EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02012R1206-20170706

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2012 tal- 14 ta’ Diċembru 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill- Aspergillus oryzae (DSM 10287) bħala addittiv mal-għalf għat-tjur tas-simna, għall-ħnieżer żgħar miftuma u għall-ħnieżer tas-simna u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1332/2004 u (KE) Nru 2036/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1206/2017-07-06

02012R1206 — MT — 06.07.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1206/2012

tal-14 ta’ Diċembru 2012

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 10287) bħala addittiv mal-għalf għat-tjur tas-simna, għall-ħnieżer żgħar miftuma u għall-ħnieżer tas-simna u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1332/2004 u (KE) Nru 2036/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 347 15.12.2012, p. 12)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1006 tal-15 ta' Ġunju 2017

  L 153

9

16.6.2017




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1206/2012

tal-14 ta’ Diċembru 2012

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 10287) bħala addittiv mal-għalf għat-tjur tas-simna, għall-ħnieżer żgħar miftuma u għall-ħnieżer tas-simna u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1332/2004 u (KE) Nru 2036/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali, dejjem skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1332/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Il-preparazzjoni li tifforma parti mill-grupp ‘Enzimi’, kif stabbilit fl-Anness II, hija awtorizzata bħala addittiv għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien fin-nutrizzjoni tal-annimali skont il-kundizzjonijiet imniżżla f’dak l-Anness”.

(2) L-Anness I huwa mħassar.

Artikolu 3

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 2036/2005

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2036/2005, l-entrata għall-Nru 5, Endo-1,4-beta-ksilanażi KE 3.2.1.8, hija mħassra.

Artikolu 4

Miżuri tranżitorji

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness u l-għalf li jkun fih dik il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel l-4 ta' Lulju 2013 skont ir-regoli applikabbli qabel l-4 ta' Jannar 2013 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jinħlew il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS



Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà

4a1607i

DSM Nutritional Products Ltd.

Endo-1,4-beta-ksilanażi

KE 3.2.1.8

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 26372) b'attività minima ta':

Forma solida: 1 000 FXU (1) g

Forma likwida: 650 FXU/ml

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 26372)

Metodu analitiku (2)

Għal kwantifikazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 26372) f'addittiv fl-għalf:

— metodu kolorimetriku li jkejjel il-kompost ikkulurit prodott mill-aċidu saliċiliku dinitro (DNSA) u l-frazzjonijiet ksilosiliċi rilaxxati minn azzjoni ta' ksilanażi fuq arabinoksilan).

Għal kwantifikazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM26372) f'taħlitiet lesti u fl-għalf:

— metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta' ksilanażi minn ażoksilan tal-ħafur evidenzjat bil-kulur.

Tjur tas-simna

100FXU

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.  Id-doża massima rrakkomandata għal kull kilogramm ta' għalf komplet:

— tjur tas-simna: 200 FXU;

— ħnienes (miftuma): 400 FXU;

— ħnieżer tas-simna: 400 FXU.

3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun permezz ta' proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż protezzjoni għan-nifs u protezzjoni għall-ġilda.

4.  Għall-użu fi ħnienes miftuma li huma għandhom piż bejn wieħed u ieħor ta' 35 kg

l-4 ta' Jannar 2023

Ħnienes miftuma

200FXU

Ħnieżer tas-simna

200FXU

(1)   1 FXU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 7,8 mikromoli ta' zokkor riduċenti (ekwivalent ta' ksilożju) mill-arabinoksilan tal-qamħ fil-minuta f'pH ta' 6,0 u 50 °C.

(2)   Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.

Top