Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02012R0351-20120514

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 tat- 23 ta' April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/351/2012-05-14

    2012R0351 — MT — 14.05.2012 — 000.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 351/2012

    tat-23 ta' April 2012

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur

    (ĠU L 110, 24.4.2012, p.18)


    Ikkoreġut b'

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 121, 8.5.2012, p. 44  (351/2012)




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 351/2012

    tat-23 ta' April 2012

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur



    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali ta’ vetturi bil-mutur, il-karrijiet u s-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati tagħhom ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 14(3)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi r-rekwiżiti bażiċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 fir-rigward tal-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata. Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għal din l-approvazzjoni tat-tip.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistipula li l-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jeżentaw ċerti vetturi jew klassijiet ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 mill-obbligu li jinstallaw sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata, fejn wara analiżi ta’ spiża/benefiċċju u b’kunsiderazzjoni tal-aspetti tas-sikurezza kollha rilevanti, jirriżulta li l-applikazzjoni ta’ dawk is-sistemi ma tkunx adattata għall-vettura jew għall-klassi ta’ vetturi kkonċernati.

    (3)

    L-analiżi tal-ispiża/benefiċċju ppruvat li l-applikazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata ma’ vetturi semitrejler tal-irmonk tal-kategorija N2 b’massa massima li taqbeż 3,5 tunellati iżda ma taqbiżx 8 tunellati mhix adattata għax din tiġġenera aktar spejjeż milli benefiċċji. Barra minn hekk, huwa meqjus li minħabba l-użu tipiku tagħhom f’kundizzjonijiet speċifiċi tat-traffiku, l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata tista’ tiġġenera biss benefiċċji limitati għas-sikurezza għall-vetturi tal-kategorija M2 u M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II, u għal karozzi tal-linja artikulati tal-kategorija M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II, kif ukoll għal ċerti vetturi għal skop speċjali, vetturi off-road u vetturi b’aktar minn tliet fusien. Dawk il-vetturi għalhekk għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jinstallaw dawk is-sistemi.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    Kamp ta’ Applikazzjoni

    Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategoriji M2, N2, M3 u N3, kif definit fl-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:

    (1) vetturi semitrejler tal-irmonk tal-kategorija N2 b’massa massima li taqbeż 3,5 tunnellati iżda ma taqbiżx 8 tunellati;

    (2) vetturi tal-kategorij M2 u M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II;

    (3) karozzi tal-linja artikulati tal-kategorija M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II;

    (4) vetturi off-road tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 kif imsemmija fil-punti 4.2 u 4.3 tal-Parti A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE;

    (5) vetturi għal skop speċjali tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 kif imsemmija fil-punt 5 tal-Parti A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE;

    (6) vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 b’aktar minn tliet fusien.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 661/2009:

    (1) “Tip ta’ vettura fir-rigward tas-Sistema ta’ Indikazzjoni ta’ Ħruġ mill-Karreġġata” tfisser kategorija ta’ vetturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:

    (a) l-isem jew il-marka tal-fabbrika tal-manifattur,

    (b) karatteristiċi tal-vettura li jinfluwenzaw b’mod sinjifikanti l-prestazzjonijiet tas-Sistema ta’ Indikazzjoni ta’ Ħruġ mill-Karreġġata,

    (c) it-tip u d-disinn tas-Sistema ta’ Indikazzjoni ta’ Ħruġ mill-Karreġġata.

    (2) “Karreġġata” tfisser waħda mill-istrixxi lonġitudinali li triq tkun maqsuma fihom (kif muri fl-Appendiċi 1 mal-Anness II).

    (3) “Immarkar viżibbli tal-karreġġata” ifisser disinji mpoġġija b’mod intenzjonali fuq it-truf tal-karreġġata li huma direttament viżibbli mis-sewwieq waqt li qed isuq.

    (4) “Rata ta’ ħruġ” tfisser il-veloċità tal-approach tal-vettura f’angolu rett mal-immarkar viżibbli tal-karreġġata fil-punt meta tinbeda t-twissija.

    (5) “Spazju komuni” ifisser żona fejn jistgħu jintwerew żewġ funzjonijiet ta’ informazzjoni jew aktar, imma mhux b’mod simultanju.

    Artikolu 3

    L-approvazzjoni tat-tip KE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-LDWS

    1.  Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura lill-awtorità li tapprova t-tip fir-rigward ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata.

    2.  L-applikazzjoni għandha tkun ippreparata skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness I.

    3.  Jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII mad-Direttiva 2007/46/KE.

    Stat Membru ma jistax jagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

    4.  Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha toħroġ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE stabbilit skont il-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Mudelli standard għad-dokument ta’ informazzjoni u ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE

    PARTI 1

    Dokument ta’ Informazzjoni

    MUDELL

    Dokument ta’ informazzjoni Nru … li jirrelata mal-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura fir-rigward ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata.

    L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi lista tal-kontenut. Kwalunkwe disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fowlder ta’ format A4. Jekk ikun hemm xi ritratti għandu jkun fihom dettalji suffiċjenti.

    Jekk is-sistemi, il-komponenti jew unitajiet tekniċi oħra msemmija f’dan l-anness ikollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

    0.   ĠENERALI

    0.1.

    Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …

    0.2.

    Tip: …

    0.2.0.1.

    Chassis: …

    0.2.0.2.

    Karozzerija/vettura kompluta: …

    0.2.1.

    Isem (ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

    0.3.

    Mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq il-vettura ( 3 ): …

    0.3.0.1.

    Chassis: …

    0.3.0.2.

    Karozzerija/vettura kompluta: …

    0.3.1.

    Fejn tinsab din il-marka: …

    0.3.1.1.

    Chassis: …

    0.3.1.2.

    Karozzerija/vettura kompluta: …

    0.4.

    Kategorija ta’ vettura ( 4 ): …

    0.5.

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

    0.6.

    Fejn jitqiegħdu l-plejts statutorji u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom u fejn jitqiegħed in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura: …

    0.6.1.

    Fuq ix-chasis: …

    0.6.2.

    Fuq il-karozzerija: …

    0.9.

    L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti): …

    1.   IL-KARATTERISTIĊI TAL-BINI ĠENERALI TAL-VETTURA

    1.1.

    Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura: …

    1.2.

    Disinn dimensjonali tal-vettura sħiħa: …

    1.3.

    L-għadd tal-fusien u roti: …

    1.3.1.

    L-għadd u l-pożizzjoni tal-fusien b’roti doppji: …

    1.3.2.

    L-għadd u l-pożizzjoni tal-fusien bi steering: …

    1.3.3.

    Fusien powered (għadd, pożizzjoni, interkonnessjoni): …

    1.8.

    Naħa tas-sewqan: xellug/lemin ( 5 ).

    2.   MASES U DIMENSJONIJIET ( 6 ) ( 7 )

    (f’kg u mm) (Irreferi għad-disinn fejn applikabbli)

    2.1.   Bażi(jiet) ta’ bejn ir-roti (b’tagħbija sħiħa) ( 8 )

    2.1.1.

    Vetturi b’żewġ fusien: …

    2.1.1.1.   Vetturi b’żewġ fusien jew tlieta

    2.3.   Tul(ijiet) u wisa’(wisgħat) tal-fus

    2.3.1.

    Tul ta’ kull fus li huwa steered ( 9 ): …

    2.3.2.

    Tul tal-fusien l-oħra kollha (9) : …

    2.3.3.

    Wisa’ tal-aktar fus wiesa’ ta’ wara: …

    2.3.4.

    Il-wisa’ tal-fus ta’ quddiem nett (imkejla fuq it-tarf ta’ barra tat-tajers għajr għall-bużżieqa mbuzzata ‘l barra tat-tajers qrib l-art): …

    2.4.   Il-medda tad-dimensjonijiet tal-vettura (b’kollox)

    2.4.1.   Għal chassis mingħajr karozzerija

    2.4.1.1.

    Tul ( 10 ): …

    2.4.1.1.1.

    Tul massimu permissibbli: …

    2.4.1.1.2.

    Tul minimu permissibbli: …

    2.4.1.2.

    Wisa’ ( 12 ): …

    2.4.1.2.1.

    Wisa’ massima permissibbli: …

    2.4.1.2.2.

    Wisa’ minima permissibbli: …

    2.4.2.   Għal chassis bil-karozzerija

    2.4.2.1.

    Tul (12) : …

    2.4.2.1.1.

    Tul tal-parti tat-tagħbija: …

    2.4.2.2.

    Wisa’ (12) : …

    2.4.3.   Għal karozzerija approvata mingħajr chassis (vetturi M2 u M3)

    2.4.3.1.

    Tul (12) : …

    2.4.3.2.

    Wisa’ (12) : …

    2.6.   Massa f’kundizzjoni ta’ sewqan

    Massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta’ vettura tal-irmonk ta’ kategorija għajr għal M1, b’tagħmir ta’ gganċjar, jekk imqiegħed mill-manifattur, f’kundizzjoni ta’ sewqan, jew massa tax-chassis jew chassis bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew tagħmir ta’ gganċjar jekk il-manifattur ma jqigħedx il-karozzerija u/jew it-tagħmir ta’ gganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota żejda, jekk tkun imqiegħda, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, kunduttur jekk ikun hemm sit għall-kunduttur fil-vettura) ( 13 ) (massimu u minimu għal kull varjant): …

    4.7.

    Veloċità ddisinjata massima tal-vettura (f’km/s) ( 14 ): …

    13.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAL KAROZZI TAL-LINJA U KOWĊIS

    13.1.   Klassi tal-vettura: Klassi III/Klassi B (14) 

    Noti ta’ spjegazzjoni

    PARTI 2

    MUDELL

    (format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

    Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

    Komunikazzjoni li tikkonċerna:

     Approvazzjoni tat-tip KE ( 15 )

     Estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE (15) 

     Rifjut tal-approvazzjoni tat-tip KE (15) 

     Irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE (15) 

    ta’ tip ta’ vettura għal sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata

    fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 kif emendat

    Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE: _

    Raġuni għall-estensjoni:

    TAQSIMA I

    0.1.

    Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):

    0.2.

    Tip:

    0.2.1.

    Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk dan huwa disponibbli)

    0.3.

    Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk dan huwa mmarkat fuq il-vettura ( 16 )

    0.3.1.

    Fejn tinsab din il-marka:

    0.4.

    Il-kategorija tal-vettura ( 17 )

    0.5.

    Isem u indirizz tal-manifattur:

    0.8.

    L-ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:

    0.9.

    Ir-rappreżentant tal-manifattur

    TAQSIMA II

    1.

    Informazzjoni addizzjonali (fejn japplika): Ara l-Addendum

    2.

    Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

    3.

    Id-data tar-rapport tat-test:

    4.

    In-numru tar-rapport tat-test:

    5.

    Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum

    6.

    Post:

    7.

    Data:

    8.

    Firma:

    Dokumenti mehmużin

    :

    Pakkett ta’ tagħrif.

    Rapport tat-test.




    Addendum

    għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru …

    1.   Informazzjoni addizzjonali

    1.1.

    Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ indikazzjoni tal-ħruġ mill-karreġġata mwaħħla mal-vettura:

    4.   Ir-riżultati tat-test fl-Anness II

    4.1.

    Marki viżibbli tal-karreġġata użati għall-ittestjar

    4.2.

    Dokumentazzjoni li turi konformità mal-marki l-oħra kollha tal-karreġġata identifikati fl-Appendiċi mal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012

    4.3.

    Deskrizzjoni tal-varjanti tas-sistema ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata b’aġġustamenti reġjonali speċifiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti.

    4.4.

    Massa u kundizzjoni tat-tagħbija tal-vettura meta tkun ittestjata

    4.5.

    L-issettjar tal-limitu tat-twissija (biss fil-każ fejn is-sistema ta’ indikazzjoni tal-ħruġ mill-karreġġata hija mgħammra b’limitu tat-twissija li jista’ jkun aġġustat mill-utent)

    4.6.

    Ir-riżultat tat-test tal-verifika tas-sinjal tat-twissija ottiku

    4.7.

    Ir-riżultati tat-test tal-indikazzjoni tal-ħruġ mill-karreġġata

    4.8.

    Ir-riżultati tat-test tad-detezzjoni ta’ nuqqas ta’ funzjoament

    4.9.

    Ir-riżultati tat-test tad-diżattivazzjoni (isir biss jekk il-vettura hija mgħammra b’mezzi ta’ diżattivazzjoni tas-sistema ta’ indkazzjoni tal-ħruġ mill-karreġġata)

    5.

    Rimarki (jekk hemm):




    ANNESS II

    Rekwiżiti u testijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata

    1.    Rekwiżiti

    1.1.    Rekwiżiti ġenerali

    1.1.1.

    L-effikaċja tas-sistema ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata (LDWS) ma għandhiex tkun affettwata b’mod negattiv minn kampijiet manjetiċi jew tal-elettriku. Dan għandu jintwera bil-konformità mar-Regolament Nru 10 ( 18 ) tal-UNECE.

    1.2.    Rekwiżiti ta’ prestazzjoni

    1.2.1.

    Kull meta s-sistema tkun attiva, kif speċifikat fil-punt 1.2.3., l-LDWS għandha tavża lis-sewwieq jekk il-vettura taqsam minn fuq marka tal-karreġġata viżibbli għal karreġġata li tkun qed issuq fiha, fuq triq b’forma direzzjonali li tvarja bejn triq dritta u kurva li jkollha marka ta’ karreġġata fuq in-naħa ta’ ġewwa b’raġġ minimu ta’ 250 m, fejn ma jkun hemm l-ebda talba motivata biex isir dan.

    Speċifikament:

    1.2.1.1. din għandha tipprovdi lis-sewwieq bit-twissija speċifikata fil-punt 1.4.1., meta din tkun ittestjata skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.5. (test tat-twissija tal-ħruġ) u bil-marki tal-karreġġata kif speċifikat fil-punt 2.2.3.,

    1.2.1.2. it-twissija msemmija fil-punt 1.2.1. tista’ titwaqqaf meta jkun hemm azzjoni tas-sewwieq li tindika l-intenzjoni li jrid joħroġ minn dik il-karreġġata.

    1.2.2.

    Is-sistema għandha tipprovdi wkoll lis-sewwieq bit-twissija speċifikata fil-punt 1.4.2., meta din tkun ittestjata skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.6. (it-test tad-detezzjoni ta’ nuqqas ta’ funzjonament). Is-sinjal għandu jkun kostanti.

    1.2.3.

    L-LDWS għandha tkun attiva mill-inqas għal veloċitajiet tal-vettura ta’ aktar minn 60 km/s, sakemm din ma tkunx diżattivata manwalment skont il-punt 1.3.

    1.3.

    Jekk vettura tkun mgħammra b’mezz għad-diżattivazzjoni tal-funzjoni tal-LDWS, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejijn kf jixraq:

    1.3.1. Il-funzjoni tal-LDWS għandha terġa’ tiddaħħal awtomatikament mal-bidu ta’ kull ċiklu ġdid meta tkun startjata “on” (taħdem).

    1.3.2. Sinjal ta’ twissija ottiku kostanti għandu jinforma lis-sewwieq li l-funzjoni tal-LDWS tkun ġiet diżattivata. Is-sinjal ta’ twissija isfar speċifikat fil-punt 1.4.2. għandu jintuża għal dan il-għan.

    1.4.

    Indikazzjoni ta’ twissija

    1.4.1.

    It-twissija msemmija fil-punt 1.2.1. għandha tkun tista’ tiġi nnutata mis-sewwieq u tingħata b’xi wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

    (a) mill-anqas żewġ mezzi ta’ twissija, li għandhom jintgħażlu bejn dawk ottiċi, akustiċi jew tattili

    (b) mezz wieħed ta’ twissija, li għandu jintgħażel bejn dak tattili u akustiku, b’indikazzjoni tal-ispazju dwar id-direzzjoni ta’ moviment mhux intenzjonat tal-vettura.

    1.4.1.1. Fejn jintuża sinjal ottiku għat-twissija tal-ħruġ mill-karreġġata, dan jista’ juża s-sinjal ta’ twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament kif speċifikat fil-punt 1.2.2. meta dan ikun qed iteptep.

    1.4.2.

    It-twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament imsemmija fil-punt 1.2.2. għandha tkun sinjal ta’ twissija ottiku isfar.

    1.4.3.

    Is-sinjali ta’ twissija ottiċi tal-LDWS għandhom ikunu attivati jew meta s-swiċċ tal-istartjar (start) huwa mdawwar fuq il-pożizzjoni “on” (taħdem) jew meta s-swiċċ tal-istartjar (start) ikun f’pożizzjoni bejn “on” (taħdem) u “start” li hija magħżula mill-manifattur bħala pożizzjoni ta’ kontroll (sistema inizjali (power-on)). Ir-rekwiżit ma japplikax għal sinjali ta’ twissija murija fi spazju komuni.

    1.4.4.

    Is-sinjali ta’ twissija ottiċi għandhom ikunu viżibbli anke fid-dawl tal-ġurnata, il-kundizzjoni sodisfaċenti tas-sinjali għandha tkun tista’ tiġi vverifikata mis-sewwieq mis-sit tas-sewwieq.

    1.4.5.

    Meta s-sewwieq jingħata sinjal ta’ twissija ottiku biex jindika li l-LDWS temporanjament mhix disponibbli, pereżempju minħabba kundizzjonijiet tat-temp ħżiena, is-sinjal għandu jkun kostanti. Is-sinjal tat-twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament speċifikat fil-punt 1.4.2. jista’ jintuża għal dan l-għan.

    1.5.

    Dispożizzjonijiet għal spezzjoni teknika perjodika

    1.5.1.

    Matul spezzjoni teknika perjodika għandu jkun possibbli li jiġi kkonfermat l-istat ta’ tħaddim tajjeb tal-LDWS permezz ta’ osservazzjoni viżibbli tal-istat tas-sinjal ta’ twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament, wara “power-ON” (mitfija – sistema OK, mixgħula – hemm ħsara fis-sistema).

    Fil-każ ta’ sinjal ta’ twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament li jsir fi spazju komuni, għandu jkun osservat li l-ispazju komuni jkun funzjonali qabel ma jsir il-kontroll tal-istat tas-sinjal tat-twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament.

    1.5.2.

    Fiż-żmien tal-approvazzjoni tat-tip, għandhom ikunu identifikati b’mod kunfidenzjali l-mezzi ta’ protezzjoni kontra modifika sempliċi mhux awtirozzata tat-tħaddim tas-sinjal tat-twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament magħżul mill-manifattur.

    B’mod alternattiv, dan ir-rekwiżit ta’ protezzjoni jiġi sodisfatt meta jkun disponibbli mezz sekondarju għall-kontroll tal-istat ta’ tħaddim tajjeb tal-LDWS.

    2.    Proċeduri tat-test

    2.1.

    Il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta’ dokumentazzjoni qasira li jagħti aċċess għad-disinn bażiku tas-sistema u, jekk japplika, il-mezzi li bihom dan huwa konness ma’ sistemi oħra fil-vettura. Il-funzjoni tas-sistema għandha tkun spjegata u d-dokumentazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-istat ta’ tħaddim tas-sistema huwa kkontrollat, jekk hemmx xi effett fuq sistemi oħra tal-vettura, u l-metodu(i) użat(i) biex ikunu stabbiliti s-sitwazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw biex jintwera sinjal ta’ twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament.

    2.2.

    Kundizzjonijiet tat-test

    2.2.1.

    It-test għandu jitwettaq fuq superfiċje lixxa u xotta tal-asfalt jew konkrit.

    2.2.2.

    It-temperatura tal-ambjent għandha tkun bejn 0 °C u 45 °C.

    2.2.3.

    Marki tal-karreġġata viżibbli

    2.2.3.1. Il-marki viżibbli tal-karreġġata użati fit-testijiet tat-twissija tal-ħruġ mill-karreġġata tal-punt 2.6. għandhom ikunu wieħed minn dawk identifikati fl-Appendiċi ma’ dan l-Anness, fejn il-marki għandhom ikunu f’kundizzjoni tajba u ta’ materjal li jikkonforma mal-istandard għal marki viżibbli tal-karreġġata applikat fl-Istat Membru kkonċernat. L-arranġament tal-marki viżibbli tal-karreġġata użati għall-ittestjar għandu jkun irreġistrat.

    2.2.3.2. Il-manifattur tal-vettura għandu juri, permezz tal-użu ta’ dokumentazzjoni, li hemm konformità mal-marki l-oħra kollha tal-karreġġata li huma identifikati fl-Appendiċi ma’ dan l-Anness. Kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ dan it-tip għandha tinkiteb mar-rapport tat-test.

    2.2.3.3. Fejn it-tip tal-vettura jista’ jkun mgħammar b’varjanti differenti tal-LDWS b’aġġustamenti reġjonali speċifiċi, il-manifattur għandu juri permezz ta’ dokumentazzjoni li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament huma sodisfatti fil-varjanti kollha.

    2.2.4.

    It-test għandu jitwettaq f’kundizzjonijiet ta’ viżibilità li jippermettu s-sewqan sikur skont il-veloċità mitluba matul it-test.

    2.3.

    Il-kundizzjonijiet tal-vettura

    2.3.1.    Il-piż tat-test

    Il-vettura tista’ tkun ittestjata fi kwalunkwe kundizzjoni ta’ tagħbija, id-distribuzzjoni tal-massa fuq il-fusien għandha tkun dik iddikjarata mill-manifattur tal-vettura mingħajr ma teċċedi l-massa massima permissibbli għal kull fus. Ma għandha ssir l-ebda bidla ladarba tkun inbdiet il-proċedura tat-test. Il-manifattur tal-vettura għandu juri permezz ta’ dokumentazzjoni li s-sistema taħdem f’kull kundizzjoni ta’ tagħbija.

    2.3.2.

    Il-vettura għandha tkun ittestjata bil-pressjoni tat-tajers kif irrakkomandata mill-manifattur tal-vettura.

    2.3.3.

    Fejn l-LDWS tkun mgħammra b’limitu ta’ twissija li jista’ jkun aġġustat mill-utent, it-test għandu jitwettaq kif speċifikat fil-punt 2.5. bil-limitu tat-twissija stabbilit skont l-issettjar massimu tal-ħruġ mill-karreġġata. Ma għandha ssir l-ebda bidla ladarba tkun inbdiet il-proċedura tat-test.

    2.4.

    Test ta’ verifika tas-sinjal ta’ twissija ottiku

    Meta l-vettura tkun stazzjonarja ċċekkja li s-sinjal(i) ottiku(ċi) ta’ twissija jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt 1.4.3.

    2.5.

    It-test tat-twissija tal-ħruġ mill-karreġġata

    2.5.1.

    Suq il-vettura b’veloċità ta’ 65 km/s +/- 3 km/s lejn iċ-ċentru tal-karreġġata tat-test mingħajr skossi sabiex il-vettura tibqa’ stabbli.

    Filwaqt li żżomm il-veloċità preskritta, ħalli l-vettura tmur bil-mod lejn ix-xellug jew lejn il-lemin, b’rata ta’ tluq bejn 0.1 u 0.8 m/s sabiex il-vettura taqsam il-marka tal-karreġġata. Irrepeti t-test b’rata ta’ ħruġ differenti fil-medda ta’ 0.1 u 0.8 m/s.

    Irrepeti dawn it-testijiet ta’ moviment fid-direzzjoni opposta.

    2.5.2.

    L-LDWS għandha tipprovdi l-indikazzjoni ta’ twissija ta’ ħruġ mill-karreġġata kif imsemmija fil-punt 1.4.1. mhux aktar tard meta l-parti ta’ barra tat-tajer tar-rota ta’ quddiem tal-vettura li tinstab l-eqreb tal-marki tal-karreġġata taqsam linja 0.3 m lil hinn mit-tarf ta’ barra tal-marka tal-karreġġata viżibbli fejn tkun qed tmur il-vettura.

    2.6.

    It-test ta’ detezzjoni tan-nuqqas ta’ funzjonament

    2.6.1.

    Agħmel simulazzjoni tan-nuqqas ta’ funzjonament tal-LDWS, pereżempju billi tneħħi s-sors tal-enerġija lil kull komponent tal-LDWS jew tneħħi kull konnessjoni elettrika bejn il-komponenti tal-LDWS. Il-konnessjonijiet elettriċi għas-sinjal ta’ twissija tan-nuqqas ta’ funzjonament tal-punt 1.4.2. u l-kontroll tad-diżattivazzjoni tal-LDWS tal-punt 1.3. ma għandhomx ikunu diżattivati waqt simulazzjoni tan-nuqqas ta’ funzjonament tal-LDWS.

    2.6.2.

    Is-sinjal tat-twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament imsemmi fil-punt 1.4.2. għandu jkun attivat u jibqa’ attivat waqt li tkun qed tinsaq il-vettura, u jerġa’ jkun attivat wara startjar sussegwenti f’ċiklu “off” - “on” sakemm jibqa’ jeżisti n-nuqqas ta’ funzjonament simulat.

    2.7.

    It-Test tad-Diżattivazzjoni

    2.7.1.

    Jekk il-vettura hija mgħammra b’mezzi għad-diżattivazzjoni tal-LDWS, dawwar is-swiċċ tal-istartjar (start) għal pożizzjoni “on” (ħidma) u itfi l-LDWS. Is-sinjal ta’ twissija msemmi fil-punt 1.3.2. għandu jkun attivat. Dawwar is-swiċċ tal-istartjar (start) għall-pożizzjoni “off”. Għal darba oħra, erġa’ dawwar is-swiċċ tal-istartjar (start) għall-poizzjoni “on” (ħidma) u vverifika li s-sinjal ta’ twissija li kien attivat qabel issa ma reġax xegħel, biex b’hekk jindika li l-LDWS reġgħet ġiet installata kif speċifikat fil-punt 1.3.1. Jekk is-sistema ta’ startjar hija attivata permezz ta’ “ċavetta”, dan ir-rekwiżit għandu jkun sodisfatt mingħajr ma titneħħa ċ-ċavetta.

    ▼C1




    Appendiċi

    Identifikazzjoni tal-marki tal-karreġġata viżibbli

    1. Għall-iskop tal-proċeduri tat-test imsemmija fil-punti 2.2. u 2.5. tal-Anness II, il-wisa’ tal-karreġġata tat-test għandha tkun ta’ aktar minn 3,5 m.

    2. Jiġi assunt li l-marki viżibbli tal-karreġġata li huma identifikati fit-Tabella 1 huma bojod, sakemm mhux indikat mod ieħor f’dan l-Appendiċi.

    3. It-Tabella 1 għandha tintuża għall-approvazzjoni skont il-punti 2.2. u 2.5. tal-Anness II ma’ dan ir-Regolament

    Tabella 1

    Marki viżibbli tal-karreġġata identifikati

    DISINNPAJJIŻWISA’Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellugLinja tan-nofsMarka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-leminMarka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellugLinja tan-nofsMarka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-leminWisa’ tal-karreġġataWisa’ tal-karreġġataDefinizzjoni ta’ wisa’ tal-karreġġata għall-iskop ta’ dan ir-Regolament20 cm10 cm20 cm5 m20 m12 m4 mSPANJA3 m20 cm10 cm20 cmL-ISVEZJA9 mIL-BELĠJU30 cm20 cm30 cm2,5 m10 m20 cm15-il cm20 cm2 mIR-RENJU UNITAwtostrada (*)7 mIR-RENJU UNITToroq b’karreġġata doppja10 cm jew 15-il cm jew 20 cm15-il cm10 cm jew 15-il cm jew 20 cm2 m7 m

    DISINNPAJJIŻWISA’Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellugLinja tan-nofsMarka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-leminMarka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellugLinja tan-nofsMarka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-leminIR-RENJU UNITToroq b’karreġġata waħda(limitu tal-veloċità > 40 mph)10 cm jew 15-il cm jew 20 cm10 jew 15-il cm10 cm jew 15-il cm jew 20 cm3 m6 mID-DANIMARKA30 cm15-il cm30 cm5 m10 mIl-PAJJIŻI L-BAXXI15-il cm10 cm15-il cm3 m9 mL-ITALJASekondarji u Lokali12 jew 15-il cm10 jew 12-il cm12 jew 15-il cm3 m4,5 mL-ITALJAAwtostrada25 cm15-il cm25 cm4,5 m7,5 mL-ITALJAPrinċipali25 cm15i-il cm25 cm3 m4,5 mL-IRLANDA15-il cm10 cm15-il cm4 m8 m

    DISINNPAJJIŻWISA’Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellugLinja taċ-ċentruMarka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-leminMarka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellugLinja taċ-ċentruMarka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin12-il cm12-il cm12-il cm3 mIL-GREĊJA9 m20 cm15-il cm20 cm4 mIL-PORTUGALL10 m20 cm10 cm20 cm3 mIL-FINLANDJA9 m12-il cm12-il cm12 jew 25 cm4 mIL-ĠERMANJASekondarji8 m15-il cm15-il cm30 cm6 mIL-ĠERMANJAAwtostrada12 m22,5 cm15-il cm22,5 cm3 m39 mFRANZAAwtostrada (*)10 m13 m

    DISINNPAJJIŻWISA’Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellugLinja tan-nofsMarka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-leminMarka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellugLinja tan-nofsMarka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-leminFRANZAAwtostradi(4 karreġġati jew karreġġati 2x2)22,5 u 37,5 cm15-il cm22,5 cm3 m3 m3,5 m10 mFRANZA(toroq oħra)10 jew 12-il cm15 jew 18-il cm3 m3 m3,5 m10 m(*) Ħlief ċerti żoni (pereżempju: slip road, karreġġata għal vetturi li jimxu bil-mod …)



    ( 1 ) ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

    ( 2 ) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

    ( 3 ) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, komponenti jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).

    ( 4 ) Ikklassifikati skont id-definizzjonijiet stabbiliti fil-Parti A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE.

    ( 5 ) Ħassar fejn mhux applikabbli (jeżistu każijiet fejn xejn ma jkun jeħtieġ jitħassar fejn tkun applikabbli aktar minn annotazzjoni waħda)

    ( 6 ) Meta hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ gruppi ta’ mases u dimensjonijiet għandhom jiġu ddikjarati

    ( 7 ) Standard ISO 612: 1978 – Vetturi tat-triq – Dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u vetturi rmonkati – kundizzjonijiet u definizzjonijiet.

    ( 8

    (g1)   

     Il-bażi tar-rota tal-vettura għandha tkun determinata skont:

     

    l-intestatura Nru 6.4.1. tal-Istandard ISO 612:1978 għal vetturi bil-mutur u trejler bi drawbar:

    l-intestatura Nru. 6.4.2. tal-Istandard ISO ISO 612:1978 għal semitrejler u trejler ta’ fus ċentrali

     

    Fil-każ ta’ trejler ta’ fus ċentrali, il-fus tal-kapling għandu jitqies bħala l-fus ta’ quddiem nett

    ( 9

    (g4) 

     Il-linji ta’ fusien għandhom ikunu determinati skont l-intestatura Nru. 6.5. tal-Istandard ISO 612:1978

    ( 10

    (g5) 

     it-tul tal-vettura għandu jkun determinat skont:

     

    l-intestatura Nru 6.1. tal-Istandard ISO 612:1978 għal vetturi tal-kategorija M1:

    il-punt 2.4.1. tal-Anness I mad-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) għal vetturi li mhumiex parti mill-kategorija M1

     Fil-każ ta’ trejlers, it-tulijiet għandhom ikunu determinati skont l-intestatura Nru 6.1.2. tal-Istandard ISO 612: 1978.

    ( 11 ) ĠU L 233, 25.8.1997, p. 1.

    ( 12

    (g7) 

     Il-wisa’ tal-vetturi tal-kategorija M1 għandha tkun determinata skont l-intestatura Nru 6.2 tal-Istandard ISO 612:1978. Għal vetturi li mhumiex fil-kategorija M1 il-wisa’ għandha tkun determinata skont il-punt 2.4.2. tal-Anness I mad-Direttiva 97/27/KE.

    ( 13 ) Il-massa tas-sewwieq u, jekk applikabbli, tal-membru tal-ekwipaġġ hija valutata 75 kg (sottodiviża f’68 kg massa tal-okkupanti u 7 g massa tal-bagalji skont l-Istandard ISO 2416 – 1992), it-tank tal-karburant ikun mimli sa 90 u s-sistemi l-oħra li jkun fihom likwidu (ħlief dawk għal ilma użat) ikunu mimlija sa 100 tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.

    ( 14 ) Fir-rigward ta’ trejlers, il-veloċità massima permessa mill-manifattur.

    ( 15 ) Ħassar fejn ma japplikax.

    ( 16 ) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, komponenti jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).

    ( 17 ) Kif definit fit-Taqsima A mal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE.

    ( 18 ) ĠU L 116, 8.5.2010, p. 1.

    Top