EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013D0448-20170301

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2013) 5666) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2013/448/UE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/448/2017-03-01

02013D0448 — MT — 01.03.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Settembru 2013

dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2013) 5666)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/448/UE)

(ĠU L 240 7.9.2013, p. 27)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/126 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-24 ta' Jannar 2017

  L 19

93

25.1.2017




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Settembru 2013

dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2013) 5666)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/448/UE)



KAPITOLU I

MIŻURI NAZZJONALI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 1

1.  Hija miċħuda r-reġistrazzjoni tal-installazzjonijiet elenkati fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni fil-listi ta’ installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE li tressqu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u tal-għadd totali annwali preliminari korrispondenti ta’ kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil dawn l-installazzjonijiet.

2.  Jekk Stat Membru jemenda l-ammonti totali annwali preliminari tal-kwoti ta’ emissjonijiet ippreżentati għall-installazzjonijiet fit-territorju tiegħu li qegħdin fil-listi msemmijin fil-paragrafu 1 u elenkati fil-punt A tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni, qabel ma jiddetermina l-ammont annwali totali finali għal kull sena mill-2013 sal-2020, b’konformità mal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE, sakemm din l-emenda tkun biex teskludi kull żieda fl-allokazzjonijiet li mhijiex prevista f’dik id-Deċiżjoni, ma jitqajmux oġġezzjonijiet.

Ma jitqajmux oġġezzjonijiet jekk Stat Membru jemenda l-ammonti annwali totali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil installazzjonijiet fit-territorju tiegħu li huma fil-listi msemmijin fil-paragrafu 1 u elenkati fil-punt B tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni qabel ma jiddetermina l-ammont annwali totali finali għal kull sena bejn l-2013 u l-2020, b’konformità mal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE sakemm l-emenda tkun biex teskludi kull allokazzjoni abbażi tal-valur referenzjarju tal-metall jaħraq lil installazzjonijiet li jimportaw il-metall jaħraq biex ikompli jiġi pproċessat, kif iddefinit fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2011/278/UE. Fejn dan iwassal għal żieda fl-ammont totali annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet f’installazzjoni li tipproduċi u tesporta l-metall jaħraq lil installazzjoni elenkata fil-punt B tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni, ma jitqajmux oġġezzjonijiet jekk l-Istat Membru kkonċernat jemenda l-ammont annwali totali preliminari ta’ din l-installazzjoni li tipproduċi u tesporta l-metall jaħraq kif jixraq.

Ma jitqajmux oġġezzjonijiet jekk Stat Membru jemenda l-ammonti totali annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil installazzjonijiet fit-territorju tiegħu li qegħdin fil-listi msemmijin fil-paragrafu 1 u elenkati fil-punt C tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni qabel ma jiddetermina l-ammont annwali totali finali għal kull sena bejn l-2013 u l-2020 b’konformità mal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE sakemm l-emenda tkun biex tikkonforma l-allokazzjoni mal-Artikolu 10(2)(a) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE u teskludi kull allokazzjoni għal proċessi li huma koperti mill-konfini tas-sistema tal-valur referenzjarju tal-prodott għall-metall jaħraq, kif iddefinit fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2011/278/UE lil installazzjoni li ma tipproduċix, iżda timporta l-metall jaħraq, li inkella iwassal għal kalkolu doppju.

Ma jitqajmux oġġezzjonijiet jekk Stat Membru jemenda l-ammonti annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil installazzjonijiet fit-territorju tiegħu li qegħdin fil-listi msemmijin fil-paragrafu 1 u elenkati fil-punt D tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni qabel ma jiddetermina l-ammont totali annwali finali għal kull sena bejn l-2013 u l-2020 b’konformità mal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE sakemm l-emenda tkun biex teskludi kull allokazzjoni abbażi ta’ installazzjoni sekondarja tal-emissjonijiet tal-proċessi għall-produzzjoni taż-żingu fil-forn blast u proċessi marbutin ma’ dan. Fejn dan iwassal għal żieda tal-allokazzjoni preliminari skont il-valur referenzjarju ta’ installazzjoni sekondarja tal-karburant jew tas-sħana f’installazzjoni li jkollha forn tal-blast u tkun elenkata fil-punt D tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni, ma jitqajmux oġġezzjonijiet jekk l-Istat Membru kkonċernat jemenda l-ammont annwali totali preliminari ta’ din l-installazzjoni skont dan.

Ma jitqajmux oġġezzjonijiet jekk Stat Membru jemenda l-ammonti annwali totali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil installazzjonijiet fit-territorju tiegħu li huma inklużi fil-listi msemmijin fil-paragrafu 1 u elenkati fil-punt E tal-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni qabel ma jiddetermina l-ammont annwali totali finali għal kull sena bejn l-2013 u 2020 b’konformità mal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE sakemm l-emenda tkun biex teskludi kull allokazzjoni għas-sħana esportata lil installazzjonijiet li jipproduċu l-polimeri, bħalma huma l-S-PVC u l-E-PVC, u l-VCM.

3.  Kull emenda msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr, u Stat Membru ma għandux ikompli biex jiddetermina l-ammont annwali totali finali għal kull sena bejn l-2013 u l-2020 b’konformità mal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE sakemm l-emendi jkunu saru aċċettabbli.

Artikolu 2

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1, ma jitqajmux oġġezzjonijiet rigward il-listi tal-installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE mressqin mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u l-ammonti annwali totali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet korrispondenti allokati mingħajr ħlas lil dawn l-installazzjonijiet.



KAPITOLU II

IL-KWANTITÀ TOTALI TAL-KWOTI

Artikolu 3

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2010/634/UE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Abbażi tal-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kwantità totali ta’ kwoti li għandhom jingħataw mill-2013 ’il quddiem u mnaqqsin kull sena b’mod lineari skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE, hija ta’ 2 084 301 856 kwoti.”



KAPITOLU III

KOEFFIĊJENT TA’ KORREZZJONI TRANSETTORJALI

▼M1

Artikolu 4

Il-fattur ta' korrezzjoni transettorjali uniformi msemmi fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE u ddeterminat skont l-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE huwa stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

▼B

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

PUNT A

Identifikatur tal-Installazzjoni kif ippreżentat fin-NIMs

DE000000000000010

DE000000000000563

DE000000000000978

DE000000000001320

DE000000000001425

DE-new-14220-0045

DE-new-14310-1474

PUNT B

Identifikatur tal-Installazzjoni kif ippreżentat fin-NIMs

DE000000000000044

DE000000000000053

DE000000000000056

DE000000000000059

DE000000000000069

PUNT C

Identifikatur tal-Installazzjoni kif ippreżentat fin-NIMs

CZ-existing-CZ-73-CZ-0134-11/M

CZ-existing-CZ-52-CZ-0102-05

PUNT D

Identifikatur tal-Installazzjoni kif ippreżentat fin-NIMs

DE-new-14220-0045

DE000000000001320

PUNT E

Identifikatur tal-Installazzjoni kif ippreżentat fin-NIMs

DE000000000000005

DE000000000000762

DE000000000001050

DE000000000001537

DE000000000002198

▼M1




ANNESS II

Il-valuri tal-fattur ta' korrezzjoni transsettorjali li japplikaw għall-allokazzjonijiet mingħajr ħlas għal installazzjonijiet li mhumiex koperti bl-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE għas-snin 2013-2020 huma dawn li ġejjin:



Sena

Fattur ta' korrezzjoni transsettorjali

2013

89,207101 %

2014

87,657727 %

2015

86,090119 %

2016

84,506152 %

2017

82,905108 %

2018

81,288476 %

2019

79,651677 %

2020

78,009186 %

Top