Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010D0638-20201027

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/638/2020-10-27

02010D0638 — MT — 27.10.2020 — 012.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/638/PESK

tal-25 ta’ Ottubru 2010

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

(ĠU L 280 26.10.2010, p. 10)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/169/PESK tal-21 ta’ Marzu 2011

  L 76

59

22.3.2011

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/706/PESK tas-27 ta’ Ottubru 2011

  L 281

28

28.10.2011

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/149/PESK tat-13 ta' Marzu 2012

  L 74

8

14.3.2012

 M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/665/PESK tas-26 ta’ Ottubru 2012

  L 299

45

27.10.2012

 M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/515/PESK tal-21 ta’ Ottubru 2013

  L 280

25

22.10.2013

►M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/213/PESK tal-14 ta' April 2014

  L 111

83

15.4.2014

 M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/728/PESK tal-20 ta' Ottubru 2014

  L 301

33

21.10.2014

 M8

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1923 tas-26 ta' Ottubru 2015

  L 281

9

27.10.2015

 M9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1839 tas-17 ta' Ottubru 2016

  L 280

32

18.10.2016

 M10

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1934 tat-23 ta' Ottubru 2017

  L 273

10

24.10.2017

►M11

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1611 tal-25 ta' Ottubru 2018

  L 268

47

26.10.2018

►M12

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1790 tal-24 ta’ Ottubru 2019

  L 272

152

25.10.2019

►M13

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1556 tat-23 ta’ Ottubru 2020

  L 355

3

26.10.2020




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/638/PESK

tal-25 ta’ Ottubru 2010

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea



▼M6 —————

▼B

Artikolu 3

▼M1

1.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji tagħhom tal-persuni identifikati mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala li huma responsabbli għall-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Ginea, u tal-persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness.

▼B

2.  
Il-paragrafu 1 m’għandux jobbliga lil Stat Membru jiċħad liċ-ċittadini tiegħu stess dħul fit-territorju tiegħu.
3.  

Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’obbligu ta’ dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a) 

bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) 

bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċju tagħha;

(c) 

taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d) 

taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.  
Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika anki f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitant għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5.  
Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.
6.  
L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Repubblika tal-Ginea.
7.  
Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala mogħtija dment li ma ssir l-ebda oġġezzjoni bil-miktub minn wieħed, jew iżjed, mill-Membri tal-Kunsill, fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8.  
F’każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta’ persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 4

▼M1

1.  
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, huma proprjetà ta’, huma miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni identifikati mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala li huma responsabbli għall-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Ginea, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

▼B

2.  
L-ebda fond jew riżors ekonomiku m’għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi jew ġuridiċi elenkati fl-Anness.
3.  

L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:

(a) 

meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmula assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali;

(c) 

maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji jew ħlasijiet ta’ servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ rutina ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d) 

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

Stati Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

4.  

B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti għal rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmi fl-Artikolu 4(1) tkun ġiet inkluża fl-Anness jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament biex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b’dan ir-rahan jew rikonoxxuti bħala validi f’din is-sentenza, fil-limiti ffissati bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) 

ir-rahan jew is-sentenza mhix għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u

(d) 

ir-rikonoxximent li r-rahan jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

Stati Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

5.  

Il-Paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

(a) 

mgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) 

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK,

dment li kwalunkwe mgħax, qligħ u pagamenti oħrajn bħal dawn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 5

1.  
Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta emendi għal-lista li tidher fl-Anness kif meħtieġ mill-iżviluppi politiċi fir-Repubblika tal-Ginea.
2.  
Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
3.  
Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna kkonċernata skont il-każ.

▼M12

Artikolu 5a

1.  

Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom taħt din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:

(a) 

fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija ta’ emendi u għall-emendar tal-Anness;

(b) 

fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi għall-Anness.

2.  
Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti b’rabta ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma’ kundanni penali ta’ tali persuni jew ma’ miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lit-tali persuni, biss sa fejn tali proċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Anness.
3.  
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli huma maħtura bħala “kontrolluri” fis-sens tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), sabiex jiġi żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom taħt ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725.

▼B

Artikolu 6

Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-UE għandha tinkoraġġixxi lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk imniżżla f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Il-Posizzjoni Komuni 2009/788/PESK hija b'dan revokata.

Artikolu 8

1.  
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

▼M13

2.  
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ Ottubru 2021. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.

▼M11




ANNESS

LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3 U 4



 

Isem

(u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Kaptan Moussa Dadis CAMARA

d.t.t: 1.1.64 jew 29.12.68

Pass: R0001318

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea

2.

Kurunell Moussa Tiégboro CAMARA

d.t.t: 1.1.68

Pass: 7190

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea

3.

Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY

d.t.t: 26.2.57

Pass: 13683

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea

4.

Logutenent Aboubacar Chérif (psewdonomu Toumba) DIAKITÉ

 

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea

5.

Kurunell Jean-Claude PIVI (psewdonomu Coplan)

d.t.t: 1.1.60

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Guinea



( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

Top