EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013D0657-20171221

Consolidated text: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Novembru 2013 rigward ċerti miżuri ta’ salvagwardja b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa ta’ din il-marda fl-Isvizzera u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2009/494/KE (notifikata bid-dokument C(2013) 7505) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2013/657/UE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/657/2017-12-21

02013D0657 — MT — 21.12.2017 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Novembru 2013

rigward ċerti miżuri ta’ salvagwardja b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa ta’ din il-marda fl-Isvizzera u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2009/494/KE

(notifikata bid-dokument C(2013) 7505)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/657/UE)

(ĠU L 305 15.11.2013, p. 19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2225 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-30 ta' Novembru 2015

  L 316

14

2.12.2015

►M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2410 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-20 ta' Diċembru 2017

  L 342

13

21.12.2017




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Novembru 2013

rigward ċerti miżuri ta’ salvagwardja b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa ta’ din il-marda fl-Isvizzera u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2009/494/KE

(notifikata bid-dokument C(2013) 7505)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/657/UE)



Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni fl-Unjoni miż-żoni kollha tat-territorju tal-Isvizzera li fil-każ tagħhom l-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera formalment japplikaw miżuri ta’ salvagwardja li huma ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Deċiżjonijiet 2006/415/KE u 2006/563/KE tal-kommoditajiet segwenti:

(a) tajr, kif definit fl-Artikolu 2, punt 1 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008;

(b) bajd għat-tfaqqis, kif imfisser fl-Artikolu 2, punt 2 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008;

(c) għasafar, kif definit fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 139/2013 u l-bajd għat-tfaqqis tagħhom;

(d) laħam, kapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam, laħam separat mekkanikament ta’ tajr tal-priża selvaġġ;

(e) prodotti tal-laħam magħmulin minn laħam tat-tajr tal-priża selvaġġ, jew li fihom minnu;

(f) ikel nej għall-annimali domestiċi u materjal mhux ipproċessat għall-għalf li fih kwalunkwe parti minn tajr tal-priża selvaġġ;

(g) trofej tal-kaċċa minn kwalunkwe għasfur, li mhumiex trattati.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1(e), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fl-Unjoni tal-prodotti tal-laħam li huma magħmula minn laħam tat-tjur selvaġġ tal-priża, jew li fihom minnu, bil-kundizzjoni li l-laħam ta’ dawn l-ispeċi jkun għadda minn tal-inqas wieħed mit-trattamenti speċifiċi msemmija fil-punti B, C jew D fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, immedjatament malli jirċievu informazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-bidla fl-istatus ta’ saħħet l-annimali tal-Isvizzera fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2009/494/KE hija mħassra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal- ►M2  31 ta' Diċembru 2018 ◄ .

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Top