This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02010R1059-20200809
Commission Delegated Regulation (EU) No 1059/2010 of 28 September 2010 supplementing Directive 2010/30/EU of the European Parliament and of the Council with regard to energy labelling of household dishwashers (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
No longer in force
)
02010R1059 — MT — 09.08.2020 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314 30.11.2010, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 518/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 |
L 147 |
1 |
17.5.2014 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/254 tat-30 ta' Novembru 2016 |
L 38 |
1 |
15.2.2017 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1059 tas-27 ta’ April 2020 |
L 232 |
28 |
20.7.2020 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1059/2010
tat-28 ta' Settembru 2010
li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar u għall-forniment ta' informazzjoni addizzjonali dwar il-prodotti għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li joperaw permezz tal-elettriku u għall-magni tal-ħasil tal-platti li joperaw permezz tal-elettriku li jistgħu joperaw ukoll permezz tal-batteriji, inkluż dawk li jinbigħu għal użu mhux domestiku u tagħmir ingastat (built-in).
Artikolu 2
Tifsiriet
Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet:
“magna domestika tal-ħasil tal-platti” tfisser magna li tnaddaf, tlaħlaħ u tnixxef il-platti, oġġetti tal-ħġieġ, pożati u oġġetti tat-tisjir b'mezzi kimiċi, mekkaniċi, termali u elettriċi u li hija magħmula l-aktar biex tintuża għal skopijiet mhux professjonali;
“magna domestika tal-ħasil tal-platti ingastata” tfisser magna domestika tal-ħasil tal-platti magħmula biex tiġi installata f'armarju, fi spazju vojt f'ħajt jew f'xi post simili, u li teħtieġ elementi oħra biex tkun kompleta;
“sett individwali” tfisser sett definit ta' fajjenza, oġġetti tal-ħġieġ u pożati għall-użu ta' persuna waħda;
“kapaċità nominali” tfisser l-akbar numru ta' settijiet individwali, flimkien mal-għadd ta' oġġetti li jintużaw għas-servizz tal-mejda kif iddikkjarat mill-manifattur, li magna domestika tal-ħasil tal-platti tista' taħsel u tnixxef, bil-programm magħżul, meta timtela skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;
“programm” tfisser serje ta' operazzjonijiet li jkunu definiti minn qabel u li l-fornitur jiddikjarhom bħala adegwati għall-ħasil ta' livelli speċifikati ta' ħmieġ jew tipi ta' tagħbija, jew tat-tnejn, u li flimkien jifformaw ċiklu sħiħ;
“il-ħin tal-programm” tfisser il-ħin li jgħaddi mill-bidu tal-programm sat-tmiem tal-programm u li jeskludi kwalunkwe dewmien ipprogrammat mill-utent aħħari;
“ċiklu” tfisser proċess sħiħ ta' tindif, tlaħliħ u tnixxif, kif definit għall-programm magħżul;
“modalità mitfija” tfisser il-kundizzjoni li fiha, il-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun mitfija permezz ta' kontrolli jew swiċċijiet tat-tagħmir li jkunu aċċessibbli u magħmulin biex jintużaw mill-utent aħħari waqt l-użu normali tal-magna biex jinkiseb l-inqas konsum possibbli tal-enerġija li jista' jibqa' għaddej għal ħin indefinit waqt li l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun imqabbda mas-sors tal-enerġija u tintuża skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur; meta l-magna ma jkollhiex kontrolli jew swiċċijiet li jkunu aċċessibbli għall-utent aħħari, “modalità mitfija” tfisser il-kundizzjoni li l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tispiċċa fiha meta titħalla terġa' lura waħidha għal stat kostanti ta' konsum tal-enerġija;
“modalità mixgħula u inattiva” tfisser il-modalità li fiha jseħħ l-inqas konsum tal-enerġija li jista' jibqa' għaddej għal ħin indefinit wara li l-programm ikun intemm u l-magna domestika tal-ħasil tal-platti titbattal mingħajr ebda intervent ieħor mill-utent aħħari;
“magna domestika tal-ħasil tal-platti ekwivalenti” tfisser mudell ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti li titqiegħed fis-suq bl-istess kapaċità nominali, karatteristiki tekniċi u ta' prestazzjoni, konsum tal-enerġija u tal-ilma u emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja bħal mudell ieħor ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti li titqiegħed fis-suq mill-istess fornitur iżda b'numru tal-kodiċi kummerċjali differenti.
“utent aħħari” tfisser konsumatur li jixtri jew li hu mistenni jixtri magna domestika tal-ħasil tal-platti;
“il-punt tal-bejgħ” tfisser il-post fejn il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti jitpoġġew għall-wiri jew jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew biex jinxtraw bin-nifs.
Artikolu 3
Responsabbiltajiet tal-fornituri
Il-fornituri għandhom jiżguraw li:
kull magna domestika tal-ħasil tal-platti jkollha tikketta stampata fil-format u bil-kontenut kif stipulat fl-Anness I;
ikun hemm disponibbli skeda tal-prodott kif stipulat fl-Anness II;
fuq talba jkun hemm disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dokumentazzjoni teknika kif stipulat fl-Anness III;
jekk tkun qed tagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz, kwalunkwe pubbliċità għal mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti tindika l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;
kwalunkwe materjal tekniku ta' pubbliċità dwar mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti li tiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tindika l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' dak il-mudell;
tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilita fl-Anness I hija disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll għall-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' magni domestiċi tal-ħasil tal-platti;
skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott kif stabbilita fl-Anness II issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll għall-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.
Artikolu 4
Responsabbiltajiet tal-bejjiegħa
Il-bejjiegħa għandhom jiżguraw li:
kull magna domestika tal-ħasil tal-platti, fil-punt tal-bejgħ, ikollha t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3(a) fuq il-faċċata jew fuq il-wiċċ ta' fuq tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti, b'tali mod li tkun tidher ċar;
il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jistax ikun mistenni li jara l-magna domestika tal-ħasil tal-platti murija, ikunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont l-Anness IV. Meta l-offerta issir permezz tal-Internet u tikketta elettronika u skeda tal-prodott elettronika jkunu saru disponibbli f'konformità mal-Artikolu 3(f) u 3(g), minflok għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII;
kwalunkwe pubbliċità għal mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti jkun fiha referenza għall-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tagħha, jekk il-pubbliċità tkun qed tagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz;
kwalunkwe materjal tekniku ta' pubbliċità dwar mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi jkun fih il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' dak il-mudell.
Artikolu 5
Metodi tal-kejl
L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta' metodi ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar reċenti u avvanzati rikonoxxuti.
Artikolu 6
Proċedura tal-verifika għal finijiet ta' sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stipulata fl-Anness V meta jivvalutaw il-konformità tal-klassi ddikjarata tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-konsum annwali tal-enerġija, il-konsum annwali tal-ilma, l-indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif, il-ħin tal-programm, il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija u fil-modalità mixgħula u inattiva, it-tul tal-modalità mixgħula u inattiva u l-emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja.
Artikolu 7
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tanalizza dan ir-Regolament fid-dawl ta' progress teknoloġiku mhux aktar tard minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-analiżi għandha tivvaluta b'mod partikolari t-tolleranzi tal-verifika stipulati fl-Anness V.
Artikolu 8
Revoka
Id-Direttiva 97/17/KE għandha tiġi revokata mill-20 ta' Diċembru 2011.
Artikolu 9
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. L-Artikolu 3 (d) u (e) u l-Artikolu 4 (b), (c) u (d) ma għandhomx japplikaw għall-pubbliċità stampata u għal materjal tekniku ta' promozzjoni stampat ippubblikati qabel it-30 ta' Marzu 2012.
2. Il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti mqiegħda fis-suq qabel it-30 ta' Novembru 2011 għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 97/17/KE.
3. F'każ li tiġi adottata miżura ta' implimentazzjoni għad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti, il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din il-miżura ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti tal-effiċjenza tat-tindif u mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u li jitqegħdu fis-suq jew għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs qabel l-20 ta' Diċembru 2011 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 97/17/KE.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-20 ta' Diċembru 2011. Madankollu, l-Artikolu 3 (d) u (e) u l-Artikolu 4 (b), (c) u (d) għandhom japplikaw mill-20 ta' April 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Tikketta
1. TIKKETTA
(1) It-tikketta għandha tinkludi din l-informazzjoni:
l-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali;
identifikatur tal-fornitur tal-mudell, fejn “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur;
il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ddeterminata skont l-Anness VI, punt 1; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija rilevanti;
il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 1(b) tal-Anness VII;
il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) f’litri fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness VII;
il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif iddeterminata skont l-Anness VI, punt 2;
il-kapaċità nominali, f'għadd ta' settijiet individwali standard, għaċ-ċiklu standard tat-tindif;
l-emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja espressi f'dB(A) re1 pW, aġġustati sal-eqreb numru sħiħ.
(2) Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 2. Permezz ta' deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), tista' tingħata wkoll kopja tal-ekotikketta.
2. DISINN TAT-TIKKETTA
Id-disinn tat-tikketta għandu jkun kif jidher fid-disinn hawn taħt.
Fejn:
It-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 110 mm u twila 220 mm. Meta t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.
L-isfond għandu jkun abjad.
Il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin (in-numri jirreferu għad-Disinn ta' hawn fuq):
Linja tal-Bordura: 5 pt – kulur: Cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.
Logo tal-UE – kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.
Logo tal-enerġija |
: |
kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija; Il-logo tal-UE u l-logo tal-enerġija (flimkien): wisa': 92 mm, għoli: 17 mm. |
Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – tul: 92,5 mm.
Skala A-G
Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija
Enerġija
Konsum annwali tal-enerġija
Konsum annwali tal-ilma
Klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif:
Kapaċità nominali:
Emissjonijiet tal-istorbju:
L-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali
L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta' 92 × 5 mm.
Innumerar tar-Regolament: Calibri bold 9 pt, 100 % iswed;
ANNESS II
Skeda tal-prodott
1. L-informazzjoni fl-iskeda tal-prodott tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti għandha tingħata fl-ordni li ġej u għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’letteratura oħra mogħtija mal-prodott:
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;
l-identifikatur tal-fornitur tal-mudell, jiġifieri l-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur.
il-kapaċità nominali, f’għadd ta’ settijiet individwali standard, għaċ-ċiklu standard tat-tindif;
il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija skont l-Anness VI, il-punt 1;
fejn il-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun ingħatat “Ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, din l-informazzjoni tista tiġi inkluża;
il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 1(b) tal-Anness VII. Dan għandu jkun deskritt bħala “Konsum tal-Enerġija ‘X’ kWh fis-sena, abbażi ta’ 280 ċiklu standard tat-tindif li fihom jintużaw ilma kiesaħ u modalitajiet b’konsum baxx. Il-konsum proprju tal-enerġija jiddependi minn kif jintuża l-apparat domestiku”;
il-konsum tal-enerġija (Et ) taċ-ċiklu standard tat-tindif;
il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija u fil-modalità mixgħula u inattiva (Po u Pl );
il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) f’litri fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness VII; dan għandu jiġi deskritt kif ġej: “Konsum tal-ilma ‘X’ litri fis-sena, abbażi ta’ 280 ċiklu standard tat-tindif. Il-konsum proprju tal-ilma jiddependi minn kif jintuża l-apparat domestiku”;
il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif stabbilita skont l-Anness VI, punt 2 u espressa bħala “klassi ‘X’ tal-effiċjenza tat-tnixxif fuq skala minn G (l-inqas effiċjenti) sa A (l-aktar effiċjenti)”; Meta din l-informazzjoni tkun ipprovduta f’forma ta’ tabella, din tista’ tiġi espessa permezz ta’ mezzi oħra, dejjem jekk jibqa’ ċar li l-iskala tkun minn G (l-inqas effiċjenti) sa A (l-aktar effiċjenti);
indikazzjoni li “l-programm standard” huwa l-programm standard tat-tindif li tirreferi għalih l-informazzjoni fit-tikketta u l-iskeda, li dan il-programm huwa adatt biex inaddaf oġġetti tal-mejda li jkollhom ħmieġ normali, u li huwa l-aktar programm effiċjenti f’termini tal-konsum ikkombinat ta’ enerġija u ta’ ilma;
il-ħin tal-programm għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’minuti u aġġustat sal-eqreb minuta;
it-tul ta’ ħin tal-modalità mixgħula u inattiva (Tl ) jekk il-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun mgħammra b’sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija;
l-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja espressi f’dB(A) re 1 pW, aġġustati sal-eqreb numru sħiħ;
f’każ li l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun inkorporata, indikazzjoni ta’ dan.
2. Skeda waħda tista’ tkopri għadd ta’ mudelli ta’ magni domestiċi tal-ħasil tal-platti fornuti mill-istess fornitur.
3. L-informazzjoni fl-iskeda tista’ tingħata f’forma ta’ kopja tat-tikketta, bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Fejn dan ikun il-każ, l-informazzjoni mniżżla fil-punt 1 li mhux diġà tidher fuq it-tikketta għandha tingħata wkoll.
ANNESS III
Dokumentazzjoni teknika
1. Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(c) għandha tinkludi:
isem u indirizz il-fornitur;
deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tal-magna tal-ħasil tal-platti, ċara biżżejjed biex il-mudell ikun jista' jiġi identifikat bla dubju u faċilment;
fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;
fejn xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;
identifikazzjoni u firma tal-persuna awtorizzata li tiffirma d-dikjarazzjoni f'isem il-fornitur;
parametri tekniċi għall-kejl kif ġej:
il-konsum tal-enerġija;
il-konsum tal-ilma;
il-ħin tal-programm;
l-effiċjenza tat-tnixxif;
il-konsum ta’ enerġija fil-“modalità mitfija”;
il-konsum tal-enerġija fil-“modalità mixgħula u inattiva”;
il-ħin li ddum fil-“modalità mixgħula u inattiva”;
l-emmissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja;
ir-riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness VII.
2. Meta l-informazzjoni inkluża fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika ta’ mudell partikolari ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun ir-riżultat ta’ kalkolu li jsir abbażi tad-disinn, jew ta’ estrapolazzjoni minn magni domestiċi tal-ħasil tal-platti ekwivalenti oħra, jew abbażi tat-tnejn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji tat-tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn, u ta’ testijiet li l-fornituri jwettqu biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkoli mwettqa. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta’ magni domestiċi tal-ħasil tal-platti ekwivalenti li għalihom l-informazzjoni tkun inkisbet fuq l-istess bażi.
ANNESS IV
Informazzjoni li għandha tingħata f’każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax ikun mistenni li jara l-prodott muri
1. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(b) għandha tkun ipprovduta fl-ordni li ġejja:
il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, kif definit fl-Anness VI, il-punt 1;
il-kapaċità nominali, f’għadd ta' settijiet individwali standard, għaċ-ċiklu standard tat-tindif;
il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ), f’kWh fis-sena u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 1(b);
il-konsum annwali tal-ilma (AWC ), f’litri fis-sena u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 3;
il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif skont l-Anness VI, il-punt 2;
l-emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja, indikati f’dB(A) re1 pW u aġġustati sal-eqreb numru sħiħ;
f’każ li l-mudell huwa magħmul sabiex ikun ingastat, indikazzjoni ta' dan.
2. Fejn tingħata wkoll informazzjoni oħra li tinsab fl-iskeda dwar il-prodott, din għandha tkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness II.
3. Id-daqs u t-tipa, li bihom tkun stampata jew murija l-informazzjoni kollha msemmija f’dan l-Anness, għandha tkun leġġibbli.
ANNESS V
Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.
Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.
Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:
il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll
il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll
meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jaf ikunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudelli ekwivalenti.
Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala mudell ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.
Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri tal-kejl li jħaddmu metodi tal-kejl avvanzati, affidabbli, preċiżi, riproduċibbli, u li huma ġeneralment rikonoxxuti, fosthom il-metodi stabbiliti fid-dokumenti li r-referenza tagħhom ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal dak il-għan. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VII.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.
Tabella 1
It-tolleranzi tal-verifika
Parametri |
It-tolleranzi tal-verifika |
Il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur AEC dikjarat b'iktar minn 10 %. |
Il-konsum tal-ilma (Wt ) |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Wt dikjarat b'iktar minn 10 %. |
L-indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif (ID ) |
Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur ID dikjarat b'aktar minn 19 %. |
Il-konsum tal-enerġija (Et ) |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Et dikjarat b'iktar minn 10 %. Meta jkunu jridu jintgħażlu tliet unitajiet oħra, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti ta' dawn it-tliet unitajiet m'għandhiex taqbeż il-valur Et dikjarat b'iktar minn 6 %. |
Il-ħin tal-programm (Tt ) |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Tt dikjarat b'iktar minn 10 %. |
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi u fil-modalità mixgħul u inattiv (Po u Pl ) |
Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Pl akbar minn 1,00 W, m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Pl dikjarati b'iktar minn 10 %. Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta' 1,00 W jew inqas, m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Pl dikjarati b'iktar minn 0,10 W. |
It-tul tal-modalità mixgħul u inattiv (Tl ) |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Tl dikjarat b'iktar minn 10 %. |
L-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja |
Il-valur stabbilit għandu jissodisfa l-valur dikjarat. |
ANNESS VI
Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u klassijiet tal-effiċjenza tat-tnixxif
1. KLASSIJIET TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA
Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti għandha tiġi determinata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) kif stipulat fit-Tabella 1.
L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-użi tal-Enerġija (EEI) ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti għandu jiġi kkalkulat skont l-Anness VII, punt 1.
Tabella 1
Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija
Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
Indiċi tal-Effiċjenza fl-użu tal-Enerġija |
A+++ (l-iktar effiċjenti) |
EEI < 50 |
A++ |
50 ≤ EEI < 56 |
A+ |
56 ≤ EEI < 63 |
A |
63 ≤ EEI < 71 |
B |
71 ≤ EEI < 80 |
C |
80 ≤ EEI < 90 |
D (l-anqas effiċjenti) |
EEI ≥ 90 |
2. KLASSIJIET TAL-EFFIĊJENZA TAT-TNIXXIF
Il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti għandha tiġi determinata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) kif stipulat fit-Tabella 2.
L-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) għandu jiġi stabbilit skont l-Anness VII, punt 2.
Tabella 2
Klassijiet tal-effiċjenza tat-tnixxif
Klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif |
Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif |
A (l-iktar effiċjenti) |
ID > 1,08 |
B |
1,08 ≥ ID > 0,86 |
C |
0,86 ≥ ID > 0,69 |
D |
0,69 ≥ ID > 0,55 |
E |
0,55 ≥ ID > 0,44 |
F |
0,44 ≥ ID > 0,33 |
G (l-inqas effiċjenti) |
0,33 ≥ ID |
ANNESS VII
Metodu għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija, l-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif u l-konsum tal-ilma
1. KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA
Għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-użu tal-Enerġija (EEI), ta’ mudell ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti, il-konsum annwali tal-enerġija tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti jitqabbel mal-konsum standard annwali tal-enerġija.
L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) jiġi kkalkulat u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:
fejn:
AEC |
= |
il-konsum annwali tal-enerġija tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti |
SAEC |
= |
il-konsum annwali tal-enerġija standard tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti. |
Il-konsum annwali tal-enerġija (AEc ) jiġi kkalkulat, f’ kWh/sena u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:
fejn:
Et |
= |
il-konsum tal-enerġija għaċ-ċiklu standard, li jiġi indikat f’kWh u aġġustat sa tliet ċifri wara l-punt deċimali; |
Pl |
= |
l-enerġija fil-“modalità mixgħula u inattiva” għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li tiġi indikata f’W u aġġustata sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali; |
Po |
= |
l-enerġija fil-“modalità mitfija” għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li tiġi indikata f’W u aġġustata sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali; |
Tt |
= |
il-ħin tal-programm għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’minuti u aġġustat sal-eqreb minuta; |
280 |
= |
l-għadd totali ta’ ċikli standard tat-tindif kull sena. |
Meta l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun mgħammra b’sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija, u, wara li jintemm il-programm, il-magna domestika tal-ħasil tal-platti tidħol awtomatikament fil-“modalità mitfija”, AEC jiġi kkalkulat b’qies għat-tul taż-żmien effettiv li fih il-magna tkun fil-“modalità mixgħula u inattiva”, permezz ta’ din il-formula:
fejn:
Tl |
= |
il-ħin imkejjel ta’ kemm il-magna ddum fil-“modalità mixgħula u inattiva” għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’minuti u aġġustat sal-eqreb minuta; |
280 |
= |
l-għadd totali ta’ ċikli standard tat-tindif kull sena. |
Il-konsum standard annwali tal-enerġija (SAEC ) jiġi kkalkulat f’kWh/sena skont il-formula li ġejja u jinġieb sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali:
għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta ps ≥ 10 u wisa’ ta’ > 50 cm:
SAEC = 7,0 × ps + 378
għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ ps ≤ 9 u għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ 9 < ps ≤ 11 u wisa’ ta’ ≤ 50 cm:
SAEC = 25,2 × ps + 126
fejn:
ps |
= |
għadd ta’ settijiet individwali. |
2. KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA TAT-TNIXXIF
Għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) ta’ mudell ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti, l-effiċjenza tat-tnixxif tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti tiġi mqabbla mal-effiċjenza tat-tnixxif ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti ta’ referenza fejn din tal-aħħar ikollha l-karatteristiċi indikati fil-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) jiġi kkalkulat u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:
ID = exp(lnID )
fejn:
DT,i |
= |
l-effiċjenza tat-tnixxif tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti li tkun qed tiġi ttestjata, għal ċiklu wieħed ta’ ttestjar (i); |
DR,i |
= |
l-effiċjenza tat-tnixxif tal-magna tal-ħasil tal-platti ta’ referenza għal ċiklu wieħed ta’ ttestjar (i); |
n |
= |
l-għadd ta’ ċikli ta’ ttestjar, n ≥ 5 |
L-effiċjenza tat-tnixxif (D) hija l-medja tal-grad tat-tixrib ta’ kull oġġett li jiddaħħal fil-magna, wara li ċ-ċiklu standard tat-tindif ikun tlesta. Il-grad tat-tixrib jiġi kkalkulat kif muri fit-Tabella 1:
Tabella 1
L-għadd ta’ traċċi tal-ilma (WT ) jew ta’ linji mxarrbin (WS ) |
L-erja totali imxarrba (Aw) f’ mm2 |
Grad tat-tixrib |
WT = 0 u WS = 0 |
Mhux applikabbli |
2 (l-aktar effiċjenti) |
1 < WT ≤ 2 jew WS = 1 |
Aw < 50 |
1 |
2 < WT jew WS = 2 jew WS = 1 u WT = 1 |
Aw > 50 |
0 (l-inqas effiċjenti) |
3. KALKOLU TAL-KONSUM ANNWALI TA’ ILMA
Il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti jiġi kkalkulat f’litri, u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ, permezz ta’ din il-formula:
AWC = Wt × 280
fejn:
Wt = il-konsum tal-ilma għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’litri u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali.
ANNESS VIII
L-Informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri, jew xiri bin-nifs fuq l-Internet
(1) Għall-finijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“mekkaniżmu għall-wiri” tfisser kwalunkwe skrin, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva li tintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet;
“wiri ta' ħaġa ġo oħra” tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;
“skrin tattilu” tfisser skrin li jaħdem meta tmissu bħal tablets, kompjuters tat-tip slate jew smartfowns;
“test alternattiv” tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li l-informazzjoni tintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, bħal, pereżempju, biex jiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.
(2) It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(f) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fil-punt 2 tal-Anness I. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.
(3) L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:
tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;
turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; kif ukoll
tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:
(4) Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:
l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott;
l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;
it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;
it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (“tab”) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;
għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;
it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;
it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.
(5) L-iskeda tal-informazzjoni x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(g) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta' din l-iskeda tal-informazzjoni għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni għandha tkun immarkata b'mod ċar u li jista' jinqara bil-kliem “L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott”. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.
( 1 ) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
( 2 ) ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.