This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02011D0163-20160419
Commission Decision of 16 March 2011 on the approval of plans submitted by third countries in accordance with Article 29 of Council Directive 96/23/EC (notified under document C(2011) 1630) (Text with EEA relevance) (2011/163/EU)
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1630) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2011/163/UE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1630) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2011/163/UE)
2011D0163 — MT — 19.04.2016 — 008.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1630) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 070 17.3.2011, p. 40) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/690/UE tal-14 ta’ Ottubru 2011 |
L 270 |
48 |
15.10.2011 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/302/UE tal-11 ta’ Ġunju 2012 |
L 152 |
42 |
13.6.2012 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/161/UE tal-11 ta’ Marzu 2013 |
L 90 |
99 |
28.3.2013 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 |
L 158 |
74 |
10.6.2013 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/422/UE tal-1 ta’ Awwissu 2013 |
L 209 |
21 |
3.8.2013 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/355/UE tat-12 ta' Ġunju 2014 |
L 175 |
32 |
14.6.2014 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/891/UE tat-8 ta' Diċembru 2014 |
L 353 |
17 |
10.12.2014 |
|
L 206 |
69 |
1.8.2015 |
||
L 103 |
43 |
19.4.2016 |
Ikkoreġut b'
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Marzu 2011
dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1630)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/163/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE ( 1 ), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ ta’ sustanzi u gruppi ta’ residwi mniżżla fl-Anness I tagħha. Skont id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u l-permanenza fuq il-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva, huma soġġetti għas-sottomissjoni ta’ pjan mill-pajjiżi terzi kkonċernati li jistipula l-garanziji li huma joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta’ residwi u sustanzi elenkati f’dak l-Anness. Dawn il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati fuq talba tal-Kummissjoni, partikolarment meta ċerti verifiki jkunu jesiġu li jsir dan. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjani tal-monitoraġġ tal-fdalijiet [residwi] sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE ( 2 ), tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (“il-pjanijiet”) sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni għall-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali indikati f’dik il-lista. |
(3) |
Fid-dawl tal-pjanijiet li ġew sottomessi reċentement minn ċerti pajjiżi terzi u t-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni, huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, kif inhu stipulat fid-Direttiva 96/23/KE u li huma attwalment elenkati fl-Anness mad-Deċiżjoni 2004/432/KE (“il-lista”). |
(4) |
L-Emirati Għarab Magħquda ssottomettew pjan għall-ħalib tal-iġmla lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk, il-ħalib tal-iġmla għandu jiġi inkluż fl-annotazzjoni għall-Emirati Għarab Magħquda fil-lista. |
(5) |
Il-Brunej issottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk, il-Brunej għandu jiġi inkluż fil-lista fir-rigward l-akkwakultura. |
(6) |
Il-Kummissjoni talbet li Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tipprovdi tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha għall-annimali tal-familja equidae għall-qatla. Fin-nuqqas ta’ tweġiba minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ma hemmx biżżejjed garanziji għall-approvazzjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali tal-familja equidae għall-qatla għandha għalhekk titħassar minn dik il-lista. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ġiet infurmata b’dan. |
(7) |
L-annotazzjoni għall-Malasja fil-lista tinkludi t-tjur iżda l-pjan imressaq mill-Malasja u t-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni ma jipprovdux biżżejjed garanziji fir-rigward tat-tjur. Madankollu, l-uniku stabbiliment li jipproċessa materja prima bħal din, approvat attwalment skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman ( 3 ) jimporta l-materja prima kollha tiegħu minn Stat Membru. Sabiex jiġi permess li titkompla din l-attività, l-annotazzjoni għall-Malasja għandha tinkludi t-tjur iżda għandha tkun ristretta għal materja prima impurtata minn pajjiżi terzi oħra inklużi fil-lista għal materja bħal din jew mill-Istati Membri. Il-Malasja ġiet infurmata b’dan. Għandha tiġi inkluża nota f’qiegħ il-paġna, li tistabbilixxi din il-limitazzjoni, fil-lista għal dak il-pajjiż terz. |
(8) |
Il-Kummissjoni talbet lir-Russja tipprovdi tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha għall-annimali tal-familja equidae għall-qatla. Fin-nuqqas ta’ tweġiba mir-Russja ma hemmx biżżejjed garanziji għall-approvazzjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali tal-familja equidae għall-qatla għandha għalhekk titħassar mil-lista. Ir-Russja ġiet infurmata b’dan. |
(9) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Ukraina tipprovdi tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha għall-annimali ekwini u prodotti li joriġinaw minnhom. Fl-assenza ta’ tweġiba mill-Ukraina ma hemmx biżżejjed garanziji għall-approvazzjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali ekwini u l-prodotti li joriġinaw minnhom għandha għalhekk titħassar mil-lista. L-Ukraina ġiet infurmata b’dan. |
(10) |
L-Istati Uniti ntalbu jipprovdu tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom għall-annimali ekwini u l-prodotti li joriġinaw minnhom. Madankollu, l-Istati Uniti ma pprovdewx il-garanziji rispettivi billi f’dak il-pajjiż terz ma għadux isir qtil tal-annimali tal-familja equidae għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali ekwini u l-prodotti li joriġinaw minnhom għandha għalhekk titħassar mil-lista. L-Istati Uniti ġew infurmati b’dan. |
(11) |
L-ispezzjoni tal-Kummissjoni tal-Urugwaj żvelat nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni tal-pjan għall-fniek u t-tjur tal-kaċċa li jitrabbew fl-irziezet. Fir-rigward tal-fniek, ma kienx hemm pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi implimentat u għat-tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet, ma setgħux jittieħdu kampjuni jew isiru testijiet minħabba waqfa fil-produzzjoni. L-annotazzjonijiet għall-Urugwaj li jikkonċernaw il-fniek u t-tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet għandhom għalhekk jitħassru mil-lista. L-Urugwaj ġie infurmat b’dan. |
(12) |
Ċerti pajjiżi terzi jesportaw prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jiġu minn materja prima li toriġina mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/23/KE għal materja bħal din u li għalhekk huma inklużi fil-lista. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jiġu impurtati fl-Unjoni jkunu koperti minn pjan approvat, il-pajjiżi terzi li jimpurtaw materja prima bħal din biex iktar tard jesportawha għandhom jinkludu dikjarazzjoni fil-pjan tagħhom li tindika dan. |
(13) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil għall-kummerċ, għandu jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni biex ikopri l-konsenji rilevanti minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mir-Russja, l-Ukraina u l-Urugwaj, li ntbagħtu lejn l-Unjoni qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(14) |
Id-Deċiżjoni 2004/432/KE ġiet emendata bosta drabi. Għal iktar ċarezza fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, din għandha tiġi revokata u sostitwita b’din id-Deċiżjoni. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE mressqa lill-Kummissjoni minn pajjiżi terzi elenkati fit-tabelli stabbiliti fl-Anness huma approvati għall-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem u mmarkati b’“X” f’dik it-tabella.
Artikolu 2
1. Il-pajjiżi terzi li jużaw materja prima impurtata minn pajjiżi terzi oħrajn, approvata għall-produzzjoni ta’ ikel ta’ oriġini mill-annimali skont din id-Deċiżjoni jew mill-Istati Membri biex tiġi esportata lejn l-Unjoni Ewropea u li ma jkunux jistgħu jipprovdu pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi ekwivalenti għal dak mitlub fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE għal materja prima bħal din, għandhom jikkumplimentaw il-pjan b’din id-dikjarazzjoni li ġejja:
“L-awtorità kompetenti ta’ [il-pajjiż terz] tiżgura li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem esportati lejn l-Unjoni Ewropea, partikolarment prodotti mmanifatturati minn materja prima impurtata f’[il-pajjiż terz], għandhom jiġu biss minn stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 u li għandhom proċeduri affidabbli implimentati biex jiggarantixxu li l-materja prima ta’ oriġini mill-annimali użata f’ikel bħal dan toriġina biss mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi terzi elenkati għall-materja prima rispettiva fl-Anness mad-Deċiżjoni 163/2011/UE mingħajr nota f’qiegħ il-paġna restrinġenti kif inhu stipulat fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni”.
2. L-annotazzjoni fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni ta’ pajjiż terz li jesporta l-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem prodotti biss b’materja prima ta’ oriġini mill-annimali miksuba mill-Istati Membri tal-Unjoni jew minn pajjiżi terzi li jkunu pprovdew pjan skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE, għandha tiġi kkumplimentata min-nota ta’qiegħ il-paġna restrinġenti li ġejja:
“Il-pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima li ġejja minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-importazzjonijiet ta’ materja prima bħal din lejn l-Unjoni jew mill-Istati Membri, skont l-Artikolu 2”.
Artikolu 3
1. Għal perjodu tranżizzjonali sat-30 ta’ April 2011, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw konsenji mill-Urugwaj ta’ fniek u tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u konsenji ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali ekwini mill-Ukraina, sakemm l-importatur ikun jista’ juri li konsenji bħal dawn ikunu ġew iċċertifikati u mibgħuta mill-Urugwaj jew l-Ukraina għall-Unjoni qabel il-15 ta’ Marzu 2011 skont id-Deċiżjoni 2004/432/KE.
2. Għal perjodu tranżizzjonali sal-25 ta’ Marzu 2011, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw konsenji minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mir-Russja jew mill-Ukraina ta’ annimali mill-familja equidae għall-qatla, sakemm l-importatur ikun jista’ juri li dawn ikunu ġew iċċertifikati u mibgħuta minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mir-Russja u mill-Ukraina lejn l-Unjoni qabel il-15 ta’ Marzu 2011 skont id-Deċiżjoni 2004/432/KE.
Artikolu 4
Id-Deċiżjoni 2004/432/KE hija rrevokata.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Għndha tibda tapplika mill-15 ta’ Marzu 2011.
ANNESS
Kodiċi tal-ISO2 |
Pajjiż |
Bovini |
Ovini/kaprini |
Porċini |
Ekwini |
Pullam |
Akkwakultura |
Ħalib |
Bajd |
Fniek |
Annimali tal-kaċċa slavaġ |
Annimali tal-kaċċa mrobbija |
Għasel |
AD |
Andorra |
X |
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
AE |
l-Emirati Għarab Magħquda |
|
|
|
|
|
|
X (1) |
|
|
|
|
|
AL |
l-Albanija |
|
X |
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
AM |
l-Armenja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
AR |
l-Arġentina |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
AU |
l-Awstralja |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
BA |
il-Bożnija-Ħerzegovina |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
BD |
il-Bangladesh |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
BN |
il-Brunei |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
BR |
il-Brażil |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
X |
BW |
il-Botswana |
X |
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
X |
|
BY |
il-Belarussja |
|
|
|
X (2) |
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
BZ |
il-Belize |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
CA |
il-Kanada |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
CH |
l-Iżvizzera |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
CL |
iċ-Ċilì |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
|
|
X |
|
X |
CM |
il-Kamerun |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
CN |
iċ-Ċina |
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
X |
|
|
X |
CO |
il-Kolombja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
CR |
il-Costa Rica |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
CU |
Kuba |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
DO |
ir-Repubblika Dominicana |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
EC |
l-Ekwador |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
ET |
l-Etjopja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
FK |
il-Gżejjer Falkland |
X |
X |
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
FO |
il-Gżejjer Faeroe |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
GH |
il-Ghana |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
GM |
il-Gambja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
GL |
Greenland |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
GT |
il-Gwatemala |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
HN |
il-Honduras |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
ID |
l-Indoneżja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
IL |
Iżrael (7) |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
IN |
l-Indja |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
IR |
l-Iran |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
JM |
il-Ġamajka |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
JP |
il-Ġappun |
X |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
KE |
il-Kenja |
|
|
|
|
|
X |
X (1) |
|
|
|
|
|
KG |
il-Kirgiżistan |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
KR |
il-Korea t'Isfel |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
LB |
il-Libanu |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
LK |
is-Sri Lanka |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
MA |
il-Marokk |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
MD |
il-Moldova |
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
|
|
|
X |
ME |
il-Montenegro |
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
X |
|
|
|
X |
MG |
Madagascar |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
MK |
l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4) |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
MM |
ir-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
MU |
Mauritius |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
MX |
il-Messiku |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
MY |
il-Malasja |
|
|
|
|
X (3) |
X |
|
|
|
|
|
|
MZ |
il-Mozambique |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
NA |
in-Namibja |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
NC |
New Caledonia |
X (3) |
|
|
|
|
X |
|
|
|
X |
X |
X |
NI |
in-Nikaragwa |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
NZ |
New Zealand |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
PA |
il-Panama |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
PE |
il-Perù |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
PH |
il-Filippini |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
PN |
il-Gżejjer Pitcairn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
PY |
il-Paragwaj |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
RS |
is-Serbja (5) |
X |
X |
X |
X (2) |
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
RU |
ir-Russja |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X (6) |
X |
RW |
ir-Rwanda |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SA |
l-Arabja Sawdija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
SG |
Singapore |
X (3) |
X (3) |
X (3) |
X (8) |
X (3) |
X |
X (3) |
|
|
X (8) |
X (8) |
|
SM |
San Marino |
X |
|
X (3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SR |
is-Suriname |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
SV |
El Salvador |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SZ |
is-Swaziland |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TH |
it-Tajlandja |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
X |
TN |
it-Tuneżija |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
X |
|
|
TR |
it-Turkija |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
TW |
it-Tajwan |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
TZ |
it-Tanzanija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
UA |
l-Ukrajna |
X |
|
X |
|
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
UG |
l-Uganda |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
US |
l-Istati Uniti |
X |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
UY |
l-Urugwaj |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
|
X |
VE |
il-Venezwela |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
VN |
il-Vjetnam |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
ZA |
l-Afrika t'Isfel |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
ZM |
iż-Żambja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
ZW |
iż-Żimbabwe |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
X |
|
(1) Il-ħalib tal-iġmla biss. (2) L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' ekwidi ħajjin għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss). (3) Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjoni ta' din il-materja prima lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2. (4) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti. (5) Il-Kosovo mhux inkluż (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo). (6) Għar-renni mir-reġjuni ta' Murmansk u Yamalo-Nenets biss. (7) Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat ta' Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-amministrazzjoni ta' Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent. (8) Għall-prodotti ta' laħam frisk li joriġinaw fi New Zealand biss, li jkunu ddestinati għall-Unjoni, u li jitħattu u jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le. |
( 1 ) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
( 2 ) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44.
( 3 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.