Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02012R1248-20221027

    Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1248/2012 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jistipula l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1248/2022-10-27

    02012R1248 — MT — 27.10.2022 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1248/2012

    tad-19 ta’ Diċembru 2012

    li jistipula l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 352 21.12.2012, p. 30)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1859 tal-10 ta’ Ġunju 2022

      L 262

    65

    7.10.2022




    ▼B

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1248/2012

    tad-19 ta’ Diċembru 2012

    li jistipula l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)



    ▼M1

    Artikolu 1

    Format tal-applikazzjoni

    1.  
    L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet u applikazzjonijiet għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandhom jitressqu fil-format stabbilit fl-Anness.
    2.  
    Ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jagħti numru ta’ referenza uniku għal kull dokument li jressaq u għandu jidentifika b’mod ċar ir-rekwiżit speċifiku stipulat fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013 ( 1 ) li għalih jirreferi d-dokument.
    3.  
    Fil-każijiet li fihom ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ma jressaqx informazzjoni li tirrigwarda rekwiżit speċifiku stipulat fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 150/2013, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet jew l-applikazzjoni għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet, kif applikabbli, għandha tindika b’mod ċar ir-raġunijiet għaliex tali informazzjoni ma tressqitx.
    4.  
    L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet u l-applikazzjonijiet għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandhom jitressqu permezz ta’ mezz li jservi fit-tul kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), il-punt (m), tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

    ▼B

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS

    ▼M1

    FORMATI GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI BĦALA REPOŻITORJU TAT-TRANŻAZZJONIJIET U GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-ESTENSJONI TAR-REĠISTRAZZJONI BĦALA REPOŻITORJU TAT-TRANŻAZZJONIJIET

    ▼B



    INFORMAZZJONI ĠENERALI

    Data tal-applikazzjoni

     

    Isem korporattiv tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet

     

    Indirizz ġuridiku

     

    Klassijiet ta’ derivattivi li għalihom qiegħed japplika biex ikun irreġistrat ir-repożitorju

     

    Isem il-persuna li tassumi r-responsabbiltà tal-applikazzjoni

     

    Dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tassumi r-responsabbiltà tal-applikazzjoni

     

    Isem persuna oħra responsabbli għall-konformità tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet

     

    Dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i responsabbli għall-konformità tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet

     

    Identifikazzjoni ta’ kwalunkwe kumpanija prinċipali

     



    ▼M1

    REFERENZI TAD-DOKUMENTI

    ▼B

    (Artikolu 1(3))

    ►M1  Artikolu tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013 ◄

    Numru ta’ referenza uniku tad-dokument

    Titolu tad-dokument

    Kapitolu jew taqsima jew paġna tad-dokument fejn hija pprovduta l-informazzjoni jew raġuni għalfejn l-informazzjoni mhix ipprovduta

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     



    ( 1 ) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 25).

    ( 2 ) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

    Top