Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013D0054-20181113

    Consolidated text: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013 li tawtorizza lir-Repubbliak tas-Slovenja sabiex tintroduċi miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2013/54/UE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/54/2018-11-13

    02013D0054 — MT — 13.11.2018 — 002.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

    tat-22 ta’ Jannar 2013

    li tawtorizza lir-Repubbliak tas-Slovenja sabiex tintroduċi miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

    (2013/54/UE)

    (ĠU L 022 25.1.2013, p. 15)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

     M1

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2089 tal-10 ta' Novembru 2015

      L 302

    107

    19.11.2015

    ►M2

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1700 tas-6 ta' Novembru 2018

      L 285

    78

    13.11.2018




    ▼B

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

    tat-22 ta’ Jannar 2013

    li tawtorizza lir-Repubbliak tas-Slovenja sabiex tintroduċi miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

    (2013/54/UE)



    Artikolu 1

    B’deroga mill-punt 15 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Repubbliak tas-Slovenja hija awtorizzata teżenta mill-VAT lil persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 50 000 .

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

    ▼M2

    Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2013 sal-ewwel data li sseħħ minn dawn iż-żewġ dati li ġejjin:

    (a) il-31 ta' Diċembru 2021;

    (b) id-data li minnha l-Istati Membri jridu japplikaw kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali li meħtieġa jadottaw f'każ li tidħol fis-seħħ direttiva li temenda l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar.

    ▼B

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.

    Top