This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02010D0014-20120921
Decision of the European Central Bank of 16 September 2010 on the authenticity and fitness checking and recirculation of euro banknotes (ECB/2010/14) (2010/597/EU)
Consolidated text: Deċiżjoni tal-bank ċentrali Ewropew tas- 16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/14) (2010/597/UE)
Deċiżjoni tal-bank ċentrali Ewropew tas- 16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/14) (2010/597/UE)
2010D0014 — MT — 21.09.2012 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/14) (ĠU L 267, 9.10.2010, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-7 ta’ Settembru 2012 |
L 253 |
19 |
20.9.2012 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta’ Settembru 2010
dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro
(BĊE/2010/14)
(2010/597/UE)
IL-KUNSILL governATTIV TAL-BANK ċENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn “íl quddiem imsejjaħ ‘l-Istatut tas-SEBĊ”), u partikolarment l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 128(1) tat-Trattat u l-Artikolu 16 tal-Istatut tal-SEBĊ jipprovdu li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv li jawtorizza l-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Unjoni. Dan id-dritt jinkludi l-kompetenza li jittieħdu miżuri biex tiġi protetta l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta’ ħlas. |
(2) |
Biex tiġi protetta l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro u biex tkun possibbli l-identifikazzjoni xierqa ta’ flus foloz, il-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkulazzjoni għandhom jinżammu f’kundizzjoni tajba biex jiġi żgurat li l-awtentiċità tagħhom tkun tista’ tiġi vverifikata b’mod sempliċi u affidabbli, u għalhekk il-karti tal-flus tal-euro għandhom jiġu vverifikati għall-kundizzjoni. Barra minn dan, il-karti tal-flus tal-euro foloz għandhom jiġu skoperti malajr u jiġu mgħoddija lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
(3) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro ( 1 ) oriġinarjament obbliga lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u oħrajn rilevanti biex jirtiraw miċ-ċirkulazzjoni l-karti tal-flus tal-euro kollha li rċevew li jafu jew għandhom raġuni suffiċjenti sabiex jemmnu li huma foloz. |
(4) |
Biex jistabbilixxi standards armonizzati dwar ir-riċirkolazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro, fl-2005 il-BĊE ppubblika l-qafas tar-riċiklaġġ tal-karti ta’ flus li stabbilixxa regoli u proċeduri komuni dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro ( 2 ), inklużi standards operattivi għall-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. Sussegwentement, il-BĊE adotta proċeduri komuni għall-ittestjar tal-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus mill-BĊNi. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 ġie emendat ( 3 ) fis-sens li l-ambitu tal-indirizzati tiegħu ġie estiż u issa huma obbligati li jiżguraw li l-karti tal-flus tal-euro li rċevew u li fi ħsiebhom jerġgħu jpoġġu fiċ-ċirkulazzjoni jiġu vverifikati għall-awtentiċità u li jiġu skoperti l-foloz. F’dan ir-rigward ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 jistipula li għall-karti tal-flus tal-euro, din il-verifika għandha ssir skont il-proċeduri definiti mill-BĊE. Għaldaqstant huwa xieraq li dawn il-proċeduri jiġu stabbiliti f’att legali. |
(6) |
Bla ħsara għall-kompetenza tal-Istati Membri biex jistabbilixxu sanzjonijiet kontra l-istituzzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jonqsu milli jwettqu l-obbligi tagħhom taħtu, l-Eurosistema għandha tkun tista’ tieħu miżuri amministrattivi xierqa biex jiġi żgurat li l-proċeduri definiti mill-BĊE jiġu mħarsa u li r-regoli u l-proċeduri stabbiliti taħt din id-Deċiżjoni ma jiġux evitati bir-riskju konsegwenti li l-karti tal-flus foloz jew li mhumiex f’kundizzjoni tajba ma jiġux skoperti jew jitpoġġew lura fiċ-ċirkulazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ambitu
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri komuni dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
1. “BĊN” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru li l-valuta tiegħu hija l-euro.
2. “Cash handlers” tfisser l-istituzzjonijiet u l-aġenti ekonomiċi msemmijin fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.
3. “Riċirkulazzjoni” tfisser l-azzjoni, minn cash handlers, li jerġgħu jpoġġu fiċ-ċirkulazzjoni, direttament jew indirettament, karti tal-flus tal-euro li jkunu rċevew, jew mill-pubbliku bħala ħlas jew bħala depożitu f’kont bankarju, jew mingħand cash handler ieħor.
4. “Magna li timmaniġġja l-karti tal-flus” tfisser magna mħaddma mill-klijent jew mill-persunal kif iddefinit fl-Anness I.
5. “Tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus” tfisser magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li tista’ tingħaraf minn magni oħrajn li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus kif deskritt fl-Anness I.
6. “Proċeduri ta’ prova komuni” tfisser il-proċeduri ta’ prova, kif speċifikat mill-BĊE, li jiġu applikati mill-BĊNi biex jiġu eżaminati tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus.
7. “Membri tal-persunal imħarrġin” tfisser impjegati ta’ cash handlers li għandhom: (a) għarfien tal-karatteristiċi differenti tas-sigurtà pubblika tal-karti tal-flus tal-euro, kif speċifikat u ppubblikat mill-Eurosistema, u l-kapaċità li jiġu vverifikati; u (b) għarfien tal-kriterji tal-issortjar elenkati fl-Anness IIIb u l-kapaċità li jiġu vverifikati l-karti tal-flus tal-euro magħhom.
8. “Karti tal-flus tal-euro foloz” tfisser karti tal-flus tal-euro kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.
9. “Magna li tagħti l-flus” tfisser magna self-service li, permezz tal-użu ta’ kard ta’ bank jew mezzi oħrajn, tagħti l-karti tal-flus tal-euro lill-pubbliku, billi tiddebita kont bankarju, bħal kaxxiera awtomatiċi (ATM) li tagħti l-flus kontanti. Self-checkout terminals (SCoTs) li bihom il-pubbliku jista’ jħallas għall-oġġetti u servizzi jew b’kard ta’ bank, flus kontanti jew strumenti oħrajn ta’ ħlas, li jkollhom funzjoni ta’ żbank ta’ flus, huma kkunsidrati wkoll bħala magni li jagħtu l-flus kontanti.
10. “Awtoritajiet nazzjonali kompetenti” tfisser awtoritajiet kif iddefinit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.
11. “Karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba” tfisser karti tal-flus tal-euro li huma kkunsidrati bħala li mhumiex f’kundizzjoni tajba għar-riċirkulazzjoni wara l-verifika tal-kundizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6.
12. “Istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 4 ).
13. “karti tal-flus tal-euro” tfisser dawk il-karti tal-flus li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ Deċiżjoni BĊE/2003/4 ( 5 ) jew kwalunkwe att legali li jibdel jew jikkumplimenta lil dik id-Deċiżjoni u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-Kunsill Governattiv.
Artikolu 3
Prinċipji ġenerali
1. L-obbligu ta’ cash handlers biex jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni għandu jiġi mwettaq skont il-proċeduri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.
2. Jekk żewġ cash handlers jew aktar ikunu involuti fir-riċirkulazzjoni tal-istess karti tal-flus tal-euro, il-cash handler responsabbli għall-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni ta’ dawn il-karti tal-flus tal-euro għandu jinħatar skont ir-regoli nazzjonali jew, fin-nuqqas ta’ dawn ir-regoli, skont arranġamenti kuntrattwali bejn il-cash handlers rilevanti.
3. Il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni għandha ssir jew minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li tkun ġiet ipprovata b’suċċess minn BĊN, jew manwalment minn membru tal-persunal imħarreġ.
4. Il-karti tal-flus tal-euro jistgħu jiġu rriċirkulati biss permezz ta magni mħaddmin mill-klijent jew magni li jagħtu l-flus kontanti jekk ikunu ġew ivverifikati għall-awtentiċità u l-kundizzjoni minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li tkun ġiet ipprovata b’suċċess minn BĊN u kklassifikata bħala ġenwina u f’kundizzjoni tajba. Iżda, dan ir-rekwiżit m’għandux japplika għall-karti tal-flus tal-euro li jkunu ġew ikkonsenjati direttament lil cash handler minn BĊN jew minn cash handler ieħor li diġà vverifika l-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni b’dan il-mod.
5. Magni mħaddmin mill-persunal, meta użati għall-finijiet ta’ verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni, u magni mħaddmin mill-klijenti jistgħu jitħaddmu minn kaxxiera biss jekk ikunu ġew ittestjati b’suċċess minn BĊN u elenkati fuq il-websajt tal-BĊE kif stabbilit fl-Artikolu 9(2). Il-magni għandhom jintużaw biss għad-denominazzjonijiet u s-serje ta’ karti tal-flus tal-euro elenkati fuq il-websajt tal-BĊE għall-magni korrispondenti, bil-programmazzjonijiet standard tal-fabbrika, inkluż kwalunkwe aġġornamenti tagħhom, li jkunu ġew ittestjati b’suċċess sakemm ma jiġux miftehma programmazzjonijet aktar stretti bejn il-BĊN u l-kaxxier.
6. Karti tal-flus tal-euro li ġew ivverifikati għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u kklassifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba minn membri tal-persunal imħarġin imma mhux minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus eżaminata b’suċċess minn BĊN jistgħu jiġu rriċirkulati biss mill-kaxxiera.
7. Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro li ssir mill-BĊNi.
Artikolu 4
Klassifika u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus
1. Il-karti tal-flus tal-euro vverifikati minn magna mħaddma minn klijent għandhom jiġu kklassifikati u trattati skont l-Anness IIa.
2. Il-karti tal-flus tal-euro vverifikati minn magna mħaddma mill-persunal għandhom jiġu kklassifikati u ttrattati skont l-Anness IIb.
Artikolu 5
Identifikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro foloz
Karti tal-flus li mhumiex awtentikati bħala karti tal-flus tal-euro ġenwini wara klassifika li tkun saret skont l-Anness IIa jew IIb jew wara verifika manwali tal-awtentiċità minn membru tal-persunal imħarreġ għandhom minnufih, skont ir-regolamenti nazzjonali u fi kwalunkwe każ f’massimu ta’ għoxrin jum tax-xogħol, jiġu mgħoddija mill-cash handlers lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 6
Identifikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba
1. Verifika tal-kundizzjoni b’mod manwali għandha titwettaq skont l-istandards minimi stabbiliti f’Anness III.
2. Verifika tal-kundizzjoni awtomatizzata għandha titwettaq minn magna li timmaniġġja l-karti tal-flus skont l-istandards minimi li huma ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE u emendati minn żmien għal żmien.
3. BĊN jista’, wara li jkun informa l-BĊE, jistipula standards aktar stretti għal denominazzjoni jew serje ta’ karti tal-flus tal-euro waħda jew aktar jekk dan huwa ġġustifikat, pereżempju min deterjorazzjoni fil-kwalità tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni fl-Istat Membru tiegħu. Dawn l-istandards aktar stretti għandhom ikunu ppubblikati fuq il-websajt ta’ dak il-BĊN.
4. Karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba għandhom jiġu mgħoddija lil BĊN filwaqt li jitqiesu r-regolamenti nazzjonali.
Artikolu 7
Eċċezzjonijiet
1. Il-BĊNi jistgħu jagħtu lil friegħi mbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’operazzjonijiet ta’ flus kontanti ta’ livell baxx permess biex il-membri tal-persunal imħarrġin jagħmlu l-verifika manwali tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro biex jiġu rriċirkulati permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti jew magni li jagħtu l-flus kontanti, sakemm il-verifika tal-awtentiċità ssir minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus eżaminata b’suċċess mill-BĊN. Biex issir applikazzjoni għal dan il-permess, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu lil BĊN tal-Istat Membri tagħhom b’evidenza li l-fergħa in kwistjoni hija mbiegħda u tal-livell baxx ta’ operazzjonijiet ta’ flus kontanti tagħha. Kull BĊN għandu jiżgura li l-volum ta’ karti tal-flus tal-euro vverifikati manwalment b’dan il-mod ma jaqbiżx massimu ta’ 5 % tal-volum globali tal-karti tal-flus tal-euro li huma mqassmin ta’ kull sena permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti jew magni li jagħtu l-flus. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu jekk limitu ta’ 5 % għandux japplika fil-livell ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu jew f’dak tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fil-livell nazzjonali.
2. Meta sseħħ ġrajja eċċezzjonali li minħabba fiha l-provvista tal-karti tal-flus tal-euro fi Stat Membru tiġi mtellfa b’mod sinjifikanti, membri tal-persunal mħarrġin tal-cash handlers jistgħu, fuq bażi temporanja, u bla ħsara għall-qbil rilevanti tal-BĊNi li l-ġrajja hija eċċezzjonali, iwettqu verifika manwali tal-awtentiċità u l-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro biex jiġu rriċirkulati permezz tal-magni mħaddmin mill-klijenti jew magni li jagħtu l-flus.
Artikolu 8
Impenji tal-Eurosistema
1. L-informazzjoni, kif speċifikata mill-Eurosistema, fuq il-karti tal-flus tal-euro u l-karatteristiċi tas-sigurtà tagħhom li jinqraw mill-magni, għandha tiġi fornita lill-manifatturi mill-Eurosistema qabel il-ħruġ ta’ serje ġdida ta’ karti tal-flus u wara biex ikunu jistgħu jibnu magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus li jkunu jistgħu jgħaddu l-proċeduri ta’ prova komuni u jaddattaw għal rekwiżiti ġodda.
2. L-informazzjoni, kif speċifikat mill-Eurosistema, fuq il-karti tal-flus tal-euro u l-karatteristiċi tas-sigurtà pubblika tagħhom għandha tkun fornita mill-Eurosistema lil cash handlers qabel il-ħruġ ta’ serje ġdida ta’ karti tal-flus tal-euro u wara biex il-membri tal-persunal tagħhom jingħataw kull taħriġ meħtieġ.
3. It-taħriġ mill-cash handlers lill-membri tal-persunal tagħhom biex jiġi żgurat li membri tal-persunal mħarrġin huma kompetenti biex jivverifikaw l-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni għandhom ikunu appoġġati mill-Eurosistema.
4. Il-kaxxiera għandhom ikunu informati mill-Eurosistema b’theddid ta’ foloz fejn xieraq u jistgħu jkunu mitluba li jieħdu azzjoni mill-Eurosistema, inkluża projbizzjoni temporanja fuq ir-riċirkolazzjoni tad-denominazzjoni(jiet) tas-serje tal-karti tal-flus tal-euro kkonċernata(i).
5. Il-manifatturi tal-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom jiġu infurmati mill-Eurosistema dwar theddida ta’ flus foloz kif ikun xieraq.
Artikolu 9
Proċeduri ta’ prova komuni tal-Eurosistema għall-magni għall-immaniġġjar tal-karti tal-flus
1. Tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-flus għandhom jiġu pprovati mill-BĊNi skont il-proċeduri ta’ prova komuni.
2. It-tipi kollha ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus li jkunu għaddew mill-prova għandhom jiġu elenkati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE matul il-perijodi ta’ validità tar-riżutati tal-eżami, kif imsemmi fil-paragrafu 3. Tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li matul dan il-perijodu ma tkunx tista’ tidentifika l-karti tal-flus tal-euro foloz kollha magħrufin mill-Eurosistema għandha titneħħa mil-lista skont proċedura speċifikata mill-BĊE.
3. Fejn tip ta’ magna li timmaniġġa l-karti tal-flus hija ttestjata b’eżitu pożittiv, ir-riżultati tat-test għandhom ikunu validi maż-żona tal-euro kollha għal sena mill-aħħar tax-xahar li fih ikun twettaq it-test, sakemm hija tibqa’ kapaċi tagħraf il-karti tal-flus tal-euro foloz kollha magħrufin lill-Eurosistemas matul dan il-perjodu.
4. L-Eurosistema m’għandhiex tkun responsabbli jekk tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus eżaminata b’suċċess ma tkunx tista’ tikklassifika u tittratta l-karti tal-flus tal-euro skont l-Anness IIa jew IIb.
Artikolu 10
Attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-Eurosistema u miżuri korrettivi
1. Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali, BĊNi huma awtorizzati (i) biex jagħmlu spezzjonijiet fil-post, inklużi dawk mhux imħabbrin, fil-postijiet tal-cash handlers biex jimmonitorjaw il-magni li jimmaniġġjaw il-flus tagħhom, partikolarment il-kapaċità tal-magni biex jivverifikaw l-awtentiċità u l-kundizzjoni u biex jiġu rintraċċati karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz u karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar lid-detentur ta’ kont; u (ii) biex jivverifikaw il-proċeduri li jirregolaw l-operazzjoni u l-kontroll tal-magni li jimmaniġġjaw il-flus, it-trattament ta’ karti tal-flus tal-euro verifikati u kull verifika manwali tal-awtentiċità u l-kundizzjoni.
2. Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali, BĊNi huma awtorizzati li jieħdu kampjuni ta’ karti tal-flus tal-euro ipproċessati sabiex jivverifikawhom fil-postijiet tagħhom.
3. Fejn BĊN jagħraf non-konformità minn kaxxier mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, huwa għandu jitlob l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi mill-kaxxier fi żmien speċifikat. Sakemm tiġi rrettifikata n-non-konformità, il-BĊN li jagħmel it-talba jista’, f’isem il-BĊE, jipprojbixxi lill-kaxxier milli jirriċirkola d-denominazzjoni(jiet) tal-karti tal-flus tal-eur tas-serje kkonċernata. Jekk in-non-konformità hija dovuta għal nuqqas tat-tip ta’ magna li timmaniġġa l-karti tal-flus, dan jista’ jwassal għat-tneħħija tagħha mil-lista li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 9(2).
4. Meta cash handler ma jikkooperax ma’ BĊN fir-rigward ta’ spezzjoni, dan għandu jiġi jitqies bħala nuqqas ta’ konformità.
Artikolu 11
Obbligi tar-rapportar
Biex il-BĊE u l-BĊNi jimmonitorjaw il-konformità tal-cash handlers ma’ din id-Deċiżjoni u biex jissorveljaw l-iżviluppi fiċ-ċiklu tal-flus kontanti, il-BĊNi għandhom (i) ikunu infurmati bil-miktub, inkluż b’mezzi elettroniċi, minn cash handlers qabel ma tibda titħaddem tip ta’ magna li timmaniġġja l-flus; u (ii) jingħataw minn cash handlers l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV.
Artikolu 12
Spejjeż
1. L-Eurosistema m’għandhiex tirrimborża lill-cash handlers l-ispejjeż li jagħmlu biex jimplimentaw din id-Deċiżjoni.
2. L-Eurosistema m’għandhiex tagħti kumpens għal spejjeż addizzjonali li jagħmlu l-cash handlers minħabba l-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro b’karatteristiċi ta’ sigurtà mibdulin jew ġodda.
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet finali
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Kaxxiera ta’ Stati Membri li jadottaw l-euro wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikawha sa mid-data tal-adozzjoni tal-euro.
ANNESS I
MAGNI LI JIMMANIĠĠJAW IL-KARTI TAL-FLUS
1. Rekwiżiti tekniċi ġenerali
1.1. Biex tikkwalifika bħala magna li timmaniġġja l-karti tal-flus, magna trid tkun kapaċi tipproċessa karti tal-flus tal-euro, billi tikklassifka l-karti tal-flus tal-euro individwali u tissepara fiżikament il-karti tal-flus tal-euro skont il-klassifikazzjoni tagħhom mingħajr l-intervent ta’ min iħaddem il-magna, bla ħsara għall-Anness IIa u IIb. Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom ikollhom in-numru meħtieġ ta’ output stackers dedikati u/jew mezzi oħra biex tiġi żgurata s-separazzjoni affidabbli tal-karti tal-flus tal-euro pproċessati.
1.2. Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom ikunu adattabbli biex jiġi żgurat li huma kapaċi jidentifikaw foloz ġodda b’mod affidabbli. Barra minn dan, għandhom ikunu adattabbli biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti standards anqas restrittivi għall-issortjar skont il-kundizzjoni, jekk dan ikun il-każ.
2. Kategoriji ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus
Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus huma jew magni mħaddmin mill-klijent jew magni mħaddmin mill-persunal:
Tabella 1
Magni mħaddmin mill-klijent
A. Magni mħaddmin mill-klijent fejn il-flus kontanti jkunu ddepożitati bir-rintraċċar tal-klijent. |
||
1. |
Cash-in machines (CIMs) |
Is-CIMs jippermettu lill-klijenti, bl-użu ta’ kard tal-bank jew mezzi oħrajn, li jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom, imma ma jkollhomx funzjoni li jagħtu l-flus. Is-CIMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat; il-verifiki tal-kundizzjoni huma fakoltattivi. |
2. |
Magni li jirriċiklaw il-flus (CRMs) |
Is-CRMs jippermettu lill-klijenti biex, permezz ta’ kard bankarja jew mezzi oħrajn, jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom, u jiġbdu karti tal-flus tal-euro mill-kontijiet bankarji tagħhom. Is-CRMs jivverifikaw karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat. Għall-iżbank, is-CRMs jistgħu jużaw karti tal-flus tal-euro ġenwini f’kundizzjoni tajba li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti |
3. |
Cash-in machines ikkombinati (CCMs) |
Is-CCMs jippermettu lil klijenti biex, permezz ta’ kard bankarja jew mezzi oħrajn, jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom u jiġbdu karti tal-flus tal-euro mill-kontijiet bankarji tagħhom. Is-CCMs jivverifikaw karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat; il-verifiki għall-kundizzjoni huma fakoltattivi. Għall-iżbank, is-CCMs ma jużawx karti tal-flus tal-euro li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti imma karti tal-flus tal-euro li jitpoġġew fihom separatament biss |
B. Magni oħrajn imħaddmin mill-klijent |
||
4. |
Magni cash-out (COM)) |
Is-COMs huma magni li jagħtu l-flus kontanti li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni qabel ma jagħtuhom lill-klijenti. Is-COMs jużaw karti tal-flus tal-euro mgħobbija fihom mill-kaxxiera jew minn sistemi awtomatizzati oħrajn (eż. magni tal-bejgħ) |
CRM tista’ tintuża bħala CIM jew CCM jekk is-sistemi ta’ identifikazzjoni, is-software u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonijiet bażiċi tagħha huma l-istess bħat-tip ta’ CRM elenkat fuq il-websajt tal-BĊE.
CCM tista’ tintuża bħala CIM jekk is-sistemi ta’ identifikazzjoni, is-software u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonijiet bażiċi tagħha huma l-istess bħat-tip ta’ CCM elenkat fuq il-websajt tal-BĊE.
Tabella 2
Magni mħaddmin mill-persunal
1. |
Magni li jipproċessaw il-karti tal-flus (BPMs) |
Il-BPMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni |
2. |
Magni li jawtentikaw il-karti tal-flus (BAMs) |
Il-BAMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità |
3. |
Magni għar-riċiklaġġ li jassistu lill-kaxxier (TARMs) |
It-TARMs huma magni li jirriċiklaw il-karti tal-flus imħaddmin mill-kaxxiera li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni. Għall-iżbank, it-TARMs jistgħu jużaw karti tal-flus tal-euro ġenwini li jkunu ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti. Barra minn dan, huma jżommu l-karti tal-flus tal-euro f’post sigur u jippermettu l-kaxxiera biex jikkreditaw jew jiddebitaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti |
4. |
Magni li jassistu lill-kaxxier (TAMs) |
It-TAMs huma magni mħaddmin minn kaxxiera li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità. Barra minn dan, iżommu l-karti tal-flus tal-euro f’post sigur u jippermettu l-kaxxierabiex jikkreditaw jew jiddebitaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti |
Magni mħaddmin mill-persunal għandhom jipproċessaw il-karti tal-flus f’pakketti.
TARMs u TAMs jistgħu jintużaw bħala magni mħaddmin mill-klijent jekk it-tip ta’ magna tkun ġiet ittestjata u elenkata fuq il-websajt tal-BĊE bħala CRM jew CIM/CCM rispettivament. F’dan il-każ, TARM għandha titqies bħala CRM u TAM għandha titqies bħala CIM/CCM.
3. Tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus
L-Eurosistema tittestja tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. It-tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus jistgħu jintgħarfu minn xulxin permezz tas-sistemi speċifiċi ta’ identifikazzjoni tagħhom, is-software u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonalitajiet ewlenin tagħhom. Dawn huma: (a) l-awtentikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro ġenwini; (b) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz; (c) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba minn karti tal-flus tal-euro li huma f’kundizzjoni tajba, jekk dan ikun applikabbli; u (d) ir-rintraċċar ta’ oġġetti identifikati bħala karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz u ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar, jekk dan ikun applikabbli.
ANNESS IIa
KLASSIFIKAZZJONI U TRATTAMENT TA’ KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-KLIJENT
Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin u huma separati fiżikament skont il-kategorija. Magni li ma jivverifikawx l-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn il-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji 4a u 4b.
Tabella 1
Klassifikazzjoni u trattament ta’ karti tal-flus tal-euro minn magni mħaddmin mill-klijent li fihom jiġu ddepożitati l-flus kontanti bir-rintraċċar tal-klijent
Kategorija |
Karatteristiċi |
Trattament |
|
1. |
Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro |
Mhux rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn: — karti tal-flus tal-euro li mhumiex aċċettati mill-magna — karti tal-flus li mhumiex tal-euro — oġġetti bħall-karti tal-flus tal-euro — xbieha jew format ħżiena — kantuniera(i) mitwija kbar jew parti(jiet) nieqsa — żball fit-tagħbija jew fit-trasport fil-magna |
Għoti lura mill-magna lill-klijent |
2. |
Karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz |
Xbieha u format rikonoxxuti, imma karatteristika waħda jew iżjed ta’ awtentikazzjoni vverifikata mill-magna ma tiġix identifikata jew hija b’mod ċar barra t-tolleranza |
Irtira miċ-ċirkulazzjoni Għandhom jingħataw għall-awtentikazzjoni, flimkien ma’ informazzjoni dwar id-detentur tal-kont, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minnufih, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna. Tikkreditax il-kont tad-detentur |
3. |
Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar |
Xbieha u format rikonoxxuti, imma mhux il-karatteristiċi kollha ta’ awtentikazzjoni vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba devjazzjonijiet fil-kwalità u/jew tolleranza. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba |
Irtira miċ-ċirkulazzjoni Il-karti tal-flus tal-euro huma pproċessati separatament u jingħataw għall-awtentikazzjoni lill-BĊN minnufih sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna. Informazzjoni fuq id-detentur tal-kont tinħażen għal tmien ġimgħat wara li l-karti tal-flus tal-euro jkunu ġew identifikati mill-magna. Din l-informazzjoni tingħata fuq talba lill-BĊN. Alternattivament, bi ftehim mal-BĊN, informazzjoni li tippermetti r-rintraċċar tad-detentur tal-kont tista’ tingħata lil dak il-BĊN flimkien mal-karti tal-flus tal-euro. Jistgħu jiġu kkreditati lid-detentur tal-kont |
4a. |
Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba |
Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u l-kundizzjoni magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi |
Jistgħu jintużaw għar-riċirkolazzjoni. Ikkreditati lid-detentur tal-kont. |
4b. |
Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u li mhumiex f’kundizzjoni tajba |
Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv |
Ma jistgħux jintużaw għar-riċirkolazzjoni u jingħataw lura lill-BĊN. Ikkreditati lid-detentur tal-kont |
Regoli speċifiċi fir-rigward ta’ Tabella 1:
1. Il-karti tal-flus tal-euro ta‘ kategoriji 2 u 3 ma jingħatawx lura lill-klient minn magna jekk il-magna tippermetti l-kanċellazzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ depożitu. Biex wieħed iżomm dawn il-karti tal-flus tal-euro meta tiġi mħassra tranżazzjoni dawn jistgħu jinħażnu f’żona ta’ ħażna temporanja fil-magna.
2. I l-karti tal-flus tal-euro ta‘ kategorija 3 m’għandhomx jiġu separati fiżikament mill-karti tal-flus tal-euro ta‘ kategorija 4b. F’dan il-każ it-terminu ta’ żmien biex it-taħlita ta’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 3 u 4b tiġi mgħoddija lill-BĊN u r–rekwiżiti għar-rintraċċar tal-klijent tal-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 kif speċifikat għal kategorija 3 xorta japplikaw.
Tabella 2
Klassifikazzjoni u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni oħrajn imħaddmin mill-klijent
Kategorija |
Karatteristiċi |
Trattament |
|
1. |
Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro |
Mhux rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn: — karti tal-flus tal-euro li mhumiex aċċettati mill-magna — karti tal-flus li mhumiex tal-euro — oġġetti li jixbħu l-karti tal-flus tal-euro — xbieha jew format ħżiena — kantuniera(i) mitwijin kbar jew parti(jiet) neqsin — żball fit-tagħbija jew fit-trasport fil-magna |
Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti |
2. |
Karti tal-flus tal-euro sssuspettati li huma foloz |
Xbieha u format rikonoxxuti, iżda karatteristika waħda jew aktar ta’ awtentikazzjoni vverifikata mill-magna ma tiġix identifikata jew li b’ebda mod ma tista’ tiġi aċċettata. |
Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti Għandhom jingħataw minnufih għall-awtentikazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara l-identifikazzjoni mill-magna flimkien ma’ informazzjoni li tirrigwarda d-detentur tal-kont jekk disponibbli, |
3. |
Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar |
Xbieha u format rikonoxxuti, iżda mhux il-karatteristiċi ta’ awtentikazzjoni kollha vverifikata mill-magna huma rikonoxxuti minħabba differenzi fil-kwalità u/jew fl-aċċettazzjoni. Fil-parti l-kbira tal-każijiet huma karti tal-flus tal-euro mhumiex f’kundizzjoni tajba. |
Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti Il-karti tal-flus tal-euro huma pproċessati separatament u mogħtija minnufih lill-BĊN għall-awtentikazzjoni, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara li jiġu ddepożitati fil-magna |
4a. |
Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba |
Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u kundizzjoni magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi |
Jistgħu jitqassmu lill-klijenti |
4b. |
Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u li mhumiex f’kundizzjoni tajba |
Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv |
Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti u jingħataw lura lill-BĊN |
Regoli speċifiċi fir-rigward ta’ Tabella 2:
1. Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3 ma jistgħux jinfirdu fiżikament. Meta jkunu mħalltin, it-tliet kategoriji kollha għandhom jiġu ttrattati bħala karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2. Jekk il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3 ikunu jistgħu jinfirdu fuq magna oħra li timmaniġġa l-karti tal-flus jew, jekk ikun qabel il-BĊN, minn membri tal-persunal imħarrġin, huma għandhom jiġu ttrattati skont Tabella 2.
2. Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 ma jistgħux jinfirdu fiżikament mill-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4b. F’dan il-każ it-terminu ta’ żmien biex it-taħlita ta’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 3 u 4b tiġi mgħoddija lill-BĊN kif speċifikat għal kategorija 3 xorta japplika.
ANNESS IIb
KLASSIFIKAZZJONI U TRATTAMENT TAL-KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-PERSUNAL
Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda mill-kategoriji stabiliti f’Tabella 1. Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b għandhom jinfirdu fizikament mill-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3. Magni li ma jivverifikawx il-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b.
Tabella 1
Klassifikazzjoni u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni mħaddmin mill-persunal
Kategorija |
Karatteristiċi |
Trattament |
|
1. |
Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro |
Mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn: — karti tal-flus tal-euro li mhumiex aċċettati mill-magna — karti tal-flus li mhumiex tal-euro — oġġetti li jixbħu l-karti tal-flus tal-euro — xbieha jew format ħżiena — kantuniera(i) mitwijin kbar jew parti(jiet) neqsin — żball fit-tagħbija jew fit-trasport fil-magna |
Jingħataw lura lill-operatur mill-magna għall-iktar valutazzjoni u trattament. Wara valutazzjoni viżiva minn membru tal-persunal dawn jistgħu jingħataw lura mill-kaxxier lill-klijent. |
2. |
Karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz |
Xbieha u format rikonoxxuti, iżda karatteristika waħda jew aktar ta’ awtentikazzjoni vverifikata mill-magna ma tiġix identifikata jew li b’ebda mod ma tista’ tiġi aċċettata. |
Jingħataw lura lill-operatur mill-magna lill-operatur għal iktar valutazzjoni u trattament. Dawn jiġu pproċessati separatament u jingħataw minnufih għall-awtentikazzjoni finali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sa mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara l-ipproċessar mill-magna. |
3. |
Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar |
Xbieha u format rikonoxxuti, iżda mhux il-karatteristiċi ta’ awtentikazzjoni kollha vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba differenzi fil-kwalità u/jew fl-aċċettazzjoni. Fil-parti l-kbira tal-każijiet huma karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba. |
|
4a. |
Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba |
Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u kundizzjoni magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi |
Jistgħu jintużaw għar-riċirkolazzjoni. Ikkreditati lid-detentur tal-kont |
4b. |
Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u mhux f’kundizzjoni tajba |
Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv |
Ma jistgħux jintużaw għar-riċirkolazzjoni u għandhom jingħataw lura lill-BĊN. Ikkreditati lid-detentur tal-kont. |
Regola speċifika fir-rigward ta’ Tabella 1:
Jekk il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 2 u 3 jistgħu jinfirdu fiżikament mill-magna nnifisha jew minn magna oħra li timmaniġġa l-karti tal-flus jew, jekk jaqbel il-BĊN, minn membri tal-persunal imħarrġin, il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 jistgħu jingħataw lill-BĊN flimkien ma’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4b. F’dak il-każ, it-terminu ta’ żmien il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2 tiġi mgħoddija lill- awtorità nazzjonali kompetenti u t-taħlita ta’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 u 4b lill-BĊN xorta japplika kif speċifikat fit-tabella.
Regoli speċifiċi dwar il-klassifikazzjoni u l-issortjar għal uħud mill-magni mħaddmin mill-persunal
1. Il-BPMs jikklassifikaw u jissortjaw fiżikament karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3 f’ output stacker wieħed jew aktar u karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b f’ żewġ output stackers separati kif stabbilit f’Anness IIb, li għalih huwma meħtieġa tal-anqas tliet output stackers iddedikati sabiex jiġi evitat l-intervent tal-operatur tal-magna.
2. Il-BPMs b’żewġ output stackers iddedikati biss jistgħu madankollu jikklassifikaw u jissortjaw il-karti tal-flus tal-euro jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) Il-verifiki tal-awtentiċità u l-kundizzjoni jsiru fl-istess proċess. F’dan il-proċess, karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4a għandhom jiġu ssortjati f’output stacker stazzjonarju wieħed, filwaqt li karti tal-flus tal-kategoriji l-oħra għandhom jiġu ssortjati f’output stacker stazzjonarju separat li ma jkollux kuntatt fiżiku ma’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4a.
(b) Jekk karta tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 tiġi identifikata bħala preżenti fit-tieni output stacker, l-operatur għandu jerġa’ jgħaddi l-karta/i tal-flus tal-euro mit-tieni output stacker. F’dan it-tieni proċess, karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 jew 3 għandhom jinfirdu mill-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4b billi tal-ewwel jiġu ssortjati f’output stacker iddedikat u ttrattati kif speċifikat fit-tabella hawn fuq. Billi l-magna ma tistax tifred fiżikament karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 f’output stackers differenti, huma għandhom jitqiesu u jiġu kkunsidrati kollha bħala karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2.
3. Il-BAMs jikklassifikaw u jissortjaw fiżikament il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 f’output stacker wieħed u karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b f’output stacker ieħor, fejn ikunu meħtieġa mill-inqas żewġ output stackers iddedikati sabiex jiġi evitat l-intervent tal-operatur tal-magna.
4. Il-BAMs b’output stacker wieħed iddedikat jistgħu madankollu jikklassifikaw u jissortjaw karta tal-flus tal-euro jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) Kull darba li tiġi pproċessata karta tal-flus tal-euro ta‘ kategorija 1, 2 jew 3, il-magna għandha twaqqaf l-ipproċessar minnufih u żżomm dik il-karta tal-flus tal-euro f’pożizzjoni li tevita kull kuntatt fiżiku mal-karti tal-flus tal-euro awtentikati.
(b) Ir-riżultat tal-verifika tal-awtentiċità għandu jiġi indikat għal kull karta tal-flus tal-euro ta‘ kategorija 1, 2 jew 3fuq display. Billi l-magna ma tistax tifred fiżikament karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 f’output stackers differenti, huma għandhom jitqiesu u jiġu kkunsidrati kollha bħala karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2.
(c) Il-magna għandha tivverifika l-preżenza ta’ karta tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 meta tieqaf tipproċessa, u l-ipproċessar jista’ jkompli biss wara t-tneħħija fiżika tal-karta tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 mill-operatur.
(d) Għal kull waqfa fil-modalità tal-ipproċessar mhux iktar minn karta tal-flus tal-euro waħda ta’ kategorija 1, 2 jew 3 għandha tkun aċċessibbli għall-operatur.
ANNESS III
STANDARDS MINIMI GĦALL-VERIFIKA MANWALI TAL-KUNDIZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS TAL-EURO
Dan l-Anness jistabbilixxi l-istandards minimi għall-verifika manwali tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro minn membri tal-persunal mħarrġin..
Matul il-verifiki tal-kundizzjoni, il-karti tal-flus tal-euro b’xi difett kif jidher fit-tabella hawn isfel, jew b’xi difett sinjifikanti ċar f’waħda mill-karatteristiċi tas-sigurtà viżibbli, mhumiex f’kundizzjoni tajba. Madankollu, karti tal-flus mitwijin u karti tal-flus tal-euro b’kantunieri mitwijin jistgħu jiġu rranġati bit-tneħħija tat-tiwi manwalment meta dan ikun possibbli. Il-verifiki tal-kundizzjoni ssir permezz ta’ spezzjoni viżiva tal-karti tal-flus tal-euro individwali u ma jeħtieġux l-użu ta’ xi għodod.
Lista ta’ kriterji tal-issortjar għall-verifiki manwali tal-kundizzjoni
Karatteristika |
Deskrizzjoni |
|
1. |
Ħmieġ |
Distribuzzjoni ta’ ħmieġ mal-karta tal-flus kollha li jidher viżivament |
2. |
Tebgħa |
Konċentrazzjoni ta’ ħmieġ lokalizzat li tidher viżivament |
3. |
Tħażżiż |
Xbieha miżjuda jew ittri miktubin jew immarkati b’xi mod fuq karta tal-flus tal-euro li jidhru viżivament. |
4. |
Karta tal-flus li marritilha l-linka |
Nuqqas ta’ linka li tidher viżivament f’parti jew fil-karta tal-flus kollha, eż. karta tal-flus maħsula |
5. |
Tiċrita |
Karta tal-flus tal-euro b’tal-inqas tiċrita waħda fit-tarf |
6. |
Toqba |
Karta tal-flus tal-euro b’tal-inqas toqba waħda li tidher viżivament |
7. |
Tqattigħ |
Karta tal-flus tal-euro b’parti/partijiet neqsin matul tal-inqas tarf wieħed (b’kuntrast mat-toqob), eż. kantuniera nieqsa |
8. |
Tiswija |
Partijiet ta’ karta tal-flus tal-euro waħda jew aktar magħqudin flimkien bit-tejp, kolla jew mezzi oħrajn |
9. |
Tikmix |
Karta tal-flus tal-euro b’ħafna tiwi fiha li taffettwa b’mod qawwi d-dehra viżiva tagħha |
10. |
Irtubija |
Karta tal-flus tal-euro b’deterjorazzjoni strutturali li tirriżulta f’nuqqas evidenti ta’ ebusija |
11. |
Karta tal-flus tal-euro mitwija |
Karta tal-flus tal-euro li hija mitwija, inkluż karta tal-flus tal-euro li ma tistax tinfetaħ |
12. |
Kantuniera mitwija |
Karta tal-flus tal-euro b’tal-inqas kantuniera waħda mitwija tidher sew |
ANNESS IV
ĠBIR TA’ DEJTA MILL-KAXXIERA
1. Għanijiet
L-għanijiet tal-ġbir tad-dejta huma biex il-BĊNi u l-BĊE jkunu jistgħu jimmoniterjaw l-attivitajiet rilevanti tal-kaxxiera u biex jissorveljaw l-iżviluppi fiċ-ċiklu tal-flus kontanti.
2. Prinċipji ġenerali
2.1. Dejta fuq il-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tiġi rrapportata biss meta l-magni jintużaw biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni.
2.2. Il-kaxxiera jipprovdu regolarment il-BĊN tal-Istat Membru tagħhom b’dan li ġej:
— informazzjoni fuq stabbilimenti fejn il-flus kontanti jiġu mmaniġġjati bħal fergħat tal-uffiċini, u
— informazzjoni fuq magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus kontanti.
2.3. Barra minn dan, il-kaxxiera li jirriċirkulaw karti tal-flus tal-euro permezz ta’ magni li jimmanniġjaw il-karti tal-flus u magni li jagħtu l-flus kontanti jipprovdu regolarment lill-BĊN tal-Istat Membru b’dan li ġej:
— informazzjoni fuq il-volum ta’ operazzjonijiet tal-flus kontanti (numru ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati) li jinvolvi magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus kontanti,
— informazzjoni dwar fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’livell baxx ta’ operazzjonijiet ta’ flus kontanti fejn il-verifiki tal-kundizzjoni jsiru manwalment.
3. Tip ta’ dejta u ħtiġijiet ta’ rapportar
3.1. Skont in-natura tagħha, id-dejta miġbura tinqasam f’dejta ewlenija u dejta operattiva.
Dejta ewlenija
3.2. Dejta ewlenija tkopri informazzjoni dwar: (a) il-kaxxiera individwali u l-magni tagħhom li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus li qed jaħdmu; u (b) fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.
3.3. Dejta ewlenija tiġi pprovduta lill-BĊN fid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u kull sitt xhur wara. Għandha tiġi pprovduta d-dejta speċifikata fil-galvu li hemm fl-Appendiċi Iż, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li tingħata f’format differenti. Il-BĊNi jistgħu għal perijodu tranżitorju jitolbu għal rapportar mensili, jekk din kienet il-prattika tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, jew għal rapportar trimestrali.
3.4. BĊN jista’ jiddeċiedi, għal raġunijiet ta’ monitoraġġ, li jiġbor d-dejta fil-livell lokali, bħal f’ fergħat tal-uffiċċji.
3.5. BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi mill-ambitu tal-ħtiġijiet tar-rapportar magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus użati biss biex jiġu pproċessati karti tal-flus tal-euro mqassmin mill-kaxxiera jew li mhumiex użati għar-riċirkolazzjoni. BĊN jista’ jitlob lill-kaxxiera biex jindikaw is-CRMs u s-CCMs li jintużaw rispettivament bħala CCMs/CIMs jew CIMs.
3.6. Id-dejta speċifikata dwar il-fergħat imbiegħda għandha tiġi fornuta fil-galvu li hemm fl-Appendiċi 3, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li tingħata f’format differenti.
Dejta operattiva
3.7. Dejta li toriġina mill-ipproċessar u r-riċirkulazzjoni ta‘ karti tal-flus tal-euro mill-kaxxiera hija kklassifikata bħala dejta operattiva.
3.8. BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi aġenti ekonomiċi oħrajn, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, mill-obbligu li jirrapportaw dejta operattiva jekk in-numru tal-karti tal-flus tal-euro li jirriċirkulaw permezz ta’ magni li jagħtu l-flus kontanti huwa inqas mil-limitu determinat mill-BĊN.
3.9. Id-dejta tiġi fornita fuq bażi ta’ sitt xhur. Id-dejta tiġi rrappurtata lill-BĊN sa mhux iktar tard minn xahrejn wara l-perijodu ta’ rapportar rilevanti, jiġifieri fl-aħħar ta’ Frar u fl-aħħar ta’ Awwissu. Id-dejta tista’ tiġi pprovduta permezz tal-galvu stabbilit fl-Appendiċi 2. Il-BĊNi jistgħu għal perijodu tranżitorju jitolbu għal rapportar mensili, jekk din kienet il-prattika tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, jew għal rapportar trimestrali.
3.10. Id-dejta tiġi fornita mill-kaxxiera li fiżikament jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tal-euro. Jekk kaxxier ikun ta l-verifika għall-awtentiċità u l-kundizzjoni lil kaxxier ieħor, id-dejta tingħata mill-kaxxier innominat skont l-Artikolu 3(2).
3.11. Id-dejta tiġi rrappurtata mill-kaxxiera bħala biċċiet (volum), aggregata fil-livell nazzjonali u maqsuma skont id-denominazzjoni tal-karta tal-flus tal-euro. Kategorizzazzjoni skont is-serje tal-karti tal-flus mhijiex meħtieġa. Għal fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-dejta operattiva tiġi rrappurtata separatament.
3.12. BĊN jista’ jiddeċiedi, għal raġunijiet ta’ monitoraġġ, li jiġbor d-dejta fil-livell lokali, bħal fergħat tal-uffiċini
3.13. BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi mill-ambitu tal-ħtiġijieti tar-rapportar karti tal-flus tal-euro li huma pproċessati fuq magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u mqassmin mill-kaxxiera.
3.14. Kaxxiera li jkunu taw il-verifika għall-awtentiċità u l-kundizzjoni lil kaxxiera oħrajn jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni ddettaljata lill-BĊN fuq din tal-aħħar, inkluż l-arranġamenti tal-għoti tax-xogħol.
3.15. Għandha tiġi fornita dejta dwar il-fergħat imbiegħda speċifikata fil-galvu li hemm fl-Appendiċi 3, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li tingħata f’format differenti u jista’ jaqbel mal-kaxxiera biex jiġbru dejta iktar estensiva.
4. Kunfidenzjalità u pubblikazzjoni ta’ dejta
4.1. Kemm id-dejta ewlenija u d-dejta operattiva jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali.
4.2. Il-BĊNi u l-BĊE jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw rapporti jew statistika bl-użu ta’ dejta miksubina taħt dan l-Anness. Kull pubblikazzjoni bħal din hija aggregata b’tali mod li l-ebda dejta ma tista’ jiġu attribwita lil entitajiet ta’ rapportar partikolari.
Appendiċi 1
GALVU TAR-RAPPORTAR
Dejta ewlenija
Din l-informazzjoni għandha tingħata lil:
[Isem tal-BĊN; dettalji għall-kuntatt għal mistoqsijiet; indirizz]
1. Informazzjoni dwar il-kaxxier
Isem il-kaxxier:
Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:
ŻIP/kodiċi postali:
Belt:
Triq:
Tip ta’ kumpanija:
— Istituzzjoni ta’ kreditu:
— Bureau de change
— Kumpanija cash in transit li mhijiex istituzzjoni ta’ ħlas
— Kummerċjant (kummerċjant bl-imnut)
— Casino
— Oħrajn, inklużi istituzzjonijiet ta’ ħlas fejn ma ġewx ikkategorizzati bħala waħda minn dawn ta’ hawn fuq (speċifika)
Il-persuni tal-kuntatt:
Ismijiet:
Nri tat-telefon:
Numri tal-faks
Indirizzi tal-e-Mail:
Sieħeb mogħti x-xogħol (jekk rilevanti)
Isem:
Indirizz:
Żip/kodiċi postali/:
Belt
2. Magni mħaddmin mill-klijent
Kategorija ta’ magna |
Numru ta’ identifikazzjoni (1) |
Manifattur (1) |
Isem tal-magna (1) |
Identifikazzjoni (1) (sistema ta’ identifikazzjoni/verżjonijiet tas-software) |
Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu |
CIMs |
|||||
CRMs |
|||||
CCMs |
|||||
COMs |
|||||
(1) Dawn id-dettalji jiddaħħlu skont id-dettalji korrispondenti fuq il-websajt tal-BĊE. |
3. Magni mħaddmin mill-persunal
Kategorija ta’ magna |
Numru ta’ identifikazzjoni (1) |
Manifattur (1) |
Isem tal-magna (1) |
Identifikazzjoni (1) (sistema ta’ identifikazzjoni/verżjonijiet tas-software) |
Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu |
BPMs |
|||||
BAMs |
|||||
TARMs |
|||||
TAMs |
|||||
(1) Dawn id-dettalji jiddaħħlu skont id-dettalji korrispondenti fuq il-websajt tal-BĊE. |
4. Magni li jagħtu l-flus
Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu |
|
ATMs |
|
SCoTs |
|
Oħrajn |
Appendiċi 2
GALVU TAR-RAPPORTAR
Dejta operattiva
1. Informazzjoni dwar il-kaxxier
Isem il-kaxxier |
|
Perijodu ta’ rapportar |
2. Dejta
Jekk jogħġbok agħti dejta aggregata fil-livell nazzjonali jew reġjonali, kif deċiż mill-BĊN – bl-esklużjoni ta’ fergħat imbiegħda.
Numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati (1) |
Li minnhom ssortjati bħala li mhumiex f’kundizzjoni tajba (1) |
Li minnhom irriċirkulati (2) |
|
EUR 5 |
|||
EUR 10 |
|||
EUR 20 |
|||
EUR 50 |
|||
EUR 100 |
|||
EUR 200 |
|||
EUR 500 |
|||
(1) Din il-partita tkopri kemm magni mħaddmin mill-persunal kif ukoll dawk imħaddmin mill-klijenti. (2) Huma esklużi karti tal-flus tal-euro li jintbagħtu lura lill-BĊNi, u karti tal-flus tal-euro riċirkolati mill-kaxxiera, jekk il-BĊN jiddeċiedi hekk. |
Numru ta’ karti tal-flus tal-euro mqassmin permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti u magni li jagħtu l-flus kontanti |
Jekk BĊN japplika l-eċċezzjoni għall-fergħat imbiegħda stabbilita fl-Artikolu 7, din id-dejta hija obbligatorja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ dak l-Istat Membru. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonsultaw lill-BĊNi tagħhom biex jiżguraw ruħhom dwar jekk din id-dejta għandhiex tkun irrapportata.
Appendiċi 3
FERGĦAT IMBIEGĦDA TA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU
Din l-informazzjoni hija pprovduta biss minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom fergħat imbiegħda kif imsemmi fl-Artikolu 7(1).
1. Informazzjoni dwar l-istituzzjoni ta’ kreditu
Isem l-istituzzjoni ta’ kreditu |
|
Perijodu ta’ rapportar |
2. Dejta
Isem il-fergħa mbiegħda |
Indirizz |
Numru ta’ karti tal-flus tal-euro mqassmin permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti u magni li jqassmu l-flus |
( 1 ) ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6.
( 2 ) Riċiklaġġ ta’ karti tal-flus tal-euro: qafas għall-identifikazzjoni ta’ flus foloz u ssortjar skont il-kundizzjoni minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u cash handlers professjonali oħra.
( 3 ) Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1).
( 4 ) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
( 5 ) ĠU L 78, 25.3.2003, p. 16.