This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02013R0401-20210322
Council Regulation (EU) No 401/2013 concerning restrictive measures in view of the situation in Myanmar/Burma and repealing Regulation (EC) No 194/2008
Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008
02013R0401 — MT — 22.03.2021 — 008.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 401/2013 (ĠU L 121 3.5.2013, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 108 |
1 |
27.4.2018 |
||
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/898 tal-25 ta' Ġunju 2018 |
L 160I |
1 |
25.6.2018 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1117 tal-10 ta' Awwissu 2018 |
L 204 |
9 |
13.8.2018 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/2053 tal-21 ta' Diċembru 2018 |
L 327I |
1 |
21.12.2018 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/672 tad-29 ta' April 2019 |
L 114 |
1 |
30.4.2019 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1163 tal-5 ta' Lulju 2019 |
L 182 |
33 |
8.7.2019 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/562 tat-23 ta’ April 2020 |
L 130 |
23 |
24.4.2020 |
|
L 99I |
13 |
22.3.2021 |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/480 tat-22 ta’ Marzu 2021 |
L 99I |
15 |
22.3.2021 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 401/2013
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizjonijiet li ġejjin japplikaw:
“pretensjoni” tfisser kwalunkwe pretensjoni, kemm jekk iddikjarata bi proċedimenti legali kif ukoll jekk le, li ssir qabel jew wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta magħhom, u tinkludi b'mod partikolari:
pretensjoni għall-prestazzjoni ta' kwalunkwe obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta magħhom;
pretensjoni għall-estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta' kwalunkwe forma;
pretensjoni għal kumpens fir-rigward ta' kuntratt jew tranżazzjoni;
kontropretensjoni;
pretensjoni għar-rikonoxximent jew l-infurzar, inkluż permezz tal-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, deċiżjoni arbitrali jew deċiżjoni ekwivalenti, kull fejn issir jew tingħata;
“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni ta' kwalunkwe forma u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, kemm jekk tinkludi kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili li jkunu saru bejn l-istess partijiet jew partijiet differenti; għal dan il-għan, “kuntratt” tinkludi bond, garanzija jew indennizz, partikolarment garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, kemm jekk legalment indipendenti u kemm jekk le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li tirriżulta mit-tranżazzjoni, jew b'rabta magħha;
“awtoritajiet kompetenti” tirreferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikat fis-siti web elenkati fl-Anness II;
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kwalunkwe tip, kemm jekk tanġibbli kif ukoll jekk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi, iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;
“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi biex jinġabru fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inkluż b'bejgħ, kera jew ipotekar tagħhom, iżda mhux limitat għal dawn biss;
“iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kwalunkwe ċaqliq, trasferiment, tibdil, użu, jew trattar ta' fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, ammont, post, sjieda, pussess, karattru, destinazzjoni tagħhom jew bdil ieħor li jippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż ġestjoni ta' portafolli;
“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull tip, inkluż, iżda mhux limitat għal:
flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta' pagament;
depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;
titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti derivati;
mgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew il-valur provenjenti jew iġġenerat minnhom;
kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, bonds ta' eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;
ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, poloz ta' bejgħ; u
dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji;
“assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat mat-tiswija, l-iżvilupp, il-manifattura, l-assemblaġġ, l-ittestjar, il-manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal struzzjoni, parir, trażmissjoni ta' tagħrif jew ħiliet prattiċi jew servizzi ta' konsulenza, inklużi forom verbali ta' assistenza;
“servizzi ta' senserija” tfisser:
in-negozjar jew l-arranġament ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, bejgħ jew forniment ta' oġġetti u teknoloġija minn pajjiż terz għal kwalunkwe pajjiż terz ieħor, jew
il-bejgħ jew ix-xiri ta' oġġetti u teknoloġija li jkunu jinsabu f'pajjiżi terzi għat-trasferiment lejn pajjiż terz ieħor;
“importazzjoni” tfisser kwalunkwe dħul ta' oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni jew territorji oħrajn li għalihom japplika t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 349 u 355 tiegħu. Dan jinkludi, fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, it-tqegħid f'żona ħielsa, it-tqegħid fi proċedura speċjali u r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, iżda jeskludi t-tranżitu u l-ħażna temporanja;
“esportazzjoni” tfisser kwalunkwe tluq ta' oġġetti mit-territorju doganali tal-Unjoni jew territorji oħra li għalihom japplika t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 349 u 355 tiegħu. Dan jinkludi, fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, it-tluq ta' oġġetti li jeħtieġu dikjarazzjoni doganali u t-tluq ta' oġġetti wara l-ħażna tagħhom f'żona ħielsa jew wara t-tqegħid tagħhom fi proċedura speċjali, iżda jeskludi t-tranżitu jew il-ħażna temporanja;
“esportatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li f'isimha ssir dikjarazzjoni ta' esportazzjoni, li tkun il-persuna li, fil-ħin meta d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata, ikollha kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz u jkollha s-setgħa li tiddetermina l-esportazzjoni tal-oġġett 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew territorji oħra li għalihom japplika t-Trattat;
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stipulati fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.
KAPITOLU 1
Artikolu 2
Artikolu 3
Għandu jkun projbit:
li tkun ipprovduta jew ittrasferita assistenza teknika relatata ma’ attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet tal-bdil għal dawn imsemmija, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma;
li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esprtazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma;
Għandu jkun projbit:
l-għoti ta’ assistenza teknika relatata mat-tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, direttament jew indirettament lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma;
l-għoti ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mat-tagħmir elenkat fl-Anness I, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esprtazzjoni, direttament jew indirettament lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma.
▼M1 —————
Artikolu 3a
Meta l-utent finali jkun il-militar tal-Myanmar/Burma, kwalunkwe oġġett u teknoloġija b'użu doppju akkwistat minnu għandu jitqies li jkun għall-użu militari.
Għandu jiġi pprojbit:
li tingħata assistenza teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħrajn relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawn l-oġġetti u t-teknoloġija, direttament jew indirettament lil kwalunkwe utent finali tal-militar, lill-Pulizija tal-Fruntiera jew għall-użu militari fil-Myanmar/Burma;
li jingħata finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma' oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, inkluż b'mod partikolari l-għotjiet, is-self u l-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti u teknoloġija, jew għall-għoti ta' assistenza teknika relatata, servizi ta' senserija jew servizzi oħrajn, direttament jew indirettament lil kwalunkwe utent finali tal-militar, lill-Pulizija tal-Fruntiera jew għall-użu militari fil-Myanmar/Burma.
Artikolu 3b
Artikolu 3c
Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, kif identifikata fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 3b, għandu jiġi pprojbit:
il-forniment, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati mat-tagħmir, it-teknoloġija u s-software identifikati fl-Anness III, jew relatati mal-installazzjoni, il-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu tat-tagħmir u t-teknoloġija identifikati fl-Anness III jew mal-provvista, l-installazzjoni, l-operat jew l-aġġornar ta' kwalunkwe software identifikati fl-Anness III, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Myanmar/Burma jew għall-użu fil-Myanmar/Burma;
il-forniment, direttament jew indirettament, ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mat-tagħmir, it-teknoloġija u s-software identifikati fl-Anness III lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Myanmar/Burma jew għall-użu fil-Myanmar/Burma;
il-forniment ta' kwalunkwe servizz ta' monitoraġġ jew ta' intereċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-Internet ta' kwalunkwe tip lil, jew għall-benefiċċju dirett jew indirett ta', il-Gvern tal-Myanmar/Burma, il-korpi pubbliċi, il-koporazzjonijiet u l-aġenziji jew kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzzjoni tagħhom.
Artikolu 4
B'deroga mill-Artikoli 2(1), 3(2) u 3 a(1), u soġġetti għall-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, skont il-kondizzjonijiet li jqisu xierqa:
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I jew oġġetti u teknoloġija b'użu doppju elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009, maħsuba biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta' bini ta' istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Ewropea, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti ta' maniġġar ta' kriżijiet;
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir għat-tneħħija ta' mini u materjal għall-użu f'operazzjonijiet tat-tneħħija ta' mini; u
l-għoti ta' finanzjamenti jew ta' assistenza finanzjarja u assistenza teknika relatata ma' tagħmir, materjal, programmi u operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).
B'deroga mill-Artikolu 3(1), u soġġett għall-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif imniżżel fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, skond il-kondizzjonijiet li huma jikkunsidraw xierqa, l-għoti ta’ finanzjament u assistenza finanzjarja u assistenza teknika fir-rigward ta’:
tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta’ bini ta’ istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Ewropea;
materjal maħsub għall-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ maniġġar ta’ kriżijiet.
Artikolu 4a
L-Anness IV għandu jinkludi:
persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għall-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma;
persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħhom jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li jinvolvu ruħhom fi, jew jipprovdu appoġġ għal, azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma;
persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tal-għoti ta’ assistenza umanitarja għall-popolazzjoni ċivili fil-bżonn;
persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), mill-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tal-kondotta ta’ investigazzjonijiet indipendenti dwar allegazzjonijiet ta’ ksur jew abbużi seri tad-drittijiet tal-bniedem;
persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma proprjetà ta’ jew ikkontrollati mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), jew li jiġġeneraw dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), jipprovdulhom appoġġ jew jibbenefikaw minnhom;
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati ma‘ dawk imsemmija fil-punti (a) sa (e).
Artikolu 4b
B'deroga mill-Artikolu 4a, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skont il-kondizzjonijiet li jqisu li jkunu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu:
meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi elenkati fl-Anness IV, u tal-membri tal-familja dipendenti ta' dawn il-persuni fiżiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż marbutin mal-għoti ta' servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti relevanti tkun innotifikat ir-raġunijiet għaliex hi kkunsidrat li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew
ser jitħallsu f'kont jew minn kont ta' missjoni diplomatika jew konsulari jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet f'konformità mad-dritt internazzjonali, sakemm tali pagamenti jkunu maħsuba għall-iskopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.
Artikolu 4c
B'deroga mill-Artikolu 4a, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu soġġetti għal deċiżjoni arbitrarja li tkun ittieħdet qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 4a ġew inklużi fl-Anness IV, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Unjoni, jew għal deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel din id-data, fiha jew warajha;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament sabiex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 4d
B'deroga mill-Artikolu 4a u bil-kondizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat, sa minn qabel id-data ta' meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness IV, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV;
il-pagament ma jiksirx l-Artikolu 4a(2).
Sakemm kwalunkwe imgħax, qligħ u pagamenti oħra jiġu ffriżati skont l-Artikolu 4a, l-Artikolu 4a(2) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 4a jkunu ġew inklużi fl-Anness IV; jew
pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali meħuda fi Stat Membru jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 4da
Artikolu 4e
Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:
jipprovdu minnufih kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati f'konformità mal-Artikolu 4a, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru, lill-Kummissjoni; u
jikkooperaw mal-awtorità kompetenti f'kwalunkwe verifika tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a).
Artikolu 4f
Artikolu 4g
Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament.
Artikolu 4h
Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati, elenkati fl-Anness IV;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta' waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi imsemmija fil-punt (a) jew f'isimhom.
Artikolu 4i
KAPITOLU 2
Artikolu 5
L-awtorizzazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4 m’għandhomx jingħataw għal attivitajiet li diġà twettqu.
Artikolu 6
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni tagħhom konnessa ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar:
fondi ffriżati skont l-Artikolu 4a u awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 3a, 3b, 3c, 4b, 4c u 4d;
problemi ta' ksur u eżekuzzjoni u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.
Artikolu 7
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi ta’ informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.
Artikolu 8
Artikolu 9
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu japplika:
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;
abbord inġenji tal-ajru jew bastimenti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadin ta' Stat Membru;
għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ imwettaq, kollu kemm hu jew parti minnu, ġewwa l-Unjoni.
Artikolu 11
Ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal ripressjoni interna kif imsemmi fl-Artikoli 2, 3 u 4
Armi tan-nar, ammunizzjon u aċċessorji relatati għalhekk, kif ġej:
Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-UE ( 3 );
Munizzjon iddiżinjat speċjalment għall-armi tan-nar elenkati f’1.1 u komponenti ddiżinjati speċjalment għalhekk;
Siti tal-armamenti (weapon-sights) mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE
Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE
Vetturi kif ġej:
Vetturi mgħammra b’kanun tal-ilma, diżinjat jew modifikat speċjalment bl-iskop tal-kontroll ta’ rewwixta;
Vetturi ddiżinjati jew modifikati speċjalment biex ikunu elettrifikati biex jirripellaw barrieri;
Vetturi ddiżinjati jew modifikati speċjalment biex ineħħu barrikadi, inkluż tagħmir ta’ bini bi protezzjoni ballistika;
Vetturi ddiżinjati speċjalment għat-trasport u t-trasferiment ta’ priġunieri u/jew persuni arrestati;
Vetturi ddiżinjati speċjalment biex jiskjeraw barrieri mobbli;
Komponenti għall-vetturi speċifikati fi 3.1 sa 3.5 diżinjati speċjalment bl-iskop ta’ kontroll ta’ rewwixta.
Nota 1: Dan il-punt ma jikkontrollax vetturi mfassla apposta għall-finijiet ta’ tifi tan-nar.
Nota 2: Għall-finijiet tal-punt 3.5 it-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.
Sustanzi esplussivi u tagħmir relatat kif ġej:
Tagħmir u apparat mfassal apposta biex jagħti bidu lil splużjonijiet b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi inklużi settijiet tal-isparar, detonaturi, igniters, boosters u fil detonatur u komponenti mfasslin apposta għalihom; dawk mfasslin apposta għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b’mezzi esplussivi ta’ tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom m’hijiex il-ħolqien ta’ splużjonijiet (per eżempju, neffieħa tal-air-bags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f’daqqa tal-elettriku ta’ attivaturi ta’ bexxiexa għat-tifi tan-nar);
Kargi splussivi tat-tip linear cutting mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE
Splussivi oħrajn mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE u sostanzi relatati kif ġej:
amatol;
nitrocellulose (li fih aktar minn 12,5 % nitroġenu);
nitroglycol;
pentaerythritol tetranitrate (PETN);
picryl chloride;
2,4,6-trinitrotoluene (TNT).
Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat minn ML 13 tal-Lista Militari Komuni tal-UE kif ġej:
Korazzi tal-persuna li jipprovdi protezzjoni ballistika u/jew ta’ feriment;
Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew frammentarja, elmi għal kontra l-irvell, tarki għal kontra l-irvell u tarki ballistiċi.
Nota: Dan l-artiklu ma jikkontrollax:
Simulaturi, għajr dawk ikkontrollati minn ML 14 tal-Lista Militari Komuni tal-UE, għat-taħriġ tal-użu ta’ armi tan-nar, u software diżinjat speċjalment għalhekk.
Tagħmir ta’ viżjoni ta’ bil-lejl u tal-ħolqien ta’ immaġni termali u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.
Fildiferru tal-ingiegeż li jaqta'.
Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b’xafra itwal minn 10 cm.
Tagħmir ta’ produzzjoni diżinjat speċjalment għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista.
Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu tal-oġġetti speċifikati f’din il-lista.
ANNESS II
Siti elettroniċi li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4, 7 u 9 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/nl/Beleid/beleidsthemas/vrede_en_veiligheid/sancties
https://diplomatie.belgium.be/fr/politique/themes_politiques/paix_et_securite/sanctions
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
Il-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/101
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.exteriores.gob.es/Portal/en/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
http://www.mvep.hr/sankcije
L-ITALJA
https://www.esteri.it/mae/it/politica_estera/politica_europea/misure_deroghe
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/mfa/mfa2016.nsf/mfa35_en/mfa35_en?OpenDocument
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
http://www.kormany.hu/download/9/2a/f0000/EU%20szankci%C3%B3s%20t%C3%A1j%C3%A9koztat%C3%B3_20170214_final.pdf
MALTA
https://foreignaffairs.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/Sanctions-Monitoring-Board.aspx
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja
IL-PORTUGALL
http://www.portugal.gov.pt/pt/ministerios/mne/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548IS
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-IŻVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea
Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)
EEAS 07/99
B-1049 Brussels, Belgium
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu
ANNESS III
Tagħmir, teknoloġija u software imsemmija fl-Artikoli 3b u 3c
Nota Ġenerali
Minkejja l-kontenut ta' dan l-Anness, huwa ma għandux japplika għal:
tagħmir, teknoloġija jew software li huma speċifikati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jew il-Lista Militari Komuni; jew
software maħsub għall-installazzjoni mill-utent mingħajr appoġġ sostanzjali ulterjuri mill-fornitur u li huwa ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jinbiegħ mill-ħwienet, mingħajr restrizzjoni, permezz ta':
tranżazzjonijiet fil-ħwienet;
tranżazzjonijiet ta' bejgħ bil-korrispondenza;
tranżazzjonijiet elettroniċi; jew
tranżazzjonijiet permezz ta' ordnijiet bit-telefown; jew
software li huwa fid-dominju pubbliku.
It-taqsimiet A, B, C, D u E jirreferu għat-taqsimiet imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 428/2009.
It-“tagħmir, teknoloġija u software” imsemmija fl-Artikoli 3b u 3c huwa:
Lista ta' tagħmir
Mhux użati
Mhux użati
“Software” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq.
“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, “il-produzzjoni” jew l-“użu” tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq.
Tagħmir, teknoloġija u software li jaqgħu f'dawn it-taqsimiet huma fl-ambitu ta' dan l-Anness biss sal-punt li jaqgħu fid-deskrizzjoni ġenerali “sistemi ta' interċettar u monitoraġġ tal-komunikazzjonijiet bl-Internet, bit-telefown u bis-satellita”.
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, il-“monitoraġġ” tfisser l-akkwist, l-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-arkivjar tal-kontenut tat-telefonati jew id-data tan-netwerk.
ANNESS IV
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 4a.
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni fil-lista |
1. |
Aung Kyaw Zaw |
Data tat-twelid: 20 ta' Awwissu 1961 Sess: raġel Numru tal-passaport: DM000826 Data tal-ħruġ: 22 ta' Novembru 2011 Data tal-iskadenza: 21 ta' Novembru 2021 Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 17444 |
Il-Logutenent Ġeneral Aung Kyaw Zaw kien il-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 3 tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Awwissu 2015 sa tmiem l-2017. L-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 3 kellu f'idejh il-Kmand tal-Punent u, f'dak il-kuntest, il-Logutenent Ġeneral Aung Kyaw Zaw hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Kmand tal-Punent matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
2. |
Maung Maung Soe |
Data tat-twelid: Marzu 1964 Sess: raġel Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: Tatmadaw Kyee 19571 |
Il-Maġġur Ġeneral Maung Maung Soe kien il-Kmandant tal-Kmand tal-Punent tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Ottubru 2016 sal-10 ta' Novembru 2017 u kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari fl-Istat ta' Rakhine. F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Kmand tal-Punent matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
3. |
Than Oo |
Data tat-twelid: 12 ta’ Ottubru 1973 Sess: raġel Numru ta’ identifikazzjoni militari: BC 25723 |
Il-Brigadier Ġeneral Than Oo kien il-Kmandant tad-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) sa Mejju 2018. F’dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta’ Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta’ djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
4. |
Aung Aung |
Sess: raġel Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 23750 |
Il-Brigadier Ġeneral Aung Aung hu l-Kmandant tad-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
5. |
Khin Maung Soe |
Data tat-twelid: 1972 Sess: raġel |
Il-Brigadier Ġenerali Khin Maung Soe hu l-Kmandant tal-Kmand Operattiv Militari 15, kultant magħruf ukoll bħala l-15-il Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa, tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), li taħtha hemm il-Battaljun Nru 564 tal-Infanterija. F'dak il-kuntest, huwa responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mill-Kmand Operattiv Militari 15, b'mod partikolari l-Battaljun tal-Infanterija Nru 564. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
6. |
Thura San Lwin |
Data tat-twelid: 17 ta' Marzu 1959 Sess: raġel |
Il-Brigadier Ġenerali Thura San Lwin kien il-Kmandant tal-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera minn Ottubru 2016 sa' kmieni f'Ottubru 2017. F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
7. |
Thant Zin Oo |
Sess: raġel |
Thant Zin Oo hu l-Kmandant tat-Tmien Battaljun tal-Pulizija tas-Sigurtà. F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mit-Tmien Battaljun tal-Pulizija tas-Sigurtà. Il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jinkludi qtil illegali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. Dak il-ksur twettaq flimkien ma', u bħala appoġġ dirett għal, id-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) immexxija mill-Brigadier Ġeneral Aung Aung. Thant Zin Oo hu għaldaqstant assoċjat mal-persuna elenkata, il-Brigadier Ġeneral Aung Aung. |
25.6.2018 |
8. |
Ba Kyaw |
Sess: raġel |
Ba Kyaw huwa Surġent tal-Persunal fil-564 Battaljun tal-Infanterija Ħafifa (BIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa wettaq atroċitajiet u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom qtil, deportazzjoni u tortura, fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017. B'mod partikolari, ġie identifikat bħala wieħed mill-awturi ewlenin tal-massakru ta' Maung Nu tas-27 ta' Awwissu 2017. |
21.12.2018 |
9. |
Tun Naing |
Sess: raġel |
Tun Naing huwa l-Uffiċjal Kmandant tal-bażi tal-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera (PGF) f'Taung Bazar. F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine li twettqu mill-PGF F'Taung Bazar qabel, għall-ħabta ta' jew wara l-25 ta' Awwissu 2017, fosthom detenzjoni furzata, trattament ħażin u tortura. |
21.12.2018 |
10. |
Khin Hlaing |
Data tat-twelid: 2 ta' Mejju 1968 Sess: raġel |
Il-Brigadier Ġeneral Khin Hlaing huwa l-eks-Kmandant tad-99 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa (DIĦ) u l-Kmandant attwali tal-Kmand tal-Grigal tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Bħala l-Kmandant tad-99 DIĦ huwa ssorvelja l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Shan fl-2016 u l-bidu tal-2017. F'dak il-kuntest, huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fuq minoranza etnika ta' raħħala fl-Istat ta' Shan fit-tieni nofs tal-2016 mid-99 DIĦ. Dawn jinkludu l-qtil illegali, id-detenzjoni furzata u l-qerda tal-villaġġi. |
21.12.2018 |
11. |
Aung Myo Thu |
Sess: raġel |
Il-Maġġur Aung Myo Thu huwa l-Kmandant tal-Unità Operazzjonali tat-33 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa (DIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Bħala l-Kmandant tal-Unità Operazzjonali tat-33 DIĦ huwa kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Rakhine fl-2017. F'dak il-kuntest, hu responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mit-33 DIĦ. Dawn jinkludu l-qtil illegali, il-vjolenza sesswali u d-detenzjoni furzata. |
21.12.2018 |
12. |
Thant Zaw Win |
Sess: raġel |
Thant Zaw Win huwa Maġġur fil-564 Battaljun tal-Infanterija Ħafifa (BIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dik il-kapaċità, huwa kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Rakhine u huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-564 BIĦ, b'mod partikolari fil-villaġġ ta' Maung Nu u madwaru fis-27 ta' Awwissu 2017. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
21.12.2018 |
13. |
Kyaw Chay |
Sess: raġel |
Kyaw Chay huwa Kapural fil-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera (PGF). Qabel kien ibbażat f'Zay Di Pyin u kien l-Uffiċjal Kmandant tal-bażi tal-PGF f'Zay Di Pyin fil-perijodu għall-ħabta tal-25 ta' Awwissu 2017 meta twettqet sensiela ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-PGF taħt il-kmand tiegħu. F'dak il-kuntest, hu responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-PGF fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine f'dak il-perijodu. Huwa ħa sehem ukoll fil-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Dan il-ksur jinkludi t-trattament ħażin tad-detenuti u t-tortura. |
21.12.2018 |
14. |
Nyi Nyi Swe |
Sess: raġel |
Il-Ġeneral Maġġur Nyi Nyi Swe huwa l-eks-Kmandant tal-Kmand tat-Tramuntana tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fl-Istat ta' Kachin minn Mejju 2016 sa April 2018 (sal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tal-Lbiċ) mill-Kmand tat-Tramuntana, fosthom it-trattament ħażin tal-persuni ċivili. Huwa responsabbli wkoll mit-tfixkil tal-għoti ta' assistenza umanitarja lill-persuni ċivili fil-bżonn fl-Istat ta' Kachin f'dak il-perijodu, b'mod partikolari l-imblokkar tat-trasporti tal-ikel. |
21.12.2018 |
15. |
Min Aung Hlaing |
Data tat-twelid: 3 ta’ Lulju 1956 Post tat-twelid: Tavoy, il-Myanmar/Burma Nazzjonalità: Myanmar Numru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali: 12/SAKHANA(N)020199 Sess: raġel |
Min Aung Hlaing ilu Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) mill-2011. Huwa l-President tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC) u membru tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà (NDSC). Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar/Burma billi annullaw ir-riżultat tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. |
22.3.2021 |
Permezz tal-konċentrazzjoni tas-setgħat kollha bħala President tal-SAC, il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Bħala President tal-SAC, il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. |
||||
Fl-2018, in-NU kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrappurtaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dan il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Bħala Kap Kmandant tat-Tatmadaw sa mill-2011, Min Aung Hlaing huwa direttament responsabbli għal dak il-ksur u l-abbużi serji kontra l-popolazzjoni Rohingya. |
||||
16. |
Myint Swe |
Data tat-twelid: 24 ta’ Mejju 1951 Sess: raġel Nazzjonalità: Myanmar |
Il-Logutenent Ġeneral Myint Swe hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u kien il-Viċi President maħtur mit-Tatmadaw sal-1 ta’ Frar 2021. F’dik id-data, Myint Swe pparteċipa f’laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà (NDSC), ma’ membri oħra tat-Tatmadaw. Il-laqgħa tal-NDSC kienet anti-kostituzzjonali peress li ma inkludietx il-membri ċivili tiegħu. Matul dik il-laqgħa, Myint Swe ġie ddikjarat Aġent President. Myint Swe mbagħad iddikjara l-istat ta’ emerġenza u għadda s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża Min Aung Hlaing. Il-proċedura għad-dikjarazzjoni tal-istat ta’ emerġenza nkisret peress li, skont il-Kostituzzjoni, il-President biss għandu l-awtorità li jiddikjara stat ta’ emerġenza. Peress li aċċetta n-nomina tiegħu bħala Aġent President u billi ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, ġudizzjarji u eżekuttivi lill-Kap Kmandant, Myint Swe kkontribwixxa għat-twaqqiegħ tal-gvern elett demokratikament u għaldaqstant huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. |
22.3.2021 |
17. |
Soe Win |
Data tat-twelid: 1 ta’ Marzu 1960 Sess: raġel Nazzjonlità: Myanmar |
Soe Win ilu Viċi Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) mill-2011. Huwa l-Viċi President tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC) u membru tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà (NDSC). Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi annullaw ir-riżultat tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. |
22.3.2021 |
Bħala Viċi President tal-SAC, il-Viċi Kap Kmandant Soe Win kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Bħala President tal-SAC, il-Viċi Kap Kmandant Soe Win hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. |
||||
Fl-2018, in-NU kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrapportaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Bħala Viċi Kap Kmandant tat-Tatmadaw sa mill-2011, Soe Win huwa direttament responsabbli għal dak il-ksur u l-abbużi serji kontra l-popolazzjoni Rohingya. |
||||
18. |
Sein Win |
Data tat-twelid: fl-24 ta’ Lulju 1956. Post tat-twelid: Pyin Oo Lwin, il-Myanmar/Burma Nazzjonalità: Myanmar Sess: raġel |
Il-Logutenent Ġeneral Sein Win huwa membru tat-Tatmadaw u eks Ministru għad-Difiża (bejn l-24 ta’ Awwissu 2015 u l-1 ta’ Frar 2021). Fl-1 ta’ Frar, huwa pparteċipa f’laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà (NDSC), ma’ membri oħra tat-Tatmadaw. Il-laqgħa tal-NDSC kienet anti-kostituzzjonali peress li ma inkludiex il-membri ċivili tiegħi. Matul dik il-laqgħa, Myint Swe ġie ddikjarat Aġent President. Myint Swe mbagħad iddikjara Stat ta’ Emerġenza u għadda s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża Min Aung Hlaing. Il-proċedura għad-dikjarazzjoni tal-istat ta’ emerġenza nkisret peress li, skont il-Kostituzzjoni, il-President biss għandu l-awtorità li jiddikjara stat ta’ emerġenza. Bil-parteċipazzjoni tiegħu fil-laqgħa tal-NDSC li matulha ġie deċiż li jiġi ddikjarat l-istat ta’ emerġenza u li s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat jgħaddu lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, Sein Win ikkontribwixxa għall-iskartar tar-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u għat-twaqqiegħ tal-gvern demokratikament elett. Għaldaqstant huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. |
22.3.2021 |
Fl-2018, in-NU kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrappurtaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Bħala Ministru għad-Difiża mill-24 ta’ Awwissu 2015 sal-1 ta’ Frar 2021, Sein Win hu responsabbli għal dak il-ksur u abbużi serji kontra l-popolazzjoni Rohingya. |
||||
19. |
Thein Soe (magħruf ukoll bħala U Thein Soe) |
Data tat-twelid: 23 ta’ Jannar 1952 Post tat-twelid: Kani, il-Myanmar/Burma Nazzjonalità: Myanmar Sess: raġel |
Thein Soe ġie nnominat president tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fit-2 ta’ Frar 2021. Peress li aċċetta din in-nomina wara l-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021, u permezz tal-azzjonijiet tiegħu bħala president tal-UEC, b’mod partikolari l-kanċellazzjoni tar-riżultati mingħajr ebda evidenza ppruvata ta’ frodi, Thein Soe kien involut direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar. |
22.3.2021 |
20. |
Mya Tun Oo |
Data tat-twelid: 4 jew 5 ta’ Mejju 1961 Nazzjonalità: Myanmar Sess: raġel |
Il-Ġeneral Mya Tun Oo hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Hu nħatar bħala Ministru għad-Difiża fl-1 ta’ Frar 2021 u hu membru tal-Kunsill Amministrattiv Statali (SAC). Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. Bħala membru tal-SAC, il-Ġeneral Mya Tun Oo kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. |
22.3.2021 |
Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn; il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Bħala membru tal-SAC, il-Ġeneral Mya Tun Oo hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Fl-2018, in-NU kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrapportaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Mya Tun Oo kien il-Kap Kmandant Konġunt tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), it-tielet l-ogħla pożizzjoni fit-Tatmadaw, minn Awwissu 2016 sal-ħatra tiegħu bħala l-Ministru għad-Difiża. F’dik il-kapaċità, hu ssorvelja l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta’ Rakhine u kkoordina d-diversi forzi armati, li jinkludu l-Armata, il-Flotta Navali u l-Forza tal-Ajru, kif ukoll l-użu tal-artillerija. Għalhekk, hu reponsabbli għal dawk il-ksur u l-abbużi serji kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya. |
||||
21. |
Dwe Aung Lin |
Data tat-twelid: fil-31 ta’ Mejju 1962. Nazzjonalità: Myanmar Sess: raġel |
Il-Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u hu s-Segretarju tal-Kunsill Amministrattiv Statali (SAC). Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. Il-Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin nħatar Segretarju tal-SAC fit-2 ta’ Frar 2021 u ppubblika l-ordnijiet tal-SAC. Fost oħrajn, hu ordna t-tneħħija ta’ individwi mill-kariga li kienu nħatru għaliha mill-gvern elett legalment kif ukoll il-bdil tal-persunal tal-kummissjoni elettorali tal-Myanmar. Bħala membru u Segretarju tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. |
22.3.2021 |
Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, l-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Bħala membru u Segretarju tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Dwe Aung Lin hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. |
||||
22. |
Ye Win Oo |
Data tat-twelid: 21 ta’ Frar 1966 Nazzjonalità: Myanmar Sess: raġel |
Il-Logutenent Ġeneral Ye Win Oo hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u hu s-Segretarju Konġunt tal-Kunsill Amministrattiv Statali (SAC). Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. |
22.3.2021 |
Il-Logutenent Ġenerali Ye Win Oo nħatar Segretarju Konġunt tal-SAC fit-2 ta’ Frar 2021. Bħala membru u Segretarju Konġunt tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Ye Win Oo kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi tas-sigurtà u l-awtoritajiet tal-Myanmar li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn; il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Bħala membru u Segretarju Konġunt tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Ye Win Oo hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. |
||||
23. |
Maung Maung Kyaw |
Data tat-twelid: 23 ta’ Lulju 1964 Nazzjonalità: Myanmar Sess: raġel |
Il-Ġeneral Maung Maung Kyaw hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u membru tal-Kunsill Amministrattiv Statali (SAC). Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. Bħala membru tal-SAC, il-Ġeneral Maung Maung Kyaw kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. |
22.3.2021 |
Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Bħala membru tal-SAC, il-Ġeneral Maung Maung Kyaw hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. |
||||
24. |
Moe Myint Tun |
Data tat-twelid: 24 ta’ Mejju 1968 Nazzjonalità: Myanmar Sess: raġel |
Il-Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u membru tal-Kunsill Amministrattiv Statali (SAC). Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. Bħala membru tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. |
22.3.2021 |
Barra minn hekk, l-SAC adotta deċiżjonijiet li rrestrinġew id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Bħala membru tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Fl-2018, in-NU kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrapportaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont id-dritt internazzjonali. Il-Logutenent Ġeneral Moe Myint Tun serva bħala Kmandant tal-Bureau tal-Operazzjonijiet Speċjali (BSO)-6 u kien il-Kap Kmandant (Armata) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) sal-2019. F’dik il-kapaċità, hu ssorvelja l-operazzjonijiet fl-Istat ta’ Rakhine. Għalhekk, hu responsabbli għal dawk il-ksur u l-abbużi serji kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya. |
||||
25. |
Than Hlaing |
Data tat-twelid: Nazzjonalità: Myanmar Sess: raġel |
Il-Logutenent Ġeneral Than Hlaing hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa nħatar Viċi Prim Ministru għall-Affarijiet Interni u Kap tal-Pulizija fit-2 ta’ Frar 2021. Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. Il-Logutenent Ġeneral Than Hlaing, li nħatar mill-SAC, huwa impenjat f’azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. |
22.3.2021 |
Barra minn hekk, il-forzi tal-pulizija li aġixxew taħt l-awtorità tal-Logutenent Ġeneral Than Hlaing wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn; il-qtil ta’ persuni ċivili u dimostranti mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, l-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Bħala Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u Kap tal-Pulizija, il-Logutenent Ġenerali Than Hlaing hu direttament responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw politiki repressivi u azzjonijiet vjolenti li twettqu mill-pulizija kontra dimostranti paċifiċi, u għalhekk hu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma. |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).
( 3 ) Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (adottata mill-Kunsill fil-11 ta' Mazu 2013) (ĠU C 30,27.3.2013, p.1).
( 4 ) IMSI tfisser International Mobile Subscriber Identity (identità internazzjonali tal-abbonati tal-mowbajl). Dan huwa kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għal kull biċċa apparat ta' telefonija mobbli, integrata fil-karta SIM u li tippermetti l-identifikazzjoni ta' tali SIM permezz tan-netwerks GSM u UMTS.
( 5 ) MSISDN tfisser Mobile Subscriber Integrated Services Digital Network Number (numru tas-servizzi integrati tan-netwerk diġitali għall-abbonat ta' telefonija mobbli). Dan huwa numru uniku li jidentifika s-sottoskrizzjoni f'netwerk tal-mowbajls GSM jew UMTS. Fi kliem sempliċi, huwa n-numru tat-telefown għall-karta SIM f'mowbajl, u għaldaqstant jidentifika abbonat tal-mowbajl kif ukoll IMSI, iżda biex jittrażmetti t-telefonati permezz tiegħu.
( 6 ) IMEI tfisser International Mobile Equipment Identity (identità internazzjonali tal-apparat tal-mowbajl). Dan huwa numru, normalment uniku, biex jidentifika l-mowbajls GSM, WCDMA u IDEN kif ukoll xi telefowns satellitari. Normalment issibu stampat fil-kompartiment tal-batterija tal-mowbajl. L-interċettazzjoni telefonika tista' tiġi speċifikata permezz tan-numru IMEI kif ukoll l-IMSI u l-MSISDN tiegħu.
( 7 ) TMSI tfisser Temporary Mobile Subscriber Identity (identità temporanja tal-abbonat tal-mowbajl). Din hia l-identità li tintbagħat l-aktar komunement bejn il-mowbajl u n-netwerk.
( 8 ) SMS tfisser Short Message System (sistema ta' messaġġi qosra).
( 9 ) GSM tfisser Global System for Mobile Communications (sistema globali għall-komunikazzjoni mobbli).
( 10 ) GPS tfisser Global Positioning System (sistema ta' pożizzjonament globali).
( 11 ) GPRS tfisser General Package Radio Service (servizz ġenerali tar-radju f'pakketti).
( 12 ) UMTS tfisser Universal Mobile Telecommunication System (sistema universali ta' komunikazzjoni mobbli).
( 13 ) CDMA tfisser Code Division Multiple Access (aċċess multiplu b'diviżjoni tal-kodiċi).
( 14 ) PSTN tfisser Public Switch Telephone Network (netwerk telefoniku pubbliku bl-iswiċċ).
( 15 ) DHCP tfisser Dynamic Host Configuration Protocol (protokoll ta' konfigurazzjoni dinamika tal-host).
( 16 ) SMTP tfisser Simple Mail Transfer Protocol (protokoll ta' trasferiment sempliċi tal-posta).
( 17 ) GTP tfisser GPRS Tunneling Protocol.