EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02012R0392-20140606

Consolidated text: Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal- 1 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2012/392/2014-06-06

2012R0392 — MT — 06.06.2014 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 392/2012

tal-1 ta’ Marzu 2012

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 123, 9.5.2012, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 518/2014 tal-5 ta' Marzu 2014

  L 147

1

17.5.2014


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 124, 11.5.2012, p. 56  (392/2012)




▼B

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 392/2012

tal-1 ta’ Marzu 2012

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE tistipula li l-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati għat-tikkettar ta’ prodotti marbutin mal-enerġija li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u li jippreżentaw differenzi kbar fil-livelli ta’ prestazzjoni għal funzjonalitajiet ekwivalenti.

(2)

Id-dispożizzjonijiet għat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ (“tumble driers”) ġew stabbiliti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/13/KE tat-23 ta’ Mejju 1995 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward l-indikazzjoni tal-konsum ta’ enerġija tal-magni tad-dar tal-elettriku għat-tnixxif tal-ħwejjeġ ( 2 ).

(3)

L-enerġija li tintuża mill-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tammonta għal parti sinifikanti mid-domanda totali tad-djar fl-Unjoni Ewropea għall-enerġija. Minbarra t-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li nkiseb diġà, hemm possibbiltà sostanzjali li jkun hemm aktar tnaqqis fil-konsum tal-enerġija mill-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/13/KE għandha titħassar u dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġodda sabiex ikun żgurat li t-tikketta dwar il-konsum tal-enerġija tipprovdi inċentivi dinamiċi biex il-fornituri jkomplu jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ u jħaffu l-bidla tas-suq lejn teknoloġiji li jużaw l-enerġija b’mod effiċjenti.

(5)

Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jistgħu jintużaw ukoll għat-tnixxif tal-ħwejjeġ huma ttrattati fid-Direttiva 96/60/KE tad-19 ta’ Settembru 1996 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija ta’ magni tad-dar għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa ( 3 ). Dawn għandhom karatteristiċi partikolari u għalhekk m’għandhomx jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

(6)

L-informazzjoni mogħtija fuq it-tikketta għandha tinkiseb permezz ta’ proċeduri tal-kejl affidabbli, preċiżi u li jistgħu jiġu riprodotti, li jqisu l-aktar metodi tal-kejl moderni rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, l-istandards armonizzati adottati mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif imniżżla fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi ( 4 ).

(7)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi għat-tikketta tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, fosthom għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass.

(8)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika wkoll ir-rekwiżiti dwar id-“dokumentazzjoni teknika” u l-“iskeda tal-prodott” għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi.

(9)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha tingħata għal kwalunkwe forma ta’ bejgħ mill-bogħod u riklamar ta’ magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ u għal kwalunkwe forma ta’ materjal promozzjonali tekniku għal dan l-apparat.

(10)

Huwa xieraq li tiġi prevista reviżjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex jitqies il-progress teknoloġiku.

(11)

Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mid-Direttiva 95/13/KE għal dan ir-Regolament, il-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jkollhom tikketta skont dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala konformi mad-Direttiva 95/13/KE.

(12)

Għalhekk, id-Direttiva 95/13/KE għandha titħassar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar u l-għoti ta’ informazzjoni supplimentari dwar il-prodott għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bl-elettriku, għal dawk li jaħdmu bil-gass, u għal dawk li jkunu mmuntati fl-għamara, inklużi dawk li jinbiegħu għal użu mhux domestiku.

2.  Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jistgħu jintużaw ukoll għat-tnixxif tal-ħwejjeġ u għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bid-dawran (“spin-extractors”) domestiċi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ “ tfisser apparat li fih il-ħwejjeġ jitnixxfu billi jiddawru f’tanbur (“drum”) li jdur, li minnu tgħaddi arja msaħħna, u li huwa ddisinjat biex jintuża prinċipalment għal skopijiet mhux professjonali;

(2) “magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li tkun immuntata fl-għamara” tfisser magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ magħmula biex tiġi installata f’armarju, f’daħla fil-ħajt jew f’xi post simili u li teħtieġ finitura ta’ għamara;

(3) “magna domestika tal-ħasil tal-ħwejjeġ li tista’ tintuża wkoll għat-tnixxif tal-ħwejjeġ” tfisser magna domestika tal-ħasil tal-ħwejjeġ li tinkludi kemm funzjoni ta’ estrazzjoni bit-tidwir kif ukoll mezz biex tnixxef il-ħwejjeġ, normalment permezz tat-tisħin u t-tidwir fit-tanbur;

(4) “magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bid-dawran”, li kummerċjalment tissejjaħ ukoll “spindrajer” (“spin-drier”), tfisser apparat li fih l-ilma jitneħħa minn ġol-ħwejjeġ f’tanbur li jdur permezz ta’ azzjoni ċentrifuga u jinħareġ permezz ta’ pompa awtomatika, u li huwa ddisinjat biex jintuża prinċipalment għal skopijiet mhux professjonali;

(5) “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li tiġbed l-arja friska ‘l ġewwa, tgħaddiha minn fuq il-ħwejjeġ u tarmi ‘l barra l-arja niedja li tinħoloq għal ġol-kamra jew għal barra;

(6) “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li tinkludi tagħmir (li juża l-kondensazzjoni jew kwalunkwe mezz ieħor) biex ineħħi l-indewwa mill-arja li tintuża għall-proċess tat-tnixxif;

(7) “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ awtomatika” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li titfi l-proċess tat-tnixxif meta jiġi nnutat ċertu kontenut ta’ ndewwa fit-ħasla, pereżempju permezz tal-kejl tal-konduttività jew tat-temperatura;

(8) “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mhux awtomatika” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li titfi l-proċess tat-tnixxif wara perjodu stabbilit minn qabel, li ġeneralment ikun ikkontrollat minn arloġġ, iżda li jista’ jintefa wkoll manwalment;

(9) “programm” tfisser serje ta’ operazzjonijiet li huma stabbiliti minn qabel u li l-fornitur jiddikjara li huma adattati biex jitnixxfu ċerti tipi ta’ ħwejjeġ;

(10) “ċiklu” tfisser proċess sħiħ tat-tnixxif, kif iddefinit għall-programm magħżul;

(11) “tul tal-programm” tfisser il-ħin li jgħaddi minn x’ħin jibda l-programm sa ma jitlesta, minbarra kwalunkwe dewmien ipprogrammat min-naħa tal-utent finali;

(12) “kapaċità nominali” tfisser il-massa massima f’kilogrammi, kif iddikjarata mill-fornitur, f’żidiet ta’ 0,5 kilogrammi ta’ ħwejjeġ xotti ta’ tip partikolari, li tista’ tiġi ttrattata f’magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bil-programm magħżul, meta din titgħabba skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur;

(13) “ħasla parzjali” tfisser nofs il-kapaċità nominali ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għal programm partikolari;

(14) “effiċjenza tal-kondensazzjoni” tfisser il-proporzjon tal-massa tal-indewwa kkondensata minn magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur meta mqabbla mal-massa tal-indewwa mneħħija mill-ħasla meta jintemm iċ-ċiklu;

(15) “modalità mitfija” tfisser kundizzjoni fejn il-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tintefa permezz ta’ kontrolli jew swiċċijiet fl-apparat li huma aċċessibbli għall-utent finali u maħsubin biex jintużaw minnu waqt l-użu normali tal-magna sabiex jinkiseb l-inqas konsum tal-elettriku possibbli, li tista’ tinżamm għal tul ta’ żmien indefinit waqt li l-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tkun imqabbda mal-elettriku u tkun qed tintuża skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur; fejn ma jkunx hemm kontrolli jew swiċċ li jkun aċċessibbli għall-utent finali, “modalità mitfija” tfisser il-kundizzjoni milħuqa wara li l-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tmur lura weħidha għal stat stabbli ta’ konsum tal-enerġija;

(16) “modalità mixgħula u inattiva” tfisser il-modalità bl-aktar konsum baxx tal-elettriku li tista’ tinżamm għal tul ta’ żmien indefinit wara li jitlesta l-programm mingħajr ebda intervent ieħor min-naħa tal-utent finali apparti t-tbattil tal-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ;

(17) “magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ ekwivalenti” tfisser mudell ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jitqiegħed fis-suq bl-istess kapaċità nominali, l-istess karatteristiċi tekniċi u ta’ prestazzjoni, l-istess konsum tal-enerġija, l-istess effiċjenza tal-kondensazzjoni fejn dan ikun applikabbli, l-istess tul tal-programm standard għall-qoton u l-istess ammont ta’ storbju akustiku fl-arja matul it-tnixxif bħal dawk ta’ mudell ieħor ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mqiegħed fis-suq mill-istess fornitur b’numru differenti tal-kodiċi kummerċjali;

(18) “utent finali” tfisser konsumatur li jixtri jew li jkun mistenni jixtri magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ;

(19) “punt tal-bejgħ” tfisser post fejn jintwerew magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, jew fejn dawn jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs.

(20) ‘programm standard għall-qoton’ tfisser iċ-ċiklu li jnixxef ħasla tal-qoton b’kontenut inizjali ta’ ndewwa tal-ħasla ta’ 60 % sa kontenut ta’ ndewwa li jkun fadal fil-ħasla ta’ 0 %.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet tal-fornituri

Il-fornituri għandhom jiżguraw li:

(a) kull magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ jkollha magħha tikketta stampata fil-format mogħti fl-Anness I, li tkun tinkludi l-informazzjoni stipulata fih;

(b) tkun disponibbli skeda tal-prodott, kif stabbilita fl-Anness II;

(c) id-dokumentazzjoni teknika kif stabbilita fl-Anness III tingħata lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni f’każ li jitolbuha;

(d) kwalunkwe riklam għal mudell speċifiku ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ juri l-klassi tal-effiċjenza enerġetika, jekk ir-riklam jiżvela informazzjoni marbuta mal-enerġija jew mal-prezz;

(e) kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku dwar mudell speċifiku ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell;

▼M1

(f) tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness I issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ;

(g) skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott kif stabbilit fl-Anness II issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ.

▼B

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tad-distributuri

Id-distributuri għandhom jiżguraw li:

(a) fil-punt tal-bejgħ, kull magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ jkollha t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3(a) fuq barra tagħha, fuq quddiem jew fil-parti ta’ fuq, b’mod li tkun tidher sewwa;

▼M1

(b) magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ offruti għall-bejgħ, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri, kif jispeċifika l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/30/UE, huma kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont il-Anness IV ta' dan ir-Regolament. Meta l-offerta ssir bl-Internet, u tikketta elettronika u skeda tal-prodott elettronika jkunu ġew magħmula disponibbli f'konformità mal-Artikolu 3(f) u 3(g), minflok għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII;

▼B

(c) kwalunkwe riklam għal mudell speċifiku ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika, jekk ir-riklam jiżvela informazzjoni marbuta mal-enerġija jew mal-prezz;

(d) kwalunkwe materjal promozzjonali dwar mudell speċifiku ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell.

Artikolu 5

Metodi tal-kejl

L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta’ proċeduri tal-kejl affidabbli, preċiżi u li jistgħu jiġu riprodotti, li jqisu l-aktar metodi tal-kejl moderni rrikonoxxuti.

Artikolu 6

Proċedura ta’ verifika għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stabbilita fl-Anness V biex jivvalutaw il-konformità tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika ddikjarata, il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu, il-klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni fejn dan ikun applikabbli, il-kapaċità nominali, il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija u fil-modalità mixgħula u inattiva, it-tul tal-modalità mixgħula u inattiva, it-tul tal-programm u l-ammont ta’ storbju akustiku fl-arja.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku sa mhux aktar tard minn ħames/snin wara li jkun daħal fis-seħħ. B’mod partikolari, ir-reviżjoni għandha tivvaluta t-tolleranzi tal-verifika stipulati fl-Anness V.

Artikolu 8

Tħassir

Id-Direttiva 95/13/KE għandha titħassar mid- ►C1  29 ta' Mejju 2013 ◄ .

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.  L-Artikolu 3(d) u (e) u l-Artikolu 4(b), (c) u (d) ma għandhomx japplikaw għar-riklami stampati u għall-materjal promozzjonali tekniku stampat li jkunu ġew ippubblikati qabel id- ►C1  29 ta' Settembru 2013 ◄ .

2.  Il-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jkunu tqiegħdu fis-suq qabel id- ►C1  29 ta' Mejju 2013 ◄ għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/13/KE.

3.  Il-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u li jkunu tqiegħdu fis-suq jew li jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs qabel id- ►C1  29 ta' Mejju 2013 ◄ għandhom jitqiesu bħala magni li huma konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 95/13/KE.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   ►C1  Għandu japplika mid-29 ta' Mejju 2013. Madankollu, l-Artikolu 3(d) u (e) u l-Artikolu 4(b), (c) u (d) għandhom japplikaw mid-29 ta' Settembru 2013. ◄

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

It-tikketta

1.   IT-TIKKETTA TAL-MAGNI DOMESTIĊI TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ B’VENT TAL-ARJA

image

1.1. It-tikketta tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I. l-isem jew il-marka kummerċjali tal-fornitur;

II. l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, jiġifieri l-kodiċi, li normalment ikun alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew bl-istess isem tal-fornitur;

III. il-klassi tal-effiċjenza enerġetika kif iddefinita fil-punt 1 tal-Anness VI; it-tarf tal-vleġġa fejn tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha titqiegħed fl-istess livell tat-tarf tal-vleġġa fejn tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

IV. il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) f’kWh fis-sena, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII;

V. informazzjoni dwar it-tip ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ;

VI. it-tul taċ-ċiklu tal-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta;

VII. il-kapaċità nominali, f’kilogrammi, għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa;

VIII. il-livell tal-qawwa tal-ħoss (il-valur medju ppeżat - LWA),, waqt il-fażi tat-tnixxif, għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa, mogħti f’dB, u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

1.2. Id-disinn tat-tikketta tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja għandu jkun skont il-punt 4 ta’ dan l-Anness. Jekk mudell ikun ingħata “Ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), tista’ tiġi miżjuda kopja tal-Ekotikketta tal-UE.

2.   IT-TIKKETTA TAL-MAGNI DOMESTIĊI TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ B’KONDENSATUR

image

2.1. Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-punt 1(1), it-tikketta tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur għandha tinkludi:

IX. il-klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni skont il-punt 2 tal-Anness VI.

2.2. Id-disinn tat-tikketta tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur għandu jkun skont il-punt 4 ta’ dan l-Anness. Jekk mudell ikun ingħata “Ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, tista’ tiġi miżjuda kopja tal-Ekotikketta tal-UE.

3.   IT-TIKKETTA TAL-MAGNI DOMESTIĊI TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ LI JAĦDMU BIL-GASS

image

3.1. It-tikketta tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass għandha tinkludi l-informazzjoni msemmija fil-punt 1(1).

3.2. Id-disinn tat-tikketta tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass għandu jkun skont il-punt 4 ta’ dan l-Anness. Jekk mudell ikun ingħata “Ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, tista’ tiġi miżjuda kopja tal-Ekotikketta tal-UE.

4.   DISINN TAT-TIKKETTA

4.1. Għal magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bil-vent tal-arja, id-disinn tat-tikketta għandu jkun kif muri fid-dijagramma ta’ hawn taħt.

image

Fejn

(a) It-tikketta għandha tkun mill-inqas 110 mm wiesgħa u 220 mm għolja. Meta t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

(b) L-isfond għandu jkun abjad.

(c) Il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, magenta (maġenta), yellow (isfar) u black (iswed) skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d) It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għad-dijagramma ta’ hawn fuq):

image   Faxx tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 5 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

image   Logo tal-UE – kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

image   Tikketta enerġetika: kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija; Logo tal-UE u logo enerġetiku (ikkombinati): wisa’: 92 mm, għoli: 17 mm.

image   Bordura tal-logos sekondarji: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – tul: 92,5 mm.

image   Skala A-G

  Vleġġa: għoli: 7 mm, spazju: 0,75 mm – kuluri:

 

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba’ klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

L-aħħar klassi: 00-X-X-00.

  Kitba: Calibri tipa grassa 18 pt, b'ittri kbar u bajda; simboli '+': Calibri tipa grassa 12 pt, bojod allinjati fuq ringiela waħda.

image   Klassi tal-effiċjenza enerġetika

  Vleġġa: wisa’: 26 mm, għoli: 14 mm, 100 % sewda;

  Kitba: Calibri tipa grassa 29 pt, b’ittri kbar u bajda; simboli '+': Calibri tipa grassa 18 pt, bojod allinjati fuq ringiela waħda.

image   Enerġija

  Kitba: Calibri tipa regolari 11 pt, b’ittri kbar, 100 % sewda.

image   Konsum annwali tal-enerġija ppeżat:

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

  Valur: Calibri tipa grassa 30 pt, 100 % iswed;

  It-tieni linja: Calibri tipa regolari 14 pt, 100 % sewda.

image   Tip ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ:

  Pittogramma kif murija

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

image   Ħin taċ-ċiklu:

  Pittogramma kif murija

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

  Valur: Calibri tipa grassa 24 pt, 100 % iswed; u Calibri tipa regolari 16 pt, 100 % iswed.

image   Kapaċità nominali:

  Pittogramma kif murija

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

  Valur: Calibri tipa grassa 24 pt, 100 % iswed; u Calibri tipa regolari 16 pt, 100 % iswed.

image   Livell tal-qawwa akustika:

  Pittogramma kif murija

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

  Valur: Calibri tipa grassa 24 pt, 100 % iswed; u Calibri tipa regolari 16 pt, 100 % iswed.

image   Asterisk: Calibri tipa regolari 6 pt, 100 % iswed

image   Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali

image   Identifikatur tal-mudell tal-fornitur

image  Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 92 × 15 mm.

image   Innumerar tar-Regolament: Calibri tipa grassa 9 pt, 100 % iswed

4.2. Għal magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b‘kondenser, id-disinn tat-tikketta għandu jkun kif muri fid-dijagramma ta’ hawn taħt.

image

Fejn:

(a) It-tikketta għandha tkun mill-inqas 110 mm wiesgħa u 220 mm għolja. Meta t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

(b) L-isfond għandu jkun abjad.

(c) Il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, maġenta, isfar u iswed skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d) It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għad-dijagramma ta’ hawn fuq):

image   Faxx tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 5 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

image   Logo tal-UE – kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

image   Tikketta enerġetika: kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija; Logo tal-UE u logo enerġetiku (ikkombinati): wisa’: 92 mm, għoli: 17 mm.

image   Bordura tal-logos sekondarji: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – tul: 92,5 mm.

image   Skala A-G

  Vleġġa: għoli: 7 mm, spazju: 0,75 mm – kuluri:

 

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba’ klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

L-aħħar klassi: 00-X-X-00.

  Kitba: Calibri tipa grassa 18 pt, b'ittri kbar u bajda; simboli '+': Calibri tipa grassa 12 pt, bojod allinjati fuq ringiela waħda.

image   Klassi tal-effiċjenza enerġetika

  Vleġġa: wisa’: 26 mm, għoli: 14 mm, 100 % sewda;

  Kitba: Calibri tipa grassa 29 pt, b’ittri kbar u bajda; simboli '+': Calibri tipa grassa 18 pt, bojod allinjati fuq ringiela waħda.

image   Enerġija

  Kitba: Calibri regolari 11 pt, b’ittri kbar, 100 % sewda.

image   Konsum annwali tal-enerġija ppeżat:

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

  Valur: Calibri tipa grassa 30 pt, 100 % sewda.

  It-tieni linja: Calibri regolari 14 pt, 100 % sewda.

image   Tip ta’ magna domestika għat-tnixxif tal-ħwejjeġ:

  Pittogramma kif murija

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

image   Ħin taċ-ċiklu:

  Pittogramma kif murija

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

  Valur: Calibri tipa grassa 24 pt, 100 % sewda; u Calibri tipa regolari 16 pt, 100 % sewda.

image   Kapaċità nominali:

  Pittogramma kif murija

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

  Valur: Calibri tipa grassa 24 pt, 100 % iswed; u Calibri tipa regolari 16 pt, 100 % iswed.

image   Livell tal-qawwa akustika:

  Pittogramma kif murija

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

  Valur: Calibri tipa grassa 24 pt, 100 % iswed; u Calibri tipa regolari 16 pt, 100 % sewda.

image   Asterisk: Calibri tipa regolari 6 pt, 100 % sewda

image   Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali

image   Identifikatur tal-mudell tal-fornitur

image  Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 92 × 15 mm.

image   Innumerar tar-Regolament: Calibri tipa grassa 9 pt, 100 % iswed

image   Klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni:

  Pittogramma kif murija

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

  Valur: Calibri tipa regolari 16 pt, skala orizzontali 75 %, 100 % sewda u Calibri tipa grassa 22 pt, skala orizzontali 75 %, 100 % sewda.

4.3. Għal magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, id-disinn tat-tikketta għandu jkun kif muri fid-dijagramma ta’ hawn taħt.

image

Fejn:

(a) It-tikketta għandha tkun mill-inqas 110 mm wiesgħa u 220 mm għolja. Meta t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

(b) L-isfond għandu jkun abjad.

(c) Il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, maġenta, isfar u iswed skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d) It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għad-dijagramma li tidher hawn fuq):

image   Faxx tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 5 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

image   Logo tal-UE – kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

image   Tikketta enerġetika: kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija; Logo tal-UE u logo enerġetiku (ikkombinati): wisa’: 92 mm, għoli: 17 mm.

image   Bordura tal-logos sekondarji: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – tul: 92,5 mm.

image   Skala A-G

  Vleġġa: għoli: 7 mm, spazju: 0,75 mm – kuluri:

 

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba’ klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

L-aħħar klassi: 00-X-X-00.

  Kitba: Calibri tipa grassa 18 pt, b'ittri kbar u bl-abjad; simboli '+': Calibri tipa grassa 12 pt, bojod allinjati fuq ringiela waħda.

image   Klassi tal-effiċjenza enerġetika

  Vleġġa: wisa’: 26 mm, għoli: 14 mm, 100 % sewda;

  Kitba: Calibri tipa grassa 29 pt, b’ittri kbar u bajda; simboli '+': Calibri tipa grassa 18 pt, bojod allinjati fuq ringiela waħda.

image   Enerġija

  Kitba: Calibri tipa regolari 11 pt, b’ittri kbar, 100 % sewda.

image   Konsum annwali tal-enerġija ppeżat:

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

  Valur: Calibri tipa grassa 30 pt, 100 % sewda.

  It-tieni linja: Calibri tipa regolari 14 pt, 100 % sewda.

image   Tip ta’ magna doemstika għat-tnixxif tal-ħwejjeġ:

  Pittogramma kif murija

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

image   Ħin taċ-ċiklu:

  Pittogramma kif murija

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

  Valur: Calibri tipa grassa 24 pt, 100 % sewda; u Calibri tipa regolari 16 pt, 100 % sewda.

image   Kapaċità nominali:

  Pittogramma kif murija

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

  Valur: Calibri tipa grassa 24 pt, 100 % sewda; u Calibri tipa regolari 16 pt, 100 % sewda.

image   Livell tal-qawwa akustika:

  Pittogramma kif murija

  Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 mm.

  Valur: Calibri tipa grassa 24 pt, 100 % sewda; u Calibri tipa regolari 16 pt, 100 % sewda.

image   Asterisk: Calibri tipa regolari 6 pt, 100 % sewda

image   Isem il-fornitur jew il-marka tan-negozju.

image   Identifikatur tal-mudell tal-fornitur

image  Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 92 × 15 mm.

image   Innumerar tar-Regolament: Calibri tipa grassa 9 pt, 100 % sewda




ANNESS II

L-iskeda tal-prodott

1. L-informazzjoni li tingħata fl-iskeda tal-prodott għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tingħata fl-ordni li ġejja u għandha tiġi inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’dokumenti oħra pprovduti mal-prodott:

(a) l-isem jew il-marka kummerċjali tal-fornitur;

(b) l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, jiġifieri l-kodiċi, li normalment ikun alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew bl-istess isem tal-fornitur;

(c) il-kapaċità nominali, f’kilogrammi, ta’ ħwejjeġ magħmulin mill-qoton għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa;

(d) jekk il-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ hijiex waħda b’vent tal-arja, waħda b’kondensatur jew waħda li taħdem bil-gass;

(e) il-klassi tal-effiċjenza enerġetika skont il-punt 1 tal-Anness VI;

(f) għal tumble drier domestiku tal-elettriku mħaddem mill-mejn:

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEc ), imqarreb għal punt deċimali wieħed; dan għandu jiġi deskritt bħala: “Konsum tal-enerġija: “X” kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi fuq kif jintuża l-apparat.’;

għal tumble drier domestiku mħaddem bil-gass:

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas) ), imqarreb għal punt deċimali wieħed; dan għandu jiġi deskritt bħala: “Konsum tal-enerġija: “X” kWh-Gass fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi fuq kif jintuża l-apparat.;

u

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas)el ), imqarreb għal punt deċimali wieħed; dan għandu jiġi deskritt bħala: “Konsum tal-enerġija: “X” kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi fuq kif jintuża l-apparat.’;

(g) jekk il-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ hijiex “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ awtomatika” jew “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mhux awtomatika”;

(h) f’każ li l-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tkun ingħatat “Ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, din l-informazzjoni tista’ tiġi inkluża;

(i) il-konsum tal-enerġija (Edry , Edry½ , Egdry , Egdry½ , Egdry,a , Egdry½,a ) tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali;

(j) il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija (Po ) u fil-modalità mixgħula u inattiva (Pl ) għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa;

(k) jekk il-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tkun mgħammra b’sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija, it-tul tal-“modalità mixgħula u inattiva”;

(l) indikazzjoni tal-fatt li “l-programm standard għall-qoton”, użat b’ħasla sħiħa u parzjali, huwa l-programm standard għat-tnixxif li għalih tirreferi l-informazzjoni li tinsab fuq it-tikketta u fl-iskeda, li dan il-programm huwa adattat għat-tnixxif ta’ ħwejjeġ tal-qoton imxarrbin b’mod normali u li dan huwa l-aktar programm effiċjenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-konsum tal-enerġija għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton;

(m) it-tul ippeżat tal-programm (Tt ) għall-“programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali”, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta, kif ukoll it-tul tal-programm għall-“programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa” (Tdry ) u t-tul tal-programm għall-“programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla parzjali” (Tdry½ ), mogħtija f’minuti u mqarrbin għall-eqreb minuta;

(n) jekk il-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tkun waħda b’kondensatur, il-klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni skont il-punt 2 tal-Anness VI, espressa bħala “klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni “X” fuq skala minn G (l-inqas effiċjenti) sa A (l-iktar effiċjenti)”; din tista’ titfisser b’mezzi oħrajn, dejjem jekk ikun ċar li l-iskala hija minn G (l-inqas effiċjenti) sa A (l-iktar effiċjenti);

(o) jekk il-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tkun waħda b’kondensatur, l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni Cdry u Cdry½ tal-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa u ħasla parzjali u l-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni (Ct ) għall-“programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali”, mogħtija bħala perċentwal imqarreb għall-eqreb perċentwal sħiħ;

(p) il-livell tal-qawwa tal-ħoss (valur medju ppeżat — LWA) fl-arja għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa, mogħti f’dB u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

(q) jekk il-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tkun maħsuba biex tiġi mmuntata fl-għamara, indikazzjoni dwar dan.

2. Skeda waħda tal-prodott tista’ tkopri għadd ta’ mudelli ta’ magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ fornuti mill-istess fornitur.

3. L-informazzjoni mogħtija fl-iskeda tista’ tingħata fil-forma ta’ kopja tat-tikketta, bil-kulur jew bl-abjad u iswed. Meta dan ikun il-każ, għandha tiġi pprovduta wkoll l-informazzjoni mniżżla fil-punt 1 li ma tkunx diġà murija fuq it-tikketta.




ANNESS III

Id-dokumentazzjoni teknika

1. Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(c) għandha tinkludi:

(a) l-isem u l-indirizz tal-fornitur;

(b) deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tal-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ, li tkun biżżejjed biex din tkun tista’ tiġi identifikata b’ċertezza u faċilment;

(c) fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati li jkunu ġew applikati;

(d) fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra li jkunu ntużaw;

(e) l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna awtorizzata biex torbot lill-fornitur;

(f) il-parametri tekniċi għall-kejl, skont kif ġej:

(i) għal tumble drier domestiku tal-elettriku mħaddem mill-mejn:

il-konsum tal-enerġija (Edry , Edry½ , Egdry , Egdry½ , Egdry,a , Egdry½,a ) tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali,

għal tumble drier domestiku mħaddem bil-gass:

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas) ), imqarreb għal punt deċimali wieħed; dan għandu jiġi deskritt bħala: “Konsum tal-enerġija: “X” kWh-Gass fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi fuq kif jintuża l-apparat.;

u

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas)el ), imqarreb għal punt deċimali wieħed; dan għandu jiġi deskritt bħala: “Konsum tal-enerġija: “X” kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi fuq kif jintuża l-apparat.’;

(ii) il-konsum tal-enerġija fil-“modalità mitfija” u fil-“modalità mixgħula u inattiva”,

(iii) it-tul tal-programm għall-“programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa” (Tdry ) u t-tul tal-programm għall-“programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla parzjali” (Tdry½ ), mogħtija f’minuti u mqarrbin għall-eqreb minuta,

(iv) jekk il-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tkun mgħammra b’sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija, it-tul tal-“modalità mixgħula u inattiva”,

(v) jekk il-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tkun waħda b’kondensatur, l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa – Cdry , u l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla parzjali – Cdry½ ,

(vi) il-livell tal-qawwa tal-ħoss;

(g) ir-riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness VII.

2. Fejn l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tkun inkisbet b’kalkolu abbażi tad-disinn jew permezz ta’ estrapolazzjoni minn magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ ekwivalenti oħrajn, jew mit-tnejn, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ dawn il-kalkoli jew l-estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn, kif ukoll id-dettalji tat-testijiet imwettqa mill-fornituri sabiex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkoli li jkunu saru. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta’ magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ ekwivalenti li għalihom l-informazzjoni tkun inkisbet bl-istess mod.




ANNESS IV

L-informazzjoni li għandha tingħata f’każijiet fejn l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri

1. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(b) għandha tingħata fl-ordni li ġejja:

(a) il-kapaċità nominali, f’kilogrammi, ta’ ħwejjeġ magħmulin mill-qoton għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa;

(b) jekk il-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ hijiex waħda b’vent tal-arja, waħda b’kondensatur jew waħda li taħdem bil-gass;

(c) il-klassi tal-effiċjenza enerġetika kif iddefinita fil-punt 1 tal-Anness VI;

(d) għal tumble drier domestiku tal-elettriku mħaddem mill-mejn:

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEc ), imqarreb għall-eqreb numru sħiħ, li għandu jiġi deskritt bħala: “Konsum tal-enerġija: “X” kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi fuq kif jintuża l-apparat.”;

għal tumble drier domestiku mħaddem bil-gass:

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas) ), imqarreb għal punt deċimali wieħed; dan għandu jiġi deskritt bħala: “Konsum tal-enerġija: “X” kWh-Gass fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi fuq kif jintuża l-apparat.;

u

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas)el ), imqarreb għal punt deċimali wieħed; dan għandu jiġi deskritt bħala: “Konsum tal-enerġija: “X” kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi fuq kif jintuża l-apparat.’;

(e) jekk il-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ hijiex “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ awtomatika” jew “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mhux awtomatika”;

(f) il-konsum tal-enerġija (Edry , Edry½ , Egdry , Egdry½ , Egdr,a , Egdry½,a ) tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, imqarreb għal żewġ punti deċimali u kkalkulat skont l-Anness VII;

(g) il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija (Po ) u fil-modalità mixgħula u inattiva (Pl ) għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa;

(h) it-tul tal-programm għall-“programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa” (Tdry ) u t-tul tal-programm għall-“programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla parzjali” (Tdry½ ), mogħtija f’minuti u mqarrbin għall-eqreb minuta, ikkalkulati skont l-Anness VII;

(i) jekk il-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tkun waħda b’kondensatur, il-klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni skont il-punt 2 tal-Anness VI;

(j) il-livell tal-qawwa tal-ħoss (valur medju ppeżat — LWA) għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa, mogħti f’dBu mqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

(k) jekk il-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tkun maħsuba biex tiġi mmuntata fl-għamara, indikazzjoni dwar dan.

2. Jekk tiġi pprovduta wkoll informazzjoni oħra li tinsab fl-iskeda tal-prodott, din għandha tkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness II.

3. Id-daqs u t-tipa li bihom tiġi stampata jew murija l-informazzjoni kollha msemmija f’dan l-Anness għandhom ikunu jinqraw.




ANNESS V

Il-proċedura ta’ verifika għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Għall-għanijiet tal-konformità u l-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħra affidabbli, preċiżi u riproduċibbli,.li jqisu l-aktar metodi tal-kejl moderni rrikonoxxuti b’mod ġenerali, u li r-riżultati tagħhom huma meqjusa li huma ta’ inċertezza baxxa.

Sabiex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ waħda. Jekk il-parametri mkejla ma jissodisfawx il-valuri ddikjarati mill-fornitur fil-meded stabbiliti fit-Tabella 1, il-kejl għandu jsir ukoll fuq tliet magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ oħrajn. Il-medja aritmetika tal-valuri mkejla għal dawk it-tliet magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tissodisfa l-valuri ddikjarati mill-fornitur fil-meded iddefiniti fit-Tabella 1.

Jekk dan ma jkunx il-każ, il-mudell u l-mudelli l-oħra kollha ta’ magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ ekwivalenti għandhom jitqiesu bħala mudelli li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4.



Tabella 1

Parametru mkejjel

Tolleranzi tal-verifika

Il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija

Il-valur imkejjel m’għandux ikun ikbar mill-valur nominali (1) ta’ AEC b’aktar minn 6 %.

Il-konsum ippeżat tal-enerġija

Il-valur imkejjel m’għandux ikun ikbar mill-valur nominali ta’ Et b’aktar minn 6 %.

L-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni

Il-valur imkejjel m’għandux ikun inqas mill-valur nominali ta’ Ct b’aktar minn 6 %.

It-tul ippeżat tal-programm

Il-valur imkejjel m’għandux ikun itwal mill-valuri nominali ta’ Tt b’aktar minn 6 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija u fil-modalità mixgħula u inattiva

Il-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta’ aktar minn 1,00 W m’għandux ikun akbar mill-valur nominali b’aktar minn 6 %. Il-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta’ 1,00 W jew ta’ inqas minn hekk m’għandux ikun akbar mill-valur nominali b’aktar minn 0,10 W.

It-tul tal-modalità mixgħula u inattiva

Il-valur imkejjel m’għandux ikun itwal mill-valur nominali ta’ Tl b’aktar minn 6 %.

Livell tal-qawwa tal-ħoss LWA

Il-valur imkejjel m’għandux ikun ikbar mill-valur nominali.

(1)   “Valur nominali” tfisser valur li jiġi ddikjarat mill-fornitur. Il-perċentwal ta’ inċertezza fil-kejl ta’ 6 % jirrappreżenta l-marġni ta’ żball aċċettabbli dal-ħin għall-ittestjar fil-laboratorju tal-kejl tal-parametri ddikjarati permezz tal-metodu l-ġdid tal-kejl li qed jintuża għar-rekwiżiti l-ġodda dwar it-tikkettar u l-ekodisinn, inkluż għaċ-ċikli ta’ ħasla sħiħa u parzjali.




ANNESS VI

Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika u l-klassijiet tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni

1.   IL-KLASSIJIET TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) tagħha, kif stipulat fit-Tabella 1.

L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur għandu jiġi stabbilit skont il-punt 1 tal-Anness VII.



Tabella 1

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI)

A+++ (l-iktar effiċjenti)

EEI < 24

A++

24 ≤ EEI < 32

A+

32 ≤ EEI < 42

A

42 ≤ EEI < 65

B

65 ≤ EEI < 76

C

76 ≤ EEI < 85

D (l-inqas effiċjenti)

85 ≤ EEI

2.   IL-KLASSIJIET TAL-EFFIĊJENZA TAL-KONDENSAZZJONI

Il-klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni (Ct ), kif stipulat fit-Tabella 2.

L-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni (Ct ) ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur għandha tiġi stabbilita skont il-punt 2 tal-Anness VII.



Tabella 2

Klassijiet tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni

Klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni

Effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni (Ct )

A (l-iktar effiċjenti)

Ct > 90

B

80 < Ct ≤ 90

C

70 < Ct ≤ 80

D

60 < Ct ≤ 70

E

50 < Ct ≤ 60

F

40 < Ct ≤ 50

G (l-inqas effiċjenti)

Ct ≤ 40




ANNESS VII

Metodu għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika u tal-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni

1.   IL-KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

Biex jiġi kkalkulat l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) ta’ mudell ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ, il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali jitqabbel mal-konsum annwali standard tal-enerġija tagħha.

(a) L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) għandu jiġi kkalkulat kif ġej u jitqarreb għal punt deċimali wieħed:

image

fejn:

AEC

=

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija tal-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ;

SAEC

=

il-konsum annwali standard tal-enerġija tal-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ.

(b) Il-Konsum Annwali Standard tal-Enerġija (SAEC ) għandu jiġi kkalkulat f’kWh fis-sena kif ġej u jitqarreb għal żewġ punti deċimali:

 għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ kollha li m’għandhomx vent tal-arja:

  SAEC  = 140 × c 0,8

 għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li għandhom vent tal-arja:

 

image

 fejn:

 

c

hija l-kapaċità nominali tal-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-programm standard għall-qoton;

Tt

huwa t-tul ippeżat tal-programm għall-programm standard għall-qoton.

(c) Il-Konsum Annwali ppeżat tal-Enerġija (AEC ) għandu jiġi kkalkulat f’kWh fis-sena kif ġej u jitqarreb għal żewġ punti deċimali:

(i) 

image

fejn:

Et

=

il-konsum ippeżat tal-enerġija, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali;

Po

=

l-enerġija fil-“modalità mitfija” għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa, mogħtija f’W u mqarrba għal żewġ punti deċimali;

Pl

=

l-enerġija fil-“modalità mixgħula u inattiva” għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa, mogħtija f’W u mqarrba għal żewġ punti deċimali;

Tt

=

it-tul ippeżat tal-programm, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta;

160

=

l-għadd totali ta’ ċikli ta’ tnixxif fis-sena.

(ii) Meta l-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tkun mgħammra b’sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija, li permezz tagħha l-magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tmur lura b’mod awtomatiku għall-“modalità mitfija” meta jintemm il-programm, il-Konsum Annwali ppeżat tal-Enerġija (AEC ) għandu jiġi kkalkulat billi jitqies it-tul effettiv tal-“modalità mixgħula u inattiva”, skont il-formula li ġejja:

image

fejn:

Tl

=

it-tul tal-“modalità mixgħula u inattiva” għall-programm standard għat għall-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta.

(d) It-tul ippeżat tal-programm (Tt ) għall-programm standard għall-qoton għandu jiġi kkalkulat f’minuti kif ġej u jitqarreb għall-eqreb minuta:

Tt  = (3 × Tdry  + 4 × Tdry½ )/7

fejn:

Tdry

=

it-tul tal-programm għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta;

Tdry½

=

it-tul tal-programm għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla parzjali, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta.

(e) Il-konsum ippeżat tal-enerġija (Et ) għandu jiġi kkalkulat f’kWh kif ġej u jitqarreb għal żewġ punti deċimali:

Et  = (3 × Edry  + 4 × Edry½ )/7

fejn:

Edry

=

il-konsum tal-enerġija għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali;

Edry½

=

il-konsum tal-enerġija għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali.

(f) Għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, il-konsum tal-enerġija għall-programm standard għall-qoton, kemm meta jkun hemm ħasla sħiħa kif ukoll meta jkun hemm ħasla parzjali, għandu jiġi kkalkulat f’kWh u jitqarreb għal żewġ punti deċimali kif ġej:

image

image

fejn:

Egdry

=

il-konsum tal-gass għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali;

Egdry½

=

il-konsum tal-gass għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali;

Egdry,a

=

il-konsum tal-elettriku supplimentari għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali;

Egdry½,a

=

il-konsum tal-elettriku supplimentari għall-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali;

fg

=

2,5.

2.   IL-KALKOLU GĦALL-INFORMAZZJONI TAL-PRODOTT DESKRITTA FL-“ANNESS II L-ISKEDA TAL-PRODOTT”, “ANNESS III ID-DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA” U L- “ANNESS IV L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA F’KAŻIJIET FEJN L-UTENT FINALI MA JKUNX MISTENNI JARA L-PRODOTT GĦALL-WIRI”

Għal tumble driers domestiċi mħaddma bil-gass, il-konsum tal-enerġija bil-gass għall-programm standard tal-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali għall-informazzjoni fl-Anness II, III u IV jiġi kkalulat f’ kWhGas u mqarreb għal żewġ punti deċimali, bħala:

AE C(Gas) = 160 × (3 × Egdry  + 4 × Egdry1/2 )/7

Għal tumble driers domestiċi mħaddma bil-gass, il-konsum tal-enerġija bil-gass għall-programm standard tal-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali għall-informazzjoni fl-Anness II, III u IV jiġi kkalulat f’ kWh u mqarreb għal żewġ punti deċimali, bħala:

AEC(Gas)el = 160 × (3 × Egdry,a + 4 × Egdry1/2,a )/7 + ((Pl × Tl × 160) + Po × [525 600 – (Tt × 160) – (Tl × 160)])/60 × 1 000

3.   IL-KALKOLU TAL-EFFIĊJENZA PPEŻATA TAL-KONDENSAZZJONI

L-effiċjenza tal-kondensazzjoni ta’ programm hija l-proporzjon bejn il-massa ta’ ndewwa kkondensata u miġbura fil-kontenitur ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur u l-massa tal-indewwa mneħħija mill-ħasla bħala parti mill-programm, u din tal-aħħar hija d-differenza bejn il-massa tal-ħasla tat-test imxarrba qabel it-tnixxif u l-massa tal-ħasla użata għall-prova wara t-tnixxif. Biex tiġi kkalkulata l-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni, titqies l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm standard għall-qoton kemm meta jkun hemm ħasla sħiħa kif ukoll meta jkun hemm ħasla parzjali.

L-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni (Ct ) ta’ programm għandha tiġi kkalkulata bħala perċentwal u titqarreb għall-eqreb perċentwal sħiħ kif ġej:

Ct  = (3 × Cdry  + 4 × Cdry½ )/7

fejn:

Cdry

=

l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla sħiħa;

Cdry½

=

l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm standard għall-qoton meta jkun hemm ħasla parzjali.

L-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni C għandha tiġi kkalkulata kif ġej mill-valuri tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni li joħorġu mill-provi li jsiru u għandha tingħata bħala perċentwal:

image

fejn:

n

huwa l-għadd ta’ provi li jsiru, li għandu jinkludi mill-inqas erba’ provi validi għall-programm magħżul;

j

huwa n-numru tal-prova;

Wwj

hija l-massa tal-ilma miġbura fir-reċipjent tal-kondensatur waqt il-prova j;

Wi

hija l-massa tal-ħasla mxarrba użata għall-prova qabel it-tnixxif;

Wf

hija l-massa tal-ħasla użata għall-prova wara t-tnixxif.

▼M1




ANNESS VIII

L-informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fuq l-Internet

(1) Għall-finijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “mekkaniżmu għall-wiri” tfisser kwalunkwe skrin, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva li tintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet;

(b) “wiri ta' ħaġa ġo oħra” tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c) “skrin tattilu” tfisser skrin li jaħdem meta tmissu bħal tablets, kompjuters tat-tip slate jew smartfowns;

(d) “test alternattiv” tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li l-informazzjoni tintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, bħal, pereżempju, biex jiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

(2) It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(f) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fil-punt 4 tal-Anness I. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.

(3) L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a) tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

(b) turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; kif ukoll

(c) tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

image

(4) Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a) l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott;

(b) l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c) it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d) it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (“tab”) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e) għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f) it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g) it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

(5) L-iskeda tal-informazzjoni x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(g) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta' din l-iskeda tal-informazzjoni għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni għandha tkun immarkata b'mod ċar u li tista' tinqara bil-kliem “L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott”. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.



( 1 ) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

( 2 ) ĠU L 136, 21.6.1995, p. 28.

( 3 ) ĠU L 266, 18.10.1996, p. 1.

( 4 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

( 5 ) ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

Top