal-bejgħ tal- merkanzija importata.
3. Il-valur tat-tranżazzjoni għandu japplika dment li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) ma jkunx hemm restrizzjonijiet fuq kif ix-xerrej jiddisponi minn jew juża l-merkanzija, minbarra kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(i) restrizzjonijiet imposti jew meħtieġa bil-liġi jew minn awtoritajiet pubbliċi fl-Unjoni;
(ii) limitazzjonijiet taż-żona ġeografika li fiha l-merkanzija tista’ terġa’ tinbiegħ;
(iii) restrizzjonijiet li ma jaffettwawx sostanzjalment il-valur doganali tal-merkanzija;
(b) il-bejgħ jew il-prezz mhuwiex soġġett għal xi kondizzjoni jew konsiderazzjoni li għaliha ma jistax ikun determinat valur rigward il-merkanzija li qed tkun valutata;
(c) l-ebda parti tar-rikavat ta’ kwalunkwe bejgħ mill-ġdid, tneħħija jew użu tal-merkanzija sussegwenti mix-xerrej ma’ tmur direttament jew indirettament għand il-bejjiegħ, sakemm ma jistax isir aġġustament xieraq;
(d) ma jkun hemm l-ebda relazzjoni bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ jew ir-relazzjoni ma tkunx influwenzat il-prezz.
Artikolu 71
Elementi tal-valur tat-transazzjoni
1. Waqt li jkun qed ikun stabbilit il-valur doganali taħt l-Artikolu 70, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata għandu jkun supplimentat:
(a) b'dawn li ġejjin, sa fejn jiġġarrbu mix-xerrej iżda ma jkunux inklużi fil-prezz attwalment imħallas jew li jrid jitħallas għall-merkanzija:
(i) il-kummissjonijiet u s-senserija, ħlief għal kummissjonijiet tax-xiri;
(ii) il-prezz ta' kontenituri li, għall-għanijiet doganali, jkunu kkunsidrati bħala ħaġa waħda, mal-merkanzija kkonċernata; u
(iii) il-prezz tal-ippakkjar, sew jekk għax-xogħol jew għall-materjal;
(b) bil-valur, imqassam kif xieraq, tal-merkanzija u servizzi segwenti fejn provduti direttament jew indirettament mix-xerrej mingħajr ħlas jew bi prezz imraħħas għall-użu fir-rigward tal-produzzjoni u bejgħ għall-esportazzjoni tal-merkanzija importata, safejn dak il-valur ma jkunx ġie inkluż fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas:
(i) materjali, komponenti, partijiet u oġġetti simili inkorporati fil-merkanzija importata;
(ii) għodda, forom u oġġetti simili wzati fil-produzzjoni tal-merkanzija importata;
(iii) materjali kkonsmati fil-produzzjoni tal-merkanzija importata; u
(iv) l-inġinerija, l-iżvilupp, l-illustrazzjoni, ix-xogħol ta' disinn, u pjanti u abbozzi magħmula f'post ieħor barra l-Unjoni u meħtieġa għall-produzzjoni tal-merkanzija importata;
(c) bi drittijiet u tariffi ta' liċenzi marbutin mal-merkanzija li qed tkun vvalutata li x-xerrej ikollu jħallas, jew direttament jew indirettament, bħala kondizzjoni tal-bejgħ tal-merkanzija li qed tkun vvalutata, sakemm dawn id-drittijiet u t-tariffi ma jkunux inklużi fil-prezz effetivament imħallas jew li jrid jitħallas;
(d) bil-valur ta' xi parti mir-rikavat minn xi bejgħ mill-ġdid, tneħħija jew użu mill-merkanzija li jmur direttament jew indirettament għand il-bejjiegħ; u
(e) bl-ispejjeż li ġejjin sal-post fejn il-merkanziji tinġieb fit-territorju doganali tal-Unjoni:
(i) l-ispejjeż tat-trasport u assigurazzjoni tal-merkanzija importata; u
(ii) l-ispejjeż tat-tagħbija u tal-immaniġġar assoċjati mat-trasport tal-merkanzija importata.
2. Iż-żidiet mal-prezz effetivament imħallas jew li għandu jitħallas, skont il-paragrafu 1, għandhom isiru biss fuq il-bażi ta' fatti oġġettivi u kwantifikabbli.
3. L-ebda żieda ma għandha ssir mal-prezz effetivament imħallas jew li għandu jitħallas meta jkun qiegħed ikun stabbilit il-valur doganali ħlief kif provdut f'dan l-Artikolu.
Artikolu 72
Elementi li ma għandhomx ikunu inklużi fil-valur doganali
Waqt li jkun qed jkun stabbilit il-valur doganali taħt l-Artikolu 70, ebda minn dawn li ġejjin ma għandhom ikunu inklużi:
(a) l-ispejjeż tat-trasport tal-merkanzija importata wara d-dħul tagħha fit-territorju doganali tal-Unjoni;
(b) l-ispejjeż ta' kostruzzjoni, bini, immuntar, manutenzjoni jew assistenza teknika, assunta wara d-dħul fit-territorju doganali tal-Unjoni tal-merkanzija importata bħal impjant industrijali, makkinarju jew apparat;
(c) l-ispejjeż ta' imgħax taħt arranġament ta' finanzjament konkluż mix-xerrej u li jkun marbut max-xiri tal-merkanzija importata, mingħajr ma jittieħed każ ta' jekk il-finanzjament ikunx provdut mill-bejjiegħ jew xi persuna oħra, sakemm dak l-arranġament ta' finanzjament ikun sar bil-miktub u fejn meħtieġ, ix-xerrej jista' juri li l-kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:
(i) tali merkanzija effettivament inbiegħet bil-prezz dikjarat bħala l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas;
(ii) ir-rata ta' imgħax iddikjarata ma teċċedix il-livell għal tali transazzjonijiet bħal dawn li jipprevalu fil-pajjiż fejn, u fiż-żmien meta, il-finanzjament kien ingħata;
(d) ħlasijiet għad-dritt tar-riproduzzjoni tal-merkanzija importata fl-Unjoni;
(e) kummissjonijiet ta' xiri;
(f) dazji tal-importazzjoni jew imposti oħra li għandhom jitħallsu fl-Unjoni minħabba l-importazzjoni jew bejgħ tal-merkanzija;
(g) minkejja l-punt (c) tal-Artikolu 71(1), pagamenti magħmula mix-xerrej għad-dritt li jqassam jew jerġa' jbigħ il-merkanzija importata, jekk dawn il-pagamentima jkunux kondizzjoni tal-bejgħ tal-merkanzija għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Artikolu 73
Simplifikazzjoni
L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni, jawtorizzaw li dawn li ġejjin jkunu determinati abbażi ta' kriterji speċifiċi, fejn ma jkunux kwantifikabbli fid-data meta tkun aċċettata d-dikjarazzjoni doganali:
(a) ammonti li għandhom jkunu inklużi fil-valur doganali skont l-Artikolu 70(2); u
(b) l-ammonti msemmija fl-Artikoli 71 u 72.
Artikolu 74
Metodi sekondarji ta’ valutazzjoni doganali
1. Fejn il-valur doganali tal-merkanzija ma jkunx jista’ jkun determinat skont l-Artikolu 70, dan għandu jkun determinat billi jipproċedi b'mod sekwenzjali mill-punt (a) sal-punt (d) tal-paragrafu 2, sakemm jintlaħaq l-ewwel punt fejn jista’ jkun determinat il-valur doganali tal-merkanzija.
L-ordni ta’ applikazzjoni tal-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2 għandu jinqaleb jekk jitlob hekk id-dikjarant.
2. Il-valur doganali, skont il-paragrafu 1, għandu jkun:
(a) il-valur tat-tranżazzjoni ta’ merkanzija identika mibjugħa għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Unjoni u esportata fl-istess jew madwar l-istess żmien bħall-merkanzija li qed tkun valutata;
(b) il-valur tat-tranżazzjoni ta’ merkanzija simili mibjugħa għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Unjoni u esportata fl-istess jew madwar l-istess żmien bħall-merkanzija li qed tkun valutata;
(c) il-valur ibbażat fuq il-prezz ta’ unità li bih il-merkanzija importata, jew merkanzija identika jew simili importata, tinbiegħ fit-territorju doganali tal-Unjoni fl-akbar kwantità totali lill-persuni li ma għandhomx relazzjoni mal-bejjiegħa; jew
(d) il-valur maħdum, magħmul mit-total ta':
(i) l-ispejjeż jew il-valur tal-materjali u tal-fabrikazzjoni jew xi pproċessar ieħor involut fil-produzzjoni tal-merkanzija importata;
(ii) ammont għal profitt u spejjeż ġenerali li jkun daqs dak normalment rifless fil-bejgħ ta' merkanzija tal-istess klassi jew xorta bħal merkanzija li qed tkun valutata li tkun magħmula minn produtturi fil-pajjiż tal-esportazzjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni;
(iii) l-ispejjeż jew valur tal-elementi msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 71(1).
3. Fejn il-valur doganali ma jistax jkun determinat taħt il-paragrafu 1, huwa għandu jkun determinat abbażi tad-data disponibbli fit-territorju doganali tal-Unjoni, billi jintużaw mezzi raġonevoli konsistenti mal-prinċipji u l-provvedimenti ġenerali ta’ dawn kollha li ġejjin:
(a) il-ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ;
(b) l-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ;
(c) dan il-Kapitolu.
Artikolu 75
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 73.
Artikolu 76
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali għal:
(a) id-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikoli 70(1) u (2), u l-Artikoli 71 u 72, inklużi dawk għall-aġġustament tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas;
(b) l-applikazzjoni tal-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 70(3);
(c) id-determinazzjoni tal-valur doganali msemmi fl-Artikolu 74.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
TITOLU III
DEJN DOGANALI U GARANZIJI
KAPITOLU 1
Ħolqien ta' dejn doganali
Artikolu 77
Rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa u dħul temporanju
1. Dejn doganali fuq l-importazzjoni jinħoloqmeta merkanzija mhux tal-Unjoni soġġetta għal dazju tal-importazzjoni titqiegħed taħt waħda minn dawn il-proċeduri doganali li ġejjin:
(a) rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, inkluż dak taħt il-provvedimenti ta’ użu aħħari;
(b) dħul temporanju b'eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni.
2. Dejn doganali jinħoloq hekk kif id-dikjarazzjoni doganali tkun aċċettata.
3. Id-dikjarant huwa d-debitur. F’każ ta’ rappreżentanza indiretta, il-persuna li għan-nom tagħha qed issir id-dikjarazzjoni doganali għandha tkun ukoll debitur.
Fejn dikjarazzjoni doganali fir-rigward ta’ waħda mill-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 tifassal abbażi ta' informazzjoni li twassal biex ma jinġabarx id-dazju tal-importazzjoni kollu jew parti minnu, il-persuna li tkun ipprovdiet l-informazzjoni meħtieġa biex titfassal id-dikjarazzjoni u li kienet taf, jew kellha b'mod raġonevoli tkun taf, li tali informazzjoni kienet falza hija wkoll debitur.
Artikolu 78
Provvedimenti speċjali li jirrigwardaw merkanzija mhux oriġinarja
1. Fejn huwa pprojbit il-ħlas lura ta’, jew eżenzjoni minn, dazju tal-importazzjoni fuq merkanzija mhux oriġinarja użata fil-manifattura ta’ prodotti li għalihom tinħareġ prova tal-oriġini fil-qafas ta’ arranġament preferenzjali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi jew territorji barra t-territorju doganali tal-Unjoni jew gruppi ta’ tali pajjiżi jew territorji, jinħoloq dejn doganali fuq l-importazzjoni fir-rigward ta’ dik il-merkanzija mhux oriġinarja, permezz tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija inkwistjoni.
2. Fejn jinħoloq dejn doganali skont il-paragrafu 1, l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni li jikkorrispondi għal dak id-dejn għandu jkun determinat taħt l-istess kondizzjonijiet bħal fil-każ ta’ dejn doganali li jirriżulta meta tkun aċċettata, fl-istess data, id-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija mhux oriġinarja użata fil-manifattura tal-prodotti inkwistjoni biex tintemm il-proċedura ta’ pproċessar attiv.
3. L-Artikolu 77(2) u (3) għandu japplika. Madankollu, fil-każ ta' merkanzija mhux tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 270, il-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid tkun id-debitur. F’każ ta’ rappreżentanza indiretta, il-persuna li f'isimha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni għandha tkun ukoll debitur.
Artikolu 79
Dejn doganali li jinħoloq minħabba nuqqas ta’ konformità
1. Għal merkanzija soġġetta għal dazju tal-importazzjoni, jinħoloq dejn doganali fuq l-importazzjoni f'każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) wieħed mill-obbligi stabbiliti fil-leġislazzjoni doganali dwar id-dħul ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni, it-tneħħija tagħha mis-superviżjoni doganali, jew il-moviment, l-ipproċessar, il-ħażna, il-ħażna temporanja, id-dħul temporanju ta' tali merkanzija fit-territorju jew it-tneħħija tagħha minnu;
(b) wieħed mill-obbligi stabbiliti fil-leġislazzjoni doganali dwar l-użu aħħari ta' merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni;
(c) kondizzjoni li tirregola t-tqegħid ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni taħt proċedura doganali jew l-għoti, permezz tal-użu aħħari tal-merkanzija, ta’ eżenzjoni mid-dazju jew rata mnaqqsa ta’ dazju tal-importazzjoni.
2. Il-ħin meta jinħoloq id-dejn doganali għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) il-mument meta l-obbligu li n-nuqqas ta’ konformità miegħu jagħti lok għad-dejn doganali, ma jintlaħaqx jew ma jibqax jintlaħaq;
(b) il-mument meta tkun aċċettata dikjarazzjoni doganali għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali fejn ikun sussegwentement stabbilit li kondizzjoni li tirregola t-tqegħid tal-merkanzija taħt dik il-proċedura jew l-għoti ta’ eżenzjoni tad-dazju jew rata mnaqqsa ta’ dazju tal-importazzjoni bis-saħħa tal-użu aħħari tal-merkanzija fil-fatt ma tkunx ġiet sodisfatta.
3. Fil-każijiet imsemmija taħt il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, id-debitur għandu jkun kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) kwalunkwe persuna li kienet meħtieġa tissodisfa l-obbligi konċernati;
(b) kwalunkwe persuna li kienet taf jew li raġonevolment kellha tkun taf li ma kienx sodisfatt obbligu skont il-leġislazzjoni doganali u li aġixxiet f’isem il-persuna li kienet obbligata tilħaq l-obbligu, jew li pparteċipat fl-att li wassal biex ma jintlaħaqx l-obbligu;
(c) kwalunkwe persuna li akkwistat jew żammet il-merkanzija inkwistjoni u li kienet taf jew raġonevolment kellha tkun taf fil-ħin li akkwistat jew ta’ meta rċeviet il-merkanzija li ma kienx sodisfatt obbligu taħt il-leġislazzjoni doganali.
4. Fil-każijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, id-debitur huwa l-persuna li hi meħtieġa tikkonforma mal-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali jew id-dikjarazzjoni doganali tal-merkanzija mqiegħda taħt dik il-proċedura doganali jew l-għoti ta’ eżenzjoni fuq id-dazju jew rata mnaqqsa ta’ dazju tal-importazzjoni bis-saħħa tal-użu aħħari tal-merkanzija.
Fejn titħejja dikjarazzjoni doganali fir-rigward ta' waħda mill-proċeduri doganali msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa taħt il-leġislazzjoni doganali marbuta mal-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tqegħid tal-merkanzija taħt dik il-proċedura doganali tingħata lill-awtoritajiet doganali, li twassal biex ma jinġabarx id-dazju kollu tal-importazzjoni jew parti minnu, il-persuna li pprovdiet l-informazzjoni meħtieġa biex titħejja id-dikjarazzjoni doganali u li kienet taf, jew raġonevolment kellha tkun taf, li tali informazzjoni kienet falza hija wkoll debitur.
Artikolu 80
Tnaqqis ta' ammont ta' dazju tal-importazzjoni li diġà tħallas
1. Fejn jinħoloq dejn doganali, skont l-Artikolu 79(1) fir-rigward ta’ merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa b’rata mnaqqsa ta’ dazju tal-importazzjoni minħabba l-użu aħħari tagħha, l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni li tħallas meta l-merkanzija kienet rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa għandu jitnaqqas mill-ammont ta' dazju tal-importazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika fejn jinħoloq dejn doganali fir-rigward ta’ skart u prodott mormi li jirriżulta mill-qerda ta’ tali merkanzija.
2. Fejn jinħoloq dejn doganali, skont l-Artikolu 79(1) fir-rigward ta’ merkanzija mqiegħda taħt dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni, l-ammont ta' dazju tal-importazzjoni li tħallas taħt l-eżenzjoni parzjali għandu jitnaqqas mill-ammont ta' dazju tal-importazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali.
Artikolu 81
Esportazzjoni u pproċessar passiv
1. Dejn doganali fuq l-esportazzjoni jinħoloq permezz tat-tqegħid ta’ merkanzija soġġetta għal dazju tal-esportazzjoni taħt il-proċedura ta’ esportazzjoni jew il-proċedura ta’ pproċessar passiv.
2. Id-dejn doganali jinħoloq fiż-żmien tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali.
3. Id-dikjarant huwa d-debitur. F’każ ta’ rappreżentanza indiretta, il-persuna li għan-nom tagħha qed issir id-dikjarazzjoni doganali hija wkoll debitur.
Fejn titfassal dikjarazzjoni doganali abbażi ta' informazzjoni li twassal biex ma jinġabarx id-dazju tal-esportazzjoni kollu jew parti minnu, il-persuna li tkun ipprovdiet l-informazzjoni meħtieġa għad-dikjarazzjoni u li kienet taf, jew raġonevolment kellha tkun taf, li dik l-informazzjoni kienet falza hija wkoll debitur.
Artikolu 82
Dejn doganali li jinħoloq minħabba nuqqas ta’ konformità
1. Għal merkanzija soġġetta għal dazju tal-esportazzjoni, jinħoloq dejn doganali fuq l-esportazzjoni permezz ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) wieħed mill-obbligi stabbiliti fil- leġislazzjoni doganali dwar il-ħruġ tal-merkanzija;
(b) il-kondizzjonijiet li taħthom il-merkanzija tħalliet tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni b'eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazju tal-esportazzjoni.
2. Il-ħin li fih jinħoloq id-dejn doganali huwa wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) il-mument meta l-merkanzija effetivament tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr dikjarazzjoni doganali;
(b) il-mument meta l-merkanzija tasal f'destinazzjoni barra dik li għaliha tħalliet tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni b'eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazju tal-esportazzjoni;
(c) jekk l-awtoritajiet doganali ma jkunux f’pożizzjoni li jiddeterminaw il-mument imsemmi fil-punt (b), l-iskadenza tal-limitu taż-żmien biex tingħata prova li l-kondizzjonijiet li jintitolaw il-merkanzija għal tali eżenzjoni kienu sodisfatti.
3. Fil-każijiet imsemmija taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1, id-debitur huwakwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) kwalunkwe persuna li kienet meħtieġa tissodisfa l-obbligu kkonċernat;
(b) kwalunkwe persuna li kienet taf jew li raġonevolment kellha tkun taf li l-obbligu kkonċernat ma kienx sodisfatt u li aġixxiet f’isem il-persuna li kienet obbligata tissodisfa l-obbligu;
(c) kwalunkwe persuna li ħadet sehem fl-att li wassal biex ma jkunx sodisfatt l-obbligu u li kienet taf jew raġonevolment kellha tkun taf li dikjarazzjoni doganali li kellha tkun ippreżentata fil-fatt ma kienitx ippreżentata.
4. F’każijiet imsemmija taħt il-punt (b) tal-paragrafu 1, id-debitur huwakwalunkwe persuna li hi meħtieġa tikkonforma mal-kondizzjonijiet li taħthom il-merkanzija tħalliet tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni b’eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazju tal-esportazzjoni.
Artikolu 83
Projbizzjonijiet u restrizzjonijiet
1. Id-dejn doganali fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni jinħoloq anki jekk ikun relatat ma’ merkanzija soġġetta għall-miżuri ta’ projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ kwalunkwe xorta.
2. Madankollu, ma jinħoloq l-ebda dejn doganali fuq dawn li ġejjin:
(a) l-introduzzjoni illegali ta’ flus foloz fit-territorju doganali tal-Unjoni;
(b) l-introduzzjoni ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi fit-territorju doganali tal-Unjoni minbarra fejn hemm sorveljanza stretta mill-awtoritajiet kompetenti bil-ħsieb tal-użu tagħhom għal finijiet mediċi u xjentifiċi.
3. Għall-għanijiet tal-pieni kif applikabbli għal reati doganali, id-dejn doganali għandu madankollu jitqies li nħoloq fejn, taħt il-liġi ta’ Stat Membru, id-dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni jew l-eżistenza tad-dejn doganali jipprovdu l-bażi għad-determinazzjoni tal-pieni.
Artikolu 84
Diversi debituri
Fejn diversi persuni huma soġġetti għall-ħlas tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għal dejn doganali wieħed, huma għandhom ikunu flimkien u separatament, responsabbli għall-ħlas ta' dak l-ammont.
Artikolu 85
Regoli ġenerali għall-kalkolu tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni
1. L-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni għandu jkun determinat abbażi ta’ dawk ir-regoli għall-kalkolu tad-dazju li kienu applikabbli għall-merkanzija kkonċernata fil-ħin li fih inħoloq id-dejn doganali fir-rigward tagħha.
2. Fejn mhux possibbli jkun determinat eżatt il-ħin li fih ikun inħoloq id-dejn doganali, dak il-mument għandu jitqies li hu l-waqt li fih l-awtoritajiet doganali jikkonkludu li jkun inħoloqdejn doganali fuq il-merkanzija.
Madankollu, fejn l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet doganali tippermettilhom li jistabbilixxu li d-dejn doganali kien inħoloq qabel iż-żmien meta waslu għal dik il-konklużjoni, id-dejn doganali għandu jitqies li nħoloq fl-aktar żmien bikri li tali sitwazzjoni tista’ tkun stabbilita.
Artikolu 86
Regoli speċjali għall-kalkolu tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni
1. Fejn saru spejjeż għall-ħażna jew għall-immaniġġar użwali fit-territorju doganali tal-Unjoni fir-rigward ta' merkanzija mqiegħda taħt proċedura doganali jew f'ħażna temporanja, tali spejjeż jew iż-żieda fil-valur m’għandhomx jkunu kkunsidrati għall-kalkolu tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni fejn id-dikjarant jipprovdi prova sodisfaċenti ta’ dawk l-ispejjeż.
Madankollu, il-valur doganali, il-kwantità, in-natura u l-oriġini ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni użata fl-operazzjonijiet għandhom jkunu kkunsidrati għall-kalkolu tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni.
2. Fejn il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ merkanzija mqiegħda taħt proċedura doganali tinbidel bħala riżultat ta' maniġġar użwali fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-klassifikazzjoni tariffarja oriġinali għall-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura għandha tkun applikata fuq talba tad-dikjarant.
3. Fejn inħoloq dejn doganali fuq prodotti pproċessati bħala riżultat tal-proċedura ta’ pproċessar attiv, l-ammont ta’ dazju tal-imprtazzjoni li jikkorrispondi għal tali dejn għandu, wara talba tad-dikjarant, ikun determinat abbażi tal-klassifika fit-tariffa, il-valur doganali, il-kwantità, in-natura u l-oriġini tal-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ pproċessar attiv fil-ħin tal-aċċetazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali marbuta ma’ din il-merkanzija.
4. Fkażijiet speċifiċi, l-ammont ta' dazju tal-importazzjoni għandu jkun determinat skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, mingħajr ma jkun hemm għalfejn issir talba mid-dikjarant, bil-għan li tkun evitata l-evażjoni tal-miżuri tariffarji msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 56(2).
5. Fejn inħoloq dejn doganali għal prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura ta' ipproċessar passiv jew għal prodotti ta' sostituzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 261(1), l-ammont ta' dazju tal-importazzjoni għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-ispiża tal-operazzjoni ta' ipproċessar li ssir barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
6. Fejn il-leġislazzjoni doganali tipprovdi għal trattament tariffarju favorevoli ta’ merkanzija jew eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni, skont il-punti (d) sa (g) tal-Artikolu 56(2), l-Artikoli 203, 204, 205 u 208 jew l-Artikoli 259 sa 262 ta' dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta' Novembru 2009 twaqqif ta sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali ( 3 ), tali trattament tariffarju favorevoli jew eżenzjoni għandhom japplikaw ukoll f’każijiet fejn jinħoloq dejn doganali skont l-Artikoli 79 jew 82 ta’ dan ir-Regolament, sakemm in-nuqqas li wassal biex jinħoloq dejn doganali ma kienx jikkostitwixxi attentat ta’ qerq.
Artikolu 87
Il-post fejn jinħoloq id-dejn doganali
1. Id-dejn doganali jinħoloq fil-post fejn tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali jew id-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid msemmija fl-Artikoli 77, 78 u 81.
Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-post fejn jinħoloq id-dejn doganali għandu jkun il-post fejn il-proċeduri ma kienux segwiti kif suppost.
Jekk mhux possibbli li jkun ddeterminat dak il-post, id-dejn doganali jinħoloq fil-post fejn l-awtoritajiet doganali jikkonkludu li l-merkanzija hi f’sitwazzjoni li fiha jinħoloq dejn doganali.
2. Jekk il-merkanzija tqiegħdet taħt proċedura doganali li ma tkunx ingħalqet jew meta proċedura ta' ħażna temporanja ma tkunx ingħalqet korrettament, u l-post fejn jinħoloq id-dejn doganali ma jkunx jista’ jkun determinat skont it-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, fi żmien speċifiku, id-dejn doganali jinħoloq fil-post fejn il-merkanzija jew tqiegħdet taħt il-proċedura kkonċernata jew fejn kienet introdotta fit-territorju doganali tal-Unjoni taħt dik il-proċedura jew fejn kienet f'ħażna temporanja.
3. Fejn l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet doganali tippermettilhom jistabbilixxu li d-dejn doganali jista’ jkun li nħoloq f’diversi postijiet, id-dejn doganali għandu jitqies li nħoloq fil-post fejn kien inħoloq l-ewwel darba.
4. Jekk awtorità doganali tistabbilixxi li dejn doganali nħoloq taħt l-Artikolu 79 jew l-Artikolu 82 fi Stat Membru ieħor u l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għal dak id-dejn huwa anqas minn EUR 10 000 , id-dejn doganali għandu jitqies li nħoloq fl-Istat Membru fejn tkun intlaħqet tali konklużjoni.
Artikolu 88
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, sabiex tiddetermina:
(a) ir-regoli biex ikun ikkalkulat l-ammont ta' dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni applikabbli għall-merkanzija li għaliha jinħoloq dejn doganali fil-kuntest ta' proċedura speċjali, li jissupplimentaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 85 u 86;
(b) il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 86(4);
(c) il-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 87(2).
KAPITOLU 2
Il-garanzija għal dejn doganali potenzjali jew eżistenti
Artikolu 89
Provvedimenti ġenerali
1. Dan il-Kapitolu għandu japplika fir-rigward ta' garanziji kemm għal djun doganali li diġà nħolqu kif ukoll għal dawk li jistgħu jinħolqu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
2. Fejn l-awtoritajiet doganali jirrikjedu li tingħata garanzija għal dejn doganali potenzjali jew eżistenti, dik il-garanzija għandha tkopri l-ammont tad-dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni u l-imposti l-oħra dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-merkanzija fejn:
(a) il-garanzija tintuża għat-tqegħid ta' merkanzija taħt il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni; jew
(b) il-garanzija tista' tintuża f’ aktar minn Stat Membru wieħed.
Garanzija li ma tistax tintuża barra l-Istat Membru fejn hija meħtieġa għandha tkun valida biss f'dak l-Istat Membru u għandha tkopri għall-inqas l-ammont ta' dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni.
3. Fejn l-awtoritajiet doganali jeħtieġu garanzija, din għandha tkun mitluba lid-debitur jew mill-persuna li tista’ ssir id-debitur. Huma jistgħu jippermettu wkoll li l-garanzija tingħata minn persuna oħra barra l-persuna mingħand min hi mitluba.
4. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 97, l-awtoritajiet doganali għandhomjeħtieġu li tingħata garanzija waħda biss fir-rigward ta' merkanzija speċifika jew dikjarazzjoni speċifika.
Il-garanzija mogħtija għal dikjarazzjoni speċifika għandha tapplika għall-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u imposti oħrajn fir-rigward tal-merkanzija kollha koperta minn jew rilaxxata permezz ta’ dik id-dikjarazzjoni, sew jekk dik id-dikjarazzjoni hijakorretta sew jekk le.
Jekk il-garanzija ma kienitx rilaxxata, tista’ tintuża wkoll, fil-limiti tal-ammont garantit, għall-irkupru ta’ ammonti ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni u imposti oħra li għandhom jitħallsu wara kontroll ta’ wara r-rilaxx ta’ dik il-merkanzija.
5. Wara applikazzjoni mill-persuna msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet doganali jistgħu, skont l-Artikolu 95(1), (2) u (3), jawtorizzaw l-għoti ta’ garanzija komprensiva li tkopri l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jikkorrespondi għad-dejn doganali fir-rigward ta’ żewġ operazzjonijiet, dikjarazzjonijiet jew proċeduri doganali jew aktar.
6. L-awtoritajiet doganali għandhom jissorveljaw il-garanzija.
7. L-ebda garanzija m’għandha tkun meħtieġa minn Stati, mill-awtoritajiet governattivi reġjonali u lokali jew minn entitajiet oħrajn irregolati mil-liġi pubblika, fir-rigward tal-attivitajiet li fihom huma jieħdu sehem bħala awtoritajiet pubbliċi.
8. L-ebda garanzija m'għandha tkun meħtieġa fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a) merkanzija li tinġarr fuq ir-Rhine, l-passaġġi fuq l-ilma tar-Rhine, fuq id-Danubju jew il-passaġġi fuq l-ilma tad-Danubju;
(b) merkanzija li tinġarr permezz ta' installazzjoni fissa tat-trasport;
(c) f'każijiet speċifiċi fejn merkanzija titqiegħed taħt proċedura ta’ dħul temporanju;
(d) merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni bl-użu tas-simplifikazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 233(4) u li tinġarr bil-baħar jew bl-ajru bejn portijiet tal-Unjoni jew bejn ajruporti tal-Unjoni.
9. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu eżoneru mir-rekwiżit tal-għoti ta' garanzija fejn l-ammont tad-dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid ikun kopert b'garanzija ma jeċċedix il-limitu tal-valur statistiku għad-dikjarazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja marbuta mal-kummerċ estern ma' pajjiżi mhux membri ( 4 ).
Artikolu 90
Garanzija obbligatorja
1. Fejn hu obbligatorju li tkun ipprovduta garanzija, l-awtoritajiet doganali għandhom jiffissaw l-ammont ta’ tali garanzija f’livell ekwivalenti għall-ammont preċiż ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u ta’ imposti oħrajn fejn dak l-ammont jista’ jkun stabbilit b’ċertezza fil-ħin li fih tkun meħtieġa l-garanzija.
Fejn mhux possibbli li jkun stabbilit l-ammont preċiż, il-garanzija għandha tkun stabbilita għall-ammont massimu, kif stmat mill-awtoritajiet doganali, tad-dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali li inħoloq jew jista’ jinħoloq u imposti oħrajn li jkunu ġġarrbu jew jistgħu jiġġarrbu.
2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 95 fejn tkun mogħtija garanzija komprensiva għall-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u imposti oħrajn li jvarjaw fl-ammont maż-żmien, l-ammont ta’ tali garanzija għandu jkun stabbilit f’livell li jippermetti li l-ammont ta' dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrespondi għad-djun doganali u imposti oħrajn ikun kopert f’kull ħin.
Artikolu 91
Garanzija mhux obbligatorja
Fejn l-għoti ta’ garanzija ma jkunx obbligatorju, tali garanzija għandha xorta waħda tkun meħtieġa mill-awtoritajiet doganali jekk huma jqisu li l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali jew imposti oħrajn mhux ċert li jitħallas fiż-żmien preskritt. L-ammont tagħha għandu jkun stabbilit minn dawk l-awtoritajiet biex ma jeċċedix il-livell imsemmi fl-Artikolu 90.
Artikolu 92
Għoti ta’ garanzija
1. Garanzija tista’ tkun ipprovduta f'waħda mill-forom li ġejjin:
(a) b’depożitu ta’ flus kontanti jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ ħlas rikonoxxut mill-awtoritajiet doganali bħala li hu ekwivalenti għal depożitu fi flus kontanti, magħmul f’euro jew fil-munita tal-Istat Membru li fih hi meħtieġa l-garanzija;
(b) b'impenn minn garanti li jagħmel tajjeb;
(c) b’xi forma oħra ta’ garanzija li tipprovdi assikurazzjoni ekwivalenti li l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u imposti oħrajn se jitħallas.
2. Garanzija f’forma ta’ depożitu ta’ flus kontanti jew kwalunkwe mezz ieħor ta' ħlas ekwivalenti għanda tingħata skont il-provvedimenti fis-seħħ fl-Istat Membru fejn hi meħtieġa l-garanzija.
Fejn garanzija tingħata b'depożitu ta’ flus kontanti jew kwalunkwe mezz ieħor ta' ħlas ekwivalenti, m'għandu jitħallas l-ebda mgħax fuqha mill-awtoritajiet doganali.
Artikolu 93
L-għażla ta' garanzija
Il-persuna meħtieġa biex tipprovdi garanzija tista’ tagħżel bejn il-forom ta' garanziji stabbiliti fl-Artikolu 92(1).
Madankollu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jirrifjutaw li jaċċettaw il-forma ta’ garanzija magħżula fejn din tkun inkompatibbli mal-funzjonament adattat tal-proċedura doganali kkonċernata.
L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu li l-forma ta’ garanzija magħżula tinżamm għal perijodu speċifiku.
Artikolu 94
Garanti
1. Il-garanti msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) għandu jkun terza persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni. Il-garanti għandu jkun approvat mill-awtoritajiet doganali li jeħtieġu l-garanzija, sakemm il-garanti ma jkunx istituzzjoni ta' kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew kumpanija tal-assikurazzjoni, akkreditata fl-Unjoni skont il-provvedimenti tal-Unjoni fis-seħħ.
2. Il-garanti għandu jimpenja ruħu bil-miktub li jħallas l-ammont garantit ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għal dejn doganali u imposti oħrajn.
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrifjutaw li japprovaw il-garanti jew it-tip ta’ garanzija proposta fejn ma jkunx jidher biċ-ċert li dawn jiżguraw il-ħlas, fil-perijodu stipulat, tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u imposti oħrajn.
Artikolu 95
Garanzija komprensiva
1. L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 89(5) għandha tingħata biss lill-persuni li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) ikunu stabbiliti fit-territorji doganali tal-Unjoni;
(b) ikunu jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 39;
(c) jużaw b’mod regolari l-proċeduri doganali involuti jew huma operaturi ta' faċilitajiet ta' ħażna temporanja jew jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 39.
2. Fejn għandha tkun ipprovduta garanzija komprensiva għal djun doganali u imposti oħra li jistgħu jinħolqu jew jiġġarrbu, operatur ekonomiku jista’ jkun awtorizzat juża garanzija komprensiva b’ammont imnaqqas jew ikun eżonerat mill-garanzija sakemm huwa jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 39.
3. Fejn għandha tingħata garanzija komprensiva għal djun doganali u imposti oħra li nħolqu jew iġġarrbu, operatur ekonomiku awtorizzat għal simplifikazzjoni doganali għandu, permezz ta' applikazzjoni, jkun awtorizzat juża garanzija komprensiva b'ammont imnaqqas.
4. Il-garanzija komprensiva b'ammont imnaqqas imsemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun ekwivalenti għall-għoti ta' garanzija.
Artikolu 96
Il-projbizzjonijiet temporanji marbutin mal-użu ta’ garanziji komprensivi
1. Fil-kuntest ta' proċeduri speċjali jew ħażna temporanja, il-Kummissjoni tista' tipprojbixxi temporanjament lil persuni milli jirrikorru għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a) il-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas jew eżoneru mill-garanzija msemmija fl-Artikolu 95(2);
(b) il-garanzija komprensiva msemmija fl-Artikolu 95, fir-rigward ta' merkanzija li kienet identifikata bħala soġġetta għal frodi fuq skala kbira.
2. Fejn japplika l-punt (a) jew il-punt (b) tal-paragrafu 1ta' dan l-Artiklu, jista' jkun awtorizzat rikors għall-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas jew eżoneru mill-garanzija jew rikors għall-garanzija komprensiva msemmija fl-Artikolu 95 fil-każ li l-persuna kkonċernata tissodisfa waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) dik il-persuni tista' turi li ma jkun inħoloq ebda dejn doganali fir-rigward tal-merkanzija inkwistjoni matul l-operazzjonijiet li dik il-persuna tkun wettqet fis-sentejn qabel id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1;
(b) fejn ikunu nħolqu djun doganali fis-sentejn qabel id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-persuna kkonċernata tista' turi li dawk id-dujn tħallsu kollha mid-debitur jew debituri jew mill-garanti fil-limitu ta' żmien preskritt.
Biex tinkiseb awtorizzazzjoni biex tintuża garanzija komprensiva temporanjament projbita, il-persuna kkonċernata għandha wkoll tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 39.
Artikolu 97
Garanzija addizzjonali jew sostituttiva
Fejn l-awtoritajiet doganali jistabbilixxu li l-garanzija pprovduta ma tiżgurax, jew m’għadhiex ċerta jew suffiċjenti biex tiżgura, il-ħlas fil-perijodu stipulat tal-ammont ta' dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u imposti oħrajn, huma għandhom jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 89(3) jew biex tipprovdi garanzija addizzjonali jew biex tissostitwixxi l-garanzija oriġinali b'garanzija ġdida, skont l-għażla tagħha.
Artikolu 98
Rilaxx tal-garanzija
1. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-garanzija immedjatament meta d-dejn doganali jew ir-responsabbiltà għal imposti oħra jispiċċaw jew ma jistgħux jerġgħu jseħħu.
2. Fejn id-dejn doganali jew ir-responsabbiltà għal imposti oħra jkunu spiċċaw parzjalment, jew jistgħu jinħolqu biss fir-rigward ta’ parti mill-ammont li kien garantit, parti korrispondenti tal-garanzija għandha tkun rilaxxata kif meħtieġ wara talba tal-persuna kkonċernata, sakemm l-ammont involut ma jiġġustifikax tali azzjoni.
Artikolu 99
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, biex tiddetermina:
(a) il-każijiet speċifiċi, imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 89(8), fejn m'hemmx bżonn ta' garanzija għal merkanzija li titqiegħed taħt il-proċedura ta' dħul temporanju;
(b) il-forma tal-garanzija, imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) u r-regoli li jikkonċernaw il-garanti msemmi fl-Artikolu 94;
(c) il-kondizzjonijiet biex tingħata awtorizzazzjoni għall-użu ta' garanzija komprensiva b'ammont imnaqqas jew għal eżoneru mill-garanzija msemmija fl-Artikolu 95(2);
(d) il-limiti ta' żmien għar-rilaxx ta' garanzija.
Artikolu 100
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali:
(a) biex ikun iddeterminat l-ammont tal-garanzija, inkluż l-ammont imnaqqas imsemmi fl-Artikolu 95(2) u (3);
(b) rigward l-għoti u s-sorveljanza tal-garanzija msemmija fl-Artikolu 89, ir-revoka u t-tmiem tal-impenn meħud mill-garanti msemmija fl-Artikolu 94, u r-rilaxx tal-garanzija msemmija fl-Artikolu 98;
(c) rigward il-projbizzjonijiet temporanji msemmija fl-Artikolu 96.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 96 permezz tal-atti ta' implimentazzjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza marbutin ma' miżuri bħal dawn, li jkunu debitament ġustifikati mill-ħtieġa li tissaħaħ malajr il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 285(5).
F'każ li l-opinjoni tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 285(1) trid tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, għandu japplika l-Artikolu 285(6).
KAPITOLU 3
L-irkupru, il-ħlas, il-ħlas lura u l-maħfra tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni
Artikolu 101
Id-determinazzjoni tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni
1. L-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas għandu jkun determinat mill-awtoritajiet doganali responsabbli għall-post fejn jinħoloq id-dejn doganali, jew fejn jitqies li nħoloq skont l-Artikolu 87, hekk kif ikollhom l-informazzjoni meħtieġa.
2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 48, l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw l-ammont ta' dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas kif iddeterminat mid-dikjarant.
3. Fejn l-ammont tad-dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jkun pagabbli ma jirriżultax f'numru sħiħ, dak l-ammont jista' jinqata' għad-dritt.
Fejn l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu ikun espress f'euro, l-ammont ma jistax jinqata' għad-dritt b'aktar minn tqarrib 'il fuq jew 'l isfel lejn l-eqreb numru sħiħ.
Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro jista' jew japplika mutatis mutandis il-provvedimenti tat-tieni subparagrafu jew jidderoga minn dak is-subparagrafu, dment li r-regoli applikabbli għat-tqarrib ma jkollhomx impatt finanzjarju akbar mir-regoli stipulati fit-tieni subparagrafu.
Artikolu 102
Notifika tad-dejn doganali
1. Id-dejn doganali għandu jkun notifikat lid-debitur fil-forma preskritta fil-post fejn inħoloq id-dejn doganali, jew fejn jitqies bħala li nħoloq skont l-Artikolu 87.
In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex issir fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:
(a) fejn, sakemm issir id-determinazzjoni finali tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni, tkun imposta miżura ta’ politika kummerċjali provviżorja, f’forma ta’ dazju;
(b) fejn l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas jeċċedi dak determinat abbażi tad-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 33;
(c) fejn id-deċiżjoni oriġinali biex ma jkunx notifikat id-dejn doganali jew biex ikun notifikat b’ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni f’figura anqas mill-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas, ittieħdet abbażi ta’ provvedimenti ġenerali li kienu invalidati f’data aktar tard b’deċiżjoni tal-qorti;
(d) fejn l-awtoritajiet doganali huma eżentati taħt il-leġislazzjoni doganali milli jinnotifikaw id-dazju doganali.
2. Fejn l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni mħallas huwa daqs l-ammont imdaħħal fid-dikjarazzjoni doganali, ir-rilaxx tal-merkanzija mill-awtoritajiet doganali għandu jkun ekwivalenti għal notifika lid-debitur dwar id-dejn doganali.
3. Fejn il-paragrafu 2 ma japplikax, id-dejn doganali għandu jkun notifikat lid-debitur mill-awtoritajiet doganali meta jkunu f'pożizzjoni li jiddeterminaw l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni u jieħdu deċiżjoni dwaru.
Madankollu, meta n-notifika tad-dejn doganali tippreġudika investigazzjoni kriminali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeferixxu dik in-notifika sa meta din ma tibqax tippreġudika l-investigazzjonijiet kriminali.
4. Dment li l-pagament kien ggarantit, id-dejn doganali li jikkorrispondi għall-ammont totali tad-dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni marbut mal-merkanzija kollha rilaxxata għall-istess persuna matul perijodu stabbilit mill-awtoritajiet doganali jista' jkun nnotifikat fi tmiem dak il-perijodu. Il-perijodu stabbilit mill-awtoritajiet doganali ma għandux jaqbeż 31 jum.
Artikolu 103
Limitazzjoni tad-dejn doganali
1. L-ebda dejn doganali m’għandu jkun notifikat lid-debitur wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’ tliet snin mid-data li fiha nħoloq id-dejn doganali.
2. Fejn id-dejn doganali nħoloq bħala riżultat ta' att li, fiż-żmien li sar, seta' jwassal għal proċedimenti kriminali fil-qorti, il-perijodu ta’ tliet snin stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun estiż għal perijodu minimu ta' ħames snin u massimu ta' 10 snin f'konformità mal-liġi nazzjonali.
3. Il-perijodi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu sospiżi fejn:
(a) ikun ippreżentat appell skont l-Artikolu 44; tali sospensjoni għandha tapplika mid-data meta ikun ippreżentat l-appell u għandha ddum tul id-durata tal-proċedimenti ta' appell; jew
(b) l-awtoritajiet doganali jikkomunikaw lid-debitur, skont l-Artikolu 22(6), ir-raġunijiet għaliex biħsiebhom jinnotifikaw id-dejn doganali; tali sospensjoni għandha tapplika mid-data ta' dik il-komunikazzjoni sal-aħħar tal-perijodu li matulu d-debitur jingħata l-opportunità jesprimi l-fehma tiegħu.
4. Fejn jerġa' jiddaħħal id-dejn doganali skont l-Artikolu 116(7), il-perijodi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu kkunsidrati bħala sospiżi mid-data li fiha tkun ippreżentata l-applikazzjoni għal ħlas lura jew għal maħfra skont l-Artikolu 121, sad-data li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar il-ħlas lura jew il-maħfra.
Artikolu 104
Dħul fil-kontijiet
1. L-awtoritajiet doganali msemmija fl-Artikolu 101 għandhom idaħħlu fil-kontijiet tagħhom, skont il-leġislazzjoni nazzjonali, l-ammont ta' dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas hekk kif iddeterminat skont dak l-Artikolu.
L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 102(1).
2. L-awtoritajiet doganali m’għandhomx għalfejn idaħħlu fil-kontijiet l-ammonti ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li, skont l-Artikolu 103, jikkorrispondu għad-dejn doganali li ma setax jibqa' jkun notifikat lid-debitur.
3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-proċeduri prattiċi għad-dħul fil-kontijiet tal-ammonti ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni. Dawk il-proċeduri jistgħu jvarjaw skont jekk, minħabba ċ-ċirkostanzi li fihom inħoloq id-dejn doganali, l-awtoritajiet doganali humiex sodisfatti li dawk l-ammonti se jitħallsu.
Artikolu 105
Il-ħin tad-dħul fil-kontijiet
1. Fejn jinħoloq dejn doganali b’riżultat tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali ta' merkanzija għal proċedura doganali, barra minn dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni, jew xi att ieħor li għandu l-istess effett legali bħal tali aċċettazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom idaħħlu l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas fil-kontijiet fi żmien 14-il jum mir-rilaxx tal-merkanzija.
Madankollu, sakemm il-ħlas ikun garantit, l-ammont totali ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni marbut mal-merkanzija kollha rilaxxata lill-istess persuna matul perijodu stabbilit mill-awtoritajiet doganali, li ma jistax jeċċedi l-31 ġurnata, jista’ jkun kopert bi dħul uniku fil-kontijiet fl-aħħar ta’ dak il-perijodu. Tali dħul fil-kontijiet għandu jsir fi żmien 14-il ġurnata minn meta jiskadi l-perijodu kkonċernat.
2. Fejn il-merkanzija tista’ tkun rilaxxata taħt ċerti kondizzjonijiet li jirregolaw jew id-determinazzjoni tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas jew il-ġbir tiegħu, id-dħul fil-kontijiet għandu jsir fi żmien 14-il ġurnata minn meta jkun determinat l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas jew minn meta jkun stabbilit l-obbligu li jitħallas dak id-dazju.
Madankollu, fejn id-dejn doganali hu marbut ma’ miżura provviżorja ta’ politika kummerċjali li tieħu forma ta’ dazju, l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas għandu jiddaħħal fil-kontijiet fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-Regolament li jistabbilixxi l-miżura definittiva tal-politika kummerċjali.
3. Fejn jinħoloq dejn doganali f’ċirkostanzi li mhumiex koperti bil-paragrafu 1, l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas għandu jiddaħħal fil-kontijiet fi żmien 14-il jum mid-data li fiha l-awtoritajiet doganali jkunu f’pożizzjoni li jiddeterminaw l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni inkwistjoni u jieħdu deċiżjoni.
4. Il-paragrafu 3 japplika fir-rigward tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid ikun rkuprat jew li jkun fadal li jkun rkuprat fejn l-ammont ta’ dazju tal-importazzjon jew esportazzjoni li jrid jitħallas ma jkunx iddaħħal fil-kontijiet skont il-paragrafi 1, 2 u 3, jew kien determinat u ddaħħal fil-kontijiet f'livell anqas mill-ammont li kellu jitħallas.
5. Il-limiti ta’ żmien għad-dħul fil-kontijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma japplikawx f’ċirkostanzi imprevedibbli jew f’każijiet ta’ force majeure.
6. Id-dħul fil-kontijiet jista' jkun differit fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 102(3), sa meta n-notifika tad-dejn doganali ma tkunx aktar tippreġudika investigazzjoni kriminali.
Artikolu 106
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284 ►C2 biex tiddetermina l-każijiet msemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 102(1) ◄ fejn l-awtoritajiet doganali huma eżentati milli jinnotifikaw id-dejn doganali.
Artikolu 107
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoniċ
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, miżuri biex tiżgura li jkun hemm assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet doganali f'każ li jinħoloq dejn doganali.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 108
Il-limiti ta' żmien ġenerali għal ħlas u s-sospensjoni tal-iskadenza tal-ħlas
1. L-ammonti ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni, li jikkorrispondi għal dejn doganali notifikat skont l-Artikolu 102 għandhom jitħallsu mid-debitur fil-perijodu preskritt mill-awtoritajiet doganali.
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 45(2), dak il-perijodu m’għandux jeċċedi 10 ijiem minn notifika lid-debitur dwar id-dejn doganali. Fil-każ ta’ aggregazzjoni tad-dħul fil-kontijiet taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 105(1), dan għandu jkun stabbilit b’tali mod li d-debitur ma jkunx jista’ jikseb perijodu itwal għall-ħlas milli kieku tħalla jiddifferixxi l-ħlas skont l-Artikolu 110.
L-awtoritajiet doganali jistgħu jestendu dak il-perijodu wara applikazzjoni mid-debitur fejn l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas kien determinat waqt li sar il-kontroll ta’ wara r-rilaxx kif imsemmi fl-Artikolu 48. Bla ħsara għall-Artikolu 112(1), dawk l-estensjonijiet m’għandhomx jaqbżu ż-żmien meħtieġ biex id-debitur jieħu l-passi meħtieġa biex iwettaq l-obbligazzjoni tiegħu.
2. Jekk id-debitur ikun intitolat għal kwalunkwe waħda mill-faċilitajiet ta’ ħlas imsemmija fl-Artikoli 110 sa 112, il-ħlas għandu jsir fil-perijodu jew perijodi speċifikati marbutin ma' dawk il-faċilitajiet.
3. Il-limitu taż-żmien għall-ħlas tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għal dejn doganali għandu jkun sospiż fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:
(a) fejn applikazzjoni għal maħfra ta’ dazju ssir skont l-Artikolu 121;
(b) fejn il-merkanzija għandha tkun konfiskata, meqruda jew abbandunata f’idejn l-Istat;
(c) fejn id-dejn doganali nħoloq skont l-Artikolu 79 u kien hemm aktar minn debitur wieħed.
Artikolu 109
Ħlas
1. Il-ħlas għandu jsir fi flus jew bi kwalunkwe mezz ieħor b’effett simili ta’ ħlas, inkluż l-aġġustament ta’ bilanċ ta’ kreditu, skont il-leġislazzjoni nazzjonali.
2. Il-ħlas jista’ jsir minn terza persuna minflok mid-debitur.
3. Id-debitur jista’ fi kwalunkwe każ iħallas parti minn jew l-ammont kollu ta’ dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni mingħajr ma jistenna li jiskadi l-perijodu li hu ngħata għall-ħlas.
Artikolu 110
Differiment ta' ħlas
L-awtoritajiet doganali għandhom, wara l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata u mal-għoti ta' garanzija, jawtorizzaw differiment tal-ħlas tad-dazju li jrid jitħallas bi kwalunkwe mod minn dawn li ġejjin:
(a) separatament fir-rigward ta' kull ammont ta' dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni mdaħħal fil-kontijiet skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 105(1), jew l-Artikolu 105(4);
(b) globalment fir-rigward tal-ammonti kollha ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li ddaħħlu fil-kontijiet skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 105(1) matul perijodu stabbilit mill-awtoritajiet doganali u li ma jeċċedix 31 ġurnata;
(c) globalment fir-rigward tal-ammonti kollha ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jiffurmaw dħul wieħed skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 105(1).
Artikolu 111
Il-perijodi li matulhom il-ħlas ikun differit
1. Il-perijodu li matulu jkun differit il-ħlas taħt l-Artikolu 110 għandu jkun ta’ 30 ġurnata.
2. Fejn il-ħlas ikun differit skont il-punt (a) tal-Artikolu 110, il-perijodu għandu jibda mill-jum wara li d-dejn doganali jkun ġie notifikat lid-debitur.
3. Fejn il-ħlas ikun differit skont il-punt (b) tal-Artikolu 110, il-perijodu għandu jibda mill-jum wara t-tmiem tal-perijodu ta’ aggregazzjoni. Dan għandu jitnaqqas bin-numru ta’ jiem li jikkorrispondu għal nofs il-jiem koperti bil-perijodu ta’ aggregazzjoni.
4. Fejn il-ħlas ikun differit skont il-punt (c) tal-Artikolu 110, il-perijodu għandu jibda mill-għada tat-tmiem tal-perijodu stabbilit għar-rilaxx tal-merkanzija inkwistjoni. Dan għandu jitnaqqas bin-numru ta’ jiem li jikkorrispondi għal nofs il-jiem koperti bil-perijodu kkonċernat.
5. Fejn in-numru ta’ jiem tal-perijodi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ikun numru fard, in-numru ta’ jiem li jrid jitnaqqas mill-perijodu ta’ 30 jum skont dawk il-paragrafi għandu jkun daqs nofs l-iżgħar numru biż-żewġ li jmiss.
6. Fejn il-perijodi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 huma ġimgħat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li fir-rigward tiegħu kien differit il-ħlas ma jitħallasx aktar tard mill-Ġimgħa tar-raba’ ġimgħa wara l-ġimgħa inkwistjoni.
Jekk dawk il-perijodi jkunu xhur, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li fir-rigward tiegħu kien differit il-ħlas għandu jitħallas sas-16-il jum tax-xahar wara x-xahar inkwistjoni.
Artikolu 112
Faċilitajiet ta' ħlas oħrajn
1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu lid-debitur faċilitajiet oħrajn ta’ ħlas barra l-ħlas differit bil-kondizzjoni li tingħata garanzija.
2. Fejn il-faċilitajiet jingħataw skont il-paragrafu 1, l-imgħax tal-kreditu għandu jitħallas fuq l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni.
Għal Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, ir-rata tal-imgħax tal-kreditu għandha tkun daqs ir-rata tal-imgħax skont kif ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, li l-Bank Ċentrali Ewropew applika għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid fl-ewwel jum tax-xahar fejn kienet taħbat id-data dovuta, miżjuda b'punt perċentwali.
Għal Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex il-euro, ir-rata tal-imgħax tal-kreditu għandha tkun daqs ir-rata applikata fl-ewwel jum tax-xahar inkwistjoni mill-Bank Ċentrali Nazzjonali għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta' finanzjament mill-ġdid, miżjuda b'punt perċentwali, jew għal Stat Membru li r-rata tal-Bank Ċentrali Nazzjonali mhijiex disponibbli għalih, l-aktar rata ekwivalenti applikata fl-ewwel jum tax-xahar inkwistjoni fis-suq tal-flus tal-Istat Membru, miżjuda b'punt perċentwali.
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu ma jeħtiġux garanzija jew ma jitolbux ħlas ta’ imgħax fejn huwa stabbilit, abbażi ta’ evalwazzjoni dokumentata tas-sitwazzjoni tad-debitur, li dan ikun joħloq diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji.
4. L-awtoritajiet doganali m'għandhomx jimponu imgħax ta' kreditu fejn l-ammont għal kull azzjoni ta' rkupru jkun inqas minn EUR 10.
Artikolu 113
Infurzar ta' ħlas
Fejn l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas ma jkunx tħallas fiż-żmien preskritt, l-awtoritajiet doganali għandhom jiggarantixxu l-ħlas ta’ dak l-ammont bil-mezzi kollha disponibbli lilhom fil-liġi tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 114
L-imgħax fuq l-arretrati
1. L-imgħax fuq l-arretrati għandu jingħadd fuq l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni mid-data li fiha jiskadi ż-żmien preskritt sad-data tal-ħlas.
Għal Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, ir-rata tal-imgħax fuq l-arretrati għandha tkun daqs ir-rata tal-imgħax skont kif ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, li l-Bank Ċentrali Ewropew applika għall-operazzjoni prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid, fl-ewwel jum tax-xahar fejn kienet taħbat id-data dovuta, miżjuda b' żewġ punti perċentwali.
Għal Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex il-euro, ir-rata tal-imgħax fuq l-arretrati għandha tkun daqs ir-rata applikata fl-ewwel jum tax-xahar inkwistjoni mill-Bank Ċentrali Nazzjonali għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta' finanzjament mill-ġdid, miżjuda b'żewġ punti perċentwali, jew għal Stat Membru li r-rata tal-Bank Ċentrali Nazzjonali mhijiex disponibbli għalih, l-aktar rata ekwivalenti fl-ewwel jum tax-xahar inkwistjoni fis-suq tal-flus tal-Istat Membru, miżjuda b'żewġ punti perċentwali.
2. Fejn id-dejn doganali jinħoloq abbażi tal-Artikolu 79 jew 82, jew fejn in-notifika tad-dejn doganali tirriżulta minn kontroll wara r-rilaxx, l-imgħax fuq l-arretrati għandu jitħallas apparti mill-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni, mid-data li fiha nħoloq id-dejn doganali sad-data ta’ notifika tiegħu.
Ir-rata tal-imgħax fuq l-arretrati għandha tkun iffissata skont il-paragrafu 1.
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu ma jitolbux ħlas tal-imgħax fuq l-arretrati fejn huwa stabbilit, abbażi ta’ evalwazzjoni dokumentata tas-sitwazzjoni tad-debitur, li jekk jintalab jinħolqu diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji.
4. L-awtoritajiet doganali m'għandhomx jimponu mgħax fuq l-arretrati fejn l-ammont għal kull azzjoni ta' rkupru jkun inqas minn EUR 10.
Artikolu 115
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont-Artikolu 284, biex tiddetermina ir-regoli għas-sospensjoni tal-iskadenza għall-ħlas tal-ammont tad-dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għal dazju doganali msemmija fl-Artikolu 108(3) u l-perijodu ta' sospensjoni.
Artikolu 116
Provvedimenti ġenerali
1. Soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'din it-Taqsima, l-ammonti tad-dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni għandhom jitħallsu lura jew jinħafru għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
(a) ammonti ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni mitluba żejda;
(b) merkanzija difettuża jew merkanzija li ma tikkonformax mat-termini tal-kuntratt;
(c) żball mill-awtoritajiet kompetenti;
(d) ekwità.
Fejn tħallas ammont ta' dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni u kienet invalidata d-dikjarazzjoni doganali korrispondenti, skont l-Artikolu 174, dak l-ammont għandu jitħallas lura.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom iħallsu lura jew jaħfru l-ammont tad-dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 fejn huwa EUR 10 jew aktar, ħlief fejn il-persuna kkonċernata titlob il-ħlas lura jew il-maħfra ta' ammont iżgħar.
3. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-ħlas lura jew il-maħfra għandhom jingħataw abbażi tal-Artikolu 119 jew 120, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat id-dokumentazzjoni lill-Kummissjoni biex tieħu deċiżjoni fil-każijiet li ġejjin:
(a) fejn l-awtoritajiet doganali jqisu li ċ-ċirkostanzi speċjali huma r-riżultat tal-fatt li l-Kummissjoni naqset mill-obbligi tagħha;
(b) fejn l-awtoritajiet doganali jqisu li l-Kummissjoni tkun għamlet żball fis-sens tal-Artikolu 119;
(c) fejn iċ-ċirkostanzi tal-każ huma marbutin mal-konklużjonijiet minn investigazzjoni tal-Unjoni magħmula taħt ir-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli ( 5 ) jew skont kwalunkwe leġislazzjoni oħra tal-Unjoni jew skont xi ftehim milħuq mill-Unjoni ma' pajjiżi jew gruppi ta' pajjiżi li fih isir provvediment għat-twettiq ta' investigazzjonijiet bħal dawn tal-Unjoni;
(d) fejn l-ammont li għalih il-persuna kkonċernata tista' tkun responsabbli fir-rigward ta' operazzjoni waħda jew aktar ta' importazzjoni jew esportazzjoni jkun daqs jew aktar minn EUR 500 000 b’riżultat ta' żball jew ta' ċirkostanzi speċjali;
Minkejja l-ewwel subparagrafu, m'għandhiex tintbagħat dokumentazzjoni f'waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a) fejn il-Kummissjoni tkun diġà adottat deċiżjoni dwar każ li jinvolvi kwistjonijiet paragunabbli ta' fatt u ta' dritt;
(b) fejn il-Kummissjoni tkun diġà qed tikkunsidra każ li jinvolvi kwistjonijiet paragunabbli ta' fatt u ta' dritt.
4. Soġġett għar-regoli ta’ kompetenza għal deċiżjoni, fejn l-awtoritajiet doganali nfushom jiskopru fil-perijodi msemmija fl-Artikolu 121(1) li ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni jista’ jitħallas lura jew jinħafer skont l-Artikoli 117, 119 jew 120 huma għandhom iħallsu lura jew jaħfru fuq l-inizjattiva tagħhom stess.
5. M’għandu jingħata l-ebdaħlas lura jew maħfra jekk is-sitwazzjoni li wasslet għan-notifika tad-dejn doganali tirriżulta minn qerq min-naħa tad-debitur.
6. Il-ħlas lura m’għandux jagħti lok għall-ħlas ta’ imgħax mill-awtoritajiet doganali kkonċernati.
Madankollu, għandu jitħallas imgħax fejn deċiżjoni li tagħti ħlas lura mhix implimentata fi żmien tliet xhur mid-data li fiha dik id-deċiżjoni ttieħdet, sakemm in-nuqqas li tiġi sodisfatta l-iskadenza kien barra mill-kontroll tal-awtoritajiet doganali.
F’tali każijiet, l-imgħax għandu jitħallas mid-data meta jiskadi l-perijodu ta’ tliet xhur sad-data tal-ħlas lura. Ir-rata tal-imgħax għandha tkun stabbilita skont l-Artikolu 112.
7. Fejn l-awtoritajiet kompetenti ikunu awtorizzaw ħlas lura jew maħfra bi żball, id-dejn doganali oriġinali għandu jerġa' jiddaħħal sakemm dan ma jkunx preskritt taħt l-Artikolu 103.
F’tali każijiet, ►C2 kwalunkwe imgħax imħallas taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 għandu jkun rimborżat. ◄
Artikolu 117
Ammonti ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni mħallsa żejda
1. Ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni għandu jitħallas lura jew jinħafer sakemm l-ammont li jikkorrispondi għad-dejn doganali fin-notifika oriġinali jeċċedi l-ammont li jrid jitħallas, jew id-dejn doganali kien notifikat ►C2 lid-debitur kuntrarjament għall-punti (c) jew (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 102(1). ◄
2. Fejn l-applikazzjoni għar-rimbors jew maħfra hija bbażata fuq l-eżistenza, fiż-żmien meta kienet aċċettata d-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, ta' rata mnaqqsa jew rata żero ta' dazju tal-importazzjoni fuq il-merkanzija taħt kwota tariffarja jew miżuri tariffarji oħra favorevoli, il-ħlas lura jew il-maħfra għandhom jingħataw dment li, fiż-żmien tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti meħtieġa,tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) fil-każ ta' kwota tariffarja, il-volum tagħha ma jkunx eżawrit;
(b) f'każijiet oħra, ir-rata tad-dazju normalment dovuta ma tkunx stabbilita mill-ġdid.
Artikolu 118
Merkanzija difettuża jew merkanzija li ma tikkonformax mat-termini tal-kuntratt
1. Ammont ta’ dazju tal-importazzjoni għandu jitħallas lura jew jinħafer jekk in-notifika tad-dejn doganali hi marbuta ma’ merkanzija li kienet rrifjutata mill-importatur minħabba li, fiż-żmien tar-rilaxx, kienet difettuża jew ma kinitx konformi mal-kondizzjonijiet tal-kuntratt li abbażi tiegħu ġiet importata.
Merkanzija difettuża għandha titqies li tinkludi dik il-merkanzija li ġratilha ħsara qabel ir-rilaxx tagħha.
2. Minkejja l-paragrafu 3, il-ħlas lura jew il-maħfra għandhom jingħataw sakemm il-merkanzija ma ntużatx, ħlief għal tali użu inizjali kif seta’ kien meħtieġ biex jkun stabbilit li kienet difettuża jew li ma kinitx konformi mal-kondizzjonijiet tal-kuntratt u sakemm tkun inħarġet 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
3. Il-ħlas lura jew il-maħfra m'għandhomx jingħataw t fejn:
(a) il-merkanzija, qabel ma kienet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, kienet tqiegħdet taħt proċedura speċjali għall-ittestjar, sakemm ma jkunx stabbilit li l-fatt li l-merkanzija kienet difettuża jew ma kenitx tikkonforma mal-kondizzjonijiet tal-kuntratt normalment ma setgħax jkun osservat matul dawn it-testijiet;
(b) in-natura difettuża tal-merkanzija tkun ittieħdet inkonsiderazzjoni fit-tfassil tal-kondizzjonijiet tal-kuntratt, b'mod partikolari il-prezz, qabel ma l-merkanzija tqiegħdet taħt proċedura doganali li tinvolvi l-ħolqien ta’ dejn doganali; jew
(c) il-merkanzija timbiegħ mill-applikant wara li jkun aċċertat li din hi difettuża jew mhux konformi mal-kondizzjonijiet tal-kuntratt.
4. Minflok tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, u wara applikazzjoni min-naħa tal-persuna kkonċernata, l-awtoritajiet doganali għandhom jawtorizzaw li l-merkanzija titpoġġa taħt il-proċedura ta’ pproċessar attiv, inkluż għall-qerda, jew it-tranżitu estern, il-proċedura ta’ ħażna doganali jew il-proċedura ta' żona ħielsa.
Artikolu 119
Żball mill-awtoritajiet kompetenti
1. F' każijiet barra dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 116(1) u fl-Artikoli 117, 118 u 120, ammont ta' dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni għandu jitħallas lura jew jinħafer fejn, minħabba żball min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti, l-ammont li jikkorrispondi għad-dejn doganali li kien notifikat fil-bidu kien aktar baxx mill-ammont li jrid jitħallas, sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) id-debitur raġonevolment ma setax induna b’dak l-iżball; u
(b) id-debitur kien qed jaġixxi b'intenzjoni tajba.
2. Fejn il-kondizjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 117(2) ma jkunux sodisfatti, il-ħlas lura jew il-maħfra għandhom jingħataw fejn in-nuqqas ta' applikazzjoni tar-rata mnaqqsa jew ir-rata żero ta' dazju kien ir-riżultat ta' żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali stess u d-dikjarazjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa kien fiha d-dettalji kollha u kienet akkumpanjata mid-dokumenti kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa jew ir-rata żero.
3. Fejn it-trattament preferenzjali tal-merkanzija huwa mogħti abbażi ta’ sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva li tinvolvi l-awtoritajiet ta’ pajjiż jew territorju barra t-territorju doganali tal-Unjoni, il-ħruġ ta’ ċertifikat minn dawk l-awtoritajiet, jekk ikollu jirriżulta li mhux korrett, għandu jikkostitwixxi żball li ma setax raġonevolment jkun osservat fis-sens tal-punt (a) tal-paragrafu 1.
Il-ħruġ ta’ ċertifikat mhux korrett m’għandux, madankollu, jikkostitwixxi żball fejn iċ-ċertifikat hu bbażat fuq resokont mhux korrett tal-fatti mogħti mill-esportatur, ħlief fejn ikun evidenti li l-awtoritajiet li ħarġuh kienu jafu jew kellhom ikunu jafu li l-merkanzija ma ssodisfatx il-kondizzjonijiet stabbiliti għall-jedd ta’ trattatment preferenzjali.
Id-debitur għandu jkun kkunsidrat bħala li kellu intenzjoni tajba jekk jista’ juri li, matul il-perijodu li matulu kienu qed isiru l-operazzjonijiet ta’ kummerċ ikkonċernati, hu jkun ħa ħsieb biżżejjed sabiex jiżgura li l-kondizzjonijiet kollha għat-trattament preferenzjali kienu sodisfatti.
Id-debitur ma jistax jiddipendi fuq l-eċċezzjoni li kellu intenzjoni tajba jekk il-Kummissjoni tkun ippubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn jingħad li jkun hemm lok ta’ dubbju dwar l-applikazzjoni xierqa tal-arranġamenti preferenzjali mill-pajjiż jew territorju benefiċjarju.
Artikolu 120
Ekwità
1. F’ każijiet oħrajn barra dawk imsemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 116(1) u fl-Artikoli 117, 118 u 119 ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni għandu jitħallas lura jew jinħafer fl-interess tal-ekwità fejn dejn doganali jinħoloq taħt ċirkostanzi speċjali li fihom id-debitur ma jistax ikun mixli b’qerq jew b’negliġenza ċara.
2. Iċ- ċirkostanzi speċjali imsemmija fil- paragrafu 1 għandhom jitqiesu li jeżistu fejn ikun ċar miċ-ċirkostanzi tal-każ li d-debitur jinsab f'sitwazzjoni eċċezzjonali meta mqabbel ma' operaturi oħra impenjati fl-istess negozju, u li, fin-nuqqas ta' tali ċirkostanzi, ma kienx ibgħati minn żvantaġġ ikkawżat mill-ġbir tal-ammont ta' dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni.
Artikolu 121
Proċedura għal ħlas lura u maħfra
1. L-applikazzjonijiet għal ħlas lura jew maħfra skont l-Artikolu 116 għandhom jkunu ippreżentati lill-awtoritajiet doganali fil-perijodi li ġejjin:
(a) fil-każ ta’ ammonti ta' dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni fejn intalab ħlas żejjed, żball mill-awtoritajiet kompetenti jew ekwità, fi żmien tliet snin mid-data tan-notifika tad-dejn doganali;
(b) fil-każ ta’ merkanzija difettuża jew merkanzija li ma tikkonformax mat-termini tal-kuntratt, fi żmien sena mid-data tan-notifika tad-dejn doganali;
(c) fil-każ ta’ invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, fil-perijodu speċifikat fir-regoli applikabbli għall-invalidazzjoni.
Il-perijodu speċifikat fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jkun estiż jekk l-applikant jagħti prova li nżamm milli jissottometti applikazzjoni fiż-żmien speċifikat minħabba ċirkostanzi imprevidibbli jew force majeure.
2. Fejn l-awtoritajiet doganali ma jkunux f'pożizzjoni, abbażi tar-raġunijiet mogħtija, li jagħtu l-ħlas lura jew il-maħfra ta' ammont ta' dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni, hu meħtieġ li dawn jeżaminaw il-merti ta' applikazzjoni għall-ħlas lura jew il-maħfra fid-dawl tar-raġunijiet l-oħra għall-ħlas lura jew il-maħfra msemmija fl-Artikolu 116.
3. Fejn ikun ġie ppreżentat appell permezz tal-Artikolu 44 kontra n-notifika tad-dejn doganali, il-perijodu rilevanti speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jkun sospiż, mid-data li fiha jkun ppreżentat l-appell, sakemm idumu l-proċedimenti tal-appell.
4. Fejn awtorità doganali tagħti ħlas lura jew maħfra skont l-Artikoli 119 u 120, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan.
Artikolu 122
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jistipulaw ir-regoli li magħhom għandha tikkonforma meta tieħu deċżjoni msemmija fl-Artikolu 116(3) u b'mod partikolari dwar dawn li ġejjin:
(a) il-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tad-dokumentazzjoni;
(b) il-limitu ta' żmien biex tittieħed deċiżjoni u s-sospensjoni ta' dak il-limitu ta' żmien;
(c) il-komunikazzjoni tar-raġunijiet li skonthom il-Kummissjoni biħsiebha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha, qabel ma tieħu deċiżjoni li taffettwa ħażin il-persuna kkonċernata;
(d) in-notifika tad-deċiżjoni;
(e) il-konsegwenzi jekk ma tittiħidx deċiżjoni jew jekk ma tkunx notifikata tali deċiżjoni.
Artikolu 123
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali:
(a) għal ħlas lura u maħfra,kif imsemmija fl-Artikolu 116;
(b) biex tkun infurmata l-Kummissjoni skont l-Artikolu 121(4) u l-informazzjoni li għandha tingħata.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 116(3), permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 285(2).
F'każ li l-opinjoni tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 285(1) trid tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, għandu japplika l-Artikolu 285(6).
KAPITOLU 4
L-estinzjoni ta' dejn doganali
Artikolu 124
Estinzjoni
1. Mingħajr ħsara għall-provvedimenti fis-seħħ dwar in-nuqqas ta’ rkupru tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali fil-każ tal-insolvenza tad-debitur stabbilita b’mod ġudizzjarju, dejn doganali fuq l-importazzjoni jew esportazzjoni għandu jkun estint b’xi mod minn dawn li ġejjin:
(a) f'każ li d-debitur ma jistax jiġi nnotifikat aktar dwar id-dejn doganali, skont l-Artikolu 103;
(b) bil-ħlas tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni;
(c) soġġett għall-paragrafu 5, billi jinħafer l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni;
(d) fejn, fir-rigward ta' merkanzija ddikjarata għal proċedura doganali li toħloq l-obbligu li jitħallas id-dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni, id-dikjarazzjoni doganali hi invalidata;
(e) fejn il-merkanzija soġġetta għal dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tkun ikkonfiskata jew maqbuda u simultanjament jew sussegwentement ikkonfiskata;
(f) fejn il-merkanzija soġġetta għal dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni tinqered taħt superviżjoni tad-dwana jew tkun abbandunata lill-Istat;
(g) fejn l-għajbien tal-merkanzija jew in-nonkonformità ma’obbligi li joħorġu mill-leġislazzjoni doganali jirriżultaw mill-qerda totali jew it-telfien irrimedjabbli ta’ dik il-merkanzija bħala riżultat tan-natura proprja tal-merkanzija jew ċirkostanzi imprevedibbli jew force majeure, jew bħala konsegwenza ta’ ordni mill-awtoritajiet doganali; għall-għan ta' dan il-punt, il-merkanzija għandha titqies bħala mitlufa u li ma tistax tiġi rkuprata meta ma tkunx tista' tintuża minn kwalunkwe persuna;
(h) fejn id-dejn doganali nħoloq skont l-Artikoli 79 jew 82 u fejn huma sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i) in-nuqqas li wassal biex jinħoloq id-dejn doganali ma kellu l-ebda effett sinifikanti fuq l-operazzjoni korretta tal-proċedura doganali kkonċernata u ma kienx jikkostitwixxi attentat ta’ qerq;
(ii) il-formalitajiet kollha meħtieġa biex ttkun regolarizzata s-sitwazzjoni tal-merkanzija huma sussegwentement imwettqa;
(i) fejn il-merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa mingħajr dazju, jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju tal-importazzjoni minħabba l-użu aħħari tagħha, kienet esportata bil-permess tal-awtoritajiet doganali;
(j) fejn ikun inħoloq skont l-Artikolu 78 u fejn l-formalitajiet imwettqa sabiex ikun jista' jingħata t-trattament tariffarju preferenzjali msemmi f'dak l-Artikolu, ikunu kkanċellati;
(k) fejn, soġġett għall-paragrafu 6, id-dejn doganali nħoloq skont l-Artikolu 79 u tingħata prova sodisfaċenti għall-awtoritajiet doganali li l-merkanzija ma ntużatx jew ma kienitx ikkunsmata u nħarġet 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
2. Fil-każijiet imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, id-dejn doganali għandu, madankollu, għall-għanijiet tal-pieni applikabbli fuq reati tad-dwana, jitqies li ma jkunx ġie estint fejn, taħt il-liġi ta’ Stat Membru, id-dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni jew l-eżistenza ta’ dejn doganali jipprovdu l-bażi għad-determinazzjoni tal-pieni.
3. Fejn, skont il-punt (g) tal-paragrafu 1, id-dejn doganali jkun estint fir-rigward ta’ merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa mingħajr dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju tal-importazzjoni minħabba l-użu aħħari tagħha, kwalunkwe skrapp jew skart li jirriżulta mill-qerda tagħha għandu jitqies bħala merkanzija mhux tal-Unjoni.
4. Il-provvedimenti fis-seħħ marbuta mar-rati standard għal telf li ma jistax ikun irkuprat minħabba n-natura tal-merkanzija, ikunu applikati fejn il-persuna kkonċernata tonqos milli turi li t-telf reali jeċċedi dak ikkalkulat bl-applikazzjoni tar-rata standard għall-merkanzija inkwistjoni.
5. Fejn diversi persuni huma soġġetti għal ħlas tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u l-maħfra tingħata, id-dejn doganali għandu jkun estint biss fir-rigward tal-persuna jew persuni li lilhom ingħatat il-maħfra.
6. Fil-każ imsemmi fil-punt (k) tal-paragrafu 1, id-dejn doganali m’għandux jkun estint fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna jew persuni li għamlu attentat ta’ qerq.
7. Fejn id-dejn doganali jkun inħoloq taħt l-Artikolu 79, huwa għandu jkun estint fir-rigward tal-persuna li ma ppruvatx tqarraq u li kkontribwit għall-ġlieda kontra l-frodi.
Artikolu 125
Applikazzjoni ta' pieni
F'każ li d-dejn doganali jkun estint fuq il-bażi tal-punt (h) tal-Artikolu 124(1), l-Istati Membri m'għandhomx ikunu preklużi milli japplikaw pieni għal nuqqas ta' konformità mal-leġislazzjoni doganali.
Artikolu 126
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, biex tiddetermina il-lista ta' nuqqasijiet li ma jkollhom l-ebda effett sinifikanti fuq l-operazzjoni korretta tal-proċedura doganali kkonċernata u, biex tjissupplimenta il-punt (i) tal-punt (h) tal-Artikolu 124(1).
TITOLU IV
IL-MERKANZIJA MDAĦĦLA FIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-UNJONI
KAPITOLU 1
Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul
Artikolu 127
Il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul
1. Il-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tkun koperta b’dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.
2. L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun eżonerat:
(a) għall-mezzi tat-trasport u l-merkanzija li tinġarr fuqhom li jkunu biss għaddejjin mill-ilmijiet territorjali jew mill-ispazju tal-ajru tat-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr waqfa f’dak it-territorju; u
(b) f'każijiet oħrajn, fejn ikun debitament ġustifikat mit-tip ta' merkanzija jew traffiku, jew fejn ikun meħtieġ minn ftehimiet internazzjonali.
3. Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tkun ppreżentata fl-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul f'limitu ta' żmien speċifiku, qabel ma l-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni.
L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tkun ppreżentata f'uffiċċju doganali ieħor, sakemm dan tal-aħħar immedjatament jikkomunika jew jagħmel disponibbli elettronikament id-dettalji meħtieġa lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul.
4. Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tkun ppreżentata minn min iġorr.
Minkejja l-obbligi ta' min iġorr, id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tista tkun ppreżentata minflok minn waħda mill-persuni li ġejjin:
(a) l-importatur jew id-destinatarju jew persuna oħra li f'isimha jew li għan-nom tagħha jaġixxi min iġorr;
(b) kwalunkwe persuna li hi kapaċi tippreżenta l-merkanzija inkwistjoni jew li tara li tkun ppreżentata fl-uffiċju doganali tad-dħul.
5. Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandu jkun fiha d-dettalji meħtieġa għall-analiżi tar-riskju għal raġunijiet ta' sikurezza u sigurtà.
6. F'każijiet speċifiċi, fejn id-dettalji kollha msemmija fil-paragrafu 3b ma jistgħux jinkisbu mill-persuni msemmija fil-paragrafu 3a, persuni oħra li jkollhom dawk id-dettalji u d-drittijiet xierqa biex jipprovduhom jistgħu jintalbu jipprovdu dawk id-dettalji.
7. L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw li jintużaw sistemi ta' informazzjoni kummerċjali, portwali jew dwar it-trasport għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul sakemm tali sistemi jkollhom fihom id-dettalji meħtieġa għal dikjarazzjoni ta' dan it-tip u sakemm dawn id-dettalji jkunu disponibbli f'limitu ta' żmien speċifiku, qabel ma l-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni.
8. Minflok il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw il-preżentazzjoni ta’ notifika u l-aċċess għad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fis-sistema tal-kompjuter tal-operatur ekonomiku.
Artikolu 128
Analiżi tar-riskju
L-uffiċċju doganali msemmi fl-Artikolu 127(3) għandu, f'limitu ta' żmien speċifiku, jiżgura li ssir analiżi tar-riskji, l-aktar għall-għanijiet ta' sikurezza u sigurtà, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 127(1) jew id-dettalji msemmija fl-Artikolu 127(8), u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa bbażati fuq ir-riżultati miksuba minn dik l-analiżi tar-riskji.
Artikolu 129
L-emendar u l-invalidazzjoni ta' dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul
1. Id-dikjarant jista', wara li japplika, jitħalla jemenda dettall wieħed jew aktar tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul wara li tkun ġiet ppreżentata.
L-ebda emenda ma għandha tkun possibbli wara kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a) l-awtoritajiet doganali jkunu infurmaw lill-persuna li ppreżentat id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul li għandhom il-ħsieb li jeżaminaw il-merkanzija;
(b) l-awtoritajiet doganali jkunu stabbilixxew li d-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul mhumiex korretti;
(c) il-merkanzija tkun diġà ġiet ippreżentata lid-dwana.
2. Meta l-merkanzija li għaliha kienet ippreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ma tiddaħħalx fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jinvalidaw dik id-dikjarazzjoni f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) wara applikazzjoni mid-dikjarant;
(b) fi żmien 200 jum wara li tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni.
Artikolu 130
Dikjarazzjonijiet ippreżentati minflok dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul
1. L-uffiċċju doganali msemmi fl-Artikolu 127(3) jista' jagħti eżoneru mill-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fir-rigward ta’merkanzija li għaliha tkun ppreżentata dikjarazzjoni doganali qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dik id-dikjarazzjoni. F’dan il-każ, id-dikjarazzjoni doganali għandu jkun fiha tal-inqas id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul. Sa meta id-dikjarazzjoni doganali tkun aċċettata skont l-Artikolu 172, hija għandha jkollha l-istatus ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.
2. L-uffiċċju doganali msemmi fl-Artikolu 127(3) jista' jagħti eżoneru mill-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fir-rigward ta' merkanzija li għaliha tkun ppreżentata dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dik id-dikjarazzjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha mill-inqas id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul. Sa meta l-merkanzija ddikjarata tkun ppreżentata lid-dwana skont l-Artikolu 139, id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja għandu jkollha l-istatus ta' dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.
Artikolu 131
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw:
(a) il-każijiet fejn jingħata eżoneru mill-obbligu li tkun ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, skont il-punt (b) tal-Artikolu 127(2);
(b) il-limitu ta' żmien speċifiku msemmi fl-Artikolu 127(3) u (7), li fih għandha tkun ppreżentata d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul qabel ma l-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni, waqt li jkun ikkunsidrat it-tip ta' merkanzija jew traffiku;
(c) il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 127(6) u l-persuni l-oħra li jistgħu jintalbu jipprovdu dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul f'dawk il-każijiet.
Artikolu 132
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:
(a) ir-regoli proċedurali biex tkun ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 127;
(b) ir-regoli proċedurali u l-għoti ta' dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul mill-persuni l-oħra msemmija fl-Artikolu 127(6);
(c) il-limitu ta' żmien li fih għandha ssir analiżi tar-riskji u jittieħdu l-miżuri meħtieġa, skont l-Artikolu 128;
(d) ir-regoli proċedurali biex tkun emendata d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, skont l-Artikolu 129(1);
(e) ir-regoli proċedurali biex tkun invalidata d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul skont l-Artikolu 129(2), waqt li tkun ikkunsidrata l-ġestjoni xierqa tad-dħul tal-merkanzija.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
KAPITOLU 2
Il-wasla ta’merkanzija
Artikolu 133
In-notifika tal-wasla ta' bastiment jew ta' inġenju tal-ajru
1. L-operatur ta' bastiment jew ta' inġenju tal-ajru li jidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni, għandu jinnotifika l-wasla lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul hekk kif jasal il-mezz ta' trasport.
Fejn tkun disponibbli għall-awtoritajiet doganali informazzjoni dwar il-wasla ta' bastiment jew ta' inġenju tal-ajru, huma jistgħu jagħtu eżoneru minn-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu.
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw li s-sistemi portwali jew tal-ajruporti jew metodi ta' informazzjoni oħra disponibbli jintużaw biex tkun nnotifikata l-wasla tal-mezz ta' trasport.
Artikolu 134
Is-superviżjoni doganali
1. Merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha, minn meta tidħol, tkun soġġetta għal superviżjoni doganali u tista' tkun soġġetta għal kontrolli doganali. Fejn applikabbli, huma għandhom ikunu soġġetti għall-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet ġustifikati skont, inter alia, il-moralità pubblika, il-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika, il-ħarsien ta’ saħħet u ħajjet il-bniedem, l-annimali jew il-pjanti, il-ħarsien tal-ambjent, il-ħarsien ta’wirt nazzjonali li jkollu valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku u l-ħarsien ta’ proprjetà industrijali jew kummerċjali, inklużi kontrolli dwar prekursuri tad-drogi, merkanzija li tikser ċeru drittijiet ta’ proprjetà intelletwali u flus kontanti, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tas-sajd u ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali.
Hija għandha tibqa’ taħt tali superviżjoni sakemm ikun meħtieġ biex ikun determinat l-istatus doganali tagħha u m’għandhiex titneħħa minn hemm mingħajr il-permess tal-awtoritajiet doganali.
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 254, merkanzija tal-Unjoni m’għandhiex tkun soġġetta għal superviżjoni doganali ladarba l-istatus doganali tagħha jkun stabbilit.
Merkanzija mhux tal-Unjoni għandha tibqa’ taħt is-superviżjoni doganali sakemm jinbidel l-istatus doganali tagħha, jew sakemm tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew tinqered.
2. Id-detentur ta’merkanzija taħt superviżjoni doganali jista’, bil-permess tal-awtoritajiet doganali, fi kwalunkwe ħin jeżamina l-merkanzija jew jieħu kampjuni, b’mod partikolari sabiex jiddetermina l-klassifika fit-tariffa, il-valur doganali jew l-istatus doganali tagħha.
Artikolu 135
It-trasport lejn post xieraq
1. Il-persuna li ddaħħal merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tittrasportaha mingħajr dewmien, bir-rotta speċifikata mill-awtoritajiet doganali u skont l-istruzzjonijiet tagħhom, jekk ikun hemm, sa l-uffiċċju doganali nominat mill-awtoritajiet doganali, jew fi kwalunkwe post ieħor nominat jew approvat minn dawk l-awtoritajiet, jew f’żona ħielsa.
2. Merkanzija li tiddaħħal f’żona ħielsa għandha tiddaħħal direttament f’dik iż-żona ħielsa, jew bil-baħar jew bl-ajru jew, jekk bl-art, mingħajr ma tgħaddi minn xi parti oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni, fejn iż-żona ħielsa tmiss il-fruntiera tal-art bejn Stat Membru u pajjiż terz.
3. Kwalunkwe persuna li tassumi responsabbiltà għall-ġarr ta’ merkanzija wara li ddaħħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha ssir responsabbli għall-konformità mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
4. Merkanzija li, għalkemm tkun għadha barra t-territorju doganali tal-Unjoni, tista' tkun soġġetta għall-kontrolli doganali mill-awtorita doganali ta' Stat Membru taħt ftehim milħuq mal-pajjiż rilevanti jew territorju barra t-territorju doganali tal-Unjoni, għandha tkun ittrattata bl-istess mod bħal merkanzija li ddaħħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni.
5. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jipprekludu applikazzjoni ta’ regoli speċjali fir-rigward ta’ merkanzija trasportata f’żoni ta’ fruntieri jew pipelines u fili kif ukoll għal traffiku ta’ importanza ekonomika negliġibbli bħal pereżempju ittri, kartolini jew materjal stampat u l-ekwivalenti elettroniċi tagħhom f’media oħra jew fir-rigward ta' merkanzija li tinġarr min-nies li jivvjaġġaw, sakemm il-possibilitajiet ta’ superviżjoni doganali u ta’ kontroll doganali ma jkunux ipperikolati.
6. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal mezzi ta’ trasport u l-merkanzija li tinġarr fuqhom, li biss jgħaddu mill-ilmijiet territorjali jew mill-ispazju tal-ajru tat-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jieqfu f’dak it-territorju.
Artikolu 136
Is-servizzi bl-ajru u bil-baħar fi ħdan/ fl-Unjoni
L-Artikoli 127 sa 130 u 133, 135(1) u l-Artikoli 137, 139 sa 141, u 144 sa 149 m’għandhomx japplikaw għall-merkanzija mhux tal-Unjoni u merkanzija msemmija fl-Artikolu 155, li telqet temporanjament mit-territorju doganali tal-Unjoni waqt li mxiet bejn żewġ punti f’dak it-territorju bil-baħar jew bl-ajru, sakemm din tkun inġarret b’rotta diretta mingħajr waqfien barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
Artikolu 137
It-trasport taħt ċirkostanzi speċjali
1. Fejn, minħabba ċirkostanzi imprevedibbli jew force majeure, l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 135(1) ma jkunx jista’ jintlaħaq, il-persuna marbuta b’dak l-obbligu jew kwalunkwe persuna oħra li qed taġixxi għan-nom ta’ dik il-persuna għandha tgħarraf lill-awtoritajiet doganali bis-sitwazzjoni mingħajr dewmien. Fejn iċ-ċirkostanzi imprevedibbli jew force majeure ma jirriżultawx f’telf totali tal-merkanzija, l-awtoritajiet doganali għandhom ukoll ikunu mgħarrfa dwar il-post preċiż fejn tinsab.
2. Fejn, minħabba ċirkostanzi imprevedibbli jew force majeure, xi inġenji tal-baħar jew tal-ajru koperti mill-Artikolu 135(6) ikunu mġiegħla jidħlu fil-port jew jinżlu temporanjament fit-territorju doganali tal-Unjoni u ma jistax jintlaħaq l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 135(1), il-persuna li daħħlet inġenji tal-baħar jew tal-ajru fit-territorju doganali tal-Unjoni, jew kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f'isem dik il-persuna, għandha tgħarraf lill-awtoritajiet doganali bis-sitwazzjoni mingħajr dewmien.
3. L-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw il-miżuri li jridu jittieħdu biex tkun tista' ssir is-superviżjoni doganali fuq il-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1, jew fuq inġenji tal-baħar jew tal-ajru u kwalunkwe merkanzija fuqhom fiċ-ċirkostanzi speċifikati fil-paragrafu 2, u biex jkun żgurat, fejn xieraq, li sussegwentement hija mwassla f’l-uffiċċju doganali jew xi post ieħor nominat jew approvat mill-awtoritajiet.
Artikolu 138
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali dwar:
(a) in-notifika tal-wasla msemmija fl-Artikolu 133;
(b) it-trasport tal-merkanzija msemmi fl-Artikolu 135(5).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 139
Il-preżentazzjoni ta’ merkanzija lid-dwana
1. Merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tkun ppreżentata lid-dwana minnufih mal-wasla tagħha fl-uffiċċju doganali nominat jew kwalunkwe post ieħor nominat jew approvat mill-awtoritajiet doganali jew fiż-żona ħielsa minn waħda mill-persuni li ġejjin:
(a) il-persuna li daħħlet il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni;
(b) il-persuna li f’isimha jew għan-nom tagħha taġixxi l-persuna li daħħlet il-merkanzija f’dak it-territorju;
(c) il-persuna li ħadet ir-responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija wara li ddaħħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni.
2. Merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni bil-baħar jew bl-ajru u li tibqa' abbord l-istess mezz ta' trasport għall-ġarr, għandha tkun ppreżentata lid-dwana unikament fil-port jew l-ajruport fejn tinħatt jew tkun trasbordata. Madankollu, merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni, li tinħatt u terġa' titgħabba fuq l-istess mezz ta' trasport matul il-vjaġġ tagħha sabiex ikun jista' jsir il-ħatt jew it-tagħbija ta' merkanzija oħra, m'għandhiex tkun ppreżentata lid-dwana f'dak il-port jew ajruport.
3. Minkejja l-obbligi tal-persuna deskritta fil-paragrafu 1, il-preżentazzjoni tal-merkanzija tista’ ssir minflok minn waħda mill-persuni li ġejjin:
(a) kwalunkwe persuna li immedjatament tpoġġi l-merkanzija taħt proċedura doganali;
(b) id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għall-operazzjoni tal-faċilitajiet ta’ ħażna jew kwalunkwe persuna li jeżerċita attività f’żona ħielsa.
4. Il-persuna li tippreżenta l-merkanzija għandha tagħmel referenza għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 130, id-dikjarazzjoni doganali jew id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja li tkun ġiet ippreżentata fir-rigward tal-merkanzija, ħlief fejn jingħata eżoneru mill-obbligu ta' preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.
5. Fejn merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun ppreżentata lid-dwana ma tkunx koperta minn dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, u ħlief fejn jingħata eżoneru mill-obbligu ta' preżentazzjoni ta' tali dikjarazzjoni, waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 127(4) għandha, mingħajr ħsara għall-Artikolu 127(6), tippreżenta minnufih tali dikjarazzjoni jew, minflok, tippreżenta dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja.
6. Il-paragrafu 1 m’għandux jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regoli speċjali fir-rigward ta’ merkanzija trasportata f’żoni ta’ fruntieri jew pipelines u fili kif ukoll għal traffiku ta’ importanza ekonomika negliġibbli bħal pereżempju ittri, kartolini jew materjal stampat u l-ekwivalenti elettroniċi tagħhom f’midja oħra jew fir-rigward ta' merkanzija li tinġarr min-nies li jivvjaġġaw, sakemm il-possibilitajiet ta’ superviżjoni doganali u ta’ kontroll doganali ma jkunux ipperikolati.
7. Merkanzija ppreżentata lid-dwana m’għandhiex titneħħa mill-post fejn tkun ġiet ippreżentata mingħajr il-permess tal-awtoritajiet doganali.
Artikolu 140
Il-ħatt u l-eżami ta’ merkanzija
1. Il-merkanzija għandha tinħatt jew isir trażbord tagħha mill-mezz ta’ trasport li jkun qed iġorrha biss bl-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet doganali f’postijiet nominati jew approvati minn dawk l-awtoritajiet.
Madankollu, tali awtorizzazzjoni m'għandhiex tkun meħtieġa fil-każ ta’ periklu imminenti li jeħtieġ l-ħatt minnufih tal-merkanzija kollha jew ta' parti minnha. F’dak il-każ, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu mgħarrfa minnufih kif meħtieġ.
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu fi kwalunkwe ħin jitolbu li merkanzija tinħatt u titneħħa mill-pakketti għall-fini tal-eżami tagħha, teħid ta’ kampjuni jew eżaminazzjoni tal-mezzi ta’ trasport li jkunu qed iġorruha.
Artikolu 141
Merkanzija li mxiet taħt tranżitu
1. L-Artikoli 135(2) sa (6) u l-Artikoli 139, 140 u 144 sa 149 m’għandhomx japplikaw meta merkanzija li qiegħda diġà taħt proċedura ta’ tranżitu tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni.
2. L-Artikoli 140 u144 sa 149 għandhom japplikaw għall-merkanzija mhux tal-Unjoni li timxi taħt proċedura ta' tranżitu, ladarba tali merkanzija tkun ġiet ippreżentata lill-uffiċċju doganali ta' destinazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni, skont ir-regoli li jirregolaw il-proċedura ta' tranżitu.
Artikolu 142
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' postijiet imsemmija fl-Artikolu 139(1).
Artikolu 143
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali rigward il-preżentazzjoni tal-merkanzija lid-dwana msemmija fl-Artikolu 139.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 144
Merkanzija f'ħażna temporanja
Merkanzija mhux tal-Unjoni tkun f'ħażna temporanja mill-mument li hija tkun ppreżentata lid-dwana.
Artikolu 145
Id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja
1. Merkanzija mhux tal-Unjoni ppreżentata lid-dwana għandha tkun koperta minn dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja li jkun fiha d-dettajli kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tal-provvedimenti li jirregolaw il-ħażna temporanja.
2. Id-dokumenti marbuta mal-merkanzija f'ħażna temporanja għandhom jingħataw lill-awtoritajiet doganali fejn il-leġislazzjoni tal-Unjoni tkun teħtieġ li jsir hekk jew skont kif ikun meħtieġ għall-kontrolli doganali.
3. ►C2 Id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja għandha tkun ippreżentata minn waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 139(1) jew (3) ◄ sa mhux aktar tard mill-mument tal-preżentazzjoni tal-merkanzija lid-dwana.
4. Id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja għandha tinkludi, dment li ma jkunx ingħata eżoneru mill-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, referenza għal kwalunkwe dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ippreżentata għall-merkanzija ppreżentata lid-dwana, ħlief meta diġà kienet f'ħażna temporanja jew tqiegħdet taħt proċedura doganali u ma tkunx telqet mit-territorju doganali tal-Unjoni.
5. L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw li d-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja tieħu wkoll waħda mill-forom li ġejjin:
(a) referenza għal kwalunkwe dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ippreżentata għall-merkanzija kkonċernata, issupplimentata bid-dettalji ta' dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja;
(b) manifest jew dokument ieħor ta' trasport, dment li jkun fih id-dettalji ta' dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, inkluża referenza għal kwalunkwe dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għall-merkanzija kkonċernata.
6. L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw li sistemi ta' informazzjoni kummerċjali, portwali jew dwar it-trasport jintużaw għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja sakemm ikunu fihom id-dettalji meħtieġa għal tali dikjarazzjoni u sakemm dawn id-dettalji jkunu disponibbli skont il-paragrafu 3.
7. L-Artikoli 188 sa 193 għandhom japplikaw għad-dikjarazzjoni dwar il-ħażna temporanja.
8. Id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja tista' tintuża wkoll għall-fini ta':
(a) in-notifika tal-wasla msemmija fl-Artikolu 133; jew
(b) il-preżentazzjoni tal-merkanzija lid-dwana msemmija fl-Artikolu 139, sakemm din tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati f'dawk il-provvedimenti.
9. Dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja m'għandhiex tkun meħtieġa fejn, sa mhux aktar tard mill-mument tal-preżentazzjoni tal-merkanzija lid-dwana, l-istatus doganali tagħha bħala merkanzija tal-Unjoni ikun determinat skont l-Artikoli 153 sa 156.
10. Id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja għandha tinżamm mill-awotritajiet doganali, jew tkun aċċessibbli minnhom, għall-għanijiet tal-verifika li l-merkanzija li għaliha tirriferi titqiegħed sussegwentement taħt proċedura doganali jew tkun esportata mill-ġdid skont l-Artikolu 149.
11. Għall-għan tal-paragrafi 1 sa 10, meta merkanzija mhux tal-Unjoni mmexxija taħt proċedura ta' tranżitu tkun ppreżentata lid-dwana f'uffiċċju ta' destinazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni, id-dettalji tal-operazzjoni ta' tranżitu kkonċernata għandhom jitqiesu li huma d-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dment li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti għal dak l-għan. Madankollu, id-detentur tal-merkanzija jista' jippreżenta dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja wara t-tmiem tal-proċedura ta' tranżitu.
Artikolu 146
L-emendar jew l-invalidazzjoni ta' dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja
1. Wara l-applikazzjoni tiegħu, id-dikjarant għandu jitħalla jemenda dettall wieħed jew aktar tad-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja wara li tkun ġiet ippreżentata. L-emenda m’għandhiex tagħmel lid-dikjarazzjoni doganali applikabbli għal merkanzija oħra barra dik li kienet tkopri oriġinarjament.
L-ebda emenda ma għandha tkun possibbli wara kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a) l-awtoritajiet doganali infurmaw lill-persuna li ppreżentat id-dikjarazzjoni li għandhom il-ħsieb li jeżaminaw il-merkanzija;
(b) l-awtoritajiet doganali jkunu stabbilixxew li dettalji tad-dikjarazzjoni mhumiex korretti.
2. Fejn il-merkanzija li għaliha tkun ġiet ippreżentata dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja mhiex ippreżentata lid-dwana, l-awtoritajiet doganali għandhom jinvalidaw dik id-dikjarazzjoni f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) wara applikazzjoni mid-dikjarant; jew
(b) fi żmien 30 jum wara l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni.
Artikolu 147
Il-kondizzjonijiet u r-responsabbiltajiet għall-ħażna temporanja tal-merkanzija
1. Merkanzija f'ħażna temporanja għandha tinħażen biss f'faċilitajiet ta' ħażna temporanja skont l-Artikolu 148 jew, fejn ġustifikat, f'postijiet oħra magħżula jew approvati mill-awtoritajiet doganali.
2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 134(2), il-merkanzija f'ħażna temporanja għandha tkun soġġetta biss għal dawk il-forom ta’ maniġġar kif huma maħsuba biex jiżguraw il-preservazzjoni tagħha fi stat mhux mittiefes mingħajr ma tkun modifikata d-dehra jew il-karatteristiċi tekniċi tagħha.
3. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 148 jew il-persuna li tkun qed taħżen merkanzija fil-każijiet fejn il-merkanzija tkun maħżuna f'postijiet oħra magħżula jew approvati mill-awtoritajiet doganali, għandhom jkunu responsabbli għal dawn kollha li ġejjin:
(a) li jiżguraw li l-merkanzija f'ħażna temporanja ma titneħħiex minn taħt is-superviżjoni tad-dwana;
(b) li iissodisfaw l-obbligi li jirriżultaw mill-ħażna tal-merkanzija f'ħażna temporanja.
4. Fejn, għal kwalunkwe raġuni, il-merkanzija ma tkunx tista' tinżamm f'ħażna temporanja, l-awtoritajiet doganali għandhom, mingħajr dewmien, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tal-merkanzija skont l-Artikoli 197, 198 u 199.
Artikolu 148
L-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta' faċilitajiet ta' ħażna temporanja
1. Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali għall-operazzjoni ta' faċilitajiet ta' ħażna temporanja. Tali awtorizzazzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa fejn l-operatur tal-faċilità ta' ħażna temporanja jkun l-awtorità doganali nnifisha.
Il-kondizzjonijiet li taħthom hija permessa l-operazzjoni ta' faċilitajiet ta' ħażna temporanja għandhom ikunu stabbiliti fl-awtorizzazzjoni.
2. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss lill-persuni li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) ikunu stabbiliti fit-territorji doganali tal-Unjoni;
(b) jipprovdu l-assikuazzjoni meħtieġa tat-twettiq xieraq tal-operazzjonijiet;Operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali għandu jitqies li jissodisfa dik il-kondizzjoni sakemm l-operazzjoni tal-faċilitajiet ta' ħażna temporanja titqies fl-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 38(2).
(c) jipprovdu garanzija skont l-Artikolu 89.
Meta tkun pprovduta garanzija komprensiva, il-konformità mal-obbligi marbuta ma' dik il-garanzija għandha tkun sorveljata permezz ta' verifika adegwata.
3. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss fejn l-awtoritajiet doganali jistgħu jeżerċitaw is-superviżjoni doganali mingħajr ma jkollhom jintroduċu arranġamenti amministrativi li jkunu sproporzjonati għall-ħtiġijiet ekonomiċi involuti.
4. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jżomm kotba xierqa fil-formaapprovata mill-awtoritajiet doganali.
Il-kotba għandu jkun fihom l-informazzjoni u d-dettalji li jippermettu lill-awtoritajiet doganali li jissorveljaw l-operat tal-faċilitajiet ta' ħażna temporanja, b’mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-merkanzija maħżuna, l-istatus doganali tagħha u l-movimenti tagħha.
Operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali għandu jitqies li jkun ikkonforma mal-obbligu imsemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, safejn il-kotba tiegħu jkunu xierqa għall-għanijiet tal-operazzjoni ta' ħażna temporanja.
5. L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lid-detentur tal-awtorizzazzjoni biex imexxi l-merkanzija f'ħażna temporanja bejn faċilitajiet ta' ħażna temporanja differenti bil-kondizzjoni li tali moviment ma jżidx ir-riskju ta' frodi, kif ġej:
(a) tali moviment isir taħt ir-responsabbiltà ta' awtorità doganali waħda;
(b) tali moviment huwa kopert minn awtorizzazzjoni waħda, maħruġa lil operatur ekonomiku awtorizzat għal simplifikazzjonijiet doganali; jew
(c) f'każijiet oħra ta' moviment.
6. Fejn ikun hemm ħtieġa ekonomika u ma jkunx hemm effetti negattivi fuq /is-superviżjoni doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw il-ħażna tal-merkanzija tal-Unjoni f'faċilità ta' ħażna temporanja. Dik il-merkanzija m'għandhiex titqies bħala merkanzija f'ħażna temporanja.
Artikolu 149
Tmiem tal-ħażna temporanja
Merkanzija mhux tal-Unjoni f'ħażna temporanja għandha titqiegħed taħt proċedura doganali jew tkun esportata mill-ġdid fi żmien 90 jum.
Artikolu 150
Għażla ta' proċedura doganali
Ħlief fejn provdut mod ieħor, id-dikjarant għandu jkun ħieles li jagħżel il-proċedura doganali li taħtha jqiegħed il-merkanzija, taħt il-kondizzjonijiet għal dik il-proċedura, irrispettivament min-natura jew kwantità tagħha, jew il-pajjiż tal-oriġini, il-kunsinna jew id-destinazzjoni tagħha.
Artikolu 151
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw:
(a) il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-postijiet imsemmija fl-Artikolu 147(1);
(b) il-kondizzjonijiet biex tingħata l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’faċilitajiet ta' ħażna temporanja, msemmija fl-Artikolu 148;
(c) il-każijiet ta' moviment imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 148(5).
Artikolu 152
L-għoti ta' setgħa ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali għal:
(a) preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanzja msemmija fl-Artikolu 145;
(b) emendar tad-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, skont l-Artikolu 146(1);
(c) invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, skont l-Artikolu 146(2);
(d) il-moviment ta' merkanzija f'ħażna temporanja msemmija fl-Artikolu 148(5).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
TITOLU V
REGOLI ĠENERALI DWAR STATUS DOGANALI, TQEGĦID TA’ MERKANZIJA TAĦT PROĊEDURA DOGANALI, VERIFIKA, RILAXX U TNEĦĦIJA TALMERKANZIJA
KAPITOLU 1
Status doganali tal-merkanzija
Artikolu 153
Il-preżunzjoni tal-istatus doganali ta' merkanzija tal-Unjoni
1. Il-merkanzija kollha fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tkun meqjusa bħala merkanzija li għandha status doganali tal-Unjoni, sakemm ma jkunx stabbilit li mhijiex merkanzija tal-Unjoni.
2. F'każijiet speċifiċi, fejn il-preżunjoni stabbilita fil-paragrafu1 ma tapplikax, tkun meħtieġa prova tal-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni.
3. F'każijiet speċifiċi, merkanzija ottenuta kollha kemm hi fit-territorju doganali tal-Unjoni ma jkollhiex l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni jekk tkun ottenuta minn merkanzija f'ħażna temporanja jew imqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern, proċedura ta’ ħażna, il-proċedura ta’ dħul temporanju jew il-proċedura ta’ pproċessar attiv.
Artikolu 154
It-telfien tal-istatus doganali ta' merkanzija tal-Unjoni
Il-merkanzija tal-Unjoni għandha ssir merkanzija mhux tal-Unjoni fil-każijiet li ġejjin:
(a) fejn hija tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, sakemm ma jkunux japplikaw ir-regoli dwar it-tranżitu intern;
(b) fejn hija tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern, proċedura ta’ ħażna jew il-proċedura ta’ pproċessar attiv, safejn tippermetti l-leġislazzjoni doganali;
(c) fejn hija tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ użu aħħari u hija sussegwentement jew abbandunata lill-Istat, jew hija meqruda u jibqa’ l-iskart;
(d) fejn id-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa hi invalidata wara r-rilaxx tal-merkanzija.
Artikolu 155
Merkanzija tal-Unjoni li titlaq mit-territorju doganali tal-Unjoni fuq bażi temporanja
1. Fil-każijiet imsemmija fil-punti (b) sa (f) tal-Artikolu 227(2), il-merkanzija żżomm l-istatus doganali tagħha ta’ merkanzija tal-Unjoni biss f'każ li dak l-istatus huwa stabbilit taħt ċerti kondizzjonijiet u b’mezzi stabbiliti fil-leġislazzjoni doganali.
2. F'każijiet speċifiċi, il-merkanzija tal-Unjoni tista’ timxi, mingħajr ma tkun soġġetta għal proċedura doganali, minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni u temporanjament 'il barra minn dak it-territorju mingħajr tibdil tal-istatus doganali tagħha.
Artikolu 156
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, lijiddeterminaw:
(a) il-każijiet fejn ma tapplikax il-preżunzjoni stabbilita fl-Artikolu 153(1);
(b) il-kondizzjonijiet biex tingħata faċilitazzjoni fl-istabbiliment tal-prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni;
(c) il-każijiet fejn il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 153(3) ma jkollhiex l-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni;
(d) il-każijiet fejn l-istatus doganali tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 155(2) ma jkunx mibdul.
Artikolu 157
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali dwar l-għoti u l-kontroll tal-prova tal-istatus doganali ta' merkanzija tal-Unjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
KAPITOLU 2
It-tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura doganali
Artikolu 158
Id-dikjarazzjoni doganali ta’ merkanzija u s-superviżjoni doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni
1. Il-merkanzija kollha maħsuba biex titqiegħed taħt proċedura doganali, minbarra l-proċedura ta' żona ħielsa, għandha tkun koperta b’dikjarazzjoni doganali xierqa għall-proċedura partikolari.
2. ►C2 F'każijiet speċifiċi, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 6(3), dikjarazzjoni doganali tista' tkun ppreżentata ◄ billi jintużaw mezzi oħra minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku ta' data.
3. Merkanzija tal-Unjoni ddikjarata għall-esportazzjoni, tranżitu intern fl-Unjoni jew ipproċessar passiv għandha tkun soġġetta għal superviżjoni doganali mill-ħin tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sal-ħin li fih tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew li tkun abbandunata f'idejn l-Istat jew meqruda jew li tkun invalidata d-dikjarazzjoni tad-dwana.
Artikolu 159
L-uffiċċji doganali kompetenti
1. Ħlief fejn il-leġislazzjoni tal-Unjoni tipprovdi mod ieħor, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-post u l-kompetenza tad-diversi uffiċċji doganali li jinstabu fit-territorju tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ li huma raġonevoli u xierqa għal dawk l-uffiċċji, meta jkunu kkunsidrati n-natura tat-traffiku u tal-merkanzija u l-proċeduri doganali li taħthom għandhom ikunu mqiegħda, sabiex il-fluss tat-traffiku internazzjonali ma jkunx la mxekkel u lanqas influwenzat.
3. Ħlief fejn ikun provdut mod ieħor, l-uffiċċju doganali kompetenti biex il-merkanzija titqiegħed taħt proċedura doganali għandu jkun l-uffiċċju doganali responsabbli mill-post fejn il-merkanzija tkun ippreżentata lid-dwana.
Artikolu 160
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont-Artikolu 284, li jiddeterminaw il-każijiet fejn dikjarazzjoni doganali tista' tkun ppreżentata billi jintużaw mezzi oħra għajr it-tekniki tal-ipproċessar elettroniku ta' data skont l-Artikolu 158(2).
Artikolu 161
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali biex:
(a) jkunu ddeterminati l-uffiċċji doganali kompetenti għajr dak imsemmi fl-Artikolu 159(3), inklużi uffiċċji doganali tad-dħul u uffiċċji doganali tal-ħruġ;
(b) tkun ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 158(2).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 162
Il-kontenut ta' dikjarazzjoni doganali standard
Id-dikjarazzjonijiet doganali standard għandu jkun fihom id-dettalji kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tal-provvedimenti li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha hi ddikjarata l-merkanzija.
Artikolu 163
Id-dokumenti ta' sostenn
1. Id-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa għall-applikazzjoni tal-provvedimenti li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha hi ddikjarata l-merkanzija, għandhom ikunu fil-pussess tad-dikjarant u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali fil-ħin li tkun ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali.
2. Id-dokumenti ta' sostenn iridu jingħataw lill-awtoritajiet doganali fejn jintalab li jsir hekk mil-leġislazzjoni tal-Unjoni jew fejn ikun meħtieġ għall-kontrolli doganali.
3. F'każijiet speċifiċi, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jfasslu d-dokumenti ta' sostenn dment li huma jkunu awtorizzati biex jagħmlu dan mill-awtoritajiet doganali.
Artikolu 164
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jistabbilixxu r-regoli għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 163(3).
Artikolu 165
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali:
(a) għall-preżentatazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali standard imsemmija fl-Artikolu 162;
(b) dwar id-disponibbiltà tad-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 163(1).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 166
Dikjarazzjoni simplifikata
1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw li persuna tqiegħed merkanzija taħt proċedura doganali abbażi ta’ dikjarazzjoni simplifikata ’ li tkun tħalli barra uħud mid-dettalji msemmija fl-Artikolu 162 jew id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fl-Artiklu 163.
2. L-użu regolari ta’ dikjarazzjoni simplifikata msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali.
Artikolu 167
Id-dikjrazzjoni supplimentari
1. Fil-każ ta’ dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 166 jew f'każ ta' entrata fil-kotba tad-dikjarant skont l-Artikolu 182, id-dikjarant għandu jippreżenta dikjarazzjoni supplimentari li jkun fiha d-dettalji meħtieġa għall-proċedura doganali kkonċernata fl-uffiċċju doganali kompetenti f'limitu ta' żmien speċifiku.
Fil-każ ta' dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 166, id-dokumenti ta' sostenn meħtieġa għandhom ikunu fil-pussess tad-dikjarant u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali f'limitu ta' żmien speċifiku.
Id-dikjarazzjoni supplimentari tista’ tkun ta’ natura ġenerali, perjodika jew rikapitulattiva.
2. L-obbligu li tkun ppreżentata dikjarazzjoni supplimentari għandu jkun eżonerat fil-każijiet li ġejjin:
(a) fejn il-merkanzija titqiegħed taħt proċedura ta' ħażna doganali;
(b) f'każijiet speċifiċi oħra.
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu eżoneru mir-rekwiżit tal-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni supplimentari fejn japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) id-dikjarazzjoni simplifikata tikkonċerna merkanzija li l-valur u l-kwantità tagħha huwa inqas mil-limitu statistiku;
(b) id-dikjarazzjoni simplifikata diġà fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-proċedura doganali kkonċernata; u
(c) id-dikjarazzjoni simplifikata ma saritx b'entrata fil-kotba tad-dikjarant.
4. Id-dikjarazzjoni simplifikata msemmija fl-Artikolu 166 jew l-entrata fil-kotba tad-dikjarant imsemmija fl-Artikolu 182, u d-dikjarazzjoni supplimentari għandhom jitqiesu bħala strument wieħed, indiviżibbli li jidħol fis-seħħ, rispettivament, fid-data meta tkun aċċettata d-dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 172 u fid-data meta l-merkanzija tiddaħħal fil-kotba tad-dikjarant.
5. Il-post fejn għandha tkun ppreżentata d-dikjarazzjoni supplimentari għandu jitqies, għall-għanijiet tal-Artikolu 87, li jkun il-post fejn kienet ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali.
Artikolu 168
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw:
(a) il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 166(2);
(b) il-limitu ta' żmien speċifiku msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 167(1) li fih għandha tkun ppreżentata d-dikjarazzjoni supplimentari;
(c) il-limitu ta' żmien speċifiku msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 167(1) li fih id-dokumenti ta' sostenn għandhom ikunu għand fil-pussess tad -dikjarant;
(d) il-każijiet speċifiċi fejn hemm eżoneru mill-obbligu li tkun ppreżentata dikjarazzjoni supplimentari, skont il-punt (b) tal-Artikolu 167(2).
Artikolu 169
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura biex tkun ippreżentata:
(a) id-dikjarazzjoni simplifikata msemmija fl-Artikolu 166;
(b) id-dikjarazzjoni supplimentari msemmija fl-Artikolu 167.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 170
Preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni doganali
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 167(1), dikjarazzjoni doganali tista’ tkun ppreżentata minn kwalunkwe persuna li hi kapaċi tipprovdi l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa għall-applikazzjoni tal-provvedimenti li jirregolaw il-proċedura doganali li fir-rigward tagħha hija ddikjarata l-merkanzija. Dik il-persuna għandha tkun kapaċi wkoll li tippreżenta l-merkanzija inkwistjoni jew tara li tkun ppreżentata lid-dwana.
Madankollu, fejn l-aċċettazzjoni ta' dikjarazzjoni doganali timponi obbligi partikolari fuq persuna speċifika, dik id-dikjarazzjoni trid tkun ppreżentata minn dik il-persuna jew mir-rappreżentant tagħha.
2. Id-dikjarant għandu jkun stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni.
3. B'deroga mill-paragrafu 2, mhuwiex meħtieġ li d-dikjaranti li ġejjin jkunu stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni:
(a) persuni li jippreżentaw dikjarazzjoni doganali għal tranżitu jew dħul temporanju;
(b) persuni li okkażjonalment jippreżentaw dikjarazzjoni doganali, anke għal użu aħħari jew ipproċessar attiv, sakemm l-awtoritajiet tad-dwana jikkunsidraw li dan huwa ġustifikat;
(c) persuni li jkunu stabbiliti f'pajjiż li t-territorju tiegħu jmiss mat-territorju doganali tal-Unjoni, u li jippreżentaw il-merkanzija li għaliha tirriferi d-dikjarazzjoni doganali f'uffiċċju doganali tal-fruntiera tal-Unjoni li tmiss ma' dak il-pajjiż, sakemm il-pajjiż li fih huma stabbiliti l-persuni jagħti benefiċċji reċiproċi lil persuni stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni.
4. Id-dikjarazzjonijiet doganali għandhom ikunu awtentikati.
Artikolu 171
Il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni doganali qabel ma tkun ppreżentata l-merkanzija
Tista' tkun ppreżentata dikjarazzjoni doganali qabel ma tkun ppreżentata l-merkanzija lid-dwana, kif ikun mistenni. Jekk il-merkanzija ma tkunx ippreżentata fi żmien 30 jum mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, id-dikjarazzjoni doganali għandha titqies bħala mhux ippreżentata.
Artikolu 172
L-aċċettazzjoni ta' dikjarazzjoni doganali
1. Id-dikjarazzjonijiet doganali li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbilti f'dan il-Kapitolu għandhom ikunu aċċettati mill-awtoritajiet doganali immedjatament, sakemm il-merkanzija li jirriferu għaliha tkun ġiet ippreżentata lid-dwana.
2. Id-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali mill-awtoritajiet doganali għandha, ħlief fejn ipprovdut mod ieħor, tkun id-data użata għall-applikazzjoni tal-provvedimenti li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha l-merkanzija hija ddikjarata u għall-formalitajiet l-oħra kollha ta’ l-importazzjoni jew l-esportazzjoni.
Artikolu 173
L-emendar ta' dikjarazzjoni doganali
1. Wara li japplika, id-dikjarant għandu jkun permess jemenda dettall wieħed jew aktar tad-dikjarazzjoni doganali wara li dik id-dikjarazzjoni tkun ġiet aċċettata mid-dwana. L-emenda m’għandhiex tagħmel id-dikjarazzjoni doganali applikabbli għal merkanzija oħra barra dik li kienet tkopri oriġinarjament.
2. Ebda emenda bħal din m’għandha tkun permessa fejn issir applikazzjoni għaliha wara kwalunkwe każ minn dawn li ġejjin:
(a) l-awtoritajiet doganali għarrfu lid-dikjarant li għandhom il-ħsieb li jeżaminaw il-merkanzija;
(b) l-awtoritajiet doganali stabbilixxew li d-dettalji tad-dikjarazzjoni doganali mhumiex korretti;
(c) l-awtoritajiet doganali rrilaxxaw il-merkanzija.
3. Wara applikazzjoni mid-dikjarant, fi żmien tliet snin mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, l-emendar tad-dikjarazzjoni doganali jista' jkun permess wara r-rilaxx tal-merkanzija sabiex id-dikjarant ikun jista' jikkonforma mal-obbligi tiegħu marbuta mat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali kkonċernata.
Artikolu 174
Invalidazzjoni ta' dikjarazzjoni doganali
1. L-awtoritajiet doganali għandhom, wara applikazzjoni mid-dikjarant, jinvalidaw dikjarazzjoni doganali li tkun diġà aċċettata fi kwalunkwe waħda mill-każijiet li ġejjin:
(a) fejn ikunu sodisfatti li l-merkanzija se titqiegħed minnufih taħt proċedura doganali oħra;
(b) fejn ikunu sodisfatti li minħabba ċirkostanzi speċjali, it-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali li għaliha kienet iddikjarata mhijiex aktar ġustifikata.
Madankollu, fejn l-awtoritajiet doganali jkunu għarrfu lid-dikjarant bil-ħsieb tagħhom li jeżaminaw il-merkanzija, applikazzjoni għall-invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali m’għandiex tkun aċċetata qabel ma jsir l-eżami.
2. Id-dikjarazzjoni doganali m’għandhiex tkun invalidata wara r-rilaxx tal-merkanzija sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor.
Artikolu 175
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw il-każijiet fejn id-dikjarazzjoni doganali hija invalidata wara r-rilaxx tal-merkanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 174(2).
Artikolu 176
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għal:
(a) preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali skont l-Artikolu 171;
(b) aċċettazzjoni ta' dikjarazzjoni doganali kif imsemmija fl-Artikolu 172, inkluż l-applikazzjoni ta' dawk ir-regoli fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 179;
(c) emendar tad-dikjarazzjoni tad-dwana wara r-rilaxx tal-merkanzija skont l-Artikolu 173(3).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 177
Is-simplifikazzjoni tat-tfassil ta’ dikjarazzjonijiet doganali għal merkanzija li taqa’ taħt subintestaturi tariffarji differenti
1. Fejn kunsinna hija magħmula minn oġġetti li jaqgħu fi ħdan subintestaturi tariffarji differenti, u li titratta ma’ kull wieħed minn dawk l-oġġetti skont is-subintestatura tariffarja tagħhom għall-għan li titfassal id-dikjarazzjoni doganali jkun jinvolvi piż ta’ xogħol u spiża mhux proporzjonali għad-dazju li tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jista’ jkun impost, l-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni mid-dikjarant, jaqblu li d-dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni jkun impost fuq il-kunsinna sħiħa abbażi tas-subintestatura tariffarja tal-oġġetti li huma soġġetti għall-ogħla rata ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrifjutaw li jużaw is-simplifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal merkanzija soġġetta għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet jew għad-dazju tas-sisa fejn il-klassifikazzjoni korretta hija meħtieġa biex tkun applikata il-miżura.
Artikolu 178
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, miżuri għad-determinazzjoni tas-subintestatura tariffarja għall-applikazzjoni tal-Artikolu 177(1).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 179
Rilaxx ċentralizzat
1. L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni, jawtorizzaw persuna biex tippreżenta, f'uffiċċju doganali responsabbli għall-post fejn tali persuna tkun stabbilita, dikjarazzjoni doganali għall-merkanzija li tkun ippreżentata lid-dwana f’uffiċċju doganali ieħor.
Jista’ jingħata eżoneru mir-rekwiżit għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu meta d-dikjarazzjoni doganali u l-merkanzija jkunu ppreżentati lill-uffiċċji doganali taħt ir-responsabbiltà ta' awtorità doganali waħda.
2. L-applikant għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali.
3. L-uffiċċju doganali li fih kienet ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali għandu:
(a) jissorvelja t-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali kkonċernata;
(b) jagħmel il-kontrolli doganali għall-verifika tad-dikjarazzjoni doganali, imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 188;
(c) fejn ġustifikat, jitlob lill-uffiċċju doganali li fih kienet ippreżentata l-merkanzija biex jagħmel il-kontrolli doganali għall-verifika tad-dikjarazzjoni doganali msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 188; u
(d) iwettaq il-formalitajiet doganali għall-irkupru tal-ammont ta' dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għal kwalunkwe dejn doganali.
4. L-uffiċċju doganali li fih tkun ppreżentata id-dikjarazzjoni doganali u l-uffiċċju doganali li fih tkun ppreżentata l-merkanzija għandhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa għall-verifika tad-dikjarazzjoni doganali u għal-rilaxx tal-merkanzija.
5. L-uffiċċju doganali li fih tkun ppreżentata l-merkanzija għandu, mingħajr ħsara għall-kontrolli tiegħu stess rigward merkanzija mdaħħla fit-territorju tal-Unjoni jew maħruġa minnu, jagħmel il-kontrolli doganali msemmijin fil-punt (c) tal-paragrafu 3 u jagħti ir-riżultati ta' dawn il-kontrolli lill-uffiċċju doganali li fih kienet ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali.
6. L-uffiċċju doganali li fih kienet ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali għandu jirrilaxxa l-merkanzija skont l-Artikolu 194 u 195, waqt li jikkunsidra:
(a) ir-riżultati tal-kontrolli tiegħu stess għall-verifika tad-dikjarazzjoni doganali;
(b) ir-riżultati tal-kontrolli magħmula mill-uffiċċju doganali li fih il-merkanzija kienet ippreżentata għall-verifika tad-dikjarazzjoni doganali u l-kontrolli fir-rigward ta’ merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni jew maħruġa minnu.
Artikolu 180
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjonigħandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 179(1).
Artikolu 181
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura li jikkonċernaw:
(a) ir-rilaxx ċentralizzat, inkluż il-formalitajiet u l-kontrolli doganali rilevanti, imsemmijin fl-Artikolu 179;
(b) l-eżoneru mill-obbligu tal-preżentazzjoni tal merkanzija msemmi fl-Artikolu 182(3) fil-kuntest ta' rilaxx ċentralizzat.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 182
L-entrati fil-kotba tad-dikjarant
1. L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni, jawtorizzaw persuna biex tippreżenta dikjarazzjoni doganali, inkluż dikjarazzjoni simplifikata, fil-forma ta' entrata fil-kotba tad-dikjarant, sakemm id-dettalji ta' dik id-dikjarazzjoni huma għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali fis-sistema elettronika tad-dikjarant fil-ħin meta tkun ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali fil-forma ta' entrata fil-kotba tad-dikjarant.
2. Id-dikjarazzjoni doganali titqies bħala li kienet aċċettata fil-mument meta l-merkanzija tiddaħħal fil-kotba.
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni, jagħtu eżoneru mill-obbligu li l-merkanzija tkun ppreżentata. F'dak il-każ, il-merkanzija għandha titqies bħala li kienet rilaxxata fil-mument tad-dħul fil-kotba tad-dikjarant.
Dak l-eżoneru jista' jingħata fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) id-dikjarant huwa operatur ekonomiku awtorizzat għal simplifikazzjonijiet doganali;
(b) in-natura u l-fluss tal-merkanzija kkonċernata jitolbu hekk u huma magħrufin mill-awtorità doganali;
(c) l-uffiċċju doganali li qed jissorvelja għandu aċċess għall-informazzjoni kollha li jikkunsidra meħtieġa biex tippermettilu jeżerċita d-dritt tiegħu li jeżamina l-merkanzija jekk ikun meħtieġ;
(d) fil-ħin tad-dħul fil-kotba, il-merkanzija m'għadhiex soġġetta għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet, minbarra fejn ipprovdut mod ieħor fl-awtorizzazzjoni.
Madankollu l-uffiċċju ta' sorveljanza doganali jista', f'sitwazzjonijiet speċifiċi, jesiġi li tkun ppreżentata l-merkanzija.
4. Il-kondizzjonijiet li taħthom huwa permess ir-rilaxx tal-merkanzija għandhom jkunu stabbiliti fl-awtorizzazzjoni.
Artikolu 183
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet għall- għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 182(1).
Artikolu 184
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura dwar id-dħul fil-kotba tad-dikjarant imsemmijin fl-Artikolu 182, inkluż il-formalitajiet u l-kontrolli doganali rilevanti.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 185
L-awtoevalwazzjoni
1. L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni, jawtorizzaw operatur ekonomiku biex iwettaq ċerti formalitajiet doganali li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet doganali, biex ikun ddeterminat l-ammont ta' dazju tal-importazzjoni u l-esportazzjoni li għandu jitħallas, u biex jagħmel ċerti kontrolli taħt superviżjoni doganali.
2. L-applikant għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali.
Artikolu 186
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw:
(a) il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 185(1);
(b) il-formalitajiet u l-kontrolli doganali li għandhom jitwettqu mid-detentur tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 185(1).
Artikolu 187
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura rigward il-formalitajiet u l-kontrolli doganali li għandhom jitwettqu mid-detentur tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 185(1).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
KAPITOLU 3
Verifika u rilaxx ta’ merkanzija
Artikolu 188
Il-verifika ta' dikjarazzjoni doganali
L-awtoritajiet doganali jistgħu, għall-għanijiet tal-verifika tal-preċiżjoni tad-dettalji li hemm f’dikjarazzjoni doganali li kienet aċċettata:
(a) jeżaminaw id-dikjarazzjoni u d-dokumenti ta’ sostenn;
(b) jjesiġu li d-dikjarant jippreżenta dokumenti oħrajn;
(c) jeżaminaw il-merkanzija;
(d) jieħdu kampjuni għall-analiżi jew biex jeżaminaw il-merkanzija bir-reqqa.
Artikolu 189
L-eżami u t-teħid ta’ kampjuni tal-merkanzija
1. It-trasport tal-merkanzija lejn il-postijiet fejn sejra tkun eżaminata u fejn sejrin jittieħdu kampjuni minnha, u l-immaniġġar kollu meħtieġ biex issir tali eżami jew biex jittieħdu l-kampjuni, għandhom isiru mid-dikjarant jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu. L-ispejjeż involuti jitħallsu mid-dikjarant.
2. Id-dikjarant għandu d-dritt li jkun preżenti jew ikun rappreżentat meta tkun eżaminata l-merkanzija u meta jittieħdu l-kampjuni minnha. Fejn l-awtoritajiet tad-dwana jkollhom raġunijiet biżżejjed biex jagħmlu dan, jistgħu jesiġu lid-dikjarant ikun preżenti jew biex ikun rappreżentat meta tkun eżaminata l-merkanzija jew meta jittieħdu kampjuni minnha, jew li jagħtihom l-għajnuna meħtieġa biex ikunu faċilitati tali eżami jew teħid ta’ kampjuni.
3. Sakemm il-kampjuni jittieħdu skont il-provvedimenti fis-seħħ, l-awtoritajiet doganali m’għandhomx ikunu soġġetti għall-ħlas ta’ kwalunkwekumpens għalihom iżda għandhom iħallsu l-ispejjeż tal-analiżi jew l-eżami tagħhom.
Artikolu 190
Eżami parzjali u teħid ta’ kampjuni tal-merkanzija
1. Meta tkun eżaminata parti biss mill-merkanzija koperta b’dikjarazzjoni doganali, jew jittieħdu l-kampjuni minnha, ir-riżultati tal-eżami parzjali, jew tal-analiżi jew l-eżami tal-kampjuni, għandhom ikunu kkunsidrati li japplikaw għall-merkanzija kollha koperta bl-istess dikjarazzjoni.
Madankollu, id-dikjarant jista’ jitlob eżami jew teħid ta’ kampjuni ulterjuri mill-merkanzija jekk jidhirlu li r-riżultati tal-eżami parzjali, jew tal-analiżi jew tal-eżami tal-kampjuni meħuda, mhumiex validi fir-rigward tal-bqija tal-merkanzija dikjarata. It-talba għandha tintlaqa’ sakemm il-merkanzija ma kienitx rilaxxata jew, jekk tkun ġiet rilaxxata, id-dikjarant juri li bl-ebda mod ma sar tibdil fiha.
2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, meta dikjarazzjoni doganali tkopri l-merkanzija li taqa' taħt żewġ oġġetti jew aktar, id-dettalji marbuta mal-merkanzija li taqa' taħt kull oġġett għandhom jitqiesu li jiffurmaw dikjarazzjoni separata.
Artikolu 191
Rizultati tal-verifika
1. Ir-riżultati tal-verifika tad-dikjarazzjoni doganali għandhom jintużaw għall-applikazzjoni tal-provvedimenti li jirregolaw il-proċedura doganali li taħtha titqiegħed il-merkanzija.
2. Fejn ma tkunx verifikata d-dikjarazzjoni doganali, il-paragrafu 1 għandu japplika abbażi tad-dettalji li hemm f'dik id-dikjarazzjoni.
3. Ir-riżultati tal-verifika magħmula mill-awtoritajiet doganali għandu jkollhom l-istess forza konklussiva f’kull parti tat-territorju doganali tal-Unjoni.
Artikolu 192
Miżuri ta' identifikazzjoni
1. L-awtoritajiet doganali jew, fejn xieraq, operaturi ekonomiċi awtorizzati li jagħmlu hekk mill-awtoritajiet doganali, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jidentifikaw il-merkanzija fejn tkun meħtieġa l-identifikazzjoni sabiex jiżguraw il-konformità mal-provvedimenti li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha kienet iddikjarata dik il-merkanzija.
Dawk il-miżuri ta’ identifikazzjoni għandu jkollhom l-istess effett legali f’kull parti tat-territorju doganali tal-Unjoni.
2. Il-mezzi ta’ identifikazzjoni mwaħħla mal-merkanzija, mal-imballaġġ jew mal-mezzi tat-trasport jistgħu jitneħħew jew jinqerdu biss mill-awtoritajiet doganali jew, fejn l-awtoritajiet doganali jawtorizzawhom biex jagħmlu dan, mill-operaturi ekonomiċi, ħlief meta, minħabba ċirkostanzi imprevedibbli jew force majeure, it-tneħħija jew il-qerda tagħhom tkun essenzjali biex jiżguraw li l-ħarsien tal-merkanzija jew il-mezzi tat-trasport.
Artikolu 193
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’-atti ta' implimentazzjoni, miżuri dwar il-verifika tad-dikjarazzjoni doganali, l-eżami tal-merkanzija u t-teħid ta' kampjuni minnha u r-riżultati tal-verifika.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 194
Rilaxx tal-merkanzija
1. Fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet biex il-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura kkonċernata u sakemm kwalunkwe restrizzjoni tkun ġiet applikata u l-merkanzija mhijiex soġġetta għal kwalunkwe projbizzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-merkanzija hekk kif ikunu verifikati jew aċċettati mingħajr verifika d-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni doganali.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll fejn il-verifika kif imsemmija fl-Artikolu 188 ma tistax tintemm fi żmien raġonevoli u l-merkanzija mhix aktar meħtieġa li tkun preżenti għall-għanijiet tal-verifika.
2. Il-merkanzija kollha koperta mill-istess dikjarazzjoni għandha tkun rilaxxata fl-istess ħin.
Għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu, fejn dikjarazzjoni doganali tkopri merkanzija li taqa' taħt żewġ oġġetti jew aktar, id-dettalji marbuta mal-merkanzija li taqa' taħt kull oġġett għandhom jitqiesu li jiffurmaw dikjarazzjoni doganali separata.
Artikolu 195
Ir-rilaxx li jiddipendi mill-ħlas tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali jew mill-għoti ta’ garanzija
1. Fejn t-tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura doganali joħloq dejn doganali, ir-rilaxx tal-merkanzija għandu jkun soġġett għal ħlas tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali jew għall-għoti ta’ garanzija biex ikopri dak id-dejn.
Madankollu, mingħajr ħsara għat-tielet subparagrafu, l-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni.
Fejn, skont il-provvedimenti li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha hija iddikjarata l-merkanzija, l-awtoritajiet doganali jitolbu li tingħata garanzija, dik il-merkanzija m’għandhiex tkun rilaxxata biex tgħaddi mill-proċedura doganali inkwistjoni qabel ma tingħata tali garanzija.
2. F'każijiet speċifiċi, ir-rilaxx tal-merkanzija m'għandhux ikun kondizzjonata mill-għoti ta' garanzija fir-rigward ta' merkanzija li hija soġġetta għal talba fuq kwota tariffarja.
3. Fejn tintuża simplifikazzjoni kif imsemmija fl-Artikoli 166, 182 u 185 u tingħata garanzija komprensiva, ir-rilaxx tal-merkanzija m'għandux ikun soġġett għal sorveljanza tal-garanzija mill-awtoritajiet doganali.
Artikolu 196
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw il-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 195(2).
KAPITOLU 4
Tneħħija ta' merkanzija
Artikolu 197
Qerda ta' merkanzija
Fejn l-awtoritajiet doganali jkollhom motivi raġonevoli biex jagħmlu hekk, jistgħu jordnaw li tinqered merkanzija ppreżentata lid-dwana u għandhom jinfurmaw lid-detentur tal-merkanzija dwar dan. L-ispejjeż tal-qerda għandhom jitħallsu mid-detentur tal-merkanzija.
Artikolu 198
Mizuri li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet doganali
1. L-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa, inkluż il-konfiska u l-bejgħ, jew il-qerda, biex jeħilsu minn merkanzija fil-każijiet li ġejjin:
(a) fejn wieħed mill-obbligi stabbiliti fil-leġislazzjoni doganali dwar id-dħul ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni ma jkunx ġie sodisfatt, jew il-merkanzija tkun ġiet miżmuma mis-superviżjoni doganali;
(b) fejn il-merkanzija ma tistax tkun rilaxxata minħabba kwalunkwe minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
(i) ma kienx possibbli, minħabba xi raġunijiet dovuti lid-dikjarant, li tkun eżaminata jew li tkompli tkun eżaminata l-merkanzija fil-perijodu stabbilit mill-awtoritajiet doganali,
(ii) id-dokumenti li jridu jkunu pprovduti qabel ma l-merkanzija tista’ titqiegħed taħt, jew tkun rilaxxata għall-għanijiet ta', il-proċedura doganali mitluba ma kienux ipprovduti;
(iii) il-ħlasijiet jew il-garanzija li suppost saru jew ingħataw fir-rigward ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni, kif ikun il-każ, ma sarux jew ma ngħatawx fiż-żmien preskritt,
(iv) il-merkanzija hija soġġetta għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet;
(c) fejn il-merkanzija ma tneħħietx fi żmien raġonevoli wara r-rilaxx tagħha;
(d) meta wara r-rilaxx tagħha, instab li l-merkanzija ma ssodisfatx il-kondizzjonijiet għal dak ir-rilaxx; jew
(e) fejn il-merkanzija hija abbandunata f'idejn l-Istat skont l-Artikolu 199.
2. Merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun abbandunata f'idejn l-Istat, kienet issekwestrata jew konfiskata għandha titqies li tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali. Hija għandha tiddaħħal fil-kotba tal-operatur tal-ħażna doganali, jew, meta tinżamm mill-awtoritajiet doganali, minn dawn tal-aħħar.
Fejn il-merkanzija li għandha tinqered, tkun abbandunata f'idejn l-Istat, tkun issekwestrata jew ikkonfiskata, tkun diġà soġġetta għal dikjarazzjoni doganali, il-kotba għandhom jinkludu referenza għad-dikjarazzjoni doganali. L-awtoritajiet doganali għandhom jinvalidaw dik id-dikjarazzjoni doganali.
3. L-ispejjeż tal-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu minn:
(a) fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, kwalunkwe persuna li kienet meħtieġa tissodisfa l-obbligi kkonċernati jew li żammet il-merkanzija mis-superviżjoni tad-dwana;
(b) fil-każijiet imsemmijin fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, id-dikjarant;
(c) fil-każ imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1, mill-persuna li hija meħtieġa tikkonforma mal-kondizzjonijiet li jirregolaw ir-rilaxx tal-merkanzija;
(d) fil-każ imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1, mill-persuna li tabbanduna l-merkanzija f'idejn l-Istat.
Artikolu 199
Abbandun
Merkanzija mhux tal-Unjoni u merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tal-użu aħħari tista' bil-permess minn qabel tal-awtoritajiet doganali tkun abbandunata f’idejn l-Istat mid-detentur tal-proċedura jew, fejn applikabbli, id-detentur tal-merkanzija.
Artikolu 200
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura dwar:
(a) il-qerda tal-merkanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 197;
(b) il-bejgħ tal-merkanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 198(1);
(c) l-abbandun tal-merkanzija f'idejn l-Istat, skont l-Artikolu 199.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
TITOLU VI
RILAXX GĦAL ĊIRKOLAZZJONI ĦIELSA U EŻENZJONI MID-DAZJU TAL-IMPORTAZZJONI
KAPITOLU 1
Rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa
Artikolu 201
Kamp ta' applikazzjoni u effett
1. Merkanzija mhux tal-Unjoni intiża li titqiegħed fis-suq tal-Unjoni jew intiża għall-użu privat jew għall-konsum fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha titqiegħed taħt rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa.
2. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa għandu jinvolvi dan li ġej:
(a) il-ġbir ta’ kwalunkwe dazju tal-importazzjoni dovut;
(b) il-ġbir, kif xieraq, ta’ imposti oħrajn, kif ipprovdut mill-provvedimenti rilevanti fis-seħħ marbuta mal-ġbir ta’ dawk l-imposti;
(c) l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali u projbizzjonijiet u restrizzjonijiet sakemm ma jkunux iridu jkunu applikati fi stadju iktar bikri; u
(d) it-twettiq tal-formalitajiet l-oħrajn stabbiliti fir-rigward tal-importazzjoni tal-merkanzija.
3. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jagħti lill-merkanzija mhux tal-Unjoni l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni.
Artikolu 202
Miżuri ta' politika kummerċjali
1. Fejn prodotti pproċessati miksubin taħt il-proċedura ta' pproċessar attiv jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa u l-kalkolu tal-ammont ta' dazju tal-importazzjoni jsir skont l-Artikolu 86(3), il-miżuri ta' politika kummerċjali li għandhom jkunu applikati għandhom ikunu dawk applikabbli għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija li tqiegħdet taħt ipproċessar attiv.
2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal skart u oġġetti skrappjati.
3. Fejn prodotti pproċessati miksubin taħt il-proċedura ta' pproċessar attiv jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa u l-kalkolu tal-ammont ta' dazju tal-importazzjoni jsir skont l-Artikolu 85(1), il-miżuri tal-politika kummerċjali applikabbli għal dik il-merkanzija għandhom jkunu applikati biss fejn il-merkanzija li tqiegħdet taħt ipproċessar attiv tkun soġġetta għal dawk il-miżuri.
4. Fejn il-leġislazzjoni tal-Unjoni tistabbilixxi miżuri ta' politika kummerċjali fuq ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, dawn il-miżuri ma għandhomx japplikaw għal prodotti pproċessati rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa wara pproċessar passiv fejn:
(a) il-prodotti pproċessati jżommu l-oriġini tal-Unjoni tagħhom fit-tifsira tal-Artikolu 60;
(b) l-ipproċessar passiv jinvolvi tiswija, inkluż is-sistema ta' skambju standard imsemmija fl-Artikolu 261; jew
(c) l-ipproċessar passiv isegwi operazzjonijiet ta' pproċessar ulterjuri skont l-Artikolu 258.
KAPITOLU 2
Eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni
Artikolu 203
Kamp ta' applikazzjoni u effett
1. Merkanzija mhux tal-Unjoni li, wara li oriġinarjament kienet esportata mit-territorju doganali tal-Unjoni bħala merkanzija tal-Unjoni, tinġieb lura f'dak it-territorju fi żmien tliet snin u li tkun ddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa għandha, wara applikazzjoni mill-persuna kkonċernata, tkun eżentata mid-dazju tal-importazzjoni.
L-ewwel subparagrafu japplika anke fejn il-merkanzija rritornata tirrappreżenta biss parti mill-merkanzija esportata preċedentement 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
2. Il-perijodu ta’ tliet snin imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jinqabeż sabiex ikunu kkunsidrati ċirkostanzi speċjali.
3. Fejn, qabel l-esportazzjoni tagħha mit-territorju doganali tal-Unjoni, il-merkanzija rritornata kienet ġiet rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa mingħajr dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju tal-importazzjoni minħabba użu aħħari partikolari, l-eżenzjoni mid-dazju skont il-paragrafu 1 għandha tingħata biss jekk sejra tkun rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa għall-istess użu aħħari.
Fejn l-użu aħħari li għalih il-merkanzija msemmija ser tkun rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa m’għadux l-istess, l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont li nġabar fuq il-merkanzija l-ewwel darba li kienet rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa. Jekk l-ammont tal-aħħar ikun ogħla minn dak miġbur għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija rritornata, m’għandu jingħata l-ebda ħlas lura.
4. Meta merkanzija tal-Unjoni tkun tilfet l-istatus doganali tagħha bħala merkanzija tal-Unjoni skont l-Artikolu 154 u hija sussegwentement rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa, il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw.
5. L-eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni għandha tingħata biss jekk il-merkanzija tinġieb lura fl-istat li fih kienet esportata.
6. L-eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni għandha tkun appoġġata minn informazzjoni li tistabbilixxi li l-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni huma sodisfatti.
Artikolu 204
Merkanzija li bbenefikat minn miżuri stabbiliti taħt il-politika agrikola komuni
L-eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 203 ma tingħatax għall-merkanzija li tkun ibbenefikat mill-miżuri stipulati skont il-politika agrikola komuni li jinvolvu l-esportazzjoni tagħha 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, għajr f'każijiet speċifiċi fejn jkun pprovdut mod ieħor.
Artikolu 205
Merkanzija li qabel kienet tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ pproċessar attiv
1. L-Artikolu 203 għandu japplika għal prodotti pproċessati li oriġinarjament kienu esportati mill-ġdid mit-territorju doganali tal-Unjoni wara proċedura ta’ pproċessar attiv.
2. Wara applikazzjoni mid-dikjarant u dejjem sakemm id-dikjarant jissottometti l-informazzjoni meħtieġa, l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni tal-merkanzija koperta mill-paragrafu 1 għandu jkun determinat skont l-Artikolu 86(3). Id-data ta’ meta tkun aċċettata d-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni mill-ġdid għandha titqies bħala d-data tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa.
3. L-eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni prevista fl-Artikolu 203 m’għandhiex tingħata fuq prodotti proċessati li kienu esportati skont il-punt (c) tal-Artikolu 223(2), jekk ma jkunx żgurat li l-ebda merkanzija mhu se titqiegħed taħt il-proċedura ta’ pproċessar attiv.
Artikolu 206
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw/sabiex tiddetermina:
(a) il-każijiet fejn jitqies li l-merkanzija nġiebet lura fl-istat li fih kienet esportata;
(b) il-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 204.
Artikolu 207
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għall-għoti ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 203(6).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 208
Il-prodotti tas-sajd fil-baħar u prodotti oħra meħuda mill-baħar
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 60(1), dawn li ġejjin għandhom jingħataw eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni meta jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa:
(a) prodotti tas-sajd fil-baħar u prodotti oħra meħuda mill-baħar territorjali ta’ pajjiż jew territorju barra t-territorju doganali tal-Unjoni permezz ta’ inġenji tal-baħar irreġistrati jew dokumentati fi Stat Membru biss u li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat;
(b) prodotti ottenuti mill-prodotti msemmija fil-punt (a) abbord vapuri għall-ipproċessar tal-qbid li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak il-punt.
2. L-eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun appoġġata minn provi li juru li l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu huma sodisfatti.
Artikolu 209
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għall-għoti tal-provi msemmija fl-Artikolu 208(2).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
TITOLU VII
PROĊEDURI SPEĊJALI
KAPITOLU 1
Provvedimenti ġenerali
Artikolu 210
Kamp ta' applikazzjoni
Il-merkanzija tista’ titqiegħed taħt xi waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin ta’ proċeduri speċjali:
(a) tranżitu, li jinkludi tranżitu estern u intern;
(b) ħżin, li jinkludi ħażna doganali u żoni ħielsa;
(c) użu speċifiku, li jinkludi dħul temporanju u użu aħħari;
(d) ipproċessar, li jinkludi pproċessar attiv u passiv.
Artikolu 211
Awtorizzazzjoni
1. Awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali hija meħtieġa għal dan li ġej:
(a) l-użu tal-proċedura tal-ipproċessar attiv jew passiv, tal-proċedura ta’ dħul temporanju jew tal-użu aħħari;
(b) l-operat tal-faċilitajiet ta’ ħażna għall- ħażna doganali tal-merkanzija, minbarra fejn l-operatur tal-faċilità ta’ ħażna hija l-awtorità doganali nnifisha.
Il-kondizzjonijiet li bihom jitħalla l-użu ta' proċedura waħda jew aktar minn dawk imsemmijin fl-ewwel subparagrafu jew l-operat ta’ faċilitajiet ta’ ħażna għandhom ikunu stabbiliti fl-awtorizzazzjoni.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu awtorizzazzjoni b'effett retroattiv, fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) ikun hemm ħtieġa ekonomika ippruvata;
(b) l-applikazzjoni ma tkunx relatata ma' attentat ta' qerq;
(c) l-applikant, abbażi ta' kontijiet jew ta' kotba, ta prova li:
(i) ir-rekwiżiti kollha tal-proċedura huma sodisfatti;
(ii) fejn xieraq, il-merkanzija tista' tkun identifikata għall-perijodu involut;
(iii) tali kontijiet jew kotba jippermettu li l-proċedura tkun kkontrollata;
(d) il-formalitajiet kollha meħtieġa sabiex tkun regolarizzata s-sitwazzjoni tal-merkanzija jistgħu jitwettqu, inkluż, fejn meħtieġ, l-invalidazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali kkonċernati;
(e) ma tkun ingħatat l-ebda awtorizzazzjoni b'effett retroattiv lill-applikant fi żmien tliet snin mid-data li fiha kienet aċċettata l-applikazzjoni;
(f) eżami tal-kondizzjonijiet ekonomiċi mhux meħtieġ minbarra fejn applikazzjoni tikkonċerna t-tiġdid ta' awtorizzazzjoni għall-istess tip ta' operazzjoni u ta' merkanzija;
(g) l-applikazzjoni ma tikkonċernax l-operat ta' faċilitajiet tal-ħżin għall-ħażna doganali ta' merkanzija;
(h) meta applikazzjoni tikkonċerna t-tiġdid ta' awtorizzazzjoni għall-istess tip ta' operazzjoni u ta' merkanzija, l-applikazzjoni tkun ppreżentata fi żmien tliet snin mill-iskadenza tal-awtorizzazzjoni oriġinali.
L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni b'effett retroattiv ukoll fejn il-merkanzija li tkun tqiegħdet taħt proċedura doganali ma tkunx għadha disponibbli fil-ħin meta l-applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni kienet aċċettata.
3. Minbarra fejn hu provdut mod ieħor, l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss lill-persuni li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) ikunu stabbiliti fit-territorji doganali tal-Unjoni;
(b) jipprovdu l-assikurazzjoni meħtieġa tat-twettiq xieraq tal-operazzjonijiet; operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali jitqies li jkun issodisfa din il-kondizzjoni, sakemm l-attività li tappartjeni għall-proċedura speċjali kkonċernata tkun ikkunsidrata fl-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 38(2);
(c) fejn dejn doganali jista’ jinħoloq jew imposti oħra jistgħu jiġġarrbu fuq merkanzija mqegħda taħt proċedura speċjali, jagħtu garanzija skont l-Artikolu 89;
(d) fil-każ tad-dħul temporanju jew il-proċedura tal-ipproċessar attiv, jużaw il-merkanzija jew jirranġaw għall-użu tagħha jew ikunu jagħmlu operazzjonijiet ta’ ipproċessar fuq il-merkanzija jew jirranġaw biex dawn isiru, rispettivament.
4. Ħlief meta jkun provdut mod ieħor u b'żieda mal-paragrafu 3, l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss fejn jkunu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jeżerċitaw superviżjoni doganali mingħajr ma jkollhom għalfejn jintroduċu arranġamenti amministrattivi li mhumiex proporzjonali għall-ħtiġijiet ekonomiċi involuti;
(b) l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni ma jkunux affettwati ħazin minn awtorizzazzjoni għal proċedura tal-ipproċessar (kondizzjonijiet ekonomiċi).
5. L-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni għandhom jitqiesu li m’humiex affettwati ħażin, kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 4, ħlief fejn teżisti prova li turi l-kontra jew fejn il-kondizzjonijiet ekonomiċi jitqiesu li ntlaħqu.
6. Fejn teżisti prova li l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni x’aktarx ikunu affettwati ħażin, għandu jsir eżami tal-kondizzjonijiet ekonomiċi fil-livell tal-Unjoni.
Artikolu 212
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jispeċifikaw:
(a) il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 211(1);
(b) l-eċċezzjonijiet għall-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 211(3) u (4);
(c) il-każijiet fejn jitqies li l-kondizzjonijiet ekonomiċi jkunu sodisfatti kif imsemmi fl-Artikolu 211(5).
Artikolu 213
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għall-eżami tal-kondizzjonijiet ekonomiċi msemmijin fl-Artikolu 211(6).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 214
Kotba
1. Ħlief għall-proċedura ta’ tranżitu, jew fejn hu provdut mod ieħor, id-detentur tal-awtorizzazzjoni, id-detentur tal-proċedura, u l-persuni kollha li jeżerċitaw attività li tinvolvi l-ħażna, it-tħaddim jew l-ipproċessar ta’ merkanzija, jew il-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija f’żoni ħielsa, għandhom iżommu kotba xierqa f’forma approvata mill-awtoritajiet doganali.
Il-kotba ikunu jinkludu l-informazzjoni u d-dettalji li jippermettu lill-awtoritajiet doganali li jissorveljaw il-proċedura kkonċernata, b’mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-merkanzija mqiegħda taħt dik il-proċedura, l-istatus doganali tagħha u l-movimenti tagħha.
2. Operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali jitqies li jkun konformi mal-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 sakemm il-kotba tiegħu jkunu xierqa għall-għan tal-proċedura speċjali kkonċernata.
Artikolu 215
L-għeluq ta' proċedura speċjali
1. Minbarra fil-każ tal-proċedura ta’ tranżitu, u mingħajr ħsara għall-Artikolu 254, proċedura speċjali għandha tingħalaq meta l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura, jew il-prodotti pproċessati, jitqiegħdu taħt proċedura doganali sussegwenti, ikunu ttieħdu 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, jew inqerdu u ma tħalla l-ebda skart, jew huma abbandunati f'idejn l-Istat taħt l-Artikolu 199.
2. Il-proċedura ta’ tranżitu għandha tingħalaq mill-awtoritajiet doganali meta jkunu f’pożizzjoni li jistabbilixxu, abbażi ta’ tqabbil tad-data disponibbli lill-uffiċċju doganali tat-tluq u dik disponibbli lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, li l-proċedura ntemmet sew.
3. L-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tal-merkanzija li rigward tagħha ma kienitx magħluqa proċedura taħt il-kondizzjonijiet preskritti.
4. Il-proċedura għandha tingħalaq f'ċertu limitu ta' żmien, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor.
Artikolu 216
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jiddeterminawil-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 215(4).
Artikolu 217
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għall-għeluq ta' proċedura speċjali msemmija fl-Artikolu 215.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 218
Trasferiment ta’ drittijiet u obbligi
Id-drittijiet u l-obbligi tad-detentur ta' proċedura fir-rigward ta’ merkanzija li tqiegħdet taħt proċedura speċjali minbarra dik tat-tranżitu jistgħu jkunu trasferiti kollha kemm huma jew parzjalment lil persuna oħra li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti għall-proċedura kkonċernata.
Artikolu 219
Moviment ta' merkanzija
F'każijiet speċifiċi, merkanzija mqiegħda taħt proċedura speċjali minbarradik tat-tranżitu jew f’żona ħielsa tista’ timxi bejn postijiet differenti fit-territorju doganali tal-Unjoni.
Artikolu 220
Forom użwali ta’ maniġġar
Merkanzija mqiegħda taħt ħażna doganali jew proċedura tal-ipproċessar jew f’żona ħielsa tista’ tgħaddi minn taħt forom użwali ta’ maniġġar intenzjonati li jżommuwha fi stat tajjeb, itejbu d-dehra jew il-kwalità tagħha għas-suq jew jippreparawha għad-distribuzzjoni jew għall-bejgħ mill-ġdid.
Artikolu 221
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 284:
(a) li jiddeterminaw il-każijiet u l-kondizzjonijiet għall-moviment tal-merkanzija mqiegħda taħt proċedura speċjali minbarra dik tat-tranżitu jew f'żona ħielsa, skont l-Artikolu 219;
(b) li jiddeterminaw il-forom użwali ta' maniġġar tal-merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta' ħażna doganali jew taħt proċedura tal-ipproċessar jew f’żona ħielsa kif imsemmi fl-Artikolu 220.
Artikolu 222
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għal:
(a) it-trasferiment tad-drittijiet u l-obbligi tad-detentur tal-proċedura fir-rigward ta’merkanzija li tqiegħdet taħt proċedura speċjali minbarra dik tat-tranżitu skont l-Artikolu 218;
(b) il-moviment ta’ merkanzija mqiegħda taħt proċedura speċjali minbarra dik tat-tranżitu jew f'żona ħielsa, skont l-Artikolu 219.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 223
Merkanzija ekwivalenti
1. Merkanzija ekwivalenti għandha tikkonsisti f'merkanzija tal-Unjoni li tkun maħżuna, użata jew ipproċessata minflok il-merkanzija mqiegħda taħt proċedura speċjali.
Taħt il-proċedura tal-ipproċessar passiv, il-merkanzija ekwivalenti hija merkanzija mhux tal-Unjoni li hi pproċessata minflok merkanzija tal-Unjoni mqiegħda taħt il-proċedura ta’ ipproċessar passiv.
Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor, il-merkanzija ekwivalenti għandu jkollha l-istess kodiċi bi tmien numri tan-Nomenklatura Magħquda, l-istess kwalità kummerċjali u l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-merkanzija li tkun qed tissostitwixxi.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom, wara applikazzjoni, jawtorizzaw dawn li ġejjin, sakemm ikun żgurat it-twettiq xieraq tal-proċedura, b’mod partikolari fir-rigward ta’ superviżjoni doganali:
(a) l-użu ta’ merkanzija ekwivalenti taħt proċedura ta' ħażna doganali, żoni ħielsa, ta' użu aħħari u tal-ipproċessar;
(b) l-użu ta' merkanzija ekwivalenti taħt il-proċedura ta' dħul temporanju, f'każijiet speċifiċi;
(c) fil-każ tal-proċedura tal-ipproċessar attiv, l-esportazzjoni tal-prodotti pproċessati ottenuti minn merkanzija ekwivalenti qabel l-importazzjoni tal-merkanzija li qed jieħdu postha;
(d) fil-każ tal-proċedura tal-ipproċessar passiv, l-importazzjoni ta’ prodotti pproċessati ottenuti minn merkanzija ekwivalenti qabel l-esportazzjoni ta’ merkanzija li qed jieħdu postha.
Operatur ekonomiku awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet doganali jitqies li jissodisfa l-kondizzjoni li jkun żgurat it-twettiq xieraq tal-proċedura, sakemm l-attività li tappartjeni għall-użu ta' merkanzija ekwivalenti għall-proċedura kkonċernata hija kkunsidrata fl-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 38(2).
3. L-użu ta’ merkanzija ekwivalenti m’għandhiex tkun awtorizzata fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:
(a) fejn taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv jitwettqu biss forom użwali ta’ maniggar kif definiti fl-Artikolu 220
(b) fejn projbizzjoni fuq ħlas lura ta’ dazju tal-importazzjoni, jew eżenzjoni minnu japplikaw għal merkanzija mhux oriġinarja użata fil-manifattura ta’ prodotti proċessati taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv, li għaliha prova dwar l-oriġini nħarġet jew saret fil-qafas ta’ arranġament preferenzjali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi jew territorji barra t-territorju doganali tal-Unjoni jew gruppi ta’ tali pajjiżi jew territorji;
(c) fejn dan ikun iwassal għal vantaġġ mhux ġustifikat fir-rigward tad-dazju tal-importazzjoni, jew fejn ikun provdut fil-leġislazzjoni tal-Unjoni.
4. Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2, u fejn il-prodotti pproċessati jkunu soġġetti għal dazju tal-esportazzjoni kieku ma kienux qed ikunu esportati fil-kuntest tal-proċedura tal-ipproċessar attiv, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jagħti garanzija biex jiżgura l-ħlas tad-dazju tal-esportazzjoni jekk il-merkanzija li mhux tal-Unjoni ma tkunx importata fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 257(3).
Artikolu 224
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw:
(a) l-eċċezzjonijiet għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 223(1);
(b) il-kondizzjonijiet li taħthom tintuża merkanzija ekwivalenti skont l-Artikolu 223(2);
(c) il-każijiet speċifiċi fejn merkanzija ekwivalenti tintuża taħt il-proċedura ta' dħul temporanju, skont il-punt (b) tal-Artikolu 223(2);
(d) il-każijiet fejn l-użu ta' merkanzija ekwivalenti mhuwiex awtorizzat skont il-punt (c) tal-Artikolu 223(3).
Artikolu 225
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għall-użu ta' merkanzija ekwivalenti awtorizzat skont l-Artikolu 223(2).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
KAPITOLU 2
Tranżitu
Artikolu 226
Tranżitu estern
1. Taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern, merkanzija mhux tal-Unjoni tista' titmexxa minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tkun soġġetta għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a) dazju tal-importazzjoni;
(b) imposti oħrajn kif ipprovdut minn provvedimenti rilevanti oħra fis-seħħ;
(c) miżuri ta’ politika kummerċjali, sakemm dawn ma jipprojbixxux id-dħul ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni jew il-ħruġ tagħha minnu.
2. F'każijiet speċifiċi, merkanzija tal-Unjoni għandha titqiegħed taħt il-proċedura ta' tranżitu estern.
3. Il-moviment kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jseħħ f’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:
(a) taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni;
(b) skont il-Konvenzjoni tat-TIR, sakemm tali moviment:
(i) beda jew għandu jintemm barra t-territorju doganali tal-Unjoni;
(ii) isir bejn żewġ punti fit-territorju doganali tal-Unjoni u jkun għadda mit-territorju ta’ pajjiż jew territorju barra t-territorju doganali tal-Unjoni;
(c) skont il-Konvenzjoni tal-ATA/Konvenzjoni ta’ Istanbul, fejn iseħħ moviment ta’ tranżitu;
(d) kopert bil-Manifest tar-Rhine (Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine);
(e) kopert bil-formola 302 prevista fil-Ftehim bejn il-Partijiet tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana rigward l-Istatus tal-Forzi tagħhom, iffirmat f’Londra fid-19 ta’ Ġunju 1951;
(f) taħt is-sistema postali skont l-atti tal-Unjoni Universali tal-Posta, meta l-merkanzija tinġarr minn jew għad-detenturi ta’ drittijiet u obbligi taħt tali atti.
Artikolu 227
Tranżitu intern
1. Taħt il-proċedura ta’ tranżitu intern, u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-merkanzija tal-Unjoni tista’ titmexxa minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni, u tgħaddi minn pajjiż jew territorju barra dak it-territorju doganali, mingħajr l-ebda bidla fl-istatus doganali tagħha.
2. Il-moviment imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jseħħ b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:
(a) taħt il-proċedura ta' tranżitu intern fl-Unjoni, sakemm ikun hemm provvediment għal dik il-possibbiltà fi ftehim internazzjonali;
(b) skont il-Konvenzjoni tat-TIR;
(c) skont il-Konvenzjoni tal-ATA/Konvenzjoni ta’ Istanbul, fejn iseħħ moviment ta’ tranżitu;
(d) kopert bil-Manifest tar-Rhine (Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine);
(e) kopert bil-formola 302 kif provdut fil-Ftehim bejn il-Partijiet fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana rigward l-istatus tal-Forzi tagħhom, iffirmat f’Londra fid-19 ta’ Ġunju 1951;
(f) taħt is-sistema postali skont l-atti tal-Unjoni Universali tal-Posta, meta l-merkanzija tinġarr minn jew għad-detenturi ta’ drittijiet u obbligi taħt tali atti.
Artikolu 228
Territorju uniku għall-għanijiet ta' tranżitu
Meta merkanzija titmexxa minn punt wieħed fit-territorju doganali tal-Unjoni għal ieħor taħt il-Konvenzjoni tat-TIR, il-Konvenzjoni tal-ATA / Konvenzjoni ta' Istanbul, koperta mill-formola 302 jew taħt is-sistema postali, it-territorju doganali tal-Unjoni, għall-għanijiet ta' tali trasport, għandu jkun kkunsidrat li jifforma territorju wieħed.
Artikolu 229
Esklużjoni ta' persuni mill-operazzjonijiet tat-TIR
1. Fejn l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru jiddeċiedu li jeskludu persuna mill-operazzjonijiet tat-TIR skont l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni tat-TIR, dik id-deċiżjoni għandha tapplika fit-territorju doganali kollu tal-Unjoni u l-kotba tat-TIR ippreżentati minn dik il-persuna m'għandhomx jkunu aċċettati minn kwalunkwe uffiċċju doganali.
2. Stat Membru għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu msemmija fil-paragrafu 1, flimkien mad-data tal-applikazzjoni tagħha, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
Artikolu 230
Destinatarju awtorizzat għall-għanijiet tat-TIR
L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni, jawtorizzaw persuna, msejħa “destinatarju awtorizzat”, biex tirċievi merkanzija mmexxijja taħt il-Konvenzjoni tat-TIR f'post awtorizzat, sabiex il-proċedura tingħalaq skont il-l-punt (d) tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tat-TIR.
Artikolu 231
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw:
(a) il-każijiet speċifiċi fejn il-merkanzija tal-Unjoni għandha titqiegħed taħt il-proċedura ta' tranżitu estern skont l-Artikolu 226(2);
(b) il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 230c.
Artikolu 232
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura li għandhom japplikaw il-punti (b) sa (f) tal-Artikolu 226(3) u l-punti (b) sa (f) tal-Artikolu 227(2)tal-Unjoni, filwaqt li jikkonsidraw il-ħtiġijiet tal-Unjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 233
L-obbligi tad-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu fl-Unjoni u ta’ min iġorr u jirċievi l-merkanzija li titmexxa taħt il-proċedura ta’ tranżitu fl-Unjoni
1. Id-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu fl-Unjoni jkun responsabbli għal dan kollu li ġej:
(a) il-preżentazzjoni tal-merkanzija intatta u l-informazzjoni meħtieġa fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt u b'konformità mal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet doganali biex jiżguraw l-identifikazzjoni tagħhom;
(b) l-osservanza tal-provvedimenti doganali marbuta mal-proċedura;
(c) sakemm mhux provdut mod ieħor fil-leġislazzjoni doganali, l-għoti ta’ garanzija biex ikun żgurat il-ħlas tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal kwalunkwe dejn doganali jew imposti oħrajn, kif previst taħt provvedimenti oħra rilevanti fis-seħħ, li jistgħu jinħolqu jew jiġġarrbu fir-rigward tal-merkanzija.
2. L-obbligu tad-detentur tal-proċedura għandu jintlaħaq u l-proċedura ta’ tranżitu tingħalaq meta l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura u l-informazzjoni meħtieġa jkunu disponibbli fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni skont il-leġislazzjoni doganali.
3. Min iġorr jew jirċievi merkanzija u jaċċetta merkanzija meta jaf li din qed timxi taħt il-proċedura ta’ tranżitu fl-Unjoni jkun ukoll responsabbli għall-preżentazzjoni tal-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt u b'konformità mal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet doganali biex jiżguraw l-identifikazzjoni tagħhom.
4. Wara applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw kwalunkwe waħda mis-simplifikazzjonijiet li ġejjin li jirrigwardaw it-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta' tranżitu fl-Unjoni jew it-tmiem ta' dik il-proċedura:
(a) l-istatus ta' konsenjatur awtorizzat, li jippermetti lid-detentur tal-awtorizzazzjoni biex iqiegħed merkanzija taħt proċedura ta' tranżitu fl-Unjoni mingħajr ma jippreżentaha lid-dwana;
(b) l-istatus ta' destinatarju awtorizzat, li jippermetti lid-detentur tal-awtorizzazzjoni li jirċievi l-merkanzija mmexxijja taħt il-proċedura ta' tranżitu fl-Unjoni f'post awtorizzat, biex itemm il-proċedura skont l-Artikolu 233(2);
(c) l-użu ta' siġilli ta' tip speċjali, meta s-siġillar huwa meħtieġ biex jiżgura l-identifikazzjoni tal-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta' tranżitu fl-Unjoni;
(d) l-użu ta' dikjarazzjoni doganali b'rekwiżiti ta' data mnaqqsa biex il-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura ta' tranżitu fl-Unjoni;
(e) l-użu ta' dokument tat-trasport elettroniku bħala dikjarazzjoni doganali biex merkanzija titqiegħed taħt proċedura ta' tranżitu fl-Unjoni, bil-kondizzjoni li fiha d-dettalji ta' tali dikjarazzjoni u li dawk id-dettalji huma disponibbli għall-awtoritajiet doganali kemm fit-tluq kif ukoll fid-destinazzjoni biex ikunu possibbli s-superviżjoni doganali tal-merkanzija u l-għeluq tal-proċedura.
Artikolu 234
Merkanzija li tgħaddi mit-territorju ta’ pajjiż jew territorju barra mit-territorju doganali tal-Unjoni taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni
1. Il-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni tapplika għall-merkanzija li tgħaddi minn pajjiż jew territorju barra t-territorju doganali tal-Unjoni jekk tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) isir provvediment għal dak il-għan taħt ftehim internazzjonali;
(b) il-ġarr minn dak il-pajjiż jew territorju jsir taħt kopertura ta' dokument wieħed tat-trasport imfassal fit-territorju doganali tal-Unjoni.
2. Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-operazzjoni tal-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni għandha tkun sospiża waqt li l-merkanzija tkun barra t-territorju doganali tal-Unjoni.
Artikolu 235
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 233(4).
Artikolu 236
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura dwar:
(a) it-tqegħid ta' merkanzija taħt il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni u l-għeluq ta' dik il-proċedura;
(b) l-operazzjoni tas-simplifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 233(4);
(c) is-superviżjoni doganali tal-merkanzija li tgħaddi mit-territorju ta’ pajjiż jew territorju barra mit-territorju doganali tal-Unjoni taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni, imsemmija fl-Artikolu 234.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu285(4).
KAPITOLU 3
Ħażna
Artikolu 237
Kamp ta' applikazzjoni
1. Permezz tal-proċedura ta’ ħażna, il-merkanzija li mhix tal-Unjoni tista’ tinħażen fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tkun soġġetta għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a) dazju tal-importazzjoni;
(b) imposti oħrajn kif ipprovdut minn provvedimenti rilevanti oħra fis-seħħ;
(c) miżuri ta’ politika kummerċjali, sakemm dawn ma jipprojbixxux id-dħul ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni jew il-ħruġ tagħha minnu.
2. Merkanzija tal-Unjoni tista’ titqiegħed taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali jew żona ħielsa skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni li tirregola oqsma speċifiċi, jew sabiex tibbenefika minn deċiżjoni li tagħti ħlas lura jew eżoneru minn dazju tal-importazzjoni.
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu, fejn ikun hemm bżonn ekonomiku u ma jkunx hemm effetti negattivi fuq is-superviżjoni doganali, jawtorizzaw li l-merkanzija tal-Unjoni tinħażen f'faċilità għal ħażna doganali. Dik il-merkanzija ma tkunx ikkunsidrata bħala li qegħda taħt il- proċedura għal ħażna doganali.
Artikolu 238
Dewmien ta' proċedura tal-ħażna
1. Ma hemmx limitu fuq it-tul ta’ żmien li l-merkanzija tista’ tibqa’ taħt proċedura ta’ ħażna.
2. F'każijiet eċċezzjonali l-awtoritajiet doganali jistgħu jistabbilixxu limitu ta' żmien li fih proċedura ta' ħażna tingħalaq b'mod partikolari fejn it-tip u n-natura tal-merkanzija jistgħu, fil-każ ta' ħażna għal żmien twil, jkunu ta' theddid għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, jew għall-ambjent.
Artikolu 239
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għat-tqegħid ta' merkanzija tal-Unjoni taħt il-proċedura tal-ħażna doganali jew ta' żona ħielsa kif imsemmi fl-Artikolu 237(2).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Artikolu 240
Ħażna f'imħażen doganali
1. Taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali l-merkanzija mhux tal-Unjoni tista' tinħażen f'bini jew fi kwalunkwe post ieħor awtorizzat għal dik il-proċedura mill-awtoritajiet doganali u taħt is-superviżjoni doganali ('imħażen doganali').
2. L-imħażen doganali jistgħu jkunu disponibbli għall-użu minn kwalunkwe persuna għal ħażna doganali ta’ merkanzija ('imħażen doganali pubbliċi'), jew għall-ħażna ta’ merkanzija mid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għall-ħżin fl-imħażen doganali ('imħażen doganali privati').
3. Merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ ħażna doganali tista’ titneħħa temporanjament mill-imħażen doganali. Tali tneħħija, minbarra f’każ ta’ force majeure, għandha tkun awtorizzata bil-quddiem mill-awtoritajiet doganali.
Artikolu 241
L-ipproċessar
1. L-awtoritajiet doganali jistgħu, fejn teżisti ħtieġa ekonomika u s-superviżjoni doganali ma tkunx affettwata ħażin, jawtorizzaw li l-ipproċessar ta' merkanzija taħt il-proċedura ta' pproċessar attiv jew dik tal-użu aħħari jsir f'maħżen doganali, soġġett għall-kondizzjonijiet previsti minn dawk il-proċeduri.
2. Il-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1 ma titqiesx bħala li qiegħda taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali.
Artikolu 242
Responsabbiltajiet tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew tal-proċedura
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni u d-detentur tal-proċedura għandhom ikunu responsabbli għal dawn li ġejjin:
(a) jiżguraw li l-merkanzija taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali ma titneħħix minn taħt is-superviżjoni doganali; u
(b) jissodisfaw l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ħażna ta' merkanzija koperta mill-proċedura tal-ħażna doganali.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna maħżen doganali pubbliku, tista’ tipprovdi li r-responsabbiltajiet imsemmija fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 jaqgħu esklussivament fuq id-detentur tal-proċedura.
3. Id-detentur tal-proċedura għandu jkun responsabbli għall-qadi tal-obbligi li jinħolqu mit-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali.
Artikolu 243
Nominazzjoni ta' żoni ħielsa
1. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw partijiet mit-territorju doganali tal-Unjoni bħala żoni ħielsa.
Għal kull żona ħielsa l-Istat Membru għandu jiddetermina ż-żona koperta u jiddefinixxi l-punti tad-dħul u tal-ħruġ.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar iż-żoni ħielsa tagħhom li jkunu qed joperaw.
3. Iż-żoni ħielsa għandhom jikunu magħluqin minn kull naħa.
Il-perimetru u l-punti tad-dħul u tal-ħruġ tal-firxa taż-żoni ħielsa għandhom jikunu soġġetti għal superviżjoni doganali.
4. Persuni, merkanzija u mezzi tat-trasport li jidħlu fiż-żoni ħielsa jew li jitilqu minnhom jistgħu jkunu soġġetti għal kontrolli doganali.
Artikolu 244
Bini u attivitajiet f’żoni ħielsa
1. Il-kostruzzjoni ta’ kwalunkwe bini f’żona ħielsa teħtieġ approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet doganali.
2. Soġġett għal-leġislazzjoni doganali, għandha titħalla li ssir kwalunkwe attività industrijali, kummerċjali jew ta’ servizz f’żona ħielsa. L-eżerċizzju ta’ tali attivitajiet għandu jkun soġġett għal notifika, bil-quddiem, lill-awtoritajiet doganali.
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jimponu projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, skont in-natura tal-merkanzija kkonċernata, jew il-ħtiġijiet ta’ superviżjoni doganali, jew il-ħtiġijiet dwar sigurtà u sikurezza.
4. L-awtoritajiet doganali jistgħu jipprojbixxu persuni li ma jipprovdux il-garanziji meħtieġa b’konformità mal-provvedimenti doganali milli jeżerċitaw attività f’żona ħielsa.
Artikolu 245
Preżentazzjoni ta' merkanzija u t-tqegħid tagħha taħt il-proċedura
1. Merkanzija li tiddaħħal f’żona ħielsa trid tkun ippreżentata lid-dwana u tgħaddi mill-formalitajiet doganali preskritti fi kwalunkwe waħda minn dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) meta tiddaħħal f’żona ħielsa direttament minn barra t-territorju doganali tal-Unjoni;
(b) meta tqegħedet taħt proċedura doganali li tintemm jew tingħalaq meta titqiegħed taħt il-proċedura ta’ żona ħielsa;
(c) meta titqiegħed taħt il-proċedura ta’ żona ħielsa sabiex tkunu tista’ tibbenefika minn deċiżjoni dwar ħlas lura jew maħfra ta’ dazju tal-importazzjoni;
(d) fejn leġislazzjoni għajr dik doganali tipprovdi għal tali formalitajiet.
2. Merkanzija li tiddaħħal f’żona ħielsa f’ċirkustanzi oħra barra dawk koperti mill-paragrafu 1 m’għandhiex għalfejn tkun ippreżentata lid-dwana.
3. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 246, il-merkanzija mdaħħla f’żona ħielsa hija meqjusa li tqiegħdet taħt il-proċedura ta' żona ħielsa:
(a) fil-mument tad-dħul tagħha f'żona ħielsa, sakemm ma tkunx diġà tqiegħdet taħt proċedura oħra doganali; jew
(b) fil-mument meta proċedura ta’ tranżitu tintemm, sakem ma tkunx imqiegħda immedjatament taħt proċedura doganali sussegwenti.
Artikolu 246
Merkanzija tal-Unjoni f'żoni ħielsa
1. Merkanzija tal-Unjoni tista' tiddaħħal, tinħażen, titmexxa, tintuża, tkun ipproċessata jew ikkonsmata f’żona ħielsa. F’tali każijiet il-merkanzija m’għandhiex tkun meqjusa li qiegħda taħt il-proċedura ta’ żona ħielsa.
2. Wara applikazzjoni mill-persuna kkonċernata, l-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu l-istatus doganali bħala merkanzija tal-Unjoni ta' kwalunkwe mill-merkanzija li ġejja:
(a) merkanzija tal-Unjoni li tidħol f’żona ħielsa;
(b) merkanzija tal-Unjoni li għaddiet minn operazzjonijiet ta’ ipproċessar f’żona ħielsa;
(c) merkanzija li kienet rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa f’żona ħielsa.
Artikolu 247
Merkanzija mhux tal-Unjoni f'żoni ħielsa
1. Merkanzija mhux tal-Unjoni, filwaqt li tibqa' f’żona ħielsa, tista' tinħeles għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew titqiegħed taħt proċedura ta' proċessar attiv, dħul temporanju jew ta' użu aħħari, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti għal dawk il-proċeduri.
F’tali każijiet il-merkanzija ma tkunx meqjusa li qiegħda taħt il-proċedura ta’ żona ħielsa.
2. Mingħajr ħsara għall-provvedimenti applikabbli għall-fornituri jew għall-ħażna ta’ provvisti, fejn il-proċedura kkonċernata hekk tipprovdi, il-paragrafu 1 m’għandux jeskludi l-użu jew il-konsum ta’ merkanzija li r-rilaxx tagħha għal ċirkolazzjoni ħielsa jew dħul temporanju ma jirrikjedix l-applikazzjoni ta’ dazju tal-importazzjoni jew ta' miżuri stabbilit taħt linji ta’ politika komuni agrikoli jew kummerċjali.
Fil-każ ta’ tali użu jew konsum, mhija meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew għall-proċedura ta’ dħul temporanju.
Tali dikjarazzjoni, madankollu, tkun meħtieġa jekk tali merkanzija hija soġġetta għal kwota jew limitu tariffarju.
Artikolu 248
Ħruġ ta' merkanzija 'l barra minn żona ħielsa
1. Mingħajr ħsara għal-leġislazzjoni f’oqsma oħra minbarra d-dwana, il-merkanzija f’żona ħielsa tista’ tkun esportata jew esportata mill-ġdid mit-territorju doganali tal-Unjoni, jew tiddaħħal f’parti oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni.
2. L-Artikoli 134 sa 149 għandhom japplikaw għal merkanzija maħruġa 'l barra minn zona ħielsa u mdaħħla f'partijiet oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni.
Artikolu 249
Status doganali
Fejn merkanzija tinħareġ 'il barra minn żona ħielsa u tiddaħħal f’parti oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni jew titqiegħed taħt proċedura doganali, titqies bħala merkanzija mhux tal-Unjoni sakemm l-istatus doganali tagħha bħala merkanzija tal-Unjoni ma kienx ippruvat.
Madankollu, għall-għanijiet tal-applikazzjoni ta’ dazju tal-esportazzjoni u liċenzji ta’ esportazzjoni jew miżuri ta’ kontroll tal-esportazzjoni stabbiliti taħt il-linji ta’ politika komuni agrikoli jew kummerċjali, tali merkanzija titqies bħala merkanzija tal-Unjoni, sakemm ma jkunx stabbilit li m’għandhiex status doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni.
KAPITOLU 4
Użu speċifiku
Artikolu 250
Kamp ta' applikazzjoni
1. Taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju, il-merkanzija li mhix tal-Unjoni intiża għall-esportazzjoni mill-ġdid tista’ tkun soġġetta għal użu speċifiku fit-territorju doganali tal-Unjoni, b’eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazju tal-importazzjoni u mingħajr ma tkun soġġetta għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a) imposti oħrajn kif ipprovdut minn provvedimenti rilevanti oħra fis-seħħ;
(b) miżuri ta’ politika kummerċjali, sakemm dawn ma jipprojbixxux id-dħul ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni jew il-ħruġ tagħha minnu.
2. Il-proċedura ta’ dħul temporanju tista' tintuża biss jekk jintlaħqu dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-merkanzija mhix maħsuba li tgħaddi minn xi bidliet, ħlief minn inżul fil-valur tagħha minħabba l-użu li jsir minnha;
(b) ikun possibbli li jkun żgurat li l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tista' tkun identifikata, ħlief meta, fid-dawl tan-natura tal-merkanzija jew tal-użu intiż, in-nuqqas ta' miżuri ta' identifikazzjoni ma jistax iwassal għal kwalunkwe abbuż tal-proċedura jew, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 223, fejn il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-rigward ta' merkanzija ekwivalenti tista' tkun ivverifikata;
(c) id-detentur tal-proċedura huwa stabbilit barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, minbarra fejn ikun ipprovdut mod ieħor;
(d) ir-rekwiżiti għall-eżenzjoni totali jew parzjali mid-dazji stabbiliti fil-leġislazzjoni doganali huma milħuqa.
Artikolu 251
Perijodu li matulu l-merkanzija tista' tibqa' taħt il-proċedura ta' dħul temporanju
1. L-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw il-perijodu li fih merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ dħul temporanju għandha tkun esportata mill-ġdid jew imqiegħda taħt proċedura doganali sussegwenti. Tali perijodu irid ikun twil biżżejjed biex jintlaħaq l-għan ta’ użu awtorizzat.
2. Minbarra fejn ikun ipprovdut mod ieħor, il-perijodu massimu li matulu l-merkanzija tista’ tibqa’ taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju għall-istess għan u taħt ir-responsabbiltà tal-istess detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun 24 xahar, anki fejn il-proċedura nħelset bit-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura speċjali oħra u sussegwentement tqiegħdet mill-ġdid taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju mill-ġdid.
3. Fejn, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, l-użu awtorizzat ma jistax jintlaħaq fil-perijodu msemmi fil-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet doganali jistgħu jtawlu dak il-perijodu bi żmien raġonevoli, wara applikazzjoni ġustifikata mid-detentur tal-awtorizzazzjoni.
4. Il-perijodu totali li matulu l-merkanzija tista' tibqa' taħt il-proċedura ta' dħul temporanju ma għandux jaqbeż għaxar snin, ħlief fil-każ ta' avveniment imprevidibbli.
Artikolu 252
L-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni fil-każ ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni
1. L-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni fir-rigward ta' merkanzija taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni għandu jkun ta' 3 % tal-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni li kien ikollu jitħallas kieku dik il-merkanzija kienet rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa fid-data ta' meta tpoġġiet taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju.
Dak l-ammont għandu jitħallas għal kull xahar jew parti minn xahar li matulu l-merkanzija tqiegħdet taħt il-proċedura ta' dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni.
2. L-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni m’għandux jeċċedi dak li kien ikollu jitħallas kieku l-merkanzija kkonċernata kienet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fid-data li tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju.
Artikolu 253
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw:
(a) l-użu speċifiku msemmi fl-Artikolu 250(1);
(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 250(2).
Artikolu 254
Proċedura ta' użu aħħari
1. Taħt il-proċedura ta’ użu aħħari, il-merkanzija tista’ tkun rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa taħt eżenzjoni mid-dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju minħabba l-użu speċifiku tagħha.
2. Fejn il-merkanzija tkun fi stadju ta' produzzjoni li ekonomikament tippermetti l-użu aħħari preskritt biss, l-awtoritajiet doganali jistgħu jistabbilixxu fl-awtorizzazzjoni l-kondizzjonijiet li skonthom il-merkanzija għandha titqies li ntużat għall-għanijiet stabbiliti għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni tad-dazju jew ta' rata mnaqqsa tad-dazju
3. Fejn il-merkanzija hija adattata għal użu ripetut u l-awtoritajiet doganali jqisuh li huwa xieraq sabiex ikun evitat abbuż, is-superviżjoni doganali għandha tkompli għal perijodu li ma jaqbiżx sentejn wara d-data tal-ewwel użu tagħha għall-għanijiet stabbiliti għall-applikazzjoni ta' eżenzjoni mid-dazju jew ta' rata mnaqqsa ta' dazju.
4. Is-superviżjoni doganali taħt il-proċedura ta' użu aħħari għandha tintemm fi kwalunkwe waħda minn dawn il-każijiet:
(a) fejn il-merkanzija ntużat għall-għanijiet stabbiliti għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni mid-dazju jew tar-rata mnaqqsa ta’ dazju;
(b) fejn il-merkanzija tkun inħarġet 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, tkun inqerdet jew abbandunata f'idejn l-Istat;
(c) fejn il-merkanzija ntużat għal skopijiet oħra barra dawk stabbiliti għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni mid-dazju jew tar-rata ta’ dazju mnaqqsa u d-dazju tal-importazzjoni applikabbli jkun tħallas.
5. Fejn rata ta’ rendiment hija meħtieġa, l-Artikolu 255 għandu japplika għall-proċedura ta’ użu aħħari.
6. L-iskart u skrapp li jirriżulta mit-tħaddim jew mill-ipproċessar tal-merkanzija skont l-użu aħħari preskritt u t-telf dovut għal raġunijiet naturali jkunu kkunsidrati bħala merkanzija użata skont l-użu aħħari preskritt.
7. L-iskart u skrapp li jirriżulta mill-qerda ta' merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta' użu aħħari jitqies bħala li tqiegħed taħt il-proċedura ta' ħażna doganali.
KAPITOLU 5
Proċessar
Artikolu 255
Rata ta' rendiment
Ħlief meta tkun speċifikata rata ta' rendiment fil-leġislazzjoni tal-Unjoni li tirregola oqsma speċifiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu jew ir-rata ta' rendiment jew ir-rata medja ta' rendiment tal-operazzjoni ta' ipproċessar jew fejn hu xieraq, il-metodu biex tkun determinata tali rata.
Ir-rata ta’ rendiment jew ir-rata medja ta’ rendiment għandha tkun determinata abbażi taċ-ċirkustanzi attwali li fihom jitwettqu operazzjonijiet ta’ ipproċessar, jew li fihom iridu jitwettqu. Dik ir-rata tista' tkun aġġustata, fejn xieraq, skont l-Artikolu 28.
Artikolu 256
Kamp ta' applikazzjoni
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 223, taħt il-proċedura ta' pproċessar attiv merkanzija mhux tal-Unjoni tista' tintuża fit-territorju doganali tal-Unjoni f'operazzjoni waħda jew aktar ta' proċessar mingħajr ma merkanzija bħal din tkun soġġetta għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a) dazju tal-importazzjoni;
(b) imposti oħrajn kif ipprovdut minn provvedimenti rilevanti oħra fis-seħħ;
(c) miżuri ta’ politika kummerċjali, sakemm dawn ma jipprojbixxux id-dħul ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni jew il-ħruġ tagħha minnu.
2. Il-proċedura ta’ pproċessar attiv tista’ tintuża biss f’każijiet li mhumiex ta' tiswija u qerda biss meta, mingħajr ħsara għall-użu ta’ aċċessorji tal-produzzjoni, il-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tista’ tkun identifikata fil-prodotti pproċessati.
Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 223, il-proċedura tista’ tintuża fejn il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-rigward ta' merkanzija ekwivalenti tista’ tkun vverifikata.
3. Barra mill-paragrafi 1 u 2, il-proċedura ta’ pproċessar attiv tista’ tintuża wkoll għall-merkanzija li ġejja:
(a) merkanzija maħsuba li tgħaddi minn operazzjonijiet biex tkun żgurata l-konformità tagħha ma’ ħtiġijiet tekniċi għar-rilaxx tagħha għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa;
(b) merkanzija li għandha tgħaddi mill-forom użwali ta’ maniġġar skont l-Artikolu 220.
Artikolu 257
Il-perijodu għall-għeluq
1. ►C2 L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-perijodu li fih il-proċedura ta' pproċessar attiv għandha tingħalaq, skont l-Artikolu 215. ◄
Dak il-perijodu għandu jibda mid-data meta l-merkanzija mhux tal-Unjoni titqiegħed taħt il-proċedura u għandu jikkunsidra ż-żmien meħtieġ biex jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ proċessar u biex tingħalaq il-proċedura.
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu estensjoni, ta’ tul ta’ żmien raġonevoli, tal-perijodu speċifikat skont il-paragrafu 1, wara applikazzjoni ġustifikata mid-detentur tal-awtorizzazzjoni.
L-awtorizzazzjoni tista’ tispeċifika li perijodu li jibda waqt xahar, tliet xhur jew semestru għandha tintemm fl-aħħar ġurnata tax-xahar, tliet xhur jew semestru sussegwenti rispettivament.
3. Fil-każ ta' esportazzjoni minn qabel skont il-punt (c) tal-Artikolu 223(2), l-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika l-perijodu li fih il-merkanzija mhux tal-Unjoni għandha tkun iddikjarata għall-proċedura attiva ta' proċessar, filwaqt li tikkunsidra ż-żmien meħtieġ għall-akkwist u t-trasport lejn it-territorju doganali tal-Unjoni.
Il-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun stabbilit f'xhur u ma għandux jaqbeż is-sitt xhur. Huwa għandu jibda minn meta tkun aċċettata d-dikjarazzjoni doganali għall-esportazzjoni marbuta mal-prodotti pproċessati ottenuti mill-merkanzija ekwivalenti korrispondenti.
4. Wara talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni, il-perijodu ta' sitt xhur imsemmi fil-paragrafu (3) jista' jittawwal anke wara l-iskadenza tiegħu, sakemm il-perijodu totali ma jaqbiżx it-tnax-il xahar.
Artikolu 258
Esportazzjoni mill-ġdid temporanja għal aktar proċessar
Wara applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw li xi wħud mill-oġġetti tal-merkanzija li tqiegħdu taħt il-proċedura ta’ pproċessar attiv, jew kollha kemm huma, jew il-prodotti pproċessati, jkunu temporanjament esportati mill-ġdid bl-għan ta’ aktar ipproċessar barra t-territorju doganali tal-Unjoni, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti għall-proċedura tal-ipproċessar passiv.
Artikolu 259
Kamp ta' applikazzjoni
1. Taħt il-proċedura ta’ ipproċessar passiv il-merkanzija tal-Unjoni tista’ tkun temporanjament esportata mit-territorju doganali tal-Unjoni sabiex tgħaddi mill-operazzjonijiet ta’ ipproċessar. Il-prodotti pproċessati li jirriżultaw minn dik il-merkanzija jistgħu jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa b'eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazju tal-importazzjoni wara applikazzjoni tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew ta' kwalunkwe persuna oħra stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni sakemm dik il-persuna tkun kisbet il-kunsens tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u l-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ikunu sodisfatti.
2. L-ipproċessar passiv m’għandux jitħalla għal kwalunkwe mill-merkanzija tal-Unjoni li ġejja:
(a) merkanzija li l-esportazzjoni tagħha twassal għall-ħlas lura jew għal maħfra tad-dazju tal-importazzjoni;
(b) merkanzija li, qabel ma kienet esportata, kienet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa taħt eżenzjoni mid-dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju bis-saħħa tal-użu aħħari tagħha, sakemm ma jintlaħqux l-għanijiet ta’ dak l-użu aħħari, ħlief meta dik il-merkanzija għandha tgħaddi minn operazzjonijiet ta’ tiswija;
(c) merkanzija li l-esportazzjoni tagħha twassal għall-għoti ta’ rimborż fuq l-esportazzjoni;
(d) merkanzija li fir-rigward tagħha jingħata vantaġġ finanzjarju barra r-rimborżi msemmija fil-punt (c) taħt il-politika agrikola komuni bis-saħħa tal-esportazzjoni ta’ dik il-merkanzija.
3. L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-perijodu li fih il-merkanzija li hija temporanjament esportata għandha tkun importata mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni fil-forma ta’ prodotti pproċessati, u rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, sabiex tkun tista’ tgawdi minn eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazju tal-importazzjoni. Huma jistgħu jtawlu dak il-perijodu b'ammont raġonevoli, wara applikazzjoni ġustifikata mid-detentur tal-awtorizzazzjoni.
Artikolu 260
Merkanzija msewwija bla ħlas
1. Fejn l-awtoritajiet doganali huma sodisfatti li l-merkanzija ssewwiet bla ħlas, jew minħabba obbligu kuntrattwali jew minħabba obbligu legali li joħroġ minn garanzija jew minħabba xi difett ta’ manifattura jew materjal, hija għandha tkun eliġibbli għal eżenzjoni sħiħa mid-dazju tal-importazzjoni.
2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika fejn id-difett ta’ manifattura jew ta’ materjal kien ikkunsidrat fil-ħin meta l-merkanzija kkonċernata kienet rilaxxata għall-ewwel darba għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.
Artikolu 261
Sistema standard ta' skambju
1. Taħt is-sistema standard ta’ skambju, prodott impurtat ('oġġett li jieħu post ieħor') jista’, skont il-paragrafi 2 sa 5, jieħu post prodott ipproċessat.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom, wara applikazzjoni, jawtorizzaw li tintuża s-sistema standard ta’ skambju fejn l-operazzjoni ta’ ipproċessar tinvolvi t-tiswija ta’ merkanzija tal-Unjoni difettuża ħlief it-tiswija ta' dik li hija soġġetta għall-miżuri tal-politika agrikola komuni jew għall-arranġamenti speċifiċi applikabbli għal ċerta merkanzija li tirriżulta mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli.
3. Il-prodotti sostituti għandu jkollhom l-istess kodiċi bi tmien numri tan-Nomenklatura Magħquda, l-istess kwalità kummerċjali u l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-merkanzija difettuża li kieku din tal-aħħar kellha tissewwa.
4. Fejn il-merkanzija difettuża ntużat qabel l-esportazzjoni, il-prodotti sostituti wkoll iridu jkunu intużaw.
L-awtoritajiet doganali għandhom, madankollu, jagħtu eżoneru mir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu jekk il-prodott sostitut kien fornut bla ħlas, jew minħabba xi obbligu kuntrattwali jew bil-liġi li joħroġ mill-garanzija jew minħabba xi difett materjali jew fil-manifattura.
5. Il-provvedimenti applikabbli għall-prodotti pproċessati għandhom japplikaw għall-prodotti sostituti.
Artikolu 262
Importazzjoni minn qabel ta’ prodotti sostituti
1. L-awtoritajiet doganali għandhom, taħt il-kondizzjonijiet li jistabbilixxu huma, u wara applikazzjoni mill-persuna kkonċernata, jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti sostituti qabel il-merkanzija difettuża tkun esportata.
Fil-każ ta’ tali importazzjoni minn qabel ta’ prodott sostitut, għandha tingħata garanzija li tkopri l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni li jkollu jitħallas kieku l-merkanzija difettuża ma tiġix esportata skont il-paragrafu 2.
2. Il-merkanzija difettuża għandha tkun esportata fi żmien xahrejn mid-data li fiha tkun aċċettata mill-awtoritajiet doganali d-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ prodotti sostituti.
3. Fejn, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-merkanzija difettuża ma tistax tkun esportata fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet doganali jistgħu jtawlu dak il-perijodu b'tul ta’ żmien raġonevoli, wara applikazzjoni ġustifikata mressqa mid-detentur tal-awtorizzazzjoni.
TITOLU VIII
MERKANZIJA MAĦRUĠA MIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-UNJONI
KAPITOLU 1
Formalitajiet qabel il-ħruġ ta' merkanzija
Artikolu 263
Preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni ta' qabel it-tluq
1. Il-merkanzija li ser tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tkun koperta minn dikjarazzjoni ta' qabel it-tluq li għandha tkun ippreżentata fl-uffiċċju doganali kompetenti b'limitu ta' żmien speċifiku qabel ma l-merkanzija tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
2. Għandu jingħata eżoneru mill-obbligu msemmi fil-paragrafu 1:
(a) għall-mezzi tat-trasport u l-merkanzija li tinġarr fuqhom li jkunu biss għaddejjin mill-ilmijiet territorjali jew mill-ispazju tal-ajru tat-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr waqfa f’dak it-territorju;
(b) f'każijiet speċifiċi oħrajn, fejn ikun debitament ġustifikat permezz tat-tip ta' merkanzija jew traffiku jew fejn dan ikun meħtieġ minn ftehimiet internazzjonali.
3. Id-dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq għandha tieħu l-forma ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
(a) dikjarazzjoni doganali, fejn il-merkanzija li għandha tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni titqiegħed taħt proċedura doganali li teħtieġ tali dikjarazzjoni;
(b) dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 270;
(c) dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, skont l-Artikolu 271.
4. Id-dikjarazzjoni ta' qabel it-tluq għandu jkun fiha id-dettalji meħtieġa għall-analiżi tar-riskju għal raġunijiet ta' sikurezza u sigurtà.
Artikolu 264
Analiżi tar-riskju
L-uffiċċju doganali li lilu għandha tkun ppreżentata d-dikjarazzjoni ta' qabel it-tluq msemmija fl-Artikolu 263 għandu jiżgura li, f'limitu ta' żmien speċifiku, jagħmel analiżi tar-riskju, l-aktar għal għanijiet ta' sikurezza u sigurtà, fuq il-bażi ta' dik id-dikjarazzjoni u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa bbażati fuq ir-riżultati ta' dik l-analiżi tar-riskju.
Artikolu 265
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, li jiddeterminaw:
(a) il-limitu ta' żmien speċifiku, imsemmi fl-Artikolu 263(1), li fih għandha tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni ta' qabel it-tluq qabel ma l-merkanzija tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni filwaqt li jkun ikkunsidrat it-tip ta' traffiku;
(b) il-każijiet speċifiċi fejn jingħata eżoneru mill-obbligu li tkun ppreżentata dikjarazzjoni ta' qabel it-tluq, skont il-punt (b) tal-Artikolu 263(2).
Artikolu 266
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 264, li fih għandha ssir l-analiżi tar-riskju filwaqt li jkun ikkunsidrat il-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 263(1).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
KAPITOLU 2
Formalitajiet mal-ħruġ ta' merkanzija
Artikolu 267
Superviżjoni doganali u formalitajiet mal-ħruġ
1. Il-merkanzija li sejra tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal superviżjoni doganali u tista' tkun soġġetta għall-kontrolli doganali. Fejn xieraq, l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeterminaw ir-rotta li għandha tintuża, u l-limitu ta' żmien li għandu jkun rispettat meta l-merkanzija għandha tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
2. Merkanzija li serja tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tkun ppreżentata lid-dwana mal-ħruġ minn waħda minn dawn il-persuni li ġejjin:
(a) il-persuna li toħroġ il-merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(b) il-persuna li f'isimha jew għan-nom tagħha taġixxi l-persuna li toħroġ il-merkanzija 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(c) il-persuna li tassumi r-responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija qabel il-ħruġ tagħha mit-territorju doganali tal-Unjoni.
3. Merkanzija li sejra tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tkun soġġetta, kif xieraq, għal dawn li ġejjin:
(a) il-ħlas lura jew il-maħfra tad-dazju tal-importazzjoni;
(b) il-ħlas ta’ rimborżi fuq l-esportazzjoni;
(c) il-ġbir ta’ dazju tal-esportazzjoni;
(d) il-formalitajiet meħtieġa taħt provvedimenti fis-seħħ fir-rigward ta’ imposti oħra;
(e) l-applikazzjoni ta’ projbizzjonijiet u restrizzjonijiet ġustifikati minn raġunijiet ta’, inter alia, moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika, il-protezzjoni ta saħħet u ħajjet il-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti, il-protezzjoni tal-ambjent, il-protezzjoni ta’ wirt nazzjonali li għandu valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku u l-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali jew kummerċjali, inklużi dawk kontra l-prekursuri tad-drogi, il-merkanzija li tikser ċerti drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-flus kontanti, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni marbuta mas-sajd u ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali.
4. Rilaxx għall-ħruġ għandu jingħata mill-awtoritajiet doganali b'kondizzjoni li l-merkanzija kkonċernata se tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni fl-istess kondizzjoni bħal meta:
(a) id-dikjarazzjoni doganali jew ta' esportazzjoni mill-ġdid kienet aċċettata; jew
(b) id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ kienet ippreżentata.
Artikolu 268
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura dwar il-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 267.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
KAPITOLU 3
Esportazzjoni u esportazzjoni mill-ġdid
Artikolu 269
Esportazzjoni ta' merkanzija tal-Unjoni
1. Il-merkanzija tal-Unjoni li sejra tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha titqiegħed taħt il-proċedura tal-esportazzjoni.
2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal kwalunkwe mill-merkanzija tal-Unjoni li ġejja:
(a) il-merkanzija mqiegħda taħt il- proċedura ta' proċessar passiv;
(b) merkanzija li tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni wara li tkun tqiegħdet taħt proċedura tal-użu aħħari;
(c) il-merkanzija kkonsenjata, b'eżenzjoni tal-VAT jew tad-dazju tas-sisa, bħala provvisti għall-inġenji tal-ajru jew tal-bastimenti, irrispettivament mid-destinazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew tal-bastiment, li għalih hija meħtieġa prova ta' provvista bħal din;
(d) merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta' tranżitu intern;
(e) merkanzija maħruġa temporanjament 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni skont l-Artikolu 155.
3. Il-formalitajiet rigward id-dikjarazzjoni doganali ta' esportazzjoni stabbiliti fil-leġislazzjoni doganali għandhom japplikaw fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafi 2.
Artikolu 270
L-esportazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija mhux tal-Unjoni
1. Il-merkanzija li mhux tal-Unjoni li sejra tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid li għandha tkun ppreżentata fl-uffiċċju doganali kompetenti.
2. L-Artikoli 158 sa 195 għandhom japplikaw għad-dikjarazzjoni għall-esportazzjoni mill-ġdid.
3. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal kwalunkwe mill-merkanzija li ġejja:
(a) merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern u li biss tgħaddi mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(b) merkanzija trasbordata f' żona ħielsa, jew esportata mill-ġdid direttament minnha;
(c) merkanzija f'ħażna temporanja li hi esportata mill-ġdid direttament minn faċilità ta’ ħażna temporanja.
KAPITOLU 4
Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ
Artikolu 271
Il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ
1. Fejn il-merkanzija sejra tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni u dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid mhijiex ippreżentata bħala dikjarazzjoni ta' qabel il-ħruġ, għandha tkun ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ fl- uffiċċju doganali tal-ħruġ.
L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ tkun ppreżentata f'uffiċċju doganali ieħor, sakemm dan tal-aħħar immedjatament jikkomunika jew jagħmel disponibbli elettronikament id-dettalji meħtieġa lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ.
2. Id-dikjarazzjoni sommarja tal-ħruġ għandha tkun ppreżentata minn min iġorr.
Minkejja l-obbligi ta' min iġorr, id-dikjarazzjoni sommarja tal-ħruġ tista' tkun ppreżentata minflok minn waħda mill-persuni li ġejjin:
(a) l-esportatur jew il-konsenjatur jew persuna oħra li f'isimha jew li għan-nom tagħha jaġixxi min iġorr;
(b) kwalunkwe persuna li hi kapaċi tippreżenta l-merkanzija inkwistjoni jew li tara li tkun ppreżentata fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ.
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw li sistemi ta' informazzjoni kummerċjali, portwali jew dwar it-trasport jistgħu jintużaw għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ sakemm ikun hemm fihom id-dettalji meħtieġa għal tali dikjarazzjoni u sakemm dawn id-dettalji jkunu disponibbli f'limitu ta' żmien speċifiku, qabel ma l-merkanzija tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
4. Minflok il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw il-preżentazzjoni ta’ notifika u l-aċċess għad-dettalji ta' dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ fis-sistema tal-kompjuter tal-operatur ekonomiku.
Artikolu 272
L-emendar u l-invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ
1. Wara applikazzjoni minnu, id-dikjarant jista' jitħalla jemenda dettall wieħed jew aktar tad-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ wara li tkun ġiet ippreżentata.
L-ebda emenda ma għandha tkun possibbli wara kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a) l-awtoritajiet doganali jkunu infurmaw lill-persuna li ppreżentat id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ li għandhom il-ħsieb li jeżaminaw il-merkanzija;
(b) l-awtoritajiet doganali jkunu stabbilixxew li dettall wieħed jew aktar tad-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ mhumiex preċiżi jew kompluti;
(c) l-awtoritajiet doganali diġà rrilaxxaw il-merkanzija għall-ħruġ.
2. Fejn il-merkanzija li għaliha kienet ippreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ ma tinħariġx mit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awotritajiet doganali għandhom jinvalidaw dik id-dikjarazzjoni f'waħda mill-każijiet li ġejjin:
(a) wara applikazzjoni mid-dikjarant;
(b) fi żmien 150 jum wara l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni.
Artikolu 273
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għal:
(a) preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 271;
(b) emendar tad-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 272(1);
(c) invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, skont l-Artikolu 272(2).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
KAPITOLU 5
Notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid
Artikolu 274
Il-preżentazzjoni ta' notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid
1. Fejn merkanzija mhux tal-Unjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 270(3) tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni u jitneħħa l-obbligu li tkun ippreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għal dik il-merkanzija, għandha tkun ppreżentata notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid.
2. In-notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid għandha tkun ippreżentata fl-uffiċju doganali tal-ħruġ tal-merkanzija mill-persuna responsabbli mill-preżentazzjoni tal-merkanzija mal-ħruġ skont l-Artikolu 267(2).
3. In-notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid għandu jkun fiha d-dettalji meħtieġa biex tingħalaq il-proċedura ta' żona ħielsa jew biex tintemm il-ħażna temporanja.
L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw li sistemi ta' informazzjoni kummerċjali, portwali jew dwar it-trasport jistgħu jintużaw għall-preżentazzjoni ta' notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid, sakemm ikunu fihom id-dettalji meħtieġa għal notifika ta' dan it-tip u sakemm dawn id-dettalji jkunu disponibbli qabel ma l-merkanzija tinħareġ 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
4. Minflok il-preżentazzjoni ta' notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid, l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw il-preżentazzjoni ta’ notifika u l-aċċess għad-dettalji ta' notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid fis-sistema tal-kompjuter tal-operatur ekonomiku.
Artikolu 275
L-emendar u l-invalidazzjoni tan-notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid
1. Wara li japplika, id-dikjarant jista' jitħalla jemenda wieħed mid-dettalji jew aktar tan-notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid wara li tkun ġiet ippreżentata.
L-ebda emenda ma għandha tkun possibbli wara kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a) l-awtoritajiet doganali jkunu infurmaw lill-persuna li ppreżentat in-notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid li għandhom il-ħsieb li jeżaminaw il-merkanzija;
(b) l-awtoritajiet doganali jkunu stabbilixxew li dettall wieħed jew aktar tan-notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid mhumiex preċiżi jew kompluti;
(c) l-awtoritajiet doganali diġà rrilaxxaw il-merkanzija għall-ħruġ.
2. Fejn il-merkanzija li għaliha tkun ġiet ippreżentata notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid ma tinħariġx 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awotritajiet doganali għandhom jinvalidaw dik in-notifika f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) wara applikazzjoni mid-dikjarant;
(b) fi żmien 150 jum wara l-preżentazzjoni tan-notifika.
Artikolu 276
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta' proċedura għal:
(a) il-preżentazzjoni tan-notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid imsemmija fl-Artikolu 274;
(b) l-emendar tan-notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 275(1);
(c) l-invalidazzjoni tan-notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 275(2).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
KAPITOLU 6
Eżenzjoni mid-dazju tal-esportazzjoni
Artikolu 277
L-eżenzjoni mid-dazju tal-esportazzjoni għall-merkanzija tal-Unjoni li tkun esportata fuq bażi temporanja
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 259, merkanzija tal-Unjoni li tkun esportata fuq bażi temporanja mit-territorju doganali tal-Unjoni tibbenefika minn eżenzjoni mid-dazju tal-esportazzjoni, soġġetta għall-importazzjoni tagħha mill-ġdid.
TITOLU IX
SISTEMI ELETTRONIĊI, SIMPLIFIKAZZJONIJIET, ID-DELEGA TA' SETGĦA, IL-PROĊEDURA TA' KUMITAT U PROVVEDIMENTI FINALI
KAPITOLU 1
L-iżvilupp ta' sistemi elettroniċi
Artikolu 278
Miżuri tranżizzjonali
Jistgħu jintużaw fuq bażi tranżizzjonali mezzi għall-iskambju u l-ħażna ta' informazzjoni, minbarra t-tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data msemmija fl-Artikolu 6(1), sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, fejn is-sistemi elettroniċi li huma meħtieġa għall-applikazzjoni tal-provvedimenti tal-Kodiċi jkunu għadhom mhux operattivi.
Artikolu 279
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jispeċifikaw ir-regoli dwar l-iskambju u l-ħażna tad-data fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 278.
Artikolu 280
Programm ta' ħidma
1. Sabiex tappoġġa l-iżvilupp tas-sistemi elettorniċi msemmija fl-Artikolu 278 u tirregola l-istabbiliment ta' perijodi tranżitorji, il-Kummissjoni għandha, sa 1 ta’ Mejju 2014, tfassal programm ta' ħidma dwar l-iżvilupp u l-użu tas-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 16(1).
2. Il-programm ta' ħidma msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu l-prijoritajiet li ġejjin:
(a) l-iskambju armonizzat ta' informazzjoni abbażi ta' mudelli ta’ data u formati ta’ messaġġi aċċettati internazzjonalment;
(b) it-tfassil mill-ġdid ta' proċessi doganali u proċessi li għandhom x'jaqsmu mad-dwana bil-ħsieb tat-titjib tal-effiċjenza, l-effikaċja u l-applikazzjoni uniformi tagħhom u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-konformità; u
(c) l-offerta lill-operaturi ekonomiċi ta' firxa wiesgħa ta’ servizzi doganali elettroniċi, li tippermettilhom li jinteraġixxu bl-istess mod mal-awtoritajiet doganali ta’ kwalunkwe Stat Membru.
3. Il-programm ta' ħidma msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun aġġornat regolarment.
Artikolu 281
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 280.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
KAPITOLU 2
Simplifikazzjonijiet fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali
Artikolu 282
Provi
Il-Kummissjoni tista' tawtorizza lil Stat Membru wieħed jew aktar, fuq talba tagħhom, li għal perijodu ta' żmien limitat jippruvaw is-simplifikazzjonijiet fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali, speċjalment meta relatati mal-IT. Il-prova m'għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali f'dawk l-Istati Membri li ma jipparteċipawx f'tali prova u għandha tkun evalwata perjodikament.
Artikolu 283
L-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, id-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 282
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 285(4).
KAPITOLU 3
Id-delega tas-setgħa u l-proċedura ta' kumitat
Artikolu 284
L-eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 2, 7, 10, 20, 24, 31, 36, 40, 62, 65, 75, 88, 99, 106, 115, 122, 126, 131, 142, 151, 156, 160, 164, 168, 175, 180,183, 186, 196, 206, 212, ►C2 216 ◄ , 221, 224, 231, 235, 253, 265, u 279 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn30 ta’ Ottubru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' -xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2, 7, 10, 20,, 24, 31, 36, 40, 62, 65, 75, 88, 99, 106, 115, 122, 126, 131, 142, 151, 156, 160,, 164, 168, 175, 180,183, 186,,196, 206,, 212, ►C2 216 ◄ , 221, 224, 231, 235,, 253, 265, u 279 tista’ tkun revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat taħt l-Artikoli 2, 7, 10, 20, 24, 31, 36, 40, 62, 65, 75, 88, 99, 106, 115, 122, 126, 131, 142, 151, 156, 160,, 164, 168, 175, 180,183, 186,,196, 206,, 212, ►C2 216 ◄ , 221, 224, 231, 235,, 253, 265, u 279 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 285
Il-proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat dwar il-Kodiċi Doganali. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.
4. Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
5. Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
6. F'każ li l-opinjoni tal-kumitat trid tingħata bi proċedura bil-miktub u ssir referenza għal dan il-paragrafu, dik il-proċedura tista' tkun terminata bla ma jkun inkiseb riżultat biss meta, fil-limitu taż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-President tal-kumitat jiddeċiedi li għandu jsir hekk.
KAPITOLU 4
Provvedimenti finali
Artikolu 286
Tħassir u emendar tal-leġislazzjoni fis-seħħ
1. Ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 huwa b'dan imħassar.
2. Ir-Regolament (KEE) Nru 3925/91, ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u r-Regolament (KE) Nru 1207/2001 huma b'dan imħassrin mid-data msemmija fl-Artikolu 288(2).
3. Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassrin għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabelli ta’ korrelazzjoni li jinsabu fl-Anness.
4. Fis-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, il-frażi 'u Mayotte' titħassar mill-1 ta' Jannar 2014.
5. L-ewwel inċiż tal-punt (a) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jitħassar mid-data msemmija fl-Artikolu 288(2).
Artikolu 287
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 288
Applikazzjoni
1. L-Artikoli 2, 7, 8, 10, 11, 17, 20,21, 24, 25, 31, 32, 36, 37, 40, 41, 50, 52, 54, 58, 62, 63, 65, 66, 68, 75, 76, 88, 99, 100, 106, 107, 115, 122, 123, 126, 131, 132, 138, 142, 143, 151, 153, 156, 157, 160, 161, 164, 165, 168, 169, 175, 176, 178, 180, 181, 183, 184, 186, 187, 193, 196, 200,, 206, 207, 209, 212, 213, 216, 217, 221, 222, 224, 225, 231, 232, 235, 236, 239, 253, 265, 266, 268, 273, 276, 279, 280,281,283, 284, 285 u 286 għandhom japplikaw minn 30 ta’ Ottubru 2013.
2. L-Artikoli għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw minn 1 ta’ Mejju 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 450/2008 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 1(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4, il-punti 1 sa 8 |
Artikolu 5, il-punti 1 sa 8 |
Artikolu 4, il-punt 9 |
Artikolu 5, il-punti 9 u 10 |
Artikolu 4, il-punt 10 |
Artikolu 5, il-punt 12 |
Artikolu 4, il-punti 11 u 12 |
Artikolu 5, il-punti 15 u 16 |
Artikolu 4, il-punti 13 sa 17 |
Artikolu 5, il-punti 18 sa 22 |
Artikolu 4, il-punt 18(a), l-ewwel sentenza |
Artikolu 5, il-punt 23(a) |
Artikolu 4, il-punt 18(a), it-tieni sentenza |
Artikolu 130(3) |
Artikolu 4, il-punt 18(b) u (c) |
Artikolu 5, il-punt 23(b) u (c) |
Artikolu 4, il-punti 19 sa 26 |
Artikolu 5, il-punti 24 sa 31 |
Artikolu 4, il-punt 27 sa 32 |
Artikolu 5, il-punti 33 sa 38 |
Artikolu 4, il-punt 33 |
— |
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 5(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikoli 6(3) u 7(b) |
Artikolu (5)(2) |
Artikoli 6(2), 7(a) u 8(1)(a) |
Artikolu 6 |
Artikolu 12 |
Artikolu 7 |
Artikolu 13 |
Artikolu 8 |
Artikolu 14 |
Artikolu 9 |
Artikolu 15 |
Artikolu 10(1) |
Artikoli 9 u 16(1) |
Artikolu 10(2) |
Artikoli 10, 11 u 17 |
Artikolu 11(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
Artikolu 18 |
Artikolu 11(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 18(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 18(3) |
Article 11(3)(a) |
Artikolu 18(2), it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 21 |
Artikolu 11(3)(b) |
Artikolu 21 |
Artikolu 11(3)(c) |
— |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 19(2), it-tieni subparagrafu, u Artikolu 20(b) |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 38(1) |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 38(2) u (3) |
Artikolu 13(3) |
Artikolu 38(4) |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 38(5), l-ewwel sentenza |
Artikolu 13(5) |
— |
Artikolu 13(6) |
Artikolu 23(2) |
Artikolu 14 |
Artikolu 39 |
Artikolu 15(1)(a) |
Artikolu 22, Artikolu 24(a) sa (g) u Artikolu 25(a) u (b) |
Artikolu 15(1)(b) |
Artikoli 23(4)(b) u 24(h) |
Artikolu 15(1)(c) |
— |
Artikolu 15(1)(d) |
Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu, u Artikolu 24(a) |
Artikolu 15(1)(e) |
Artikolu 40(b) |
Artikolu 15(1)(f) |
Artikolu 25(b) |
Artikolu 15(1)(g) |
Artikoli 23(4)(b), 24(h), 24(c), 28, 31(b) u 32 |
Artikolu 15(1)(h) |
— |
Artikolu 15(2) |
— |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 22(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
Artikolu 16(2) |
Artikolu 22(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 16(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 22(6), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 16(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 22(6), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza u Artikolu 22(7) |
Artikolu 16(5)(a) |
Artikolu 24(4), it-tieni subparagrafu, u Artikolu 24(g) |
Artikolu 16(5)(b) |
Artikolu 24(f) |
Artikolu 16(6) |
Artikolu 23(3) |
Artikolu 16(7) |
Artikolu 29 |
Artikolu 17 |
Artikolu 26 |
Artikolu 18(1) sa (3) |
Artikolu 27 |
Artikolu 18(4) |
Artikolu 32 |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 28(1)(a) |
Artikolu 19(2) u (3) |
Artikolu 28(2) u (3) |
Artikolu 19(4) |
Artikolu 28(4), l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 19(5) |
Artikolu 31(a) |
Artikolu 20(1) sa (4) |
Artikolu 33 |
Artikolu 20(5) |
Artikolu 34(4) |
Artikolu 20(6), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 34(5), l-ewwel sentenza |
Artikolu 20(6), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 34(6) |
Artikolu 20(7) |
Artikoli 22, 23, 24, 25 u 32 |
Artikolu 20(8)(a) |
Artikolu 34(1) sa (3) |
Artikolu 20(8)(b) |
Artikoli 34(9) u 37(1)(a) |
Artikolu 20(8)(c) |
Artikoli 34(11) u 37(2) |
Artikolu 20(9) |
Artikoli 35, 36(b) u 37(1)(c) u (d) |
Artikolu 21 |
Artikolu 42 |
Artikolu 22 |
Artikolu 43 |
Artikolu 23 |
Artikolu 44 |
Artikolu 24(1) u (2) |
Artikolu 45(1) u (2) |
Artikolu 24(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 45(3) |
Artikolu 24(3), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 25(1) |
Artikolu 46(1) |
Artikolu 25(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 46(2) |
Artikolu 25(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 46(3) |
Artikolu 25(3) |
Artikolu 46(4) sa (8) u Artikolu 50(1) |
Artikolu 26 |
Artikolu 47 |
Artikolu 27 |
Artikolu 48 |
Artikolu 28(1) u (2) |
Artikolu 49 |
Artikolu 28(3) |
Artikolu 50(2) |
Artikolu 29 |
Artikolu 51 |
Artikolu 30(1) |
Artikolu 52 |
Artikolu 30(2) |
— |
Artikolu 31(1) |
Artikolu 53(1) |
Artikolu 31(2) |
Artikolu 53(3) |
Artikolu 31(3) |
Artikolu 54 |
Artikolu 32 |
Artikolu 55 |
Artikolu 33(1) sa (4) |
Artikolu 56(1) sa (4) |
Artikolu 33(5) |
Artikoli 56(5) u 58(1) |
Artikolu 34 |
Artikolu 57(1)(2) u (3) |
Artikolu 35 |
Artikolu 59 |
Artikolu 36 |
Artikolu 60 |
Artikolu 37 |
Artikolu 61 |
Artikolu 38 |
Artikoli 62, 63, 67 u 68 |
Artikolu 39(1) u (2) |
Artikolu 64(1) u (2) |
Artikolu 39(3) |
Artikolu 64(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 39(4) u (5) |
Artikolu 64(4) u (5) |
Artikolu 39(6) |
Artikolu 64(3), it-tieni subparagrafu, Artikolu 64(6) u Artikoli 65 sa 68 |
Artikolu 40 |
Artikolu 69 |
Artikolu 41 |
Artikolu 70 |
Artikolu 42(1) |
Artikolu 74(1) |
Artikolu 42(2) |
Artikolu 74(2)(a) sa (c) u s-sentenza introduttorja tal-punt (d) |
Artikolu 42(3) |
Artikolu 74(3) |
Artikolu 43(a) |
Artikoli 71, 72 u 76(a) |
Artikolu 43(b) |
Artikolu 74(2)(d), il-punti (i), (ii) u (iii) |
Artikolu 43(c) |
— |
Artikolu 43(d) |
Artikoli 73 u 75 u Artikolu 76(b) u (c) |
Artikolu 44 |
Artikolu 77 |
Artikolu 45 |
Artikolu 78 |
Artikolu 46 |
Artikolu 79 |
Artikolu 47 |
Artikolu 80 |
Artikolu 48 |
Artikolu 81 |
Artikolu 49 |
Artikolu 82 |
Artikolu 50 |
Artikolu 83 |
Artikolu 51 |
Artikolu 84 |
Artikolu 52 |
Artikolu 85 |
Artikolu 53(1) sa (3) |
Artikolu 86(1) sa (3) |
Artikolu 53(4) |
Artikolu 86(6) |
Artikolu 54(a) u (b) |
Artikoli 86(5) u 88(a) |
Artikolu 54(c) |
Artikoli 86(4) u 88(b) |
Artikolu 55(1) |
Artikolu 87(1) |
Artikolu 55(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 87(2) |
Artikolu 55(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 88(c) |
Artikolu 55(3) u (4) |
Artikolu 87(3) u (4) |
Artikolu 56(1) sa (5) |
Artikolu 89(1) sa (5) |
Artikolu 56(6) |
Artikolu 89(7) |
Artikolu 56(7) |
Artikolu 89(9) |
Artikolu 56(8) |
Artikolu 89(2) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 56(9), l-ewwel inċiż |
Artikolu 100(1)(b) |
Artikolu 56(9), it-tieni inċiż |
Artikoli 89(8) u 99(b) |
Artikolu 56(9), it-tielet inċiż |
Artikolu 89(2) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 57(1) u (2) |
Artikolu 90 |
Artikolu 57(3) |
Artikolu 100(1)(a) |
Artikolu 58, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 91 |
Artikolu 58, it-tieni paragrafu |
— |
Artikolu 59(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 92(1) |
Artikolu 59(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 99(b) |
Artikolu 59(2) |
Artikolu 92(2) |
Artikolu 60 |
Artikolu 93 |
Artikolu 61 |
Artikolu 94 |
Artikolu 62(1) u (2) |
Artikolu 95(1) u (2) |
Artikolu 62(3) |
Artikolu 22, Artikolu 24(a) sa (g), Artikolu 25(a) u (b) u Artikolu 99(c) |
Artikolu 63(1) u (2) |
— |
Artikolu 63(3)(a) |
— |
Artikolu 63(3)(b) |
Artikoli 96(1)(a), 96(2), 100(1)(c) u 100(2) |
Artikolu 63(3)(c) |
Artikoli 96(1)(b), 96(2), 100(1)(c) u 100(2) |
Artikolu 64 |
Artikolu 97 |
Artikolu 65(1) u (2) |
Artikolu 98 |
Artikolu 65(3) |
Artikoli 99(d) u 100(1)(b) |
Artikolu 66 |
Artikolu 101(1) u (2) |
Artikolu 67(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
Artikolu 102(1) |
Artikolu 67(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 106 |
Artikolu 67(2) u (3) |
Artikolu 102(2) u (3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 68(1) u (2) |
Artikolu 103(1) u (2) |
Artikolu 68(3) |
Artikolu 103(3)(a) |
Artikolu 68(4) |
Artikolu 103(4) |
Artikolu 69 |
Artikolu 104 |
Artikolu 70 |
Artikolu 105(1) sa (5) |
Artikolu 71 |
Artikolu 105(6) |
Artikolu 72(1) u (2) |
Artikolu 108(1) u (2) |
Artikolu 72(3) |
Artikoli 108(3) u 115 |
Artikolu 73 |
Artikolu 109 |
Artikolu 74 |
Artikolu 110 |
Artikolu 75 |
Artikolu 111 |
Artikolu 76 |
— |
Artikolu 77(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 112(1) |
Artikolu 77(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 112(2) |
Artikolu 77(2) |
Artikolu 112(3) |
Artikolu 77(3) |
Artikolu 112(4) |
Artikolu 78(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 113 |
Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu |
Artikoli 99(d) u 100(1)(b) |
Artikolu 78(2) sa (4) |
Artikolu 114(1) sa (3) |
Artikolu 78(5) |
Artikolu 114(4) |
Artikolu 79(1) |
Artikolu 116(1) |
Artikolu 79(2) sa (5) |
Artikolu 116(4) sa (7) |
Artikolu 80 |
Artikolu 117(1) |
Artikolu 81(1) u (2) |
Artikolu 118(1) u (2) |
Artikolu 81(3) |
Artikolu 118(4) |
Artikolu 82(1) |
Artikolu 119(1) |
Artikolu 82(2) |
Artikolu 119(3) |
Artikolu 83 |
Artikolu 120(1) |
Artikolu 84(1) |
Artikolu 121(1) |
Artikolu 84(2) |
Artikolu 121(3) |
Artikolu 85, l-ewwel sentenza |
Artikoli 116(2), 117(2), 118(3), 119(2), 120(2), 121(2) u 123(1) |
Artikolu 85, it-tieni sentenza |
Artikoli 106(3), 122 u 123(2) |
Artikolu 86(1), is-sentenza introduttorja |
Artikolu 124(1), is-sentenza introduttorja u l-punt (a) |
Artikolu 86(1) (a) sa (c) |
Artikolu 124(1) (b) sa (d) |
Artikolu 86(1) (d) u (e) |
Artikolu 124(1) (e) |
Artikolu 86(1) (f) sa (k) |
Artikolu 124(1) (f) sa (k) |
Artikolu 86(2) u (3) |
Artikolu 124(2) u (3) |
Artikolu 86(4) sa (6) |
Artikolu 124(5) sa (7) |
Artikolu 86(7) |
Artikolu 126 |
Artikolu 87(1) |
Artikoli 127(1) u 127(2)(a) |
Artikolu 87(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 127(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 87(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 127(8) |
Artikolu 87(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Artikoli 127(2)(b) u 131(a) |
Artikolu 87(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c) |
Artikolu 131(b) |
Artikolu 87(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) |
Artikoli 127(3) u 161(a) |
Artikolu 87(3), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 88(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 88(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 127(7) |
Artikolu 88(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 88(2) |
Artikolu 127(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 88(3) |
Artikolu 127(4), it-tieni subparagrafu u (6) |
Artikolu 88(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 133(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 88(4), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikoli 6(2) u 7(a) |
Artikolu 89(1) |
Artikolu 129(1) |
Artikolu 89(2) |
— |
Artikolu 90 |
Artikolu 130(1) |
Artikolu 91 |
Artikolu 134 |
Artikolu 92(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 135(1) |
Artikolu 92(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 135(2) |
Artikolu 92(1), it-tielet subparagrafu |
— |
Artikolu 92(2) sa (5) |
Artikolu 135(3) sa (6) |
Artikolu 93(1) |
Artikolu 136 |
Artikolu 93(2) |
— |
Artikolu 94 |
Artikolu 137 |
Artikolu 95(1) |
Artikolu 139(1) |
Artikolu 95(2) u (3) |
Artikolu 139(3) u (4) |
Artikolu 95(4) |
Artikolu 139(6) |
Artikolu 96(1) u (2) |
Artikolu 140 |
Artikolu 96(3) |
Artikolu 139(7) |
Artikolu 97(1) |
Artikolu 149 |
Artikolu 97(2) |
Artikolu 150 |
Artikolu 98(1) |
Artikolu 144 |
Artikolu 98(2) |
Artikolu 139(5) |
Artikolu 99 |
Artikolu 141(1) |
Artikolu 100 |
Artikolu 141(2) |
Artikolu 101(1) |
Artikolu 153(1) |
Artikolu 101(2)(a) |
Artikoli 153(2) u 156(a) |
Artikolu 101(2)(b) |
Artikoli 156(b) u 157 |
Artikolu 101(2)(c) |
Artikoli 153(3) u 156(c) |
Artikolu 102 |
Artikolu 154 |
Artikolu 103 |
Artikoli 155(2) u 133(d) |
Artikolu 104(1) |
Artikolu 158(1) |
Artikolu 104(2) |
Artikolu 158(3) |
Artikolu 105(1) |
Artikolu 159(1) u (2) |
Artikolu 105(2)(a) u (b) |
Artikoli 159(3) u 161(a) |
Artikolu 105(2)(c) |
Artikoli 22(1), it-tielet subparagrafu, 25(a) u 26(c) |
Artikolu 106(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 179(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 106(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza |
— |
Artikolu 106(2) |
Artikolu 179(3) u (6) |
Artikolu 106(3) |
Artikolu 179(5) |
Artikolu 106(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 22, Artikolu 24(a) sa (g) u Artikolu 25(a) u (b) |
Artikolu 106(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) |
Artikoli 23(4)(a) u 24(h) |
Artikolu 106(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) |
Artikolu 179(1), it-tieni subparagrafu, Artikolu 179(2) u Artikolu 180 |
Artikolu 106(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) |
Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu u 24(a) |
Artikolu 106(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e) |
Artikolu 25(b) |
Artikolu 106(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (f) |
Artikoli 23(4)(b), 24(h), 28, 31(b) u 32 |
Artikolu 106(4), l-ewwel subparagrafu, il-punti (g) u (h) |
Artikolu 181 |
Artikolu 106(4), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 107(1), l-ewwel sentenza |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 107(1), it-tieni sentenza |
Artikolu 182(1) |
Artikolu 107(2) |
Artikolu 158(2) |
Artikolu 107(3) |
Artikoli 160, 161, 182(2) sa (4), 183 u 184 |
Artikolu 108(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 162 |
Artikolu 108(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni u t-tielet sentenzi |
Artikolu 170(4) |
Artikolu 108(1), it-tieni subparagrafu |
Artikoli 6(2), 7(a) u 8(1)(a) |
Artikolu 108(2) |
Artikolu 163(1) u (2) |
Artikolu 108(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 108(3), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 108(4) |
Artikoli 163(3), 164 u 165(b) |
Artikolu 109(1) |
Artikolu 166(1) |
Artikolu 109(2) |
Artikoli 166(2) u 168 (a) |
Artikolu 109(3) |
Artikoli 6(2), 7(a), 8(1)(a) u 165(a) |
Artikolu 110(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 167(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 110(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 167(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 110(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 167(2) u (3) u Artikolu 168(d) |
Artikolu 110(2) u (3) |
Artikolu 167(4) u (5) |
Artikolu 111(1) |
Artikolu 170(1) |
Artikolu 111(2), l-ewwel sentenza |
Artikolu 170(2) |
Artikolu 111(2), it-tieni sentenza |
Artikolu 170(3)(a) u (b) |
Artikolu 111(3) |
Artikoli 170(3)(c) |
Artikolu 112(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 172(1) |
Artikolu 112(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 182(2) |
Artikolu 112(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 182(3) |
Artikolu 112(2) |
— |
Artikolu 112(3) |
Artikolu 172(2) |
Artikolu 112(4) |
Artikoli 176(b) |
Artikolu 113(1) u (2) |
Artikolu 173(1) u (2) |
Artikolu 113(3) |
Artikoli 173(3) u 176(c) |
Artikolu 114(1) |
Artikolu 174(1) |
Artikolu 114(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 174(2) |
Artikolu 114(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 175 |
Artikolu 115, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 177(1) |
Artikolu 115, it-tieni paragrafu |
Artikoli 177(2) u 178 |
Artikolu 116(1) |
Artikolu 185(1) |
Artikolu 116(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 22, Artikolu 24(a) sa (g) u Artikolu 25(a) u (b) |
Artikolu 116(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) |
Artikoli 23(4)(a), 23(5), 24(h) u 25(c) |
Artikolu 116(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (c) u (d) |
Artikoli 185(2) u 186(a) |
Artikolu 116(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e) |
Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu u 24(a) |
Artikolu 116(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (f) |
Artikolu 25(b) |
Artikolu 116(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g) |
Artikoli 23(4)(b), 24(h), 28, 31(b) u 32 |
Artikolu 116(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (h) u (i) |
Artikoli 186(b) u 187 |
Artikolu 116(2), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 117 |
Artikolu 188 |
Artikolu 118 |
Artikolu 189 |
Artikolu 119(1) u (2) |
Artikolu 190 |
Artikolu 119(3) |
Artikolu 193 |
Artikolu 120 |
Artikolu 191 |
Artikolu 121 |
Artikolu 192 |
Artikolu 122 |
Artikolu 193 |
Artikolu 123(1) u (2) |
Artikolu 194 |
Artikolu 123(3) |
Artikolu 179(4) |
Artikolu 124(1) |
Artikolu 195(1) |
Artikolu 124(2) |
Artikolu 195(2) u (3) u Artikolu 196 |
Artikolu 125 |
Artikolu 197 |
Artikolu 126(1) |
Artikolu 198(1) |
Artikolu 126(2) |
Artikolu 198(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 127(1) |
Artikolu 199 |
Artikolu 127(2) |
Artikolu 168(2a)(d) |
Artikolu 128 |
Artikolu 198(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza u t-tieni subparagrafu, Artikolu 198(3)(a) sa (c) u Artikolu 200 |
Artikolu 129 |
Artikolu 201 |
Artikolu 130(1) |
Artikolu 203(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 130(2) sa (5) |
Artikolu 203(2) sa (5) |
Artikolu 131(a) |
— |
Artikolu 131(b) |
Artikolu 204 |
Artikolu 155 |
Artikolu 205 |
Artikolu 133 |
Artikolu 208(1) |
Artikolu 158 |
Artikoli 202, 203(1), it-tieni subparagrafu, 203(6), 206, 207 u 209 |
Artikolu 135 |
Artikolu 210 |
Artikolu 136(1) |
Artikolu 211(1) |
Artikolu 136(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 22, Artikolu 24(a) sa (g) u Artikolu 25(a) u (b) |
Artikolu 136(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) |
Artikoli 23(4)(a) u 24(h) |
Artikolu 136(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) |
Artikolu 212(a) |
Artikolu 136(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) |
Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu u 24(a) |
Artikolu 136(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e) |
Artikolu 25(b) |
Artikolu 136(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (f) |
Artikoli 23(4)(b), 24(h), 28, 31(b) u 32 |
Artikolu 136(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g) |
— |
Artikolu 136(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h) |
— |
Artikolu 136(2), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 136(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 211(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 136(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) |
Artikolu 211(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c) |
Artikolu 136(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) |
Artikolu 211(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) |
Artikolu 136(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 212(b) |
Artikolu 136(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 211(4) |
Artikolu 136(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 211(5) |
Artikolu 136(4), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 211(6) |
Artikolu 136(4), ir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b) |
Artikolu 213 |
Artikolu 136(4), ir-raba’ subparagrafu, il-punt (c) |
Artikolu 22(d) |
Artikolu 136(5) |
Artikolu 23(2) |
Artikolu 137(1) |
Artikolu 214(1) |
Artikolu 137(2) |
Artikolu 214(2) u Artikolu 7(c) |
Artikolu 138 |
Artikolu 215(1) sa (3) |
Artikolu 139 |
Artikolu 218 |
Artikolu 140(1) |
Artikolu 219 |
Artikolu 140(2) |
Artikoli 221(a) u 222(b) |
Artikolu 141 |
Artikolu 220 |
Artikolu 142(1), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 223(1) |
Artikolu 142(1), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 224(a) |
Artikolu 142(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 223(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 142(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c) |
Artikolu 223(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (c) u (d) |
Artikolu 142(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 223(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) u Artikolu 224(c) |
Artikolu 142(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 223(3) |
Artikolu 142(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 224(d) |
Artikolu 142(4) |
Artikolu 223(4) |
Artikolu 143 |
Artikoli 211(2), 216, 217, 221(b), 222(b), 224(b), 225, 228, 229, 230, 231(b), 232, 233(4), 235, 236, 243(2), 251(4), 254(2), (3), (6) u (7) u 257(4) |
Artikolu 144(1) |
Artikolu 226(1) |
Artikolu 144(2) |
Artikoli 226(2) u 231(a) |
Artikolu 144(3) |
Artikolu 226(3) |
Artikolu 144(4) |
— |
Artikolu 145(1) u (2) |
Artikolu 227 |
Artikolu 145(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 155(1) |
Artikolu 145(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 157 |
Artikolu 146 |
Artikolu 2331) sa (3) |
Artikolu 147 |
Artikolu 234 |
Artikolu 148(1) |
Artikolu 237(1) |
Artikolu 148(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 237(2) |
Artikolu 148(2), it-tieni subparagrafu |
Artikoli 237(3) u 239 |
Artikolu 149 |
Artikolu 242 |
Artikolu 150(1) |
Artikolu 238(1) |
Artikolu 150(2)(a) |
— |
Artikolu 150(2)(b) |
Artikolu 238(2) |
Artikolu 150(3) |
— |
Artikolu 151(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 144 |
Artikolu 151(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 145(3) |
Artikolu 151(2) |
Artikolu 145(5) u (11) |
Artikolu 151(3) |
— |
Artikolu 151(4) |
Artikolu 147(4) |
Artikolu 151(5) |
Artikolu 145(1), (2), (4) u (6) sa (10), Artikolu 146, Artikolu 147(3) u (4) u Artikolu 148 u 151 |
Artikolu 152 |
Artikolu 147(1) u (2) |
Artikolu 153 |
Artikolu 240 |
Artikolu 154(1)(a) |
Artikolu 237(3), l-ewwel sentenza |
Artikolu 154(1)(b) |
Artikolu 241(1) |
Artikolu 154(2) |
Artikolu 237(3), it-tieni sentenza u Artikolu 241(2) |
Artikolu 155(1) |
Artikolu 203(1) |
Artikolu 155(2) u (3) |
Artikolu 203(3) u (4) |
Artikolu 156 |
Artikolu 244 |
Artikolu 157 |
Artikolu 245 |
Artikolu 158 |
Artikolu 246 |
Artikolu 159 |
Artikolu 247 |
Artikolu 160 |
Artikolu 248 |
Artikolu 161 |
Artikolu 249 |
Artikolu 162 |
Artikolu 250 |
Artikolu 163 |
Artikolu 251(1) sa (3) |
Artikolu 164, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 253 |
Artikolu 164, it-tieni paragrafu |
— |
Artikolu 195 |
Artikolu 252 |
Artikolu 166(1) |
Artikolu 254(1) |
Artikolu 166(2) u (3) |
Artikolu 254(4) u (5) |
Artikolu 167 |
Artikolu 255 |
Artikolu 168 |
Artikolu 256 |
Artikolu 169 |
Artikolu 257(1) sa (3) |
Artikolu 170 |
Artikolu 258 |
Artikolu 171(1) u (2) |
Artikolu 259(1) u (2) |
Artikolu 171(3) |
Artikolu 86(5) |
Artikolu 171(4) |
Artikolu 259(3) |
Artikolu 172 |
Artikolu 260 |
Artikolu 173 |
Artikolu 261 |
Artikolu 174 |
Artikolu 262 |
Artikolu 175(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 263(1) |
Artikolu 175(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 263(2)(b) |
Artikolu 175(2) u (3) |
Artikolu 263(4) u (5) |
Artikolu 176(1)(a) u (b) |
Artikolu 263(2)(c) u Artikolu 265(a) |
Artikolu 176(1)(c) u (d) |
Artikolu 265(a) |
Artikolu 176(1)(e) |
Artikolu 161(a) |
Artikolu 176(2) |
— |
Artikolu 177(1) u (2) |
Artikolu 267(1) u (3) |
Artikolu 177(3) |
Artikolu 267(2) |
Artikolu 177(4) |
Artikolu 267(2) |
Artikolu 177(5) |
Artikolu 268 |
Artikolu 178(1) |
Artikolu 269(1) |
Artikolu 178(2)(a) |
Artikolu 269(2)(a) u (b) |
Artikolu 178(2)(b) |
Artikolu 269(2)(d) u (e) |
Artikolu 178(3) |
Artikoli 269(3) |
Artikolu 179 |
Artikolu 270 |
Artikolu 180(1) |
Artikolu 271(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 180(2), l-ewwel sentenza |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 180(2), it-tieni sentenza |
Artikolu 271(3) |
Artikolu 180(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 180(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 271(4) |
Artikolu 180(4) |
Artikolu 271(2) |
Artikolu 181, l-ewwel u t-tieni paragrafi |
Artikolu 272(1) |
Artikolu 181, it-tieni paragrafu u t-tielet paragrafu |
— |
Artikolu 182(1) |
Artikolu 277 |
Artikolu 182(2) |
— |
Artikolu 183(1) |
Artikoli 16(1) u 17 |
Artikolu 183(2)(a) u (b) |
— |
Artikolu 183(2)(c) |
Artikoli 280 u 283 |
Artikolu 184 |
Artikolu 285 |
Artikolu 185 |
— |
Artikolu 186 |
Artikolu 286(2) u (3) |
Artikolu 187 |
Artikolu 287 |
Artikolu 188(1) |
Artikolu 288(1) |
Artikolu 188(2) |
Artikolu 288(2) |
Artikolu 188(3) |
Artikolu 288(1) |
( 1 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.
( 2 ) ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.
( 3 ) ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.
( 4 ) ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23
( 5 ) ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1.