This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009R1284-20220413
Council Regulation (EU) No 1284/2009 of 22 December 2009 imposing certain specific restrictive measures in respect of the Republic of Guinea
Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta' Ginea
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta' Ginea
02009R1284 — MT — 13.04.2022 — 011.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta' Ginea (ĠU L 346 23.12.2009, p. 26) |
Emendat bi:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1284/2009
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta' Ginea
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
▼M6 —————
“fondi” tfisser attiv u passiv finanzjarji ta' kull tip, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal:
flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet ta' flus, abbozzi, money-orders u strumenti oħrajn ta' ħlas;
depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħrajn, bilanċi f'kontijiet, debiti u obbligazzjonijiet ta' debitu;
titoli ta' sigurtà nnegozjati kemm pubblikament kif ukoll privatament u strumenti ta' dejn, inklużi stocks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli ta' sigurtà, bonds, notes, garanziji, obbligazzjonijiet u kuntratti derivattivi;
imgħax, dividend jew dħul ieħor fuq assi, jew valur li joħroġ minnhom jew li hu ġenerat minnhom;
kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, titoli eżegwibbli jew impenji finanzjarji oħrajn;
ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, dokumenti ta' bejgħ;
dokumenti li jixhdu xi interess f'fondi jew riżorsi finanzjarji;
“iffriżar ta' fondi” tfisser il-projbizzjoni ta' ċaqliq, trasferiment, bidla, użu, aċċess għal, jew traffikar ta' fondi li jistgħu b'xi mod iwasslu għal bidla fil-volum, fl-ammont, fil-lokalizzazzjoni, fis-sjieda, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni jew f'bidla oħra li tippermetti l-użu tal-fondi, inkluża l-ġestjoni tal-portafoll;
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull xorta, kemm tanġibbli u kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;
“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi fi kwalunkwe mod, li jinkludu, iżda mhumiex limitati għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipoteki tagħhom;
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji li għalihom japplika t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat.
▼M6 —————
Artikolu 6
Artikolu 7
Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 6(2) ma għandhiex tqajjem obbligu ta' kwalunkwe xorta għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li għamlu disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi kieku ma kinux jafu, u ma kellhom ebda kawża raġonevoli biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-projbizzjoni in kwistjoni.
Artikolu 8
B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jitpoġġew għad-dispożizzjoni, skont il-kondizzjonijiet li jidhrilhom li jkunu adatti, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi huma:
meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni li huma elenkati fl-Anness II, u l-membri tal-familja dipendenti fuqhom, inklużi ħlasijiet għal ikel, kera jew ipoteka immobiljari, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet għall-użu ta' servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li huma konnessi mal-provvista ta' servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew ħlasijiet għal servizzi għaż-żamma ta' rutina ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-Istat Membru jkun innotifika bir-raġunijiet li jikkunsidra li għalihom għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni mill-anqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 9
B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni huma s-suġġett ta' rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 6 ikunu ġew inklużi fl-Anness II, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni jridu jintużaw esklużivament sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet iggarantiti b'dan ir-rahan jew rikonoxxuti bħala validi f'din is-sentenza, fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;
ir-rahan jew sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II; u
ir-rikonoxximent li r-rahan jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 10
L-Artikolu 6(2) m'għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew
ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 3 jkunu ġew inklużi fl-Anness II,
sakemm dan l-imgħax, dħul, ħlas jew strumenti finanzjarji oħra jkunu ffriżati skont l-Artikolu 6(1).
Artikolu 11
L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew li jiġi rrifjutat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jitpoġġew għad-dispożizzjoni, imwettaq bona fide abbażi tal-fatt li din l-azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, m'għandu jirriżulta fl-ebda tip ta' obbligu fuq il-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jkunx ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kienu ġew iffriżati bħala riżultat ta' negliġenza.
Artikolu 12
Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi għandhom:
ifornu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati f'konformità mal-Artikolu 6, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III għall-pajjiż fejn huma residenti jew ikunu jinstabu, u għandhom jittrasmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti kif indikat fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness III, lill-Kummissjoni; u
jikkoperaw ma' dik l-awtorità kompetenti f'kull verifika ta' din l-informazzjoni.
Artikolu 13
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti konnessa ma' dan ir-Regolament li hija għad-dispożizzjoni tagħhom, b'mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta' ksur u ta' infurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.
Artikolu 14
L-Anness II għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi elenkati għall-fini tal-identifikazzjoni suffiċjenti tal-persuni kkonċernati.
Din l-informazzjoni tista' tinkludi:
il-kunjom u l-ismijiet mogħtija, inklużi psewdonimi u titoli, jekk ikun hemm;
id-data u l-post tat-twelid;
in-nazzjonalità;
in-numri tal-passaport u tal-karti ta’ identità;
in-numri tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali;
is-sess;
l-indirizz jew informazzjoni oħra dwar fejn jinstabu;
il-funzjoni jew il-professjoni;
id-data tal-ħatra.
L-Anness II jista' jinkludi wkoll informazzjoni għall-fini tal-identifikazzjoni kif imniżżel hawn fuq dwar il-membri tal-familja tal-persuni elenkati, sakemm din l-informazzjoni hija meħtieġa f'każ speċifiku għall-għan uniku li tiġi vverifikata l-identità tal-persuna fiżika elenkata, inkwistjoni.
L-Anness II għandu jinkludi wkoll ir-raġunijiet għall-elenkar, bħall-impjieg.
Artikolu 15
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness III abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.
Artikolu 15a
Artikolu 16
Artikolu 16a
Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw id-data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament. Dawn il-kompiti jinkludu:
fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija ta’ emendi u l-emendar tal-Anness I;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi għall-Anness I;
fir-rigward tal-Kummissjoni:
iż-żieda tal-kontenut tal-Anness I fil-lista elettronika kkonsolidata tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi finanzjarji tal-Unjoni u fil-mappa interattiva tas-sanzjonijiet, li huma kollha disponibbli pubblikament;
l-ipproċessar tal-informazzjoni dwar l-impatt ta’ miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament, bħall-valur tal-fondi ffriżati u l-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 17
Artikolu 18
Dan ir-Regolament għandu japplika:
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;
abbord kull inġenju tal-ajru jew bastiment li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu li hija ċittadina ta' Stat Membru;
għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta' Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe negozju mwettaq, totalment jew parzjalment, ġewwa l-Unjoni.
Artikolu 19
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
▼M6 —————
ANNESS II
LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(3)
|
Isem (u psewdonomi possibbli) |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
1. |
Kaptan Moussa Dadis CAMARA |
Data tat-twelid: 1.1.64 jew 29.12.1968 Numru tal-passaport: R0001318 Sess: raġel Indirizz: Ouagadougou (Burkina Faso) Funzjoni jew professjoni: Eks militar u kap tal-ġunta militari tas-CNDD (Conseil National pour la Democratie et le Developpement) |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea |
2. |
Kurunell Moussa Tiégboro CAMARA Psewdonimu: Moussa Tiégboro CAMARA |
Data tat-twelid: 1.1.68 Numru tal-passaport: 7190 Sess: raġel Funzjoni jew professjoni: Segretarju Ġenerali, Presidenza tar-Repubblika tal-Guinea |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea |
3. |
Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY |
Data tat-twelid: 26.2.1957 Numru tal-passaport: 13683 Sess: raġel Funzjoni jew professjoni: tabib militari |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea |
4. |
Kaptan Aboubacar Chérif (psewdonimu Toumba) DIAKITÉ |
Sess: raġel Indirizz: Conakry (Ir-Repubblika tal-Guinea) Funzjoni jew professjoni: eks militari. Informazzjoni oħra: f’detenzjoni |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea |
5. |
Kurunell Jean-Claude PIVI (psewdonimu Coplan) |
Data tat-twelid: 1.1.1960 Sess: raġel Funzjoni jew professjoni: Ministru inkarigat mis-Sigurtà Presidenzjali |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea |
ANNESS III
Websajts għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
IL-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions
IĊ-ĊEKJA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html
L-ESTONJA
https://vm.ee/et/rahvusvahelised-sanktsioonid
L-IRLANDA
https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955
L-ITALJA
https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/
ĊIPRU
https://mfa.gov.cy/themes/
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato
MALTA
https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe
https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions
IL-PORTUGALL
https://www.portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
https://um.fi/pakotteet
L-IŻVEZJA
https://www.regeringen.se/sanktioner
Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)
Rue de Spa 2
B-1049 Brussell, il-Belġju
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu
( 1 ) ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.