Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013D0654-20161220

Consolidated text: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) (notifikata bid-dokument C(2013) 7491) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2013/654/UE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/654/2016-12-20

02013D0654 — MT — 20.12.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Novembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA)

(notifikata bid-dokument C(2013) 7491)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/654/UE)

(ĠU L 303 14.11.2013, p. 48)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2317 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-16 ta' Diċembru 2016

  L 345

67

20.12.2016




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Novembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA)

(notifikata bid-dokument C(2013) 7491)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/654/UE)



Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2008/294/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 3

Kemm jista’ jkun kmieni u mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-baned tal-frekwenza, elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness disponibbli għas-servizzi MCA fuq bażi bla interferenza u bla protezzjoni, diment li dawn is-servizzi jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-għoli minimu ’l fuq mill-art għal kull trażmissjoni minn sistema MCA li tkun qed titħaddem skont it-taqsima 3 tal-Anness.

L-Istati Membri jistgħu jimponu għoli minimu ogħla tat-tħaddim tal-MCA, meta dan ikunu jiġġustifikawh il-kundizzjonijiet nazzjonali topografiċi u tal-użu tan-netwerk fl-art. Din l-informazzjoni, sostnuta minn ġustifikazzjoni xierqa, għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni fi żmien erba’ xhur mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

1.   IL-BANED TAL-FREKWENZA U S-SISTEMI PERMESSI GĦAS-SERVIZZI MCA



Tabella 1

Tip

Frekwenza

Sistema

GSM 1 800

1 710 –1 785 MHz (konnessjoni axxendenti) 1 805 –1 880 MHz (konnessjoni dixxendenti)

GSM konformi mal-Istandards tal-GSM kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 502, EN 301 511 u EN 302 480, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

UMTS 2 100

(FDD)

1 920 –1 980 MHz (konnessjoni axxendenti) 2 110 –2 170 MHz (konnessjoni dixxendenti)

UMTS konformi mal-Istandards tal-UMTS kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-1 EN 301 908-2, EN 301 908-3 u EN 301 908-11, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

LTE 1 800

(FDD)

1 710 –1 785 MHz (konnessjoni axxendenti) 1 805 –1 880 MHz (konnessjoni dixxendenti)

LTE konformi mal-Istandards tal-LTE, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-13, EN 301 908-14, u EN 301 908-15, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

2.   IL-PREVENZJONI TAL-KONNESSJONI TA’ TERMINALI MOBBLI MA’ NETWERKS FL-ART

Waqt il-perjodu meta jkun awtorizzat it-tħaddim tas-servizzi MCA fuq inġenji tal-ajru, it-terminali mobbli li jirċievu fil-baned tal-frekwenza elenkati fit-Tabella 2 ma għandhomx jitħallew jippruvaw jirreġistraw ma’ netwerks mobbli fl-art.



Tabella 2

Banda tal-frekwenza (MHz)

Sistemi fl-art

460–470

CDMA2000, FLASH OFDM

791–821

LTE

921–960

GSM, UMTS, LTE, WiMAX

1 805 –1 880

GSM, UMTS, LTE, WiMAX

2 110 –2 170

UMTS, LTE

2 570 –2 620

UMTS, LTE, WiMAX

2 620 –2 690

UMTS, LTE

3.   IL-PARAMETRI TEKNIĊI

(a)    Il-qawwa radjata isotropika ekwivalenti (e.i.r.p), fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru



Tabella 3

L-e.i.r.p. totali, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Node B tal-inġenju tal-ajru, ma għandhiex taqbeż:

L-għoli ’l fuq mill-art

(m)

Id-densità e.i.r.p massima prodotta mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Node B tal-inġenju tal-ajru, fuq barra tal-inġenji tal-ajru

460–470 MHz

791–821 MHz

921–960 MHz

1 805 –1 880 MHz

2 110 –2 170 MHz

2 570 –2 690 MHz

dBm/1,25 MHz

dBm/10 MHz

dBm/200 kHz

dBm/200 kHz

dBm/3,84 MHz

dBm/4,75 MHz

3 000

-17,0

0,87

-19,0

-13,0

1,0

1,9

4 000

-14,5

1,63

-16,5

-10,5

3,5

4,4

5 000

-12,6

3,57

-14,5

-8,5

5,4

6,3

6 000

-11,0

5,15

-12,9

-6,9

7,0

7,9

7 000

-9,6

6,49

-11,6

-5,6

8,3

9,3

8 000

-8,5

7,65

-10,5

-4,4

9,5

10,4

(b)    Il-qawwa radjata isotropika ekwivalenti (e.i.r.p), fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal abbord



Tabella 4

L-e.i.r.p. totali, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli ma għandhiex taqbeż:

L-għoli ’l fuq mill-art

(m)

L-e.i.r.p. massima, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli GSM f’dBM/200 kHz

L-e.i.r.p. massima, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli LTE f’dBM/5 MHz

L-e.i.r.p. massima, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli UMTS f’dBM/3,84 MHz

GSM 1 800 MHz

LTE 1 800 MHz

UMTS 2 100 MHz

3 000

-3,3

1,7

3,1

4 000

-1,1

3,9

5,6

5 000

0,5

5

7

6 000

1,8

5

7

7 000

2,9

5

7

8 000

3,8

5

7

(c)    Il-kundizzjonijiet operattivi

I. L-għoli minimu ’l fuq mill-art għal kull trażmissjoni minn sistema MCA imħaddma għandu jkun 3 000 metru.

II. Waqt it-tħaddim, il-BTS tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli GSM li jittrażmetti fil-banda 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 0 dBm/200 kHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni, inkluż l-aċċess tal-bidu.

III. Waqt it-tħaddim, in-Node B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli LTE li jittrażmetti fil-banda 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 5 dBm/5 MHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni.

IV. Waqt it-tħaddim, in-Node B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli UMTS li jittrażmetti fil-banda 2 100 MHz għal valur nominali ta’ – 6 dBm/3,84 MHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni u l-ammont massimu ta’ utenti ma għandux jaqbeż l-għoxrin.

Top