This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02013R0409-20210222
Commission Implementing Regulation (EU) No 409/2013 of 3 May 2013 on the definition of common projects, the establishment of governance and the identification of incentives supporting the implementation of the European Air Traffic Management Master Plan (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02013R0409 — MT — 22.02.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ĠU L 123 4.5.2013, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/116 tal-1 ta’ Frar 2021 |
L 36 |
10 |
2.2.2021 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 409/2013
tat-3 ta’ Mejju 2013
dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
IL-PRINĊIPJI ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 677/2011.
Barra minn hekk id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
“Impriża Konġunta SESAR” tfisser il-korp stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 ( 1 ), jew is-suċċessur tiegħu, inkarigat bil-kompitu tal-ġestjoni u l-koordinazzjoni tal-fażi tal-iżvilupp tal-proġett SESAR;
“skema ta’ imposti” tfisser l-iskema stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 ( 2 );
“funzjonalità tal-ATM” tfisser grupp ta’ funzjonijiet jew servizzi operattivi interoperabbli tal-ATM relatati mal-ġestjoni tat-trajettorja, tal-ispazju tal-ajru u tas-superfiċe jew mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni fl-ambjenti operazzjonali tul ir-rotta, tat-terminal, tal-ajruport jew tan-network;
“sottofunzjonalità tal-ATM” tfisser parti integrali minn funzjonalità tal-ATM li tikkonsisti f’funzjoni jew f’servizz operattivi, li tikkontribwixxi għall-ambitu ġenerali tal-funzjonalità;
“soluzzjoni SESAR” tfisser il-produzzjoni tal-fażi tal-iżvilupp SESAR, li tintroduċi teknoloġiji standardizzati u interoperabbli ġodda jew imtejba u proċeduri operattivi armonizzati li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM;
“Il-mobilizzazzjoni tas-SESAR” tfisser l-attivitajiet u l-proċessi relatati mal-industrijalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-ATM identifikati fil-Pjan Regolatorju għall-ATM;
“implimentazzjoni sinkronizzata” tfisser implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-ATM b’mod sinkronizzat fuq żona ġeografika definita, li tinkludi mill-inqas żewġ Stati Membri fl-EATMN, jew bejn il-partijiet interessati operattivi tal-ajru u dawk fuq l-art, abbażi ta’ ppjanar komuni li jinkludi dati fil-mira għall-implimentazzjoni u l-miżuri tranżitorji rilevanti għall-mobilizzazzjoni progressiva u li jinvolvi diversi partijiet interessati operattivi;
“l-industrijalizzazzjoni” tal-funzjonalitijiet tal-ATM tfisser l-attivitajiet u l-proċessi, wara l-validazzjoni tagħhom li jinkludu l-istandardizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-produzzjoni mill-industrija tal-manifattura (manifatturi tat-tagħmir tal-art u tal-ajru);
“implimentazzjoni” tfisser, b’referenza għall-funzjonalitajiet tal-ATM, l-akkwist, l-installazzjoni, l-ittestjar, it-taħriġ u t-tħaddim tat-tagħmir u s-sistemi, inklużi l-proċeduri operazzjonali assoċjati, imwettqa mill-partijiet interessati operattivi;
“data fil-mira għall-implimentazzjoni” tfisser data sa meta l-implimentazzjoni tal-funzjonalità jew tas-sottofunzjonalità tal-ATM għandha titlesta;
“data fil-mira għall-industrijalizzazzjoni” tfisser data sa meta l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-funzjonalità jew is-sottofunzjonalità tal-ATM biex tkun tista’ tiġi implimentata;
“bidla operattiva neċessarja” tfisser bidla operattiva fil-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) li tipprovdi titjib fil-prestazzjoni sinifikanti tan-netwerk lill-partijiet interessanti operattivi, kif imsemmi fil-Pjan Regolatorju għall-ATM;
“skema ta’ prestazzjoni” tfisser skema stabbilita mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317;
“miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni Ewropea kollha” tfisser il-miri msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317;
“partijiet interessati operattivi” tfisser il-Maniġer tan-Network u ċ-ċivil u l-militar: l-utenti tal-ispazju tal-ajru, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-operaturi tal-ajruporti;
“proġett SESAR” tfisser ċiklu ta’ innovazzjoni li jipprovdi lill-Unjoni b’sistema ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bi prestazzjoni għolja, standardizzata u interoperabbli, li tinkludi l-fażijiet ta’ definizzjoni, żvilupp u mobilizzazzjoni tas-SESAR.
Artikolu 3
Il-Pjan Regolatorju għall-ATM
KAPITOLU II
PROĠETTI KOMUNI
Artikolu 4
Għan u kontenut
It-tħejjija għall-implimentazzjoni għandha tiġi vvalutata, fost affarijiet oħra, abbażi tar-riżultati tal-validazzjoni mwettqa matul il-fażi tal-iżvilupp, l-istatus tal-industrijalizzazzjoni u valutazzjoni tal-interoperabbiltà, kif ukoll fir-rigward tal-Pjan Globali tan-Navigazzjoni bl-Ajru tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) u tal-materjal rilevanti tal-ICAO.
Il-proġetti komuni għandhom jistabbilixxu għal kull funzjonalità u sottofunzjonalità tal-ATM il-karatteristiċi li ġejjin:
il-bidliet operattivi essenzjali li jikkontribwixxu għalihom;
il-kamp ta’ applikazzjoni operattiv u tekniku;
l-ambitu ġeografiku;
il-partijiet interessati tal-operazzjoni li huma meħtieġa jimplimentawhom;
ir-rekwiżiti tas-sinkronizzazzjoni;
id-dati fil-mira għall-implimentazzjoni;
l-interdipendenzi ma’ funzjonalitajiet jew ma’ sottofunzjonalitajiet oħra.
Il-proġetti komuni għandhom ukoll:
ikunu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni Ewropea kollha u jikkontribwixxu għalihom;
juru l-interess ekonomiku pożittiv għall-EATMN, ibbażat fuq analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji, u jidentifika kwalunkwe impatt negattiv potenzjali lokali jew reġjonali għal kwalunkwe kategorija speċifika ta’ partijiet interessati operattivi;
iqisu l-elementi tal-mobilizzazzjoni rilevanti speċifikati fil-Pjan Strateġiku għan-Network u fil-Pjan Operattiv tan-Network tal-Maniġer tan-Network;
juru prestazzjoni ambjentali aħjar.
Artikolu 5
L-istabbiliment, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-proposti għal proġetti komuni jiġu approvati mill-utenti tal-ispazju tal-ajru u mill-partijiet interessati operattivi fuq l-art li huma meħtieġa jimplimentaw proġett komuni speċifiku.
▼M1 —————
Artikolu 6
Il-Monitoraġġ
KAPITOLU III
GOVERNANZA U INĊENTIVI TAL-MOBILIZZAZZJONI
TAQSIMA 1
Il-governanza tal-Mobilizzazzjoni
Artikolu 7
Il-prinċipji ġenerali
Artikolu 8
Livell ta’ Politika
Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għal-livell ta’ politika, b’mod partikolari:
għall-istabbiliment u l-adozzjoni ta’ proġetti komuni skont l-Artikolu 5;
għall-għażla tal-maniġment tal-mobilizzazzjoni, għall-approvazzjoni tal-programm tal-mobilizzazzjoni u l-għażla tal-proġetti ta’ implimentazzjoni;
għall-immaniġġjar tal-fondi tal-Unjoni li jappoġġjaw il-maniġment tal-mobilizzazzjoni u l-proġetti ta’ implimentazzjoni;
għall-identifikazzjoni ta’ inċentivi għall-mobilizzazzjoni tas-SESAR u l-infurzar tal-qafas tal-ftehim ta’ sħubija konkluż mal-maniġment tal-mobilizzazzjoni skont l-Artikolu 9(5) u kwalunkwe ftehim rilevanti għall-proġetti ta’ implimentazzjoni;
għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-persuni interessati fiċ-ċivili u fil-militar;
għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni ma’ pajjiżi terzi;
jistabbilixxi koordinazzjoni mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea u mal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-industrijalizzazzjoni u tiġi promossa l-interoperabbiltà tal-funzjonalitajiet u s-sottofunzjonalitajiet tal-ATM;
għall-monitoraġġ tal-mobilizzazzjoni ta’ proġetti komuni u tal-kontribut tagħhom għall-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea kollha.;
għall-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet lill-partijiet interessati operattivi u lill-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha tinvolvi wkoll, fir-rwoli u bil-kompetenzi rispettivi tagħhom:
lill-Eurocontrol, permezz ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn il-Eurocontrol u l-Unjoni, sabiex tieħu vantaġġ sħiħ tal-għarfien espert tagħha u l-kompetenzi ċivili-militari u pan-Ewropej tagħha;
lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, biex tiffaċilita l-kordinazzjoni ta’ fehmiet militari minn Stati Membri u b’appoġġ lejhom u l-organizzazzjonijiet militari internazzjonali rilevanti dwar il-mobilizzazzjonitas-SESAR u tinforma l-mekkaniżmi tal-ippjanar militari bir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-mobilizzazzjonitas-SESAR;
l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, biex tiżgura li r-rekwiżiti u l-istandards tas-sikurezza, tal-interoperabbiltà u dawk ambjentali tal-proġetti komuni jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, u mal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 6 tiegħu;
lill-Impriża Konġunta tas-SESAR, biex tiżgura li jkun hemm rabta kontinwa bejn l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp, innovazzjoni u validazzjoni tas-SESAR u l-mobilizzazzjoni tas-SESAR u biex tiżgura li l-proġetti komuni u l-programm ta’ mobilizzazzjon jkunu konformi mal-Pjan Regolatorju tal-ATM;
l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u l-Eurocae, biex jiffaċilitaw u jimmonitorjaw il-proċessi tal-istandardizzazzjoni industrijali u l-użu tal-istandards li jirriżultaw.
Artikolu 9
Livell ta’ ġestjoni
B’mod partikolari, ir-responsabbiltà tal-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandha tkun li:
jiżviluppa, jipproponi, iżomm u jimplimenta l-programm tal-mobilizzazzjoni, skont it-Taqsima 2;
jassoċja lill-partijiet interessati operattivi li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ proġetti komuni;
jistabbilixxi l-mekkaniżmi u l-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jiżguraw sinkronizzazzjoni effiċjenti u koordinazzjoni globali tal-proġetti ta’ implimentazzjoni u l-investiment relatat skont il-programm tal-mobilizzazzjoni;
jiżgura ġestjoni effettiva tar-riskji u l-kunflitt ta’ interess;
jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ proġetti komuni u mal-istabbiliment ta’ proġetti komuni ġodda;
jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u jiżgura u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom mil-livell ta’ implimentazzjoni;
jidentifika l-mekkaniżmi ta’ finanzjament l-aktar adegwati li jlaqqgħu flimkien finanzjament pubbliku u dak privat;
jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm tal-mobilizzazzjoni;
jirrapporta lill-Kummissjoni;
l-iżgurar ta’ koordinazzjoni xierqa mal-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali;
l-iżgurar ta’ koordinazzjoni xierqa mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
Il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu juri, fost l-oħrajn, il-kapaċità tiegħu li:
jirrappreżenta lill-partijiet interessati operattivi li huma meħtieġa li jimplimentaw proġetti komuni;
jimmaniġġja programmi ta’ implimentazzjoni multinazzjonali;
jifhem il-mekkaniżmi ta’ finanzjament u l-ġestjoni tal-programm finanzjarju; kif ukoll
juża strutturi eżistenti li jinvolvu l-partijiet interessati operattivi kollha.
Il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu jagħmer arranġamenti kooperattivi adegwati mal-Maniġer tan-Netwerk, l-Impriża Konġunta tas-SESAR u l-militar. L-arranġamenti kooperattivi adegwati għandhom jitressqu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Il-kooperazzjoni għandha tkun kif ġej:
il-maniġment tal-mobilizzazzjoni u l-Maniġer tan-Netwerk għandhom jikkooperaw flimkien biex jiżguraw li l-kompiti tagħhom isiri mingħajr ebda forma ta’ duplikazzjoni jew kompetizzjoni, b’mod partikolari għall-aspetti tal-mobilizzazzjoni li għandhom impatt fuq l-infrastruttura tan-netwerk, l-organizzazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-prestazzjoni tiegħu kif ukoll il-koerenza mal-Pjan Strateġiku tan-Netwerk u l-Pjan Operattiv tan-Netwerk; il-Maniġer tan-Netwerk għandu jappoġġa wkoll, fil-mandat tiegħu, lill-membri tal-maniġment tal-mobilizzazzjoni skont l-Artikoli 4(1)(i) u 4(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 677/2011;
il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu jikkoopera mal-Impriża Konġunta tas-SESAR biex jiżgura r-rabtiet meħtieġa bejn l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp, innovazzjoni u validazzjoni tas-SESAR u l-mobilizzazzjoni tas-SESAR u għandu jikkonsulta mal-Impriża Konġunta tas-SESAR dwar il-prijoritajiet u l-progress li jkun sar matul il-fażi tal-iżvilupp fuq kwistjonijiet relatati mal-industrijalizzazzjoni u biex jiżgura konsistenza mal-Pjan Regolatorju tal-ATM;
il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu jikkoordina mal-militar biex jevita kull impatt negattiv fuq il-kapaċitajiet tad-difiża kemm dawk nazzjonali kif ukoll dawk kollettivi.
Artikolu 10
Livell ta’ implimentazzjoni
TAQSIMA 2
Il-Programm tal-mobilizzazzjoni
Artikolu 11
Għan u kontenut
Artikolu 12
L-istabbiliment u l-implimentazzjoni
TAQSIMA 3
L-inċentivi
Artikolu 13
Il-Finanzjament mill-Unjoni
Artikolu 14
Inċentivi Oħrajn
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 15
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-implimentazzjoni tal-proġetti komuni sat-tmiem it-tieni perjodu ta’ referenza stabbilit mill-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 691/2010.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-ajru uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
( 4 ) ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.