EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011D0163-20141210

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1630) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2011/163/UE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/163(1)/2014-12-10

2011D0163 — MT — 10.12.2014 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Marzu 2011

dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1630)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/163/UE)

(ĠU L 070, 17.3.2011, p.40)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-14 ta’ Ottubru 2011

  L 270

48

15.10.2011

 M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-11 ta’ Ġunju 2012

  L 152

42

13.6.2012

 M3

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-11 ta’ Marzu 2013

  L 90

99

28.3.2013

 M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

 M5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-1 ta’ Awwissu 2013

  L 209

21

3.8.2013

 M6

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-12 ta' Ġunju 2014

  L 175

32

14.6.2014

►M7

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta' Diċembru 2014

  L 353

17

10.12.2014


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 256, 22.9.2012, p. 23 (2012/302/UE)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Marzu 2011

dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1630)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/163/UE)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE ( 1 ), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ ta’ sustanzi u gruppi ta’ residwi mniżżla fl-Anness I tagħha. Skont id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u l-permanenza fuq il-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva, huma soġġetti għas-sottomissjoni ta’ pjan mill-pajjiżi terzi kkonċernati li jistipula l-garanziji li huma joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta’ residwi u sustanzi elenkati f’dak l-Anness. Dawn il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati fuq talba tal-Kummissjoni, partikolarment meta ċerti verifiki jkunu jesiġu li jsir dan.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjani tal-monitoraġġ tal-fdalijiet [residwi] sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE ( 2 ), tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (“il-pjanijiet”) sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni għall-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali indikati f’dik il-lista.

(3)

Fid-dawl tal-pjanijiet li ġew sottomessi reċentement minn ċerti pajjiżi terzi u t-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni, huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, kif inhu stipulat fid-Direttiva 96/23/KE u li huma attwalment elenkati fl-Anness mad-Deċiżjoni 2004/432/KE (“il-lista”).

(4)

L-Emirati Għarab Magħquda ssottomettew pjan għall-ħalib tal-iġmla lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk, il-ħalib tal-iġmla għandu jiġi inkluż fl-annotazzjoni għall-Emirati Għarab Magħquda fil-lista.

(5)

Il-Brunej issottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk, il-Brunej għandu jiġi inkluż fil-lista fir-rigward l-akkwakultura.

(6)

Il-Kummissjoni talbet li Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tipprovdi tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha għall-annimali tal-familja equidae għall-qatla. Fin-nuqqas ta’ tweġiba minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ma hemmx biżżejjed garanziji għall-approvazzjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali tal-familja equidae għall-qatla għandha għalhekk titħassar minn dik il-lista. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ġiet infurmata b’dan.

(7)

L-annotazzjoni għall-Malasja fil-lista tinkludi t-tjur iżda l-pjan imressaq mill-Malasja u t-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni ma jipprovdux biżżejjed garanziji fir-rigward tat-tjur. Madankollu, l-uniku stabbiliment li jipproċessa materja prima bħal din, approvat attwalment skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman ( 3 ) jimporta l-materja prima kollha tiegħu minn Stat Membru. Sabiex jiġi permess li titkompla din l-attività, l-annotazzjoni għall-Malasja għandha tinkludi t-tjur iżda għandha tkun ristretta għal materja prima impurtata minn pajjiżi terzi oħra inklużi fil-lista għal materja bħal din jew mill-Istati Membri. Il-Malasja ġiet infurmata b’dan. Għandha tiġi inkluża nota f’qiegħ il-paġna, li tistabbilixxi din il-limitazzjoni, fil-lista għal dak il-pajjiż terz.

(8)

Il-Kummissjoni talbet lir-Russja tipprovdi tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha għall-annimali tal-familja equidae għall-qatla. Fin-nuqqas ta’ tweġiba mir-Russja ma hemmx biżżejjed garanziji għall-approvazzjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali tal-familja equidae għall-qatla għandha għalhekk titħassar mil-lista. Ir-Russja ġiet infurmata b’dan.

(9)

Il-Kummissjoni talbet lill-Ukraina tipprovdi tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha għall-annimali ekwini u prodotti li joriġinaw minnhom. Fl-assenza ta’ tweġiba mill-Ukraina ma hemmx biżżejjed garanziji għall-approvazzjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali ekwini u l-prodotti li joriġinaw minnhom għandha għalhekk titħassar mil-lista. L-Ukraina ġiet infurmata b’dan.

(10)

L-Istati Uniti ntalbu jipprovdu tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom għall-annimali ekwini u l-prodotti li joriġinaw minnhom. Madankollu, l-Istati Uniti ma pprovdewx il-garanziji rispettivi billi f’dak il-pajjiż terz ma għadux isir qtil tal-annimali tal-familja equidae għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali ekwini u l-prodotti li joriġinaw minnhom għandha għalhekk titħassar mil-lista. L-Istati Uniti ġew infurmati b’dan.

(11)

L-ispezzjoni tal-Kummissjoni tal-Urugwaj żvelat nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni tal-pjan għall-fniek u t-tjur tal-kaċċa li jitrabbew fl-irziezet. Fir-rigward tal-fniek, ma kienx hemm pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi implimentat u għat-tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet, ma setgħux jittieħdu kampjuni jew isiru testijiet minħabba waqfa fil-produzzjoni. L-annotazzjonijiet għall-Urugwaj li jikkonċernaw il-fniek u t-tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet għandhom għalhekk jitħassru mil-lista. L-Urugwaj ġie infurmat b’dan.

(12)

Ċerti pajjiżi terzi jesportaw prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jiġu minn materja prima li toriġina mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/23/KE għal materja bħal din u li għalhekk huma inklużi fil-lista. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jiġu impurtati fl-Unjoni jkunu koperti minn pjan approvat, il-pajjiżi terzi li jimpurtaw materja prima bħal din biex iktar tard jesportawha għandhom jinkludu dikjarazzjoni fil-pjan tagħhom li tindika dan.

(13)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil għall-kummerċ, għandu jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni biex ikopri l-konsenji rilevanti minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mir-Russja, l-Ukraina u l-Urugwaj, li ntbagħtu lejn l-Unjoni qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(14)

Id-Deċiżjoni 2004/432/KE ġiet emendata bosta drabi. Għal iktar ċarezza fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, din għandha tiġi revokata u sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Il-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE mressqa lill-Kummissjoni minn pajjiżi terzi elenkati fit-tabelli stabbiliti fl-Anness huma approvati għall-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem u mmarkati b’“X” f’dik it-tabella.

Artikolu 2

1.  Il-pajjiżi terzi li jużaw materja prima impurtata minn pajjiżi terzi oħrajn, approvata għall-produzzjoni ta’ ikel ta’ oriġini mill-annimali skont din id-Deċiżjoni jew mill-Istati Membri biex tiġi esportata lejn l-Unjoni Ewropea u li ma jkunux jistgħu jipprovdu pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi ekwivalenti għal dak mitlub fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE għal materja prima bħal din, għandhom jikkumplimentaw il-pjan b’din id-dikjarazzjoni li ġejja:

“L-awtorità kompetenti ta’ [il-pajjiż terz] tiżgura li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem esportati lejn l-Unjoni Ewropea, partikolarment prodotti mmanifatturati minn materja prima impurtata f’[il-pajjiż terz], għandhom jiġu biss minn stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 u li għandhom proċeduri affidabbli implimentati biex jiggarantixxu li l-materja prima ta’ oriġini mill-annimali użata f’ikel bħal dan toriġina biss mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi terzi elenkati għall-materja prima rispettiva fl-Anness mad-Deċiżjoni 163/2011/UE mingħajr nota f’qiegħ il-paġna restrinġenti kif inhu stipulat fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni”.

2.  L-annotazzjoni fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni ta’ pajjiż terz li jesporta l-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem prodotti biss b’materja prima ta’ oriġini mill-annimali miksuba mill-Istati Membri tal-Unjoni jew minn pajjiżi terzi li jkunu pprovdew pjan skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE, għandha tiġi kkumplimentata min-nota ta’qiegħ il-paġna restrinġenti li ġejja:

“Il-pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima li ġejja minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-importazzjonijiet ta’ materja prima bħal din lejn l-Unjoni jew mill-Istati Membri, skont l-Artikolu 2”.

Artikolu 3

1.  Għal perjodu tranżizzjonali sat-30 ta’ April 2011, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw konsenji mill-Urugwaj ta’ fniek u tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u konsenji ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali ekwini mill-Ukraina, sakemm l-importatur ikun jista’ juri li konsenji bħal dawn ikunu ġew iċċertifikati u mibgħuta mill-Urugwaj jew l-Ukraina għall-Unjoni qabel il-15 ta’ Marzu 2011 skont id-Deċiżjoni 2004/432/KE.

2.  Għal perjodu tranżizzjonali sal-25 ta’ Marzu 2011, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw konsenji minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mir-Russja jew mill-Ukraina ta’ annimali mill-familja equidae għall-qatla, sakemm l-importatur ikun jista’ juri li dawn ikunu ġew iċċertifikati u mibgħuta minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mir-Russja u mill-Ukraina lejn l-Unjoni qabel il-15 ta’ Marzu 2011 skont id-Deċiżjoni 2004/432/KE.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2004/432/KE hija rrevokata.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Għndha tibda tapplika mill-15 ta’ Marzu 2011.

▼M7




ANNESS



Kodiċi tal-ISO2

Pajjiż

Annimali bovini

Ovini/kaprini

Porċini

Ekwini

Tjur

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Annimali tal-kaċċa slavaġ

Annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet

Għasel

AD

Andorra

X

X

 

X

 
 
 
 
 
 
 
 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 
 
 
 
 
 

(1)

 
 
 
 
 

AL

L-Albanija

 

X

 
 
 

X

 

X

 
 
 
 

AM

L-Armenja

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

X

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 
 

X

X

X

BA

Il-Bosnja-Ħerzegovina

 
 
 
 

X

X

X

X

 
 
 

X

BD

Il-Bangladexx

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

BN

Il-Brunej

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

BR

Il-Brażil

X

 
 

X

X

X

 
 
 
 
 

X

BW

Il-Botswana

X

 
 

X

 
 
 
 
 
 

X

 

BY

Il-Bjelorussja

 
 
 

(2)

 

X

X

X

 
 
 
 

BZ

Il-Beliże

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Isvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X

X

 

X

X

X

 
 

X

 

X

CM

Il-Kamerun

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

X

CN

Iċ-Ċina

 
 
 
 

X

X

 

X

X

 
 

X

CO

Il-Kolombja

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

CR

Il-Kosta Rika

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

CU

Kuba

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 

X

EC

L-Ekwador

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

ET

L-Etjopja

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

X

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

GH

Il-Gana

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

X

GM

Il-Gambja

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

GL

Il-Groenlandja

 

X

 
 
 
 
 
 
 

X

X

 

GT

Il-Gwatemala

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 

X

HN

Il-Ħonduras

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

ID

L-Indoneżja

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

IL

L-Iżrael

 
 
 
 

X

X

X

X

 
 

X

X

IN

L-Indja

 
 
 
 
 

X

 

X

 
 
 

X

IR

L-Iran

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

JM

Il-Ġamajka

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

X

JP

Il-Ġappun

X

 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

KE

Il-Kenja

 
 
 
 
 
 

(1)

 
 
 
 
 

KG

Il-Kirgiżistan

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

X

KR

Il-Korea t'Isfel

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

LB

Il-Libanu

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

X

LK

Is-Sri Lanka

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

MA

Il-Marokk

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

MD

Il-Moldova

 
 
 
 

X

X

 

X

 
 
 

X

ME

Il-Montenegro

X

X

X

 

X

X

 

X

 
 
 

X

MG

Il-Madagaskar

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 

X

MK

Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (4)

X

X

X

 

X

X

X

X

 

X

 

X

MU

Il-Mawrizju

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

MX

Il-Messiku

 
 
 
 
 

X

 

X

 
 
 

X

MY

Il-Malasja

 
 
 
 

(3)

X

 
 
 
 
 
 

MZ

Il-Możambik

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

NA

In-Namibja

X

X

 
 
 
 
 
 
 

X

 
 

NC

Il-Kaledonja Ġdida

(3)

 
 
 
 

X

 
 
 

X

X

X

NI

In-Nikaragwa

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 

X

NZ

In-New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 
 

X

X

X

PA

Il-Panama

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

PE

Il-Perù

 
 
 
 

X

X

 
 
 
 
 
 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

X

PH

Il-Filippini

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

RS

Is-Serbja (5)

X

X

X

(2)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

 

X

X

 
 

(6)

X

RW

Ir-Rwanda

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

X

SA

L-Arabja Sawdija

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

SG

Singapor

(3)

(3)

(3)

 

(3)

X

(3)

 
 
 
 
 

SM

San Marino

X

 

(3)

 
 
 
 
 
 
 
 

X

SR

Is-Surinam

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

SV

El Salvador

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

X

SZ

Is-Sważiland

X

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

TH

It-Tajlandja

 
 
 
 

X

X

 
 
 
 
 

X

TN

It-Tuneżija

 
 
 
 

X

X

 
 
 

X

 
 

TR

It-Turkija

 
 
 
 

X

X

X

X

 
 
 

X

TW

It-Tajwan

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 

X

TZ

It-Tanzanija

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 

X

UA

L-Ukraina

X

 

X

 

X

X

X

X

 
 
 

X

UG

L-Uganda

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 
 

X

 

X

VE

Il-Venezwela

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 
 

VN

Il-Vjetnam

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 
 

X

ZA

L-Afrika t'Isfel

 
 
 
 
 
 
 
 
 

X

X

 

ZM

Iż-Żambja

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

 
 
 
 
 

X

 
 
 
 

X

 

(1)   Ħalib tal-iġmla biss.

(2)   Esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' ekwidi ħajjin għall-qatla (annimali għall-produzzjoni tal-ikel biss).

(3)   Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn approvati għall-importazzjonijiet ta' materja prima bħal din lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.

(4)   Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.

(5)   Mhux inkluż il-Kosovo (din l-indikazzjoni hija mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar d-Dikjarazzjoni ta' Indipendenza tal-Kosovo).

(6)   Għar-renni mir-reġjuni ta' Murmansk u Yamalo-Nenets biss.



( 1 ) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

( 2 ) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44.

( 3 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

Top