Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011R0211-20140701

    Consolidated text: Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/211/2014-07-01

    2011R0211 — MT — 01.07.2014 — 003.003


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    REGOLAMENT (UE) Nru 211/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-16 ta’ Frar 2011

    dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

    (ĠU L 065, 11.3.2011, p.1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

     M1

    REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 268/2012 tal-25 ta’ Jannar 2012

      L 89

    1

    27.3.2012

    ►M2

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

      L 158

    1

    10.6.2013

    ►M3

    REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 887/2013 tal-11 ta’ Lulju 2013

      L 247

    11

    18.9.2013

    ►M4

    REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 531/2014 tat-12 ta' Marzu 2014

      L 148

    52

    20.5.2014


    Ikkoreġut b'

     C1

    Rettifika, ĠU L 094, 30.3.2012, p. 49 (211/2011)

    ►C2

    Rettifika, ĠU L 354, 11.12.2014, p. 90 (887/2013)




    ▼B

    REGOLAMENT (UE) Nru 211/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-16 ta’ Frar 2011

    dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini



    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

    Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 2 ),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja ( 3 ),

    Billi:

    (1)

    It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprovdi, inter alia, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Dik il-proċedura tagħti liċ-ċittadini l-possibbiltà li l-Kummissjoni tiġi avviċinata direttament b’talba li fiha jistednuha tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan tal-implimentazzjoni tat-Trattati b’mod simili għad-dritt mogħti lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u lill-Kunsill skont l-Artikolu 241 TFUE.

    (2)

    Il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli. Huma għandhom jilħqu bilanċ għaqli bejn id-drittijiet u l-obbligi.

    (3)

    Għandhom jiżguraw ukoll li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu soġġetti għal kondizzjonijiet simili biex jappoġġjaw inizjattiva taċ-ċittadini irrispettivament mill-Istat Membru li minnu jkunu ġejjin.

    (4)

    Il-Kummissjoni għandha, fuq talba, tipprovdi liċ-ċittadini informazzjoni u pariri informali dwar l-inizjattivi taċ-ċittadini, l-aktar fir-rigward tal-kriterji ta’ reġistrazzjoni.

    (5)

    Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit in-numru minimu ta’ Stati Membri li minnu jridu jkunu ġejjin iċ-ċittadini. Sabiex jiġi żgurat li l-inizjattiva taċ-ċittadini tkun rappreżentattiva ta’ interess tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-istrument jibqa’ faċli li jintuża, dak in-numru għandu jkun stabbilit għal kwart tal-Istati Membri.

    (6)

    Għal dak il-għan, huwa xieraq ukoll li jiġi stabbilit in-numru minimu ta’ firmatarji li ġejjin minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet simili għaċ-ċittadini biex jappoġġjaw inizjattiva taċ-ċittadini, dawk in-numri minimi għandhom ikunu proporzjonali b’mod digressiv. Għall-għan taċ-ċarezza, dawk in-numri minimi għandhom jiġu stabbiliti għal kull Stat Membru f’anness għal dan ir-Regolament. In-numru minimu ta’ firmatarji meħtieġ f’kull Stat Membru għandu jikkorrispondi għan-numru ta’ Membri tal-Parlament Ewropew eletti f’kull Stat Membru, multiplikat b’750. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda dak l-anness sabiex tiġi riflessa kwalunkwe modifika fil-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew.

    (7)

    Huwa xieraq li tiġi ffissata età minima għall-appoġġ ta’ inizjattiva taċ-ċittadini. Dik għandha tiġi stabbilita bħala l-età li fiha ċ-ċittadini huma intitolati biex jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

    (8)

    Hemm bżonn ta’ struttura organizzata minima sabiex titwettaq b’suċċess inizjattiva taċ-ċittadini. Dik għandha tieħu l-forma ta’ kumitat taċ-ċittadini, magħmul minn persuni fiżiċi (organizzaturi) li jkunu ġejjin minn tal-anqas seba’ Stati Membri differenti, sabiex jitħeġġeġ il-ħruġ ta’ kwistjonijiet mal-Ewropa kollha u biex titrawwem ir-riflessjoni dwar dawk il-kwistjonijiet. Għal raġunijiet ta’ trasparenza u komunikazzjoni bla xkiel u effiċjenti, il-kumitat taċ-ċittadini għandu jaħtar rappreżentanti biex jagħmlu kuntatt bejn il-kumitat taċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni matul il-proċedura sħiħa.

    (9)

    L-entitajiet, l-aktar dawk l-organizzazzjonijiet li skont it-Trattati jikkontribwixxu għat-trawwim ta’ sensibilizzazzjoni politika Ewropea u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni, għandhom ikunu jistgħu jippromwovu inizjattiva taċ-ċittadini, bil-kondizzjoni li dawn jagħmlu dan bi trasparenza sħiħa.

    (10)

    Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u t-trasparenza fir-rigward tal-inizjattivi taċ-ċittadini proposti u sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn ikunu qed jinġabru firem għal inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ma tkunx konformi mal-kondizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament, għandu jkun mandatorju li tali inizjattivi jiġu reġistrati fuq websajt ipprovduta mill-Kummissjoni qabel il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ meħtieġa miċ-ċittadini. L-inizjattivi taċ-ċittadini proposti kollha li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament għandhom jiġu reġistrati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tittratta r-reġistrazzjoni skont il-prinċipji ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba.

    (11)

    Ladarba inizjattiva taċ-ċittadini proposta tiġi rreġistrata, id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miċ-ċittadini jistgħu jinġabru mill-organizzaturi.

    (12)

    Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-formola tad-dikjarazzjoni ta’ appoġġ fl-anness għal dan ir-Regolament, filwaqt li tiġi speċifikata d-data meħtieġa għall-finijiet tal-verifika mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda dak l-anness skont l-Artikolu 290 TFUE, filwaqt li tqis l-informazzjoni mibgħuta lilha mill-Istati Membri.

    (13)

    B’rispett dovut għall-prinċipju li d-data personali għandha tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tinġabar, l-għoti ta’ data personali, inkluż, fejn ikun applikabbli, numru ta’ identifikazzjoni personali jew numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali mill-firmatarji ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta, huwa meħtieġ sakemm ikun meħtieġ biex tkun tista’ ssir verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ mill-Istati Membri, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali.

    (14)

    Sabiex tintuża b’mod tajjeb it-teknoloġija moderna bħala għodda ta’ demokrazija parteċipattiva, huwa xieraq li jsiru dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ li jinġabru online kif ukoll f’format ta’ karta. Is-sistemi ta’ ġbir online għandu jkollhom karatteristiċi ta’ sigurtà adegwati biex jiżguraw, inter alia, li d-data tinġabar u tinħażen b’mod sigur. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati għas-sistemi ta’ ġbir online.

    (15)

    Huwa xieraq li l-Istati Membri jivverifikaw il-konformità tas-sistemi ta’ ġbir online mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament qabel ma jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ.

    (16)

    Il-Kummissjoni għandha tagħmel għad-dispożizzjoni open source software li jinkorpora fih il-karatteristiki tekniċi u ta’ sigurtà rilevanti meħtieġa biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-sistemi ta’ ġbir online.

    (17)

    Huwa xieraq li jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal inizjattiva taċ-ċittadini jinġabru f’perijodu ta’ żmien speċifiku. Sabiex jiġi żgurat li l-inizjattivi taċ-ċittadini proposti jibqgħu rilevanti, filwaqt li jittieħed kont tal-kumplessità sabiex jinġabru dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ madwar l-Unjoni, dak il-perijodu ta’ żmien m’għandux ikun itwal minn 12-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.

    (18)

    Huwa xieraq li jiġi previst li, fejn inizjattiva taċ-ċittadini tkun irċeviet id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ meħtieġa mill-firmatarji, kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġbura mill-firmatarji li ġejjin minn dak l-Istat Membru. Filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri, huma għandhom, f’perijodu ta’ tliet xhur minn meta tiġi rċevuta talba għal ċertifikazzjoni, iwettqu tali verifiki fuq il-bażi ta’ kontrolli xierqa, li jistgħu jiġu bbażati fuq kampjun każwali, u għandhom joħorġu dokument li jiċċertifika n-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ validi li jinkisbu.

    (19)

    L-organizzaturi għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet rilevanti kollha stipulati f’dan ir-Regolament jiġu sodisfatti qabel jissottomettu l-inizjattiva taċ-ċittadini lill-Kummissjoni.

    (20)

    Il-Kummissjoni għandha teżamina inizjattiva taċ-ċittadini u tistipula l-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha b’mod separat. Hija għandha tistipula wkoll l-azzjoni li tkun biħsiebha tieħu b’rispons għaliha, f’perijodu ta’ tliet xhur. Sabiex turi li inizjattiva taċ-ċittadini appoġġata minn tal-anqas miljun ċittadin tal-Unjoni u s-segwitu possibbli tagħha jiġu eżaminati bir-reqqa, il-Kummissjoni għandha tispjega b’mod ċar, li jinftiehem u b’mod dettaljat ir-raġunijiet għall-azzjoni li tkun biħsiebha tieħu, u għandha wkoll tagħti r-raġunijiet tagħha jekk ma tkun biħsiebha tieħu l-ebda azzjoni. Meta l-Kummissjoni tkun irċeviet inizjattiva taċ-ċittadini appoġġjata min-numru meħtieġ ta’ firmatarji li tkun tissodisfa r-rekwiżiti l-oħra ta’ dan ir-Regolament, l-organizzaturi għandhom ikunu intitolati li jippreżentaw dik l-inizjattiva waqt seduta tas-smigħ pubblika fil-livell tal-Unjoni.

    (21)

    Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data ( 4 ) hija applikabbli b’mod sħiħ għall-ipproċessar ta’ data personali li jitwettaq b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. F’dan ir-rigward, għal raġuni ta’ ċertezza legali, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-organizzaturi ta’ inizjattiva taċ-ċittadini u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma l-kontrolluri tad-data fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 95/46/KE u li jiġi speċifikat il-perijodu massimu li għalih tista’ tinħażen id-data personali miġbura għall-finijiet tal-inizjattiva taċ-ċittadini. Fil-kapaċità tagħhom ta’ kontrolluri tad-data, l-organizzaturi jridu jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jikkonformaw mal-obbligi imposti mid-Direttiva 95/46/KE, b’mod partikolari dawk relatati mal-legalità tal-ipproċessar, is-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, il-provvediment tal-informazzjoni u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data li jkollhom aċċess għad-data personali tagħhom, kif ukoll li ssir il-korrezzjoni kif ukoll it-tħassir tad-data personali tagħhom.

    (22)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 95/46/KE dwar rimedji ġudizzjarji, responsabbiltà u sanzjonijiet huma applikabbli b’mod sħiħ fir-rigward tal-ipproċessar tad-data li jitwettaq b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-organizzaturi ta’ inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu responsabbli skont il-liġi nazzjonali applikabbli għal kwalunkwe dannu li jistgħu jikkawżaw. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi jkunu soġġetti għal penalitajiet xierqa għall-ksur ta’ dan ir-Regolament.

    (23)

    Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data ( 5 ), huwa applikabbli b’mod sħiħ għall-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Kummissjoni b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (24)

    Sabiex tindirizza l-ħtiġijiet ta’ adattament fil-ġejjieni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE għall-għan tal-emendar tal-Annessi għal dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti.

    (25)

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 6 ).

    (26)

    Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, li jiddikjara li kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali li tirrigwardaha.

    (27)

    Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat u adotta opinjoni ( 7 ),

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini kif previst fl-Artikolu 11 TUE u l-Artikolu 24 TFUE.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-għan ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) “Inizjattiva taċ-ċittadini” tfisser inizjattiva ppreżentata lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, li tistieden lill-Kummissjoni, fl-ambitu tas-setgħat tagħha, biex tippreżenta kwalunkwe proposta adatta dwar kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jqisu li att legali tal-Unjoni hu meħtieġ għall-għan tal-implimentazzjoni tat-Trattati, li tkun irċeviet l-appoġġ ta’ mill-anqas miljun firmatarju eliġibbli li jkunu ġejjin minn kwart tal-Istati Membri kollha;

    (2) “Firmatarji” tfisser ċittadini tal-Unjoni li jkunu appoġġjaw inizjattiva taċ-ċittadini partikolari billi mlew formola ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ għal dik l-inizjattiva;

    (3) “Organizzaturi” tfisser persuni fiżiċi li jiffurmaw kumitat taċ-ċittadini responsabbli għall-preparazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini u l-presentazzjoni tagħha lill-Kummissjoni.

    Artikolu 3

    Rekwiżiti għall-organizzaturi u għall-firmatarji

    1.  L-organizzaturi għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni u jkunu tal-età li tintitolahom jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

    2.  L-organizzaturi għandhom jiffurmaw kumitat taċ-ċittadini ta’ mill-anqas seba’ persuni li jkunu residenti f’tal-anqas seba’ Stati Membri differenti.

    L-organizzaturi għandhom jaħtru rappreżentant wieħed u sostitut wieħed (“il-persuni ta’ kuntatt”), li għandhom ikunu ta’ kuntatt bejn il-kumitat taċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni matul il-proċedura kollha u li għandu jkollhom mandat li jitkellmu u jaġixxu f’isem il-kumitat taċ-ċittadini.

    L-organizzaturi li jkunu Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhomx jingħaddu għall-għanijiet li jintlaħaq in-numru minimu rikjest biex jiġi ffurmat kumitat taċ-ċittadini.

    Għall-għan ta’ reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta skont l-Artikolu 4, hija biss l-informazzjoni dwar is-seba’ membri tal-kumitat taċ-ċittadini li huma meħtieġa sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u f’dan il-paragrafu li għandha titqies mill-Kummissjoni.

    3.  Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-organizzaturi biex jipprovdu prova xierqa li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ġew sodisfatti.

    4.  Sabiex ikunu jistgħu jappoġġjaw inizjattiva taċ-ċittadini proposta, il-firmatarji għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni u tal-età li tintitolahom jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

    Artikolu 4

    Reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta

    1.  Qabel ma jibda l-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ mill-firmatarji għal inizjattiva taċ-ċittadini proposta, l-organizzaturi għandhom ikunu meħtieġa jirreġistrawha mal-Kummissjoni, filwaqt li jipprovdu l-informazzjoni stipulata fl-Anness II, b’mod partikolari dwar is-suġġett u l-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.

    Dik l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, f’reġistru online li jkun disponibbli għal dak il-għan mill-Kummissjoni (“ir-reġistru”).

    L-organizzaturi għandhom jipprovdu, għar-reġistru u fejn ikun xieraq fuq il-websajt tagħhom, informazzjoni aġġornata b’mod regolari dwar is-sorsi ta’ appoġġ u l-iffinanzjar għall-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.

    Wara li r-reġistrazzjoni tkun ikkonfermata skont il-paragrafu 2, l-organizzaturi jistgħu jipprovdu l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta f’lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni biex tiddaħħal fir-reġistru. It-traduzzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta f’lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni għandha tkun ir-responsabbiltà tal-organizzaturi.

    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi punt ta’ kuntatt li jagħti informazzjoni u assistenza.

    2.  Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-informazzjoni stipulata fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tirreġistra proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini taħt numru ta’ reġistrazzjoni uniku u tibgħat konferma lill-organizzaturi, bil-kondizzjoni li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) il-kumitat taċ-ċittadini jkun ġie ffurmat u l-persuni ta’ kuntatt ikunu ġew maħtura skont l-Artikolu 3(2);

    (b) l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma tkunx taqa’ manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta’ implimentazzjoni tat-Trattati;

    (c) l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma tkunx manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja; u

    (d) l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma tkunx manifestament kuntrarja għall-valuri tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 2 TUE.

    3.  Il-Kummissjoni għandha tiċħad ir-reġistrazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ma jiġux sodisfatti.

    Fejn tirrifjuta li tirreġistra inizjattiva taċ-ċittadini proposta, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzaturi bir-raġunijiet għal dan ir-rifjut u bir-rimedji ġuridiċi u extraġuridiċi kollha possibbli disponibbli għalihom.

    4.  Inizjattiva taċ-ċittadini proposta li tkun ġiet reġistrata għandha ssir pubblika fir-reġistru. Bla ħsara għad-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, is-suġġetti tad-data għandhom ikunu intitolati li jitolbu li d-data personali tagħhom titneħħa mir-reġistru wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’ sentejn mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta.

    5.  Fi kwalunkwe mument qabel il-presentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ skont l-Artikolu 8, l-organizzaturi jistgħu jirtiraw inizjattiva taċ-ċittadini proposta li tkun ġiet reġistrata. F’dak il-każ, għandha tiddaħħal indikazzjoni ta’ dan fir-reġistru.

    Artikolu 5

    Proċeduri u kondizzjonijiet għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ

    1.  L-organizzaturi għandhom ikunu responsabbli għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ mill-firmatarji għal inizjattiva taċ-ċittadini proposta li tkun ġiet reġistrata skont l-Artikolu 4.

    Jistgħu jintużaw biss formoli li jikkonformaw mal-mudelli stabbiliti fl-Anness III u li huma f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi inklużi fir-reġistru għal dik l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ. L-organizzaturi għandhom jimlew il-formoli kif indikat fl-Anness III qabel ma jibda l-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ mill-firmatarji. L-informazzjoni mogħtija fil-formoli għandha tikkorrispondi għall-informazzjoni li hemm fir-reġistru.

    2.  L-organizzaturi jistgħu jiġbru dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’format ta’ karta jew dak elettroniku. Fejn id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ jinġabru online, għandu japplika l-Artikolu 6.

    Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, li jkunu ffirmati elettronikament permezz ta’ firma elettronika avvanzata, fit-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi ( 8 ), għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’format ta’ karta.

    3.  Il-firmatarji għandhom ikunu obbligati li jimlew il-formoli tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ ipprovduti mill-organizzaturi. Huma għandhom jindikaw biss id-data personali li hija meħtieġa għall-finijiet tal-verifika mill-Istati Membri, kif stipulat fl-Anness III.

    Il-firmatarji jistgħu jappoġġjaw inizjattiva taċ-ċittadini proposta partikolari darba waħda biss.

    4.  L-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni kwalunkwe tibdil għall-informazzjoni stipulata fl-Anness III. B’kont meħud ta’ dak it-tibdil, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati, skont l-Artikolu 17 u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 18 u 19, emendi għall-Anness III.

    5.  Id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ kollha għandhom jinġabru wara d-data tar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta u f’perijodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar.

    Fit-tmiem ta’ dak il-perijodu, ir-reġistru għandu jindika li l-perijodu jkun skada u, fejn ikun xieraq, li ma jkunx inġabar in-numru meħtieġ ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ.

    Artikolu 6

    Sistemi ta’ ġbir online

    1.  Fejn id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ jinġabru online, id-data li tinkiseb online permezz tas-sistema ta’ ġbir online għandha tinħażen fit-territorju ta’ Stat Membru.

    Is-sistema ta’ ġbir online għandha tiġi ċċertifikata skont il-paragrafu 3 fl-Istat Membru li fih ser tinħażen id-data miġbura permezz tas-sistema ta’ ġbir online. L-organizzaturi jistgħu jużaw sistema ta’ ġbir online waħda għall-fini tal-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’diversi Stati Membri jew fl-Istati Membri kollha.

    Il-mudelli għall-formoli tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ jistgħu jiġu adattati għall-għan tal-ġbir online.

    2.  L-organizzaturi għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ ġbir online użata għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ tikkonforma mal-paragrafu 4.

    Qabel ma jingħata bidu għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, l-organizzaturi għandhom jitolbu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti biex tiċċertifika li s-sistema ta’ ġbir online użata għal dak il-għan tikkonforma mal-paragrafu 4.

    L-organizzaturi jistgħu jibdew il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ permezz tas-sistema ta’ ġbir online biss ladarba jkunu kisbu ċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 3. L-organizzaturi għandhom jagħmlu kopja ta’ dak iċ-ċertifikat disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web użat għas-sistema ta’ ġbir online.

    Sal-1 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni għandha twaqqaf u wara dan għandha żżomm open-source software li jkun fih il-karatteristiċi tekniċi u tas-sigurtà rilevanti meħtieġa għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-sistemi tal-ġbir online. Is-software għandu jkun disponibbli mingħajr ħlas.

    3.  Fejn is-sistema ta’ ġbir online tikkonforma mal-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha fi żmien xahar toħroġ ċertifikat dwar dan skont il-mudell stabbilit fl-Anness IV.

    L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.

    4.  Is-sistemi ta’ ġbir online għandu jkollhom stabbiliti karatteristiċi tekniċi u ta’ sigurtà adegwati biex jiżguraw li:

    (a) huma l-persuni fiżiċi biss li jistgħu jippreżentaw formola ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ online;

    (b) id-data provduta online tinġabar u tinħażen b’mod sigur, biex jiġi żgurat, inter alia, li ma tkunx tista’ tiġi modifikata jew użata għal xi għan ieħor ħlief bħala appoġġ għal inizjattiva taċ-ċittadini partikolari u biex ikun hemm protezzjoni kontra tħassir aċċidentali jew kontra l-liġi jew li tintilef b’mod aċċidentali, tinbidel jew li jkun hemm żvelar jew aċċess mhux awtorizzat.

    (c) is-sistema tista’ tiġġenera dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’forma li tikkonforma mal-mudelli stabbiliti fl-Anness III, sabiex tippermetti l-verifika mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8(2).

    5.  Sal-1 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 4, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 20(2).

    Artikolu 7

    Numru minimu ta’ firmatarji għal kull Stat Membru

    1.  Il-firmatarji ta’ inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu ġejjin mill-anqas minn kwart tal-Istati Membri.

    2.  F’tal-anqas kwart tal-Istati Membri, il-firmatarji għandhom jikkonsistu f’mill-anqas in-numru minimu ta’ ċittadini stipulati, fil-mument tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, fl-Anness I. Dawk in-numri minimi għandhom jikkorrispondu għan-numru ta’ Membri tal-Parlament Ewropew eletti f’kull Stat Membru, multiplikat b’750.

    3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati, skont l-Artikolu 17 u suġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 18 u 19, aġġustamenti xierqa għall-Anness I sabiex tiġi riflessa kull modifika fil-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew.

    4.  Il-firmatarji għandhom jitqiesu li ġejjin mill-Istat Membru li huwa responsabbli għall-verifika tad-dikjarazzjoni ta’ appoġġ tagħhom skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1).

    Artikolu 8

    Verifika u ċertifikazzjoni mill-Istati Membri ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ

    1.  Wara li jkunu ġabru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ meħtieġa mill-firmatarji skont l-Artikoli 5 u 7, l-organizzaturi għandhom jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, f’format ta’ karta jew dak elettroniku, lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 15 għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni. Għal dak il-għan l-organizzaturi għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness V u għandhom jisseparaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġburin f’format ta’ karta, dawk li ġew iffirmati elettronikament permezz ta’ firma elettronika avvanzata u dawk miġburin permezz ta’ sistema ta’ ġbir online.

    L-organizzaturi għandhom jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ lill-Istat Membru rilevanti kif ġej:

    (a) lill-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tal-firmatarju, kif speċifikat fil-punt 1 tal-Parti C tal-Anness III, jew

    (b) lill-Istat Membru li ħareġ in-numru ta’ identifikazzjoni personali jew id-dokument ta’ identifikazzjoni personali indikat fid-dikjarazzjoni ta’ appoġġ, kif speċifikat fil-punt 2 tal-Parti C tal-Anness III.

    2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom, f’perijodu li m’għandux jaqbeż it-tliet xhur minn meta jirċievu t-talba, jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ ippreżentati abbażi ta’ kontrolli xierqa, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali, kif xieraq. Abbażi ta’ dan huma għandhom jagħtu lill-organizzaturi ċertifikat skont il-mudell stabbilit fl-Anness VI, li jiċċertifika n-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ validi għall-Istat Membru kkonċernat.

    Għall-għan tal-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, l-awtentikazzjoni tal-firem m’għandhiex tkun meħtieġa.

    3.  Iċ-ċertifikat previst fil-paragrafu 2 għandu jinħareġ bla ħlas.

    Artikolu 9

    Preżentazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini lill-Kummissjoni

    Wara li jkunu kisbu ċ-ċertifikati previsti fl-Artikolu 8(2), u bil-kondizzjoni li l-proċeduri u l-kondizzjonijiet rilevanti kollha stipulati f’dan ir-Regolament ikunu ġew irrispettati, l-organizzaturi jistgħu jissottomettu l-inizjattiva taċ-ċittadini lill-Kummissjoni, akkumpanjata mill-informazzjoni rigward kwalunkwe appoġġ u ffinanzjar li jkunu rċevew għal dik l-inizjattiva. Dik l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata fir-reġistru.

    L-ammont ta’ appoġġ u ffinanzjar riċevut minn kwalunkwe sors li, ladarba jinqabeż trid tingħata l-informazzjoni, għandu jkun identiku għal dak stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom ( 9 ).

    Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, l-organizzaturi għandhom jagħmlu użu mill-formola stabbilita fl-Anness VII u għandhom jippreżentaw il-formola mimlija flimkien mal-kopji, f’format ta’ karta jew dak elettroniku, taċ-ċertifikati previsti fl-Artikolu 8(2).

    Artikolu 10

    Proċedura għall-eżami ta’ inizjattiva taċ-ċittadini mill-Kummissjoni

    1.  Meta l-Kummissjoni tirċievi inizjattiva taċ-ċittadini skont l-Artikolu 9 hija għandha:

    (a) tippubblika l-inizjattiva taċ-ċittadini mingħajr dewmien fir-reġistru;

    (b) tirċievi lill-organizzaturi f’livell xieraq biex tippermettilhom jispjegaw fid-dettall il-kwistjonijiet imqajma mill-inizjattiva taċ-ċittadini;

    (c) fi żmien tliet xhur, tistabbilixxi f’komunikazzjoni l-konklużjonijiet finali legali u politiċi tagħha dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, l-azzjoni li biħsiebha tieħu, jekk ser tieħu, u r-raġunijiet għalfejn biħsiebha tieħu jew ma tieħux dik l-azzjoni.

    2.  Il-komunikazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi notifikata lill-organizzaturi kif ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha ssir pubblika.

    Artikolu 11

    Smigħ pubbliku

    Meta l-kondizzjonijiet tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 10(1) ikunu sodisfatti, u sal-iskadenza stipulata fil-punt (c) tal-Artikolu 10(1), l-organizzaturi għandhom jingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-inizjattiva taċ-ċittadini waqt smigħ pubbliku. Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jiżguraw li dan is-smigħ jiġi organizzat fil-Parlament Ewropew, jekk ikun xieraq flimkien ma’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni li juru x-xewqa li jipparteċipaw, u li l-Kummissjoni tkun rappreżentata f’livell xieraq.

    Artikolu 12

    Protezzjoni tad-data personali

    1.  Fl-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament, l-organizzaturi ta’ inizjattiva taċ-ċittadini u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 95/46/KE u d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din.

    2.  Għall-għanijiet tal-ipproċessar rispettiv minnhom tad-data personali, l-organizzaturi ta’ inizjattiva taċ-ċittadini u l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 15(2) għandhom jitqiesu bħala kontrolluri tad-data skont il-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE.

    3.  L-organizzaturi għandhom jiżguraw li d-data personali miġbura għal inizjattiva taċ-ċittadini partikolari ma tintużax għal kwalunkwe għan ieħor ħlief dak tal-appoġġ indikat għal dik l-inizjattiva, u għandhom jeqirdu d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ li jirċievu għal dik l-inizjattiva u kwalunkwe kopja tagħha mhux aktar minn xahar wara li jippreżentaw dik l-inizjattiva lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 jew 18-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta, skont liema tiġi l-ewwel.

    4.  L-awtorità kompetenti għandha tuża d-data personali li hija tirċievi għal inizjattiva taċ-ċittadini partikolari biss għall-fini tal-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ skont l-Artikolu 8(2), u għandha teqred id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ u l-kopji tagħhom kollha mhux aktar tard minn xahar wara l-ħruġ taċ-ċertifikat imsemmi f’dak l-Artikolu.

    5.  Id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal inizjattiva taċ-ċittadini partikolari u kopji tagħhom jistgħu jinżammu wara l-limiti taż-żmien stipulati fil-paragrafi 3 u 4 jekk ikun meħtieġ għall-fini ta’ proċedimenti legali jew amministrattivi relatati ma’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta. L-organizzaturi u l-awtorità kompetenti għandhom jeqirdu d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ u l-kopji tagħhom kollha mhux aktar tard minn ġimgħa wara d-data ta’ għeluq ta’ dawn il-proċedimenti b’deċiżjoni finali.

    6.  L-organizzaturi għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipproteġu d-data personali kontra qerda aċċidentali jew illegali jew telf aċċidentali, tibdil, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat, partikolarment meta l-ipproċessar jinvolvi t-trasmissjoni ta’ data fuq network, u kontra kull forma oħra illegali ta’ pproċessar.

    Artikolu 13

    Responsabbiltà

    L-organizzaturi għandhom ikunu responsabbli għal kwalunkwe ħsara li huma jikkawżaw fl-organizzazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

    Artikolu 14

    Penalitajiet

    1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi jkunu soġġetti għal penalitajiet xierqa għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari għal:

    (a) dikjarazzjonijiet foloz li jsiru mill-organizzaturi;

    (b) l-użu frodulenti tad-data.

    2.  Il-penalitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    Artikolu 15

    Awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Istati Membri

    1.  Għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 6(3), l-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti responsabbli sabiex joħorġu ċ-ċertifikat previst fih.

    2.  Għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 8(2), kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda responsabbli għall-koordinazzjoni tal-proċess ta’ verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ u għall-ħruġ taċ-ċertifikati previsti fih.

    3.  Mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2012, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti lill-Kummissjoni.

    4.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-lista tal-awtoritajiet kompetenti disponibbli pubblikament.

    Artikolu 16

    Emendar tal-Annessi

    Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 17 u suġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 18 u 19, emendi għall-Annessi għal dan ir-Regolament fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 17

    Eżerċizzju tad-delega

    1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 16 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat.

    2.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    3.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 18 u 19.

    Artikolu 18

    Revoka tad-delega

    1.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 16 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

    2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f’perijodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett tar-revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka.

    3.  Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 19

    Oġġezzjonijiet għal atti delegati

    1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat f’ perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.

    2.  Jekk, meta jiskadi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data mniżżla fiha.

    L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

    3.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għalfejn oġġezzjonat għall-att delegat.

    Artikolu 20

    Kumitat

    1.  Għall-fini tal-implementazzjoni tal-Artikolu 6(5), il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

    2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

    Artikolu 21

    Notifika tad-dispożizzjonijiet nazzjonali

    Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet speċifiċi li jadotta sabiex jimplimenta dan ir-Regolament.

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b’dan.

    Artikolu 22

    Reviżjoni

    Sal-1 ta’ April 2015, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 23

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ April 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    ▼M4




    ANNESS I



    NUMRU MINIMU TA’ FIRMATARJI GĦAL KULL STAT MEMBRU

    Il-Belġju

    15 750

    Il-Bulgarija

    12 750

    Ir-Repubblika Ċeka

    15 750

    Id-Danimarka

    9 750

    Il-Ġermanja

    72 000

    L-Estonja

    4 500

    L-Irlanda

    8 250

    Il-Greċja

    15 750

    Spanja

    40 500

    Franza

    55 500

    Il-Kroazja

    8 250

    L-Italja

    54 750

    Ċipru

    4 500

    Il-Latvja

    6 000

    Il-Litwanja

    8 250

    Il-Lussemburgu

    4 500

    L-Ungerija

    15 750

    Malta

    4 500

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    19 500

    L-Awstrija

    13 500

    Il-Polonja

    38 250

    Il-Portugall

    15 750

    Ir-Rumanija

    24 000

    Is-Slovenja

    6 000

    Is-Slovakkja

    9 750

    Il-Finlandja

    9 750

    L-Isvezja

    15 000

    Ir-Renju Unit

    54 750

    ▼M3




    ANNESS II

    INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA’ INIZJATTIVA TAĊ-ĊITTADINI

    1. It-titolu tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, f’mhux aktar minn 100 karattru;

    2. Is-suġġett, f’mhux aktar minn 200 karattru;

    3. Deskrizzjoni tal-għanijiet tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li fuqha l-Kummissjoni hija mistiedna taġixxi, f’mhux aktar minn 500 karattru;

    4. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati meqjusa rilevanti mill-organizzaturi għall-azzjoni proposta;

    5. L-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali, in-nazzjonalitajiet u d-dati ta’ twelid tas-seba’ membri tal-kumitat taċ-ċittadini, b’indikazzjoni speċifika tar-rappreżentant u s-sostitut kif ukoll l-indirizzi tal-email u n-numri tat-telefown tagħhom ( 10 );

    6. Dokumenti li juru l-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali, in-nazzjonalitajiet u d-dati tat-twelid ta’ kull wieħed mis-seba’ Membri tal-kumitat taċ-ċittadini;

    7. Is-sorsi kollha ta’ appoġġ u finanzjament għall-inizjattiva taċ-ċittadini proposta fil-ħin tar-reġistrazzjoni (10) .

    L-organizzaturi jistgħu jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar is-suġġett, l-għanijiet u l-isfond tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta f’anness. Jekk jixtiequ, jistgħu wkoll jippreżentaw abbozz ta’ att legali.




    ANNESS III

    FORMOLA TA’ DIKJARAZZJONI TA’ APPOĠĠ – PARTI A (1)

    (għall-Istati Membri li ma jirrikjedux li jiġi pprovdut numru ta’ identifikazzjoni personali/numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali)

    image

    ►(4) C2  

    ►(4) C2  

    ►(4) C2  

    ►(4) C2  

    image

    ►(1) C2  

    FORMOLA TA’ DIKJARAZZJONI TA’ APPOĠĠ – PARTI B (1)

    ( ►C2  għall-Istati Membri li jirrikjedu li jiġi pprovdut ◄ numru ta’ identifikazzjoni personali/numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali)

    image

    ►(3) C2  

    ►(3) C2  

    ►(3) C2  

    image

    ►(2) C2  

    ►(2) C2  

    PARTI C

    1.  Rekwiżiti għall-Istati Membri li ma jirrikjedux li jiġi pprovdut numru ta’ identifikazzjoni personali/numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali (formola ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ - Parti A):



    Stat Membru

    Firmatarji li d-dikjarazzjoni ta’ appoġġ tagħhom għandha tiġi ppreżentata lill-Istat Membru kkonċernat

    Il-Belġju

    — residenti fil-Belġju

    — ċittadini Belġjani li jirresjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta’ residenza tagħhom

    Id-Danimarka

    — residenti fid-Danimarka

    — ċittadini Daniżi li jirresjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta’ residenza tagħhom

    Il-Ġermanja

    — residenti fil-Ġermanja

    — ċittadini Ġermaniżi li jirresjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta’ residenza tagħhom

    L-Estonja

    — residenti fl-Estonja

    — ċittadini Estonjani li jirresjedu barra mill-pajjiż

    L-Irlanda

    —  residenti fl-Irlanda

    Il-Lussemburgu

    — residenti fil-Lussemburgu

    — ċittadini Lussemburgiżi li jirrisjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta’ residenza tagħhom

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    — residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi

    — ċittadini Olandiżi li jirresjedu barra mill-pajjiż

    Is-Slovakkja

    — residenti fis-Slovakkja

    — ċittadini Slovakki li jirresjedu barra mill-pajjiż

    Il-Finlandja

    — residenti fil-Finlandja

    — ċittadini Finlandiżi li jirresjedu barra mill-pajjiż

    Ir-Renju Unit

    —  residenti fir-Renju Unit

    2.  Lista tal-Istati Membri li jirrikjedu li jiġi pprovdut wieħed min-numri ta’ identifikazzjoni personali/numri ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni personali, kif speċifikat hawn taħt u maħruġa mill-Istat Membru kkonċernat (il-formola ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ — Parti B):

    IL-BULGARIJA

     Единен граждански номер (numru personali)

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

     Občanský průkaz (karta tal-identità nazzjonali)

     Cestovní pas (passaport)

    IL-GREĊJA

     Δελτίο Αστυνομικής Ταυτότητας (karta tal-identità)

     Διαβατήριο (passaport)

     Βεβαίωση Εγγραφής Πολιτών Ε.Ε./Έγγραφο πιστοποίησης μόνιμης διαμονής πολίτη Ε.Ε. (ċertifikat ta’ residenza/ċertifikat ta’ residenza permanenti)

    SPANJA

     Documento Nacional de Identidad (karta tal-identità)

     Pasaporte (passaport)

     Número de Identidad de Extranjero, de la tarjeta o certificado, correspondiente a la inscripción en el Registro Central de Extranjeros (numru ta’ identifikazzjoni ta’ barrani (NIE), tal-karta jew ċertifikat, li jikkorrispondi mar-reġistrazzjoni fir-Reġistru Ċentrali tal-Barranin)

    FRANZA

     Passeport (passaport)

     Carte nationale d’identité (karta tal-identità nazzjonali)

    IL-KROAZJA

     Osobni identifikacijski broj (numru ta’ identifikazzjoni personali)

    L-ITALJA

     Passaporto (passaport), inclusa l’indicazione dell’autorità di rilascio (li jinkludi l-awtorità li toħorġu)

     Carta di identità (karta tal-identità), inclusa l’indicazione dell’autorità di rilascio (li tinkludi l-awtorità li toħroġha)

    ĊIPRU

     Δελτίο Ταυτότητας ( ►C2  karta tal-identità ta' ċittadin jew resident ◄ )

     Διαβατήριο (passaport)

    IL-LATVJA

     Personas kods (numru ta’ identifikazzjoni personali)

    IL-LITWANJA

     Asmens kodas (numru personali)

    L-UNGERIJA

     személyazonosító igazolvány (karta tal-identità)

     útlevél (passaport)

     személyi azonosító szám (személyi szám) (numru ta’ identifikazzjoni personali)

    MALTA

      ►C2  Karta tal-Identità ◄

    L-AWSTRIJA

     Reisepass (passaport)

     Personalausweis (karta tal-identità)

    IL-POLONJA

     Numer ewidencyjny PESEL (numru ta’ identifikazzjoni PESEL)

    IL-PORTUGALL

     Bilhete de identidade (karta tal-identità)

     Passaporte (passaport)

     Cartão de Cidadão (karta taċ-ċittadin)

    IR-RUMANIJA

     carte de identitate (karta tal-identità)

     pașaport (passaport)

     certificat de înregistrare (ċertifikat tar-reġistrazzjoni)

     carte de rezidență permanentă pentru cetățenii UE (karta ta’ residenza permanenti għaċ-ċittadini tal-UE)

     Cod Numeric Personal (numru ta’ identifikazzjoni personali)

    IS-SLOVENJA

     Enotna matična številka občana (numru ta’ identifikazzjoni personali)

    L-ISVEZJA

     Personnummer (numru ta’ identifikazzjoni personali)

    ▼B




    ANNESS IV

    ĊERTIFIKAT LI JIKKONFERMA L-KONFORMITÀ TA’ SISTEMA TA’ ĠBIR ONLINE MAR-REGOLAMENT (UE) Nru 211/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAS-16 TA’ FRAR 2011 DWAR L-INIZJATTIVA TAĊ-ĊITTADINI

    … (isem tal-awtorità kompetenti) ta’ … (isem tal-Istat Membru) b’dan tiċċertifika li s-sistema ta’ ġbir online … (indirizz tal-websajt) li tintuża għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għal … titolu tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta) tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 211/2011.

    Data, firma u timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti:




    ANNESS V

    FORMOLA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA’ DIKJARAZZJONIJIET TA’ APPOĠĠ LILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-ISTATI MEMBRI

    1. Ismijiet sħaħ, indirizzi postali u indirizzi e-Mail tal-persuni ta’ kuntatt:

    2. Titolu tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta:

    3. Numru ta’ reġistrazzjoni tal-Kummissjoni:

    4. Data ta’ reġistrazzjoni:

    5. Numru ta’ firmatarji li ġejjin minn (isem tal-Istat Membru):

    6. Annessi:

    (Inkludi d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ kollha mill-firmatarji li jridu jiġu vverifikati mill-Istat Membru rilevanti.

    Jekk applikabbli, inkludi ċ-ċertifikat(i) rilevanti ta’ konformità tas-sistema ta’ ġbir online mar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini)

    7. Data u firma tal-persuni ta’ kuntatt:




    ANNESS VI

    ĊERTIFIKAT LI JIKKONFERMA N-NUMRU TA’ DIKJARAZZJONIJIET TA’ APPOĠĠ VALIDI MIĠBURA GĦAL … (ISEM TAL-ISTAT MEMBRU)

    … (isem tal-awtorità kompetenti) ta’ … (isem tal-Istat Membru), wara li għamlet il-verifiki neċessarji mitluba mill-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, b’dan tiċċertifika li … dikjarazzjoni(jiet) ta’ appoġġ għall-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bin-numru ta’ reġistrazzjoni … huma validi skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

    Data, firma u timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti:

    ▼M2




    ANNESS VII

    FORMOLA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA’ INIZJATTIVA TAĊ-ĊITTADINI LILL-KUMMISSJONI

    1. Titolu tal-inizjattiva taċ-ċittadini:

    2. Numru ta’ reġistrazzjoni tal-Kummissjoni:

    3. Data tar-reġistrazzjoni:

    4. Numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġbura (għandu jkun mill-inqas miljun):

    5. Numru ta’ firmatarji ċċertifikati mill-Istati Membri:



     

    BE

    BG

    CZ

    DK

    DE

    EE

    IE

    EL

    ES

    FR

    HR

    IT

    CY

    LV

    LT

    LU

    Numru ta’ firmatarji

     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     

    HU

    MT

    NL

    AT

    PL

    PT

    RO

    SI

    SK

    FI

    SE

    UK

    TOTAL

    Numru ta’ firmatarji

     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     

    6. Ismijiet sħaħ, indirizzi postali u indirizzi tal-posta elettronika tal-persuni ta’ kuntatt ( 11 ).

    7. Indika s-sorsi kollha tal-appoġġ u l-finanzjament għall-inizjattiva, inkluż l-ammont tal-appoġġ finanzjarju fil-ħin tal-preżentazzjoni: (11) 

    8. B’din niddikjaraw li l-informazzjoni pprovduta f’din il-formola hija korretta.

    Data u firma tal-persuni ta’ kuntatt:

    9. Annessi:

    (Inkludi ċ-ċertifikati kollha)



    ( 1 ) ĠU C 44, 11.2.2011, p. 182.

    ( 2 ) ĠU C 267, 1.10.2010, p. 57.

    ( 3 ) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Frar 2011.

    ( 4 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

    ( 5 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

    ( 6 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    ( 7 ) ĠU C 323, 30.11.2010, p. 1.

    ( 8 ) ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

    ( 9 ) ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.

    ( 10 ) Dikjarazzjoni dwar il-privatezza: f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, is-suġġetti tad-data huma informati li din id-data personali qed tinġabar mill-Kummissjoni għall-iskop tal-proċedura fir-rigward tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta. Ser ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq ir-reġistru online tal-Kummissjoni l-ismijiet sħaħ tal-organizzaturi, l-indirizzi tal-email tal-persuni ta’ kuntatt u l-informazzjoni relatata mas-sorsi tal-appoġġ u l-finanzjament biss. Is-suġġetti tad-data huma intitolati joġġezzjonaw għall-pubblikazzjoni tad-data personali tagħhom għal raġunijiet leġittimi aċċettabbli relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom, u jitolbu r-rettifika ta’ dik id-data f’kull waqt u t-tneħħija tagħha mir-reġistru online tal-Kummissjoni wara l-iskadenza ta’ sentejn mid-data tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.

    ( 11 ) Dikjarazzjoni dwar il-privatezza: f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta, is-suġġetti tad-dejta huma informati li din id-dejta personali qed tinġabar mill-Kummissjoni għall-iskop tal-proċedura fir-rigward tal-inizjattiva taċ-ċittadini. Fuq ir-reġistru online tal-Kummissjoni ser ikunu disponibbli għall-pubbliku biss l-ismijiet sħaħ tal-organizzaturi, l-indirizzi tal-posta elettronika tal-persuni ta’ kuntatt u l-informazzjoni relatata mas-sorsi tal-appoġġ u tal-finanzjament. Is-suġġetti tad-dejta huma intitolati joġġezzjonaw għall-pubblikazzjoni tad-dejta personali tagħhom għal raġunijiet leġittimi aċċettabbli relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom, u jitolbu r-rettifika ta’ dik id-dejta f’kull waqt u t-tneħħija tagħha mir-reġistru online tal-Kummissjoni wara l-iskadenza ta’ sentejn mid-data tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.

    Top