This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02010R0007-20130101
Council Regulation (EU) No 7/2010 of 22 December 2009 opening and providing for the management of autonomous tariff quotas of the Union for certain agricultural and industrial products and repealing Regulation (EC) No 2505/96
Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96
2010R0007 — MT — 01.01.2013 — 006.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 7/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 (ĠU L 003, 7.1.2010, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 565/2010 tad-29 ta' Ġunju 2010 |
L 163 |
2 |
30.6.2010 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1264/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 |
L 347 |
1 |
31.12.2010 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 630/2011 tal-21 ta’ Ġunju 2011 |
L 170 |
1 |
30.6.2011 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1359/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 |
L 341 |
11 |
22.12.2011 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 551/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 |
L 166 |
3 |
27.6.2012 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1231/2012 tas-17 ta’ Diċembru 2012 |
L 350 |
1 |
20.12.2012 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 7/2010
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-produzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti agrikoli u industrijali mhijiex biżżejjed biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet speċifiċi tal-industriji li jagħmlu użu minnhom fl-Unjoni. Bħala konsegwenza, il-provvisti tal-Unjoni ta' dawn il-prodotti jiddipendu konsiderevolament fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Ir-rekwiżiti l-aktar urġenti tal-Unjoni għal dawn il-prodotti kkonċernati għandhom jintlaħħqu immedjatament fuq termini l-aktar favorevoli. Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni b'rati ta’ dazju preferenzjali għandhom għalhekk ikunu miftuħa fi ħdan il-limiti tal-volumi xierqa b’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li ma jkunux imfixxkla s-swieq ta' prodotti bħal dawn jew ikun ostakolat l-istabbiliment jew l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-Unjoni. |
(2) |
Huwa neċessarju li jiġi żgurat, għall-impurtaturi kollha tal-Unjoni, l-aċċess ugwali u mingħajr waqfien għal dawk il-kwoti, u li tiġi żgurata l-applikazzjoni mhux interrotta tar-rati stipulati għall-kwoti tal-importazzjonijiet kollha fir-rigward tal-prodotti kkonċernati ġewwa l-Istati Membri kollha sa meta jkunu ġew eżawriti l-kwoti. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju ( 1 ) jipprevedi sistema ta' ġestjoni għall-kwoti tariffarji li ssegwi l-ordni kronoloġika tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Il-kwoti tariffarji miftuħa b'dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri b’konformità ma’ dik is-sistema. |
(4) |
Il-volumi tal-kwoti huma fil-biċċa l-kbira tagħhom espressi f’tunnellati Għal ċerti prodotti li għalihom infetħu kwoti tariffarji awtonomi l-volum tal-kwota ġie stipulat f’unità ta’ kejl oħra. Fil-każ li l-ebda unità ta' kejl supplimentari ma ġiet stipulata għal dawk il-prodotti fin-Nomeklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana ( 2 ), jista' jkun hemm inċertezza fir-rigward tal-unità ta' kejl li għandha tintuża. Minħabba raġunijiet ta' ċarezza u fl-interess ta' ġestjoni tal-kwoti aħjar, huwa għalhekk neċessarju li jkun provdut li, sabiex jittieħed benefiċċju mill-kwoti tariffarji awtonomi msemmijin, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati tiġi inserita fid-dikjarazzjoni ta' rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa bl-użu tal-unità ta' kejl tal-ammont tal-kwota stabbilità għal dawk il-prodotti fl-Anness tar-Regolament. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2505/96 tal-20 ta’ Diċembru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali ( 3 ) ġie emendat bosta drabi. Fl-interess tat-trasparenza għandu għalhekk jitħassar u jiġi sostitwit fl-intier tiegħu. |
(6) |
Il-miżuri neċessarji għall-adozzjoni ta' emendi f’dan ir-Regolament derivanti mill-emendi fin-Nomenklatura Magħquda u fil-kodiċi TARIC għandhom ikunu adottati b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 4 ). |
(7) |
Ladarba l-kwoti tat-tariffi għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2010, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-prodotti elenkati fl-Anness huma b’dan miftuħa kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni li fi ħdanhom se jkunu sospiżi dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għall-perjodi, bir-rati tad-dazju, u sal-volumi indikati fih.
Artikolu 2
Il-kwoti tat-tariffi msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 3
Fejn tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fir-rigward ta’ prodott imsemmi f’dan ir-Regolament, li għalih il-volum tal-kwota huwa espress f’unità ta’ kejl diversa mill-piż f’tunnellati jew f’kilogrammi u diversa mill-valur, għal prodotti li għalihom l-ebda unità supplimentari ma ġiet stabbilità fin-Nomenklatura Magħquda stabbilità fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati għandha tiddaħħal fil-“Kaxxa 41: Unitajiet supplimentari” ta' dik id-dikjarazzjoni bl-użu tal-unità ta' miżura tal-ammont tal-kwota għal dawk il-prodotti stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament
Artikolu 4
L-emendi u l-adattazjonijiet tekniċi derivanti mill-emendi fin-Nomenklatura Magħquda u fil-kodiċi TARIC għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(2).
Artikolu 5
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 247a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
2. Fejn isir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
Artikolu 6
Ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 huwa b'dan imħassar.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Numru tas-Serje |
Kodiċi NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Perjodu tal-kwota |
Volum tal-kwota |
Dazju fuq il-kwota (%) |
09.2849 |
ex071080 69 |
10 |
Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1) (2) |
1.1.-31.12. |
700 tunnellata |
0 % |
09.2913 |
ex240110 35 |
91 |
Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn EUR 450 kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 2402 10 00 (1) |
1.1.-31.12. |
6 000 tunnellata |
0 % |
ex240110 70 |
10 |
|||||
ex240110 95 |
11 |
|||||
ex240110 95 |
21 |
|||||
ex240110 95 |
91 |
|||||
ex240120 35 |
91 |
|||||
ex240120 70 |
10 |
|||||
ex240120 95 |
11 |
|||||
ex240120 95 |
21 |
|||||
ex240120 95 |
91 |
|||||
09.2928 |
ex281122 00 |
40 |
Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’kontenut minimu ta’ diossidu tas-silikonju ta’ 97 % |
1.1-31.12 |
1 700 tunnellata |
0 % |
09.2703 |
ex282530 00 |
10 |
Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1) |
1.1.-31.12. |
13 000 tunnellata |
0 % |
09.2806 |
ex282590 40 |
30 |
Trijossidu tat-tangsten, inkluż ossidu tat-tangsten blu (CAS RN 1314-35-8 + 39318-18-8) |
1.1.-31.12. |
12 000 tunnellata |
0 % |
09.2929 |
2903 22 00 |
Trikloroetilene (CAS RN 79-01-6) |
1.1-31.12 |
10 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2837 |
ex290379 90 |
10 |
Bromoklorometan (CAS RN 74-97-5) |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
09.2933 |
ex290399 90 |
30 |
1,3-Diklorobenżen (CAS RN 541-73-1) |
1.1.-31.12. |
2 600 tunnellata |
0 % |
09.2950 |
ex290559 98 |
10 |
2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-subintestatura 4002 99 90, (CAS RN 107-07-3) (1) |
1.1.-31.12. |
15 000 tunnellata |
0 % |
09.2851 |
ex290712 00 |
10 |
O-Kreżol b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5 % tal-piż (CAS RN 95-48-7) |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
09.2624 |
2912 42 00 |
Etilvanillin (3-etossi-4-idrossibenżaldeid), (CAS RN 121-32-4) |
1.1.-31.12. |
950 tunnellata |
0 % |
|
09.2638 |
ex291521 00 |
10 |
Aċtu aċetiku ta’ purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar (CAS RN 64-19-7) |
1.1.-31.12. |
1 000 000 tunnellata |
0 % |
09.2972 |
2915 24 00 |
Anidride aċetiku (CAS RN 108-24-7) |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2769 |
ex291713 90 |
10 |
Sebakat tad-dimetil (CAS RN 106-79-6) |
1.1.-31.12. |
1 300 tunnellata |
0 % |
09.2634 |
ex291719 90 |
40 |
Aċidu dodekanedjojku, ta’ purità bil-piż ta’ aktar minn 98,5 % (CAS RN 693-23-2) |
1.1-31.12 |
4 600 tunnellata |
0 % |
09.2808 |
ex291822 00 |
10 |
Aċtu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2) |
1.1.-31.12. |
120 tunnellata |
0 % |
09.2975 |
ex291830 00 |
10 |
Dianidrid benżofenon-3,3’,4,4’-tetrakarbossiliku (CAS RN 2421-28-5) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
09.2632 |
ex292122 00 |
10 |
Eksametilenediammina (CAS RN 124-09-4) |
1.1.-31.12. |
40 000 tunnellata |
0 % |
09.2602 |
ex292151 19 |
10 |
o-Fenilenediammina (CAS RN 95-54-5) |
1.1.-31.12. |
1 800 tunnellata |
0 % |
09.2977 |
2926 10 00 |
Akrilonitril (CAS RN 107-13-1) |
1.1.-31.12. |
75 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2917 |
ex293090 13 |
90 |
Ċistina (CAS RN 56-89-3) |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
09.2603 |
ex293090 99 |
79 |
Bis(3-tritossisililpropil)tetrasulfid (CAS RN 40372-72-3) |
1.1-31.12 |
9 000 tunnellata |
0 % |
09.2810 |
2932 11 00 |
Tetraidrofuran (CAS RN 109-99-9) |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2955 |
ex293219 00 |
60 |
Flurtamon (ISO) (CAS RN 96525-23-4) |
1.1.-31.12. |
300 tunnellata |
0 % |
09.2812 |
ex293220 90 |
77 |
Eżan-6-olidu (CAS RN 502-44-3) |
1.1.-31.12. |
4 000 tunnellata |
0 % |
09.2658 |
ex293399 80 |
73 |
5-(aċetaċetilammiku)benżimidażolon (CAS RN 26576-46-5) |
1.1-31.12 |
200 tunnellata |
0 % |
09.2945 |
ex294000 00 |
20 |
D-Ksilożju (CAS RN 58-86-6) |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
09.2659 |
ex380290 00 |
19 |
Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda |
1.1-31.12 |
30 000 tunnellata |
0 % |
09.2908 |
ex380400 00 |
10 |
Linjosulfonat tas-sodju |
1.1.-31.12. |
40 000 tunnellata |
0 % |
09.2889 |
3805 10 90 |
Turpentina tas-sulfat |
1.1.-31.12. |
25 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2935 |
ex380610 00 |
10 |
Rożin u aċidi tar-reżin miksuba minn oleoreżini friski |
1.1.-31.12. |
280 000 tunnellata |
0 % |
09.2814 |
ex381590 90 |
76 |
Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-trijossidu tat-tungstenu |
1.1.-31.12. |
3 000 tunnellata |
0 % |
09.2829 |
ex382490 97 |
19 |
Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin: — kontenut tal-aċidu tar-reżin li ma jaqbiżx it-30 % tal-piż, — numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110, — kif ukoll — punt tat-tidwib ta’ 100 °C jew aktar |
1.1.-31.12. |
1 600 tunnellata |
0 % |
09.2907 |
ex382490 97 |
86 |
Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż: — 75 % jew aktar ta steroli, — mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew tal-esteri tal-istanoli/steroli (1) |
1.1.-31.12. |
2 500 tunnellata |
0 % |
09.2644 |
ex382490 97 |
96 |
Preparazzjoni li skont il-piż fiha: — 55 % jew aktar iżda mhux iżjed minn 78 % ta’ gluterat tad-dimetil — 10 % jew aktar iżda mhux aktar minn 28 % ta’ adipat dimetiliku u — mhux aktar minn 25 % ta’ suċċinat tad-dimetil |
1.1-30.6.2013 |
7 500 tunnellata |
0 % |
09.2140 |
ex382490 97 |
98 |
Taħlita ta’ ammini terzjarji li fihom, skont il-piż: — 2,0-4,0 % ta’ N,N-dimetil-1-ottanammina — mhux anqas minn 94 % N,N-dimetil-1-dekanammina — massimu ta’ 2 % N,N-dimetil-1-dodekanammina |
1.1.-31.12. |
4 500 tunnellata |
0 % |
09.2660 |
ex390230 00 |
96 |
Kopolimer tal-etilen-propilen, b’viskożità tat-tidwib mhux aktar minn 1 700 mPa waqt 190 °C, kif iddeterminata bil-metodu ASTM D 3236 |
1.1-31.12 |
500 tunnellata |
0 % |
09.2639 |
3905 30 00 |
Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fih gruppi ta’ aċetat mhux idrolizzati u kemm jekk le |
1.1.-31.12. |
18 000 tunnellata |
0 % |
|
09.2616 |
ex391000 00 |
30 |
Polidimetilsilossan bi grad ta’ polimerizzazzjoni ta’ 2 800 unità monomerika (± 100) |
1.1.-31.12. |
1 300 tunnellata |
0 % |
09.2816 |
ex391211 00 |
20 |
Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju |
1.1.-31.12. |
75 000 tunnellata |
0 % |
09.2641 |
ex391390 00 |
87 |
Jaluronat tas-sodju, mhux sterili, b’: — piż molekulari medju (Mw) ta’ mhux iktar minn 900 000, — b’livell ta’ endotossin li ma jaqbiżx 0,008 unitajiet ta’ Endotossin (EU)/mg, — b’kontenut ta’ etanol li ma jaqbiżx 1 % bħala piż, — b’kontenut ta’ isopropanol li ma jaqbiżx 0,5 % bħala piż |
1.1.-31.12. |
200 kg |
0 % |
09.2661 |
ex392051 00 |
50 |
Folji ta’ polimetilmetakrilat li jikkonformaw ma’ — EN 4364 (MIL-P-5425E) u DTD5592 A, jew — EN 4365 (MIL-P-8184) u DTD5592 A |
1.1-31.12 |
100 tunnellata |
0 % |
09.2645 |
ex392114 00 |
20 |
Blokk ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li fih il-klorur tal-manjesju u komposti tal-ammonju kwaternarji, b’kejl ta’ 100 ċm (± 10 ċm) × 100 ċm (± 10 ċm) x 40 ċm (± 5 ċm) |
1.1-31.12 |
1 300 tunnellata |
0 % |
09.2818 |
ex690290 00 |
10 |
Briks li jirreżistu s-sħana — b’xifer twil iktar minn 300 mm u — b’kontenut f’piż ta’ TiO2 ta’ mhux aktar minn 1 % u — b’kontenut ta’ Al2O3 ta’ mhux iktar minn 0,4 % skont il-piż u — b’varjazzjoni fil-volum ta’ anqas minn 9 % f’1 700 °C |
1.1.-31.12. |
75 tunnellata |
0 % |
09.2628 |
ex701952 00 |
10 |
Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 gm/m2 (± 10 gm/m2), ta’ tip li jintuża fl-iskrins ta’ kontra n-nemus, li għandhom qafas fiss u li jistgħu jitgerrbu |
1.1.-31.12. |
3 000 000 m2 |
0 % |
09.2799 |
ex720249 90 |
10 |
Ferro-kromju li fih 1,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju |
1.1.-31.12. |
50 000 tunnellata |
0 % |
09.2629 |
ex761699 90 |
85 |
Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1) |
1.1.-31.12. |
800 000 unità |
0 % |
09.2763 |
ex850140 80 |
30 |
Mutur kommutatur tal-elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ aktar minn 750 W, u input enerġetiku ta’ aktar minn 1 600 W imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1) |
1.1.-31.12. |
2 000 000 unità |
0 % |
09.2642 |
ex850140 80 |
40 |
Assemblaġġ, li jikkonsisti f’ — mutur kommutatur tal-elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ 480 W jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 400 W, u saħħa tal-input ta’ aktar minn 900 W imma mhux aktar minn 1 600 W, dijametru estern ta’ aktar minn 119,8 mm imma mhux aktar minn 135,2 mm u b’veloċità ratata ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, u — ventilatur għad-dħul tal-arja, għall-użu fil-manifattura tal-vacuum cleaners (1) |
1.1.-31.12. |
120 000 unità |
0 % |
09.2633 |
ex850440 82 |
20 |
Rettifikatur tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, biex jintuża fil-manifattura ta’ apparat li jneħħi x-xagħar (1) |
1.1.-31.12. |
4 500 000 unità |
0 % |
09.2643 |
ex850440 82 |
30 |
Bords għall-provvista tal-enerġija għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521 u 8528 (1) |
1.1.-31.12. |
1 038 000 unità |
0 % |
09.2620 |
ex852691 20 |
20 |
Muntaġġ għal sistema tal-GPS li għandha l-funzjoni li tiddetermina pożizzjoni |
1.1.-31.12. |
3 000 000 unità |
0 % |
09.2003 |
ex854370 90 |
63 |
Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat, miżmum f’qafas b’dimensjonijiet esterni ta’ mhux iktar minn 30 x 30 mm |
1.1.-31.12. |
1 400 000 unità |
0 % |
09.2635 |
ex900110 90 |
20 |
Fibri ottiċi għall-manifattura tal-kejbils magħmulin mill-fibri tal-ħġieġ taħt l-intestatura 8544 (1) |
1.1.-31.12. |
3 300 000 km |
0 % |
09.2631 |
ex900190 00 |
80 |
Lentijiet, priżmi u elementi nkullati għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-kodiċijiet NM 9002, 9005, 9013 10 u 9015 (1) |
1.1.-31.12. |
5 000 000 unità |
0 % |
(1) Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għall-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253 11.10.1993, p. 1). (2) Madankollu, il-miżura mhix permessa meta l-ipproċessar isir mill-impriżi tal-catering jew li jbigħu bl-imnut. |
( 1 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
( 2 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.
( 3 ) ĠU L 345, 31.12.1996, p. 1.
( 4 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.