This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009L0156-20161018
Council Directive 2009/156/EC of 30 November 2009 on animal health conditions governing the movement and importation from third countries of equidae (codified version) (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
No longer in force
)
2009L0156 — MT — 18.10.2016 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (verżjoni kodifikata) (ĠU L 192 23.7.2010, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 158 |
234 |
10.6.2013 |
||
L 280 |
33 |
18.10.2016 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/156/KE
tat-30 ta’ Novembru 2009
dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi
(verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-moviment bejn Stati Membri u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi ħajjin.
Artikolu 2
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “impriża” tfisser stabbiliment tal-agrikoltura jew ta’ taħriġ, stalla jew, b’mod ġenerali, xi bini jew faċilità li fihom l-ekwidi huma abitwalment miżmuma jew mgħammra, ikun xi jkun l-użu tagħhom;
(b) “ekwidi” tfisser annimali selvaġġi jew domestikati tal-ispeċi ekwini (inklużi ż-żebra) jew tal-ispeċi asinine (tal-ħmir) jew il-wild ta’ taħlit bejn dawn l-ispeċi;
(c) “ekwidi reġistrati” tfisser kull ekwidi reġistrat kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f’equidae ( 1 ), identifikati permezz ta’ dokument tal-identifikazzjoni maħruġ minn:
(i) awtorità tat-tgħammir jew xi awtorità kompetenti oħra tal-pajjiż minn fejn l-annimal joriġina u li tamministra l-istudbook jew ir-reġistru għal dik ir-razza tal-annimal; jew
(ii) xi assoċazzjoni jew organizzazzjoni internazzjonali li tamministra ż-żwiemel għal kompetizzjoni jew tiġrija;
(d) “ekwidi għall-qatla” tfisser ekwidi maħsuba sabiex jiġu trasportati direttament jew wara transitu minn suq jew ċentru ta’ ragruppar approvat, imsemmi fl-Artikolu 7, lejn il-biċċerija għall-qatla;
(e) “ekwidi għat-tagħmir u l-produzzjoni” tfisser ekwidi oħrajn għajr dawk imsemmija f’(c) u (d);
(f) “Stat Membru jew pajjiż terz ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel” tfisser kull Stat Membru jew pajjiż terz li fih ma kien hemm l-ebda xhieda klinika, seroloġika (ekwidi mhux imlaqqma) jew epidemoloġika tal-marda Afrikana taż-żwiemel fuq it-territorju kkonċernat fl-aħħar sentejn u li fih ma kienx hemm tilqim kontra l-mard matul l-aħħar tnax il-xahar;
(g) “mard li jrid jiġi mgħarraf b’obbligu” tfisser il-mard elenkat fil-lista fl-Anness I;
(h) “veterinarju uffiċjali” tfisser il-veterinarju nnominat mill-awtorità kompetenti ċentrali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz;
(i) “dħul temporanju” tfisser l-istatus tal-ekwidi rreġistrat li joriġina minn pajjiż terz u li jidħol fit-territorju tal-Komunità għal perjodu ta’ anqas minn 90 ġurnata li jrid ikun stabbilit bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), skont is-sitwazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż tal-oriġini.
KAPITOLU II
REGOLI GĦALL-MOVIMENT TA’ EKWIDI FI U BEJN STATI MEMBRI
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment ta’ ekwidi reġistrati fit-territorju tagħhom jew jibagħtu ekwidi lejn Stat Membru ieħor biss meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.
Madanakollu, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jagħtu eżenzjoni ġenerali jew illimitata rigward moviment ta’ ekwidi li:
— jkunu qegħdin jiġu mirkuba jew meħuda, għall-għanijiet ta’ sport jew rekrejazzjoni, matul toroq li huma lokaliżżati ħdejn il-fruntieri interni tal-Komunità,
— li jkunu jieħdu parti fi ġrajjiet kulturali jew simili jew f’attivitajiet organizzati minn korpi lokali awtorizzati li jinstabu qrib il-fruntieri interni tal-Komunità,
— li huma maħsuba biss għall-mergħat jew xogħol temporanji qrib il-fruntieri interni tal-Komunità.
L-Istati Membri li jagħmlu użu minn tali awtorizzazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kontenut tal-eżenzjonijiet mogħtijia.
Artikolu 4
1. Equidae m’għandhom juru l-ebda sinjal kliniku ta’ mard waqt l-ispezzjoni. L-ispezzjoni għandha titwettaq fit-48 siegħa qabel l-imbark jew it-tagħbija tagħhom. Fil-każ ta’ equidae reġistrati, madanakollu, din l-ispezzjoni għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, tkun meħtieġa biss għal kummerċ intra-Komunitarju.
2. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-paragrafu 5 rigward mard li għandu jkun mgħarraf b’obbligu, il-veterinarju uffiċjali irid, fil-ħin tal-ispezzjoni, ikun sodisfatt li m’hemm l-ebda bażi - b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet mis-sid jew minn dak responsabbli għat-tgħammir - għal konklużjoni li l-ekwidi kienu f’ kuntatt ma’ equidae li qed ibatu minn mard infettiv jew li jittieħed matul il-15-il ġurnata immedjatament qabel l-ispezzjoni.
3. L-ekwidi ma jridux ikunu maħsuba għall-qatla taħt programm nazzjonali tal-eradikazzjoni ta’ mard infettiv jew li jittieħed.
4. L-ekwidi għandhom jiġu identifikati fil-manjiera li ġejja:
(a) fil-każ ta’ ekwidi rreġistrati, permezz ta’ dokument ta’ identifikazzjoni, kif previst fid-Direttiva 90/427/KEE, li jrid jiċċertifika b’mod partikolari li l-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva ġew rispettati.
Il-veterinarju uffiċjali għandu jissospendi l-validità tad-dokument ta’ identifikazzjoni għall-perjodu tal-projbizzjonijiet previsti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva. Id-dokument ta’ identifikazzjoni għandu, wara l-qatla taż-żiemel reġistrat, jintbagħat lura lejn l-awtorità li tkun ħarġitu. Il-proċedura għall-implimentazzjoni ta’ dan il-punt għandha tiġi adottata bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2);
(b) għall-ekwidi għat-tagħmmir u produzzjoni, permezz tal-metodu stabbilit skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
5. B’żieda mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5, l-ekwidi m’għandhomx jiġu minn impriża li kienet is-suġġett ta’ waħda mill-ordnijiet ta’ projbizzjoni li ġejjin:
(a) jekk l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli għall-mard lokalizzati fl-impriża ma jkunux ġew maqtula, il-perjodu ta’ projbizzjoni li jikkonċerna l-impriża tal-oriġini għandu jkun mill-inqas:
(i) sitt xhur fil-każ ta’ ekwidi ssuspetatti li ttieħdu b’dourine, li jibdew fid-data tal-aħħar kuntatt attwali jew possibbli ma’ annimal marid. Madanakollu, fil-każ ta’ żiemel stallun, il-projbizzjoni għandha tapplika sakemm l-annimal jiġi imsewwi;
(ii) sitt xhur fil-każ tal-glanders (marda taż-żwiemel b’nefħa taħt ix-xedaq) jew equine encephalomyelitis, li jibdew fil-ġurnata li fiha l- ekwidi li jbatu mill-marda inkwistjoni jiġu maqtula;
(iii) fil-każ ta’ anemija infettiva, sad-data li fiha, l-annimali infettati kienu ġew maqtula, l-annimali rimanenti jkunu wrew reazzjoni negattiva għaż-żewġ testijiet Coggins imwettqa fi żmien tliet xhur bejn il-wieħed u l-ieħor;
(iv) sitt xhur mill-aħħar każ rekordjat, fil-każ ta’ stomatite vesikulari;
(v) xahar mill-aħħar każ rekordjat, fil-każ ta’ rabja;
(vi) 15-il ġurnata mill-aħħar każ rekordjat, fil-każ ta’ anthrax;
(b) jekk l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli għal mard lokalizzati fuq l-impriża ikunu ġew maqtula u l-bini ddiżinfettati, il-perjodu ta’ projbizzjoni għandu jkun ta’ 30 ġurnata, li jibdew fil-ġurnata meta l-annimali jkunu ġew meqruda u l-bini ddiżinfettati, minbarra fil-każ ta’ anthrax, meta l-perjodu ta’ projbizzjoni huwa ta’ 15-il ġurnata.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jidderogaw minn dawn l-ordnijiet ta’ projbizzjoni għal ippodromi u korsi tat-tiġrija, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-natura ta’ xi derogi mogħtija.
Meta Stat Membru jħejji jew kien ħejja programm ta’ kontroll volontarju jew obligatorju għal marda li għaliha huma suxxettibbli l-ekwidi, huwa jista’ jippreżenta l-programm lill-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur mill-4 ta’ Lulju 1990 għall-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u r-Renju Unit, mill-1 ta’ Jannar 1995 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, mill-1 ta’ Mejju 2004 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, mill-1 ta’ Jannar 2007 għall-Bulgarija u r-Rumanija, u mill-1 ta' Lulju 2013 għall-Kroazja, li juri b’mod partikolari:
◄
(a) id-distribuzzjoni tal-marda fit-territorju tiegħu;
(b) ir-raġunijiet għall-programm, b’kont meħud tas-sinifikat tal-marda u l-vantaġġi tan-nefqa/benefiċċju tiegħu;
(c) iż-żona ġeografika li fiha għandu jiġi implimentat il-programm;
(d) l-istatus tal-kategoriji li għandhom jiġu applikati għall-istabbilimenti, l-istandards li għandhom jinkisbu għal kull speċi u l-proċeduri tat-test li jridu jintużaw;
(e) il-proċeduri ta’ monitoraġġ tal-programm;
(f) l-azzjoni li għandha tittieħed, jekk għal xi raġuni, l-impriża titlef l-istatus tagħha;
(g) il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont id-dispożizzjonijiet tal-programm ikunu pożittivi;
(h) in-natura mhux diskriminatorja tal-kummerċ fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat rigward il-kummerċ intra-Komunitarju.
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi ippreżentati mill-Istati Membri. Fejn xieraq għandha tapprovahom bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). Kull garanzija addizzjonali, ġenerali jew speċifika, li tista’ tkun meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju tista’ tkun definita bi qbil mal-istess proċedura. Tali garanziji m’għandhomx jeċċedu dawk meħtieġa mill-Istat Membru fit-territorju tiegħu stess.
Programmi ppreżentati mill-Istati Membri jistgħu jiġu emendati jew issupplimentati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3). Emendi jew żidiet mal-programmi li diġà ġew approvati jew ma’ garanziji li diġà ġew definiti bi qbil mat-tieni subparagrafu jistgħu jkunu approvati permezz tal-istess proċedura.
Artikolu 5
1. Kull Stat Membru li mhuwiex ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel, fis-sens tal-Artikolu 2(f), jista’ jibgħat ekwidi minn dik il-parti tat-territorju li hi kkunsidrata li hija nfettata fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biss taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
2. Parti tat-territorju ta’ Stat Membru għandha tiġi kkunsidrata li hija infettata mill-marda Afrikana taż-żwiemel jekk:
(a) l-evidenza klinika, seroloġika, (f’annimali mhux imlaqma) u/jew epidemoloġika tkun uriet il-preżenza tal-marda Afrikana taż-żwiemel fl-aħħar sentejn; jew
(b) it-tilqim kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel ikun ġie imwettaq matul l-aħħar 12-il xahar.
Il-parti tat-territorju kkunsidrata li hi infettata mill-marda Afrikana taż-żwiemel għandu jkun fiha mill-inqas:
(a) żona ta’ protezzjoni b’raġġ ta’ mill-anqas 100 km madwar kull ċentru tal-infezzjoni;
(b) żona ta’ sorveljanza ta’ mill-anqas 50 km li testendi lil hinn miż-żona ta’ protezzjoni li fiha ma sar l-ebda tlaqqim fl-aħħar 12-il xahar.
3. Ir-regoli għall-kontroll u l-miżuri sabiex tiġi miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel relatati mat-territorji u żoni msemmija fil-paragrafu 2 u d-derogi relevanti kif speċifikati fid-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż- żwiemel ( 2 ).
4. L-ekwidi kollha mlaqqma misjuba fiż-żona protetta għandhom ikunu rreġistrati u mmarkati konformement mal-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva 92/35/KEE.
Id-dokument tal-identifikazzjoni u/jew iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkollu referenza ċara għal tali tilqim.
5. Stat Membru jista’ jibgħat mit-territorju msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ekwidi biss li jilħqu ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) għandhom jintbagħtu biss matul ċertu perjodi tas-sena, wara li jkun ittieħed kont tal-attivita ta’ insetti vettorjali, li għandhom jiġu determinati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3);
(b) m’għandhomx juru l-ebda sintomi kliniċi tal-marda Afrikana taż-żwiemel fil-jum tal-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1);
(c) iridu jkunu għaddew minn test għal marda Afrikana taż-żwiemel kif deskritt fl-Anness IV, f’żewġ okkażjonijiet, b’intervall ta’ bejn 21 u 30 jum bejn iż-żewġ testijiet, it-tieni minn dawn għandu jkun ġie mwettaq matul l-10 ijiem qabel id-dispaċċ jew:
(i) b’riżultati negattivi, jekk ma jkunux ġew imlaqqma kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel; jew
(ii) mingħajr ma tkun ġiet irreġistrata xi żieda fl-għadd tal-antikorpi u mingħajr ma jkunu ġew imlaqqma matul l-aħħar xahrejn, jekk ikunu ġew imlaqqma kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel.
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), u wara l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel, metodi oħrajn ta’ monitoraġġ jistgħu jiġu rikonoxxuti;
(d) iridu jkunu ġew miżmuma fi stazzjon tal-kwarantina għal mill-anqas 40 jum qabel id-dispaċċ;
(e) għandhom ikunu ġew imħarsa minn insetti vettorjali matul il-perjodu ta’ kwarantina u matul it-trasportazzjoni mill-istazzjon tal-kwarantina għal post tad-dispaċċ.
Artikolu 6
L-Istati Membri li jimplimentaw sistema alternattiva ta’ kontroll li tipprovdi garanziji ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 4(5) rigward movimenti fi ħdan it-territorju tagħhom ta’ ekwidi jistgħu jagħtu lill-xulxin derogi mid-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8(1)(b) fuq bażi reċiproka.
Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.
Artikolu 7
1. Ekwidi għandhom jiġu trasportati, kemm jista’ jkun malajr, mill-impriża tal-oriġini jew direttament jew inkella permezz ċentru ta’ ragruppar, kif definit fl-Artikolu 2(2)(o) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità ( 3 ), sal-post tad-destinazzjoni f’vetturi jew kontenituri li jkunu ġew imnaddfa u ddiżinfettati regolarment b’diżinfettant f’intervalli li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri tad-dispaċċ. Il-vetturi jridu jkunu iddisinjati b’tali mod li ħmieġ tal-ekwidi, żibel jew għalf ma jkunx jista’ joħroġ mill-vettura waqt it-trasport. Bla ħsara għar-Regolament Nru 1/2005, it-trasport irid isir b’tali mod li s-saħħa u l-benesseri tal-ekwidi jistgħu jkunu protetti b’mod effettiv.
2. L-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu, fuq bażi ġenerali jew ristretta, jagħtu deroga minn uħud mir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(5) għal kull annimali li jġorr marka speċjali li tindika li huwa skedat għall-qatla, dment li ċ-ċertifikat tas-saħħa skont l-Anness III jsemmi tali deroga.
Fejn ingħatat tali deroga, ekwidi għall-qatla għandhom jiġu trasportati direttament lejn il-biċċerija nominata u jiġu maqtula fi żmien ħamest ijiem mill-wasla fil-biċċerija.
3. Il-veterinarju uffiċjali għandu jżomm rekord tan-numru tal-identifikazzjoni jew tan-numru tad-dokument tal-identifikazzjoni tal-annimal maqtul u jgħaddi lill-awtorità kompetenti tal-post tad-dispaċċ, fuq talba minn din tal-aħħar, attestazzjoni li turi li l-annimal ikun ġie maqtul.
Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:
(a) ekwidi reġistrati li jħallu l-impriżi tagħhom ikunu akkompanjati bid-dokument tal-identifikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 4(4)(a) flimkien - jekk huma intenzjonati għal kummerċ intra-Komunitarju bl-attestazzjoni prevista fl-Anness II;
(b) ekwidi għat-tagħmmir, għall-produzzjoni u għal-qatla għandhom, matul it-trasportazzjoni tagħhom, ikunu akkompanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-Anness III.
2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa, jew fil-każ ta’ ekwidi reġistrati l-attestazzjoni tas-saħħa, għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, jiġi mfassal matul it-48 siegħa qabel l-imbark tagħhom jew inkella mhux aktar tard mill-aħħar ġurnata tax-xogħol preċedenti għal dan, f’mill-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri tad-dispaċċ u destinazzjoni. It-tul taż-żmien tal-validità taċ-ċertifikat tas-saħħa jew tal-attestazzjoni tas-saħħa għandu jkun ta’ 10 ijiem. Iċ-ċertifikat tas-saħħa jew l-attestazzjoni tas-saħħagħandu jikkonsisti minn karta waħda.
3. Għall-moviment bejn Stati Membri ta’ ekwidi oħrajn apparti minn ekwidi reġistrati jistgħu jkunu koperti minn ċertifikat wieħed tas-saħħa għal kull kunsinja minflok miċ-ċertifikat individwalitas-saħħa msemmi fil-paragrafu 1, punt (b).
Artikolu 9
Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 90/425/KEE għandhom japplikaw b’mod partikolari għall-iċekkjar fl-oriġini, għall-organizzazzjoni ta’, għas-segwitu għall- iċċekkjar, li għandu jsir mill-Istati Membri tad-destinazzjoni, u tal-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom jiġu implimentati.
Artikolu 10
Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, safejn hu meħtieġ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, jwettqu spezzjonijiet fuq il-post. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet.
L-Istati Membri li fit-territorju tagħhom titwettaq spezzjoni għandhom jagħtu lill-esperti l-assistenza kollha meħtieġa sabiex iwettqu l-inkarigu tagħhom.
Arranġamenti ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu addottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
KAPITOLU III
REGOLI GĦALL-IMPORTAZZJONI TA’ EKWIDI MINN PAJJIŻI TERZI
Artikolu 11
Ekwidi importati fil-Komunità għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 16.
Artikolu 12
1. L-importazzjoni ta’ ekwidi ġewwa l-Komunità għandha tkun awtorizzata biss minn dawk il-pajjiżi terzi li jidhru fil-lista stabbilita jew emendata konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
B’kont meħud tas-sitwazzjoni tas-saħħa u l-garanziji provduti mill-pajjiż terz għall-ekwidi, jista jiġi deċiż konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) li l-awtorizzazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun applikabbli għat-territorju kollu ta’ pajjiż terz jew biss għal parti mit-territorju tiegħu.
Għall-dak l-iskop u fuq il-bażi tal-istandards internazzjonali relevanti, għandu jittieħed kont ta’ kif dak il-pajjiż terz ikun japplika u jimplementa dawk l-istandards, partikolarment il-prinċipju tar-reġjonalizzazzjoni, fi ħdan it-territorju tiegħu stess u b’relazzjoni mar-rekwiżiti sanitarji tiegħu għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn u mill-Komunità.
2. Meta tiġi stabbilita jew emendata l-lista prevista fil-paragrafu 1, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil:
(a) l-istat tas-saħħa tal-ekwidi, l-annimali domestiċi l-oħra u tal-ħajja ferjali fil-pajjiż terz, b’attenzjoni partikolari għall-mard li jolqot l-annimali eżotiċi u ta’ xi aspetti tas-saħħa ġenerali u tas-sitwazzjoni ambjentali f’dak il-pajjiż terz li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa u l-istat ambjentali tal-Komunità;
(b) il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz b’relazzjoni mas-saħħa u l-benesseri tal-annimali;
(c) l-organizzazzjoni tal-awtorità veterinarja kompetenti u tas-servizzi tagħha tal-ispezzjoni, il-poteri ta’ dawk is-servizzi, is-superviżjoni li għaliha huma suġġetti, u l-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom, inklużi l-kapaċità tal-persunal u tal-laboratorji, li japplikaw b’mod effettiv il-leġislazzjoni nazzjonali;
(d) l-assigurazzjonijiet li l-awtorità veterinarja kompetenti tal-pajjiż terz tista tagħti f’dak li jirrigwardja l-konformità u l-ekwivalenza mal-kundizzjonijiet relevanti tas-saħħa tal-annimali li huma applikabbli fil-Komunità;
(e) jekk il-pajjiż terz ikunx membru tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali OIE u tar-regolarità u l-ħeffa tal-informazzjoni fornuta mill-pajjiż terz fir-rigward tal-eżistenza ta’ mard infettiv jew li jittieħed tal-annimali fit-territorju tiegħu, partikolarment dak il-mard elenkat mill-OIE u fl-Anness I ta’ din id-Direttiva;
(f) il-garanziji mogħtija mill-pajjiż terz sabiex jinforma direttament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri:
(i) fi żmien 24 siegħa tal-konferma tal-okkorrenza ta’ xi mard infettiv tal-ekwidi elenkat fl-Anness I u ta’ xi tibdil fil-politika tat-tilqim li tikkonċerna tali mard;
(ii) matul perijodu xieraq, ta’ xi tibdil propost fir-regoli sanitarji nazzjonali li jikkonċernaw l-ewkidi, partikolarment f’dak li jirrigwardja l-importazzjoni ta’ ekwidi;
(iii) matul intervalli regolari, dwar l-istatus tas-saħħa fit-territorju tiegħu f’dak li jikkonċerna l-ekwidi;
(g) kwalunkwe esperjenza dwar importazzjoni preċedenti ta’ ekwidi ħajjin mill-pajjiż terz u r-riżultati ta’ xi kontrolli tal-importazzjoni li twettqu;
(h) ir-riżultati tal-ispezzjonijiet mill-Komunità u/jew l-awditjar imwettaq fil-pajjiż terz, partikolarment ir-riżultati tal-istudji mill-awtoritajiet kompetenti jew, meta l-kummissjoni hekk titlob, ir-rapport ippreżentat mill-awtoritajiet kompetenti dwar l-ispezzjonijiet li huma jkunu wettqu;
(i) ir-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali, infettiv jew li jittieħed, li jkunu fis-seħħ fil-pajjiż terz u l-implementazzjoni tagħhom, inklużi r-regoli dwar l-importazzjoni tal-ekwidi minn pajjiżi terzi oħrajn.
3. Il-Kummissjoni għandha tirranġa għall-aġġornament tal-verżjonijiet tal-lista mħejjija jew emendata kif previst fil-paragrafu 1 li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Il-lista tista’ tkun miġbura flimkien ma’ listi oħrajn mfassla għall-iskopijiet tas-saħħa tal-annimali u tal-pubbliku u jistgħu ukoll jinkludi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa.
4. Kondizzjonijiet speċjali tal-importazzjoni għal kull pajjiż terz jew grupp ta’ pajjiżi terzi, b’kont meħud tas-siwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li tikkonċerna l-ekwidi fil-pajjiż jew il-pajjiżi terzi ikkonċernati għandhom jiġu stabbiliti konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
5. Regolati dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 u l-kriterja sabiex ikunu inklużi pajjiżi terzi jew partijiet tal-pajjiżi terzi, fil-listi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu ikunu adottat bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 13
1. L-ekwidi għandhom jiġu minn pajjiżi terzi li:
(a) huma ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel;
(b) jkun ilhom ħielsa għal sentejn mill-equine encephalomyelitis tal-Veneżwela (VEE);
(c) jkun ilhom ħielsa għal sitt xhur minn dourine u glanders.
2. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) jista’ jiġi deċiż:
(a) li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal parti biss mit-territorju ta’ pajjiż terz.
Fil-każ li r-rekwiżiti tal-marda Afrikana taż-żwiemel japplikaw fuq bażi reġjonali, mill-inqas il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 5(2) u (5) għandhom jiġu rispettati;
(b) li tenħtieġ garanziji addizzjonali għall-mard aljeni għall-Komunità.
Artikolu 14
Qabel il-ġurnata tat-tagħbija għat-trasport lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni, l-ekwidi għandhom jkunu baqgħu mingħajr interruzzjoni fit-territorju jew fil-parti tat-territorju ta’ pajjiż terz jew, fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni, fil-parti tat-territorju definit skont l-Artikolu 13(2)(a) għal perjodu li għandu jiġi determinat fid-deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15.
Għandhom ikunu ġejjin minn impriża mqiegħda taħt sorveljanza veterinarja.
Artikolu 15
L-importazzjoni ta’ ekwidi mit-territorju ta’ pajjiż terz jew minn parti tiegħu kif definit konformement mal-Artikolu 13(2)(a) dwar il-lista mfassla konformement mal-Artikolu 12(1) għandha tkun awtorizzata biss jekk l-ekwidi, iżjed u aktar mir-rekwiżiti tal-Artikolu 13:
(a) ikunu konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali addottati, b’referenza għall-ispeċi f’dak il-każ, tal-kategoriji ta’ ekwidi, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) għal importazzjoni ta’ ekwidi minn dak il-pajjiż.
Il-bażi tar-referenza biex ikunu stabbiliti dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għandhom ikunu l-istandards stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5; u
(b) fil-każ ta’ pajjiż terz li mhux ħieles minn stomatite vesikulari jew arteritis virali għal mill-inqas sitt xhur, l-ekwidi għandhom jilħqu r-rekwiżiti li ġejjin:
(i) iridu jkunu ġejjin minn impriża li tkun ilha ħielsa minn stomatite vesikulari għal mill-inqas sitt xhur u iridu jkunu reaġixxew negattivament għal test seroloġiku qabel id-dispaċċ;
(ii) fil-każ ta’ arteritis virali, l- ekwidi maskili għandom, minkejja l-Artikolu 19(b), ikunu rreaġixxew negattivament għal test seroloġiku jew għal test tal-iżolament tal-virus jew għal xi test ieħor rikonoxxut skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) li jkun jiggarantixxi ħelsien mill-virus.
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), u wara l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel jistgħu jiġu definiti l-kategoriji ta’ ekwidi maskili li fir-rigward tagħhom japplika dan ir-rekwiżit.
Artikolu 16
1. L-ekwidi għandhom ikunu identifikati skont l-Artikolu 4(4) u akkompanjati minn ċertifikat tas-saħħa minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz li jesporta. Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa:
(a) jinħareġ fil-ġurnata tat-tagħbija tal-annimali għad-dispaċċ lejn l-Istati Membri tad-destinazzjoni jew fil-każ ta’ żwiemel irreġistrati fl-aħħar ġurnata tax-xogħol qabel l-imbark;
(b) ikun imfassal f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri tad-destinazzjoni u waħda minn dawk tal-Istat Membru li fih titwettaq l-ispezzjoni tal-importazzjoni;
(c) jakkompanja l-annimali fl-oriġinal;
(d) jattesta li l-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u dawk stabbiliti bis-saħħa ta’ din id-Direttiva rigward l-importazzjoni minn pajjiżi terzi;
(e) jikkonsisti f’karta waħda;
(f) jinħareġ għal destinatarju wieħed jew, fil-każ tal-annimali għall-qatla, għal kunsinna, basta li l-annimali jkunu mmarkati u identifikati sewwa.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk huma jagħmlu użu minn din il-possibilità.
2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jitfassal fuq forma li tkun konformi mal-mudell stabbilit skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 17
1. Immedjatament wara l-wasla fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, ekwidi għall-qatla għandhom jittieħdu f’biċċerija, jew direttament jew wara transitu minn suq jew ċentru ta’ ragruppar, kif imsemmi fl-Artikolu 7 u,konformement mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali, ikunu maqtula f’perjodu ta’ żmien speċifikat fid-deċiżjonijiet li għandhom jiġu addottati skont l-Artikolu 15.
2. Mingħajr preġudizzju għal xi kondizzjonijiet speċjali li jistgħu ikunu adottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’, fuq bażi tas-saħħa tal-annimali, jinnomina l-biċċerija fejn għandhom jittieħdu dawn l-ekwidi.
Artikolu 18
Il-verifiki għandhom jitwettqu fuq il-post minn esperti veterinarji tal-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jivverfikaw jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u partikolarment dawk tal-Artikolu 12(2), ikunu qegħdin jiġu applikati fil-prattika.
Jekk il-verifiki li jitwettqu fi ħdan it-termini ta’ dan l-Artikolu jiżvelaw fatti serji kontra l-impriża approvata, il-Kummissjoni għandha immedjatament tinforma lill-Istati Membri u minnufih taddotta deċiżjoni li tissospendi proviżjonalment l-approvazzjoni. Id-deċiżjoni finali għandha tittieħed skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3).
L-esperti mill-Istati membri li għandhom ikunu fdati b’dawk il-verifiki għadhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri.
Dawk il-verifiki għandhom isiru f’isem il-Komunità, li għandha terfa’ n-nefqa ta’ kull spiża involuta f’dan il-każ.
Il-frekwenza ta’ u l-proċedura għal dawk il-verifiki għandhom jiġu determinati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 19
Konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2):
(a) jista’ jiġi deċiż li l-importazzjoni minn pajjiż terz jew minn parti ta’ pajjiż terz iridu jkunu ristretti għal speċi jew kategoriji partikolari ta’ ekwidi;
(b) minkejja l-Artikolu 15, l-kundizzjonijiet speċjali għad-dħul temporanju fit-territorju tal-Komunità ta’ ekwidi reġistrati jew ekwidi għal użu speċjali jew għad-dħul mill-ġdid tagħhom fit-territorju tal-Komunità wara li kienu ġew esportati temporanjament, għandhom jiġu stabbiliti;
(c) l-kondizzjonijiet għall-konverżjoni ta’ dħul temporanju fi dħul permanenti, għandhom jiġu determinati;
(d) laboratorju ta’ referenza tal-Komunità dwar wieħed jew aktar mill-mard tal-ekwidi elenkati fl-Anness I jista’ jiġi magħżul u għanda ssir dispożizzjoni għall-funzjonijiet, id-doveri u l-proċeduri fir-rigward tal-kollaborazzjoni mal-laboratorji responsabbli għad-dijanjożi tal-mard infettiv tal-ekwidi fl-Istati Membri.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 20
L-Annessi I sa IV għandhom jiġu emendati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3).
Artikolu 21
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit skont l-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel ( 4 ).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal ħmistax-il jum.
Artikolu 22
Id-Direttiva 90/426/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness V, Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 23
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 24
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
MARD LI GĦANDU JKUN MGĦARRAF B’OBBLIGU
Il-mard li ġej għandu jiġi mgħarraf b’obbligu:
— Dourine (marda tal-istinar)
— Glanders (marda b’nefħa taħt ix-xedaq)
— Encephalomyelitis ta’ ekwini (ta’ kull tip, inkluż VEE)
— Anemija infettiva (Infectious anaemia)
— Ir-Rabja
— Anthrax
— Il-marda Afrikana taż-żwiemel
— Stomatite Vesikulari
ANNESS II
INFORMAZZJONI DWAR IS-SAĦĦA ( 5 )
Nru tal-Passaport …
Jiena, li hawn taħt iffirmajt, niċċertifika ( 6 ) li l-annimal identifikat hawn fuq jilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) ġie eżaminat illum u ma juri l-ebda sinjal kliniku ta’ mard;
(b) mhuwiex intenzjonat għall-qatla permezz ta’ programm nazzjonali tal-eradikazzjoni tal-mard li jittieħed jew infettiv;
(c)
— ma jiġix minn territorju jew parti mit-territorju ta’ Stat Membru li huwa suġġett ta’ restrizzjonijiet għal raġunijiet tal-marda Afrikana taż-żwiemel; jew
— Jiġi mit-territorju jew parti mit-territorju ta’ Stat Membru li kien suġġett għal projbizzjoni għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimal u għadda minn, b’riżulatati sodisfaċenti, it-testijiet previsti fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2009/156/KE fl-istazzjon tal-kwarantina ta’ … bejn … u … ( 7 );
(d) ma ġiex minn qasam li kien suġġett għall-projbizzjoni għal raġunijiet tas-saħħa tal-annimali lanqas ma kellu kuntatt ma’ equidae f’qasam li kienet suġġett għall-projbizzjoni minħabba raġunijiet tas-saħħa tal-annimali:
— matul sitt xhur fil-każ ta’ eqidae ssuspettati li jkunu ġadu l-marda dourine, li jibdew fid-data tal-aħħar kuntatt attwali jew possibbli mal-annimal marid. B’danakollu, fil-każ ta’ żiemel tar-razza, il-projbizzjoni għandha tkun tapplika sakemm l-annimal ikun imsewwi;
— matul sitt xhur fil-każ ta’ glanders jew equine encephalomyelitis, li jibdew fil-ġurnata li fiha l-equidae li jbatu mill-marda f’dan il-każ ikunu maqtula;
— fil-każ ta’ anemija infettiva, sad-data li fiha, l-annimali infettati jkunu jkunu ġew maqtula, l-annimali li jibqgħu jkunu wrew reazzjoni negattiva għaż-żewġ testijiet Coggins mwettqa fi żmien tliet xhur bejn wieħed u l-ieħor;
— matul sitt xhur mill-aħħar każ ta’ stomatite vesikulari;
— matul xhar mill-aħħar każ, fil-każ ta’ rabja;
— matul 15-il ġurnata mill-aħħar każ, fil-każ ta’ traċna (anthrax);
— jekk l-annimali kollha tal-ispeċje suxxettibbli għal mard lokalizzat fil-qasam ikunu ġew maqtula u l-bini ddisinfettat matul it-30 ġurnata, li jibdew fil-ġurnata meta l-annimali jkunu ġew meqruda u l-bini ddisinfettati, apparti milli fil-każ ta’ traċna (anthrax), meta l-perjodu ta’ projbizzjoni huwa ta’ 15-il ġurnata.
(e) sal-aħjar tagħrif li għandi jien, ma ġiex f’kuntatt ma ekwidi li jbatu minn mard infettiv jew li jittieħed fil-15-il ġurnata ta’ qabel din id-dikjarazzjoni.
(f) waqt l-ispezzjoni nstab tajjeb biex jiġi trasportat fil-vjaġġ maħsub skont id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 ( 9 ).
ANNESS III
MUDELL
ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA
għall-kummerċ bejn l-Istati Membri
EKWIDI
ANNESS IV
IL-MARDA AFRIKANA TAŻ-ŻWIEMEL
DIJANJOŻI
PARTI A
Testijiet seroloġiċi
Il-metodu seroloġiku deskritt hawnhekk huwa l-assaġġ ta' immunoassorbiment enzimatiku (ELISA) ibbażat fuq il-punt 2 tat-Taqsima B tal-Kapitolu 2.5.1 tal-edizzjoni tal-2016 tal-Manwal ta' Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri, kif adottat mill-Assemblea Dinjija tad-Delegati tal-OIE f'Mejju tal-2012.
Il-proteina virali VP7 hija antiġen immunodominanti importanti tal-virus tal-marda Afrikana taż-żwiemel (l-AHSV) u hija konservata fuq disa' serotipi tal-AHSV. Il-proteini VP7 rikombinanti tal-AHSV instabu li huma stabbli u li ma jagħmlux ħsara u huma adattati biex jintużaw bħala antiġeni fil-proċeduri tal-ELISA biex jiġu determinati l-antikorpi tal-AHSV bi grad għoli ta' sensittività u ta' speċifiċità (Laviada et al., 1992b ( 10 ); Maree u Paweska, 2005). L-ELISA indirett u l-ELISA li jibblokka huma ż-żewġ testijiet ELISA għall-AHS-VP7 adattati għad-dijanjożi seroloġika tal-marda Afrikana taż-żwiemel (l-AHS).
1. L-ELISA indirett għas-sejba ta' antikorpi kontra l-virus tal-marda Afrikana taż-żwiemel (l-AHSV)
Il-konjugat użat f'dan il-metodu huwa l-gammaglobulina antiżiemel ikkonjugata mal-perossidażi tar-rafan (horseradish peroxidase anti-horse gamma-globulin) li tirreaġixxi mas-seru taż-żwiemel, tal-bgħula u tal-ħmir. Il-metodu deskritt minn Maree & Paweska (2005) ( 11 ) juża l-proteina G bħala konjugat li jirreaġixxi wkoll mas-seru taż-żebra.
L-antiġen jista' jiġi pprovdut miċ-Centro de Investigación en Sanidad Animal (CISA), li jinsab fi Spanja, fi żmien erba' sa sitt xhur minn meta ssir it-talba.
1.1. Proċedura tat-test
1.1.1. Fażi solida
1.1.1.1. Iksi l-pjanċi tal-ELISA bir-rikombinant VP7 tal-AHSV-4 dilwit f'soluzzjoni ta' karbonat/bikarbonat, b'pH ta' 9,6. Poġġi l-pjanċi f'inkubatur matul il-lejl f'temperatura ta' 4 C.
1.1.1.2. Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b'ilma distillat li jkun fih 0,01 % (v/v) Tween 20 (soluzzjoni tal-ħasil). Taptap il-pjanċi bil-mod fuq materjal assorbenti biex tneħħi kull fdal tal-ħasil.
1.1.1.3. Ibblokka l-pjanċi b'soluzzjoni salina tal-fosfat (PBS) b'pH ta' 7,2 + 5 % (w/v) ta' ħalib xkumat (Nestlé Dry Skim MilkTM), 200 μl/bir għal siegħa f'temperatura ta' 37 °C.
1.1.1.4. Neħħi s-soluzzjoni li tibblokka u taptap il-pjanċi bil-mod fuq il-materjal assorbenti.
1.1.2. Kampjuni tat-test
1.1.2.1. Il-kampjuni tas-seru li jridu jiġu ttestjati, u s-seri ta' kontroll pożittivi u negattivi, jiġu dilwiti 1 f'25 fil-PBS + 5 % (w/v) ta' ħalib xkumat + 0,05 % (v/v) Tween 20, 100 μl għal kull bir. Poġġi f'inkubatur għal siegħa f'temperatura ta' 37 °C.
Għat-titrazzjoni, agħmel serje ta' dilwizzjonijiet doppji ta' 1 f'25 (100 μl/bir), b'seru wieħed għal kull torri bil-pjanċi, u agħmel l-istess bil-kontrolli pożittivi u negattivi. Poġġi f'inkubatur għal siegħa f'temperatura ta' 37 °C.
1.1.2.2. Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b'ilma distillat li jkun fih 0,01 % (v/v) Tween 20 (soluzzjoni tal-ħasil). Taptap il-pjanċi bil-mod fuq materjal assorbenti biex tneħħi kull fdal tal-ħasil.
1.1.3. Konjugazzjoni
1.1.3.1. Itfa' 100μl/bir ta' gammaglobulina antiżiemel ikkonjugata mal-perossidażi tar-rafan (HRP) dilwita fil-PBS + 5 % ta' ħalib + 0,05 % Tween 20, b'pH ta' 7,2. Poġġi f'inkubatur għal siegħa f'temperatura ta' 37 °C.
1.1.3.2. Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b'ilma distillat li jkun fih 0,01 % (v/v) Tween 20 (soluzzjoni tal-ħasil). Taptap il-pjanċi bil-mod fuq materjal assorbenti biex tneħħi kull fdal tal-ħasil.
1.1.4. Kromoġen/Substrat
1.1.4.1. Żid 200 μl/bir ta' soluzzjoni ta' kromoġen/substrat (10 ml ta' 80,6 mM DMAB (dimetil amminobenżaldeid) + 10 ml ta' 1,56 mM MBTH (3-metil-2-benżo-tiażolin idrażon idroklorid) + 5 μl H2O2).
L-iżvilupp tal-kulur jitwaqqaf billi jiżdiedu 50 μl ta' 3N H2SO4 wara bejn wieħed u ieħor 5 sa 10 minuti (qabel ma jibda jieħu l-kulur il-kontroll negattiv).
Kromoġeni oħra bħalma huma l-ABTS (it-2,2′-Ażino-bis-[3-etilbenżotiażolin-6-aċidu sulfoniku]), it-TMB (it-tetrametil benżidina) jew l-OPD (l-orto-fenildiammina) jistgħu jintużaw ukoll.
1.1.4.2. Aqra l-pjanċi f'600 nm (jew f'620 nm).
1.2. Interpretazzjoni tar-riżultati
1.2.1. Ikkalkula l-valur ta' limitu billi żżid 0,06 mal-valur tal-kontroll negattiv (0,06 huwa d-devjazzjoni normali li tiġi minn grupp ta' 30 seru negattiv).
1.2.2. Il-kampjuni tat-test li jagħtu valuri ta' assorbiment li jkunu aktar baxxi mil-limitu huma meqjusa bħala negattivi.
1.2.3. Il-kampjuni tat-test li jagħtu valuri ta' assorbiment li jkunu ogħla mil-limitu + 0,15 huma meqjusa bħala pożittivi.
1.2.4. Il-kampjuni tat-test li jagħtu valuri ta' assorbiment li jkunu intermedji huma meqjusa bħala inkonklużivi u trid tintuża teknika oħra biex jiġi kkonfermat ir-riżultat.
2. L-ELISA li jibblokka għas-sejba ta' antikorpi għall-virus tal-marda Afrikana taż-żwiemel (l-AHSV)
L-ELISA li jibblokka kompetittiv huwa maħsub sabiex jidentifika antikorpi speċifiċi tal-AHSV f'seri minn annimali ta' kwalunkwe speċi ekwina, jiġifieri żwiemel, ħmir, żebri u r-razez imħallta tagħhom, u jipprevjeni l-problema tal-ispeċifiċità li xi drabi ġrat matul l-użu tal-ELISA indirett.
Il-prinċipju tat-test huwa li jibblokka r-reazzjoni tar-rikombinant tal-proteina VP7 assorbita mal-pjanċa ELISA u mal-antikorp monoklonali (Mab) speċifiku kkonjugat mal-VP7 tal-AHS. L-antikorp fis-seru tat-test se jibblokka r-reazzjoni bejn l-antiġen u l-Mab u b'hekk se jwassal għal tnaqqis fil-kulur. Minħabba li l-Mab huwa dirett kontra l-VP7, l-assaġġ se jagħti livell għoli ta' sensittività u speċifiċità.
L-ELISA li jibblokka kompetittiv huwa kummerċjalment disponibbli.
2.1. Proċedura tat-test
2.1.1. Fażi solida
2.1.1.1. Iksi l-pjanċi tal-ELISA b'50 sa 100 ng ta' rikombinant VP7 tal-AHSV-4 dilwit f'soluzzjoni tal-karbonat/bikarbonat, b'pH ta' 9,6. Poġġi l-pjanċi f'inkubatur matul il-lejl f'temperatura ta' 4 °C.
2.1.1.2. Aħsel il-pjanċi tliet darbiet f'soluzzjoni salina tal-fosfat (PBS) 0,1× li fiha 0,135 M NaCl u 0,05 % (v/v) Tween 20 (PBST). Taptap il-pjanċi bil-mod fuq materjal assorbenti biex tneħħi kull fdal tal-ħasil.
2.1.2. Kampjuni tat-test u kontrolli
2.1.2.1. Il-kampjuni tas-seru li jridu jiġu ttestjati, u s-seri ta' kontroll pożittivi u negattivi, jiġu dilwiti 1 f'5 f'dilwent li fih 0,35 M NaCl, 0,05 % (v/v) Tween 20 u 0,1 % Kathon, 100 μl għal kull bir. Poġġi f'inkubatur għal siegħa f'temperatura ta' 37 °C.
Għat-titrazzjoni, agħmel serje ta' dilwizzjonijiet doppji tas-seri tal-ittestjar ta' 1 f'10 sa 1 f'280 fuq tmint ibjar (100 μl/bir), b'seru wieħed għal kull torri bil-pjanċi, u agħmel l-istess bil-kontrolli pożittivi u negattivi. Poġġi f'inkubatur għal siegħa f'temperatura ta' 37 °C.
2.1.2.2. Aħsel il-pjanċi ħames darbiet f'soluzzjoni salina tal-fosfat (PBS) 0,1× li fiha 0,135 M NaCl u 0,05 % (v/v) Tween 20 (PBST). Taptap il-pjanċi bil-mod fuq materjal assorbenti biex tneħħi kull fdal tal-ħasil.
2.1.3. Konjugazzjoni
2.1.3.1. Itfa' 100 μl/bir ta' MAB kontra l-VP7 ikkonjugat bil-perossidażi tar-rafan. Qabel, dan l-Mab ġie dilwit 1/5 000 –1/15 000 f'soluzzjoni 1/1 ta' StabiliZyme Select® Stabilizer (SurModics. Referenza: SZ03) fl-ilma distillat. Poġġi f'inkubatur għal 30 minuta f'temperatura ta' 37 °C.
2.1.3.2. Aħsel il-pjanċi ħames darbiet f'soluzzjoni salina tal-fosfat (PBS) 0,1× li fiha 0,135 M NaCl u 0,05 % (v/v) Tween 20 (PBST). Taptap il-pjanċi bil-mod fuq materjal assorbenti biex tneħħi kull fdal tal-ħasil.
2.1.4. Kromoġen/Substrat
Żid 100 μl/bir ta' soluzzjoni ta' kromoġen/substrat, jiġifieri 1 ml ta' ABTS (2,2′-Ażino-bis-[3-etilbenżotiażolin-6-aċidu sulfoniku]) 5 mg/ml + 9 ml ta' soluzzjoni ta' substrat (0,1 M ta' soluzzjoni ta' Ċitrat tal-Fosfat ta' pH 4 li fiha 0,03 % ta' H2O2), u poġġi f'inkubatur għal 10 minuti f'temperatura ambjentali. L-iżvilupp tal-kulur jitwaqqaf billi jiżdiedu 100 μl/bir ta' 2 % (w/v) ta' SDS (sulfat tad-dodeċil tas-sodju).
2.1.5. Qari
Aqra f'405 nm fuq tagħmir għall-qari tal-ELISA.
2.2. Interpretazzjoni tar-riżultati
2.2.1. Iddetermina l-perċentwali tal-ibblokkar (il-BP) ta' kull kampjun billi tapplika l-formula li ġejja, fejn “Abs” tfisser antikorpi:
2.2.2. Il-kampjuni li juru valur ta' BP li jkun ogħla minn 50 % għandhom jiġu meqjusa bħala pożittivi għall-antikorpi tal-AHSV.
2.2.3. Il-kampjuni li juru valur ta' BP li jkun inqas minn 45 % għandhom jiġu meqjusa bħala negattivi għall-antikorpi tal-AHSV.
2.2.4. Il-kampjuni li juru valur ta' BP ta' bejn 45 % u 50 % għandhom jiġu meqjusa bħala inkonklużivi u jridu jiġu ttestjati mill-ġdid. Jekk ir-riżultat jerġa' jkun inkonklużiv, l-annimali għandhom jiġu ttestjati mill-ġdid permezz ta' kampjuni li jittieħdu mhux aktar minn ġimagħtejn qabel wara li jkun ittieħed il-kampjun li jkun ġie meqjus bħala inkonklużiv.
PARTI B
Identifikazzjoni tal-aġent
Traskriptażi Inversa u Reazzjoni Katina bil-Polimerażi f'Ħin Reali (rRT-PCR)
It-testijiet għall-identifikazzjoni tal-aġent ibbażati fuq il-metodi bl-aċidu nuklejku jridu jidentifikaw ir-razez ta' referenza mid-disa' serotipi tal-virus tal-AHSV.
Il-metodu deskritt fil-punt 2.1. huwa bbażat fuq il-punt 1.2 tat-Taqsima B tal-Kapitolu 2.5.1 tal-edizzjoni tal-2016 tal-Manwal ta' Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri, kif adottat mill-Assemblea Dinjija tad-Delegati tal-OIE f'Mejju tal-2012.
Kull metodu ta' identifikazzjoni tal-RT-PCR użat għall-ittestjar tal-kampjuni fil-kuntest tad-Direttiva 2009/156/KE, kemm jekk il-kampjuni jkunu tad-demm kif ukoll jekk ikunu tal-milsa, irid jaħdem daqs il-metodoloġiji deskritti fil-punt 2 jew jaqbeż is-sensittività tagħhom.
Ir-razez ta' referenza tas-serotipi 1 sa 9 tal-virus inattivat jistgħu jinkisbu mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea jew mil-Laboratorju ta' Referenza tal-OIE għall-marda Afrikana taż-żwiemel li jinsab f'Algete, fi Spanja.
1. Estrazzjoni ta' RNA virali
Biex tkun żgurata reazzjoni tajba jeħtieġ li mill-kampjun jiġi estratt RNA tal-AHSV ta' kwalità għolja. L-estrazzjoni tal-aċidi nuklejċi minn kampjuni kliniċi tista' ssir permezz ta' varjetà ta' metodi disponibbli internament u kummerċjalment.
Il-kits kummerċjali jużaw approċċi differenti għall-iżolament tal-RNA. Il-biċċa l-kbira tagħhom huma bbażati fuq waħda mill-proċeduri li ġejjin:
— l-estrazzjoni tal-aċidi nuklejċi permezz tal-fenol-kloroform;
— l-adsorbiment tal-aċidi nuklejċi fis-sistema ta' filtrazzjoni;
— l-adsorbiment tal-aċidi nuklejċi fis-sistema ta' żibeġ manjetiċi.
Hawn taħt qed jingħata eżempju ta' estrazzjoni interna tal-RNA:
1.1. 1 g ta' kampjun tat-tessut jiġi omoġenizzat f'1 ml ta' soluzzjoni ta' denaturazzjoni (4 M ta' gwanidjum tioċjanat, 25 mM ta' ċitrat tas-sodju, 0,1 M ta' 2-merkaptoetanol u 0,5 % ta' sarkosil).
1.2. Wara ċ-ċentrifugazzjoni, 1 μg ta' RNA ta' ħmira, 0,1 ml ta' 2 M ta' aċetat tas-sodju b'pH ta' 4, 1 ml ta' fenol u 0,2 ml ta' taħlita ta' kloroform/alkoħol tal-isoamil (49/1) jiżdiedu mas-supernatant.
1.3. Is-sospensjoni titħawwad bis-saħħa u titkessaħ fuq is-silġ għal 15-il minuta.
1.4. Wara ċ-ċentrifugazzjoni, l-RNA preżenti fil-fażi milwiema jiġi estratt bil-fenol, jiġi preċipitat bl-etanol u jitħallat mill-ġdid f'ilma sterili.
2. Proċedura tal-RT-PCR f'ħin reali
2.1. L-RT-PCR f'ħin reali speċifiku għall-grupp ta' Agüero et al., 2008 ( 12 )
Dan l-RT-PCR f'ħin reali speċifiku għall-grupp għandu fil-mira l-VP7 tal-AHSV u kapaċi jidentifika s-serotipi u r-razez kollha magħrufa tal-AHSV li hawn fiċ-ċirkolazzjoni bħalissa. Dan intuża b'riżultati tajbin ħafna mil-laboratorji ta' referenza nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li pparteċipaw fit-testijiet ta' profiċjenza organizzati ta' kull sena mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu mill-2009 sal-2015. Barra minn hekk, fi prova ċirkolari internazzjonali organizzata fl-2015 fil-qafas tan-netwerk tal-laboratorji ta' referenza tal-OIE dan il-protokoll ġie kklassifikat f'pożizzjoni għolja ħafna fost oħrajn.
Is-sekwenzi bi primer u b'sonda għas-sejba tal-virus tal-ispeċi tal-AHSV:
Primer 'il quddiem |
5′-CCA-GTA-GGC-CAG-ATC-AAC-AG-3′ |
Primer lura |
5′-CTA-ATG-AAA-GCG-GTG-ACC-GT-3′ |
Sonda MGB-TaqMan |
5′-FAM-GCT-AGC-AGC-CTA-CCA-CTA-MGB-3′ |
2.1.1. Il-konċentrazzjoni tal-istokk tal-primer tiġi dilwita ma' konċentrazzjoni ta' ħidma ta' 8 μM (“stokk ta' ħidma tal-primer 8 μM”) filwaqt li s-sonda tiġi dilwita ma' konċentrazzjoni ta' ħidma ta' 50 μM (“stokk ta' ħidma tas-sonda 50 μM”). Id-disinn tal-pjanċa tat-test għandu jiġi ddisinjat u jittella' fis-softwer tal-magni tal-PCR f'ħin reali. Bl-użu tad-disinn bħala gwida, 2,5 μl ta' kull stokk ta' ħidma tal-primer ta' 8 μM jiżdiedu f'kull bir li jkun fih il-kampjuni tal-RNA u l-kontrolli pożittivi u/jew negattivi (il-konċentrazzjoni finali tal-primer se tkun ta' 1 μM fit-taħlita tal-RT-PCR ta' 20 μl). Il-pjanċa tinżamm fuq is-silġ.
2.1.2. 2 μl ta' RNA iżolat (il-kampjuni tat-test u l-kontroll pożittiv), jew 2 μl ta' ilma mingħajr RNAse fil-kontrolli ta' reazzjoni negattivi, jitħalltu ma' primers 'il quddiem u ma' primers lura. Din it-taħlita tiġi denaturata billi tissaħħan f'temperatura ta' 95 °C għal 5 minuti, u wara titkessaħ malajr fuq is-silġ għal mill-anqas 5 minuti.
2.1.3. Skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur jiġi ppreparat volum xieraq ta' taħlita master ta' RT-PCR f'ħin reali b'fażi waħda għall-għadd ta' kampjuni li jridu jiġu ttestjati. F'kull bir li fih il-kampjuni tal-RNA jiġi miżjud 0,1μl ta' stokk ta' ħidma tas-sonda ta' 50 μΜ (f'kull bir li fih il-kampjuni tal-RNA l-konċentrazzjoni finali tas-sonda se tkun ta' 0,25 μM). F'kull bir fuq il-pjanċa tal-PCR li jkun fih il-primer u l-RNA denaturati jiġu distribwiti 13 μl tat-taħlita master ta' RT-PCR f'ħin reali b'fażi waħda.
2.1.4. Il-pjanċa titpoġġa f'ċiklatur termali f'ħin reali pprogrammat għat-traskriptażi inversa u għall-amplifikazzjoni tas-cDNA u s-sejba tal-fluworexxenza. Il-kundizzjonijiet tal-amplifikazzjoni jikkonsistu fl-ewwel fażi tat-traskriptażi inversa f'temperatura ta' 48 C għal 25 minuta, segwit minn 10 minuti f'temperatura ta' 95 °C (“startjar sħun”) u 40 ċiklu ta' 15-il sekonda f'temperatura ta' 95 °C, 35 sekonda f'temperatura ta' 55 °C u 30 sekonda f'temperatura ta' 72 °C (jew 40 ċiklu f'temperatura ta' 97 °C għal 2 sekondi u 55 °C għal 30 sekonda jekk jintużaw reaġenti u ċiklatur termali li jippermettu reazzjonijiet rapidi). Id-dejta dwar il-fluworexxenza tinkiseb fl-aħħar tal-istadju f' temperatura ta' 55 °C.
2.1.5. L-assaġġ ma jiġix meqjus bħala validu jekk jinkisbu kurvi ta' amplifikazzjoni atipiċi, u jrid jerġa' jsir.
Il-kampjuni jitqiesu bħala pożittivi jekk il-valur tas-Ct (in-numru taċ-ċiklu li fih il-fluworexxenza ġġenerata f'reazzjoni taqbeż il-limitu tal-fluworexxenza) ikun anqas jew ugwali għal-limitu stabbilit għas-Ct (35) f'40 ċiklu tal-PCR (Ct ≤ 35).
Il-kampjuni jitqiesu bħala inkonklużivi jekk il-valur tas-Ct jkun ogħla mil-limitu definit għas-Ct (35) f'40 ċiklu tal-PCR (CT ≥ 35).
Il-kampjuni jitqiesu bħala negattivi jekk tinkiseb kurva ta' amplifikazzjoni orizzontali li ma taqbiżx il-linja tal-limitu f'40 ċiklu tal-PCR.
2.2. L-RT-PCR f'ħin reali speċifiku għall-grupp ta' Guthrie et al., 2013 ( 13 )
RT-PCR f'ħin reali li fih jintużaw sondi ta' trasferiment tal-enerġija b'reżonanza fluworexxenti (FRET) għas-sejba tal-aċidu nuklejku tal-AHSV.
L-assaġġ tal-RT-PCR tal-AHSV deskritt ġie mfassal bl-użu ta' sekwenzi minn varjetà wiesgħa ta' razez tal-mikrobu tal-AHSV li hawn fiċ-ċirkolazzjoni bħalissa (Quan et al., 2010 ( 14 )). Dan jinkorpora wkoll assaġġ tal-kontroll estern sintetiku proprjetarju għall-verifikazzjoni tal-funzjonament xieraq tal-komponenti tal-assaġġ.
Il-kits għall-PCR f'ħin reali b'fażi waħda huma disponibbli kummerċjalment. Hawn taħt qed jingħataw ftit passi bażiċi kif deskritti minn Guthrie et al. (2013), li jistgħu jiġu modifikati skont il-ħtiġijiet lokali u l-każ speċifiku, il-kits użati u t-tagħmir disponibbli.
Is-sekwenzi bi primer u b'sonda għas-sejba tal-virus tal-ispeċi tal-AHSV:
Primer 'il quddiem |
5′-AGA-GCT-CTT-GTG-CTA-GCA-GCC-T-3′ |
Primer lura |
5′-GAA-CCG-ACG-CGA-CAC-TAA-TGA-3′ |
Sonda MGB-TaqMan |
5′-FAM-TGC-ACG-GTC-ACC-GCT-MGB-3′ |
2.2.1. Is-soluzzjonijiet tal-istokk tat-taħlita tal-primer u tas-sonda huma magħmulin minn konċentrazzjoni ta' 25 × f'5 μΜ għall-primers 'il quddiem u għall-primers lura u fi 3 μm għas-sonda. Id-disinn tal-pjanċa tat-test għandu jiġi ddisinjat u jittella' fis-softwer tal-magni tal-PCR f'ħin reali. Bl-użu tad-disinn bħala gwida, 5 μl ta' kampjuni tal-RNA, inklużi l-kampjuni tat-test u l-kontrolli pożittivi u negattivi, jiżdiedu fil-bjar ix-xierqa tal-pjanċa skont id-disinn.
2.2.2. L-RNA jiġi denaturat billi jissaħħan f'temperatura ta' 95 °C għal 5 minuti, u wara jitkessaħ malajr fuq is-silġ għal mill-anqas 3 minuti.
2.2.3. Skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur jiġi ppreparat volum xieraq ta' taħlita master ta' RT-PCR f'ħin reali b'fażi waħda għall-għadd ta' kampjuni li jridu jiġu ttestjati. 1 μl ta' soluzzjoni tal-istokk tat-taħlita tal-primer u tas-sonda ta' 25 × (mill-punt 2.2.1 t'hawn fuq) jiġi inkluż fit-taħlita master sabiex f'kull bir ikun hemm konċentrazzjoni finali ta' 200 nM għal kull primer u ta' 120 nM tas-sonda. 20 μl tat-taħlita master titqassam f'kull bir fuq il-pjanċa tal-PCR li jkun fih l-RNA denaturat.
2.2.4. Il-pjanċa titpoġġa f'ċiklatur termali f'ħin reali pprogrammat għat-traskriptażi inversa u għall-amplifikazzjoni tas-cDNA u s-sejba tal-fluworexxenza kif issuġġerit mill-manifatturi. Il-kundizzjonijiet tal-amplifikazzjoni jikkonsistu, pereżempju, fl-ewwel fażi tat-traskriptażi inversa f'temperatura ta' 48 °C għal 10 minuti, segwit minn 10 minuti f'temperatura ta' 95 °C u 40 ċiklu ta' 15-il sekonda f'temperatura ta' 95 °C u 45 sekonda f'temperatura ta' 60 °C.
2.2.5. Il-kampjuni jitqiesu bħala pożittivi jekk il-fluworexxenza normalizzata għall-assaġġ tal-RT-PCR tal-AHSV taqbeż il-limitu ta' 0,1 f'36 ċiklu tal-PCR fir-repliki kollha ta' kampjun.
Il-kampjuni jitqiesu bħala inkonklużivi jekk il-fluworexxenza normalizzata għall-assaġġ tal-RT-PCR tal-AHSV taqbeż il-limitu ta' 0,1 f'bejn 36 u 40 ċiklu tal-PCR f'kull replika ta' kampjun.
Il-kampjuni jitqiesu bħala negattivi jekk il-fluworexxenza normalizzata għall-assaġġ tal-RT-PCR tal-AHSV ma taqbiżx il-limitu ta' 0,1 f'40 ċiklu tal-PCR fir-repliki kollha ta' kampjun u jekk il-fluworexxenza normalizzata għall-assaġġ tal-kontroll estern sintetiku proprjetarju pożittiv intern taqbeż il-limitu ta' 0,1 fi 33 ċiklu tal-PCR.
ANNESS V
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 22)
Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42) |
|
Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29) |
l-Artikolu 15(3) biss |
Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56) |
rigward ir-referenza għad-Direttiva 90/426/KEE fl-Artikolu 26(2) biss |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/130/KEE (ĠU L 47, 22.2.1992, p. 26) |
|
Direttiva tal-Kunsill 92/36/KEE (ĠU L 157, 10.6.1992, p. 28) |
l-Artikolu 1biss |
Att ta’ Adeżjoni tal-1994, Anness I, Punt V.E.I.A.3 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 132) |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/298/KE (ĠU L 102, 12.4.2001, p. 63) |
rigward ir-referenza għad-Direttiva 90/426/KEE fl-Artikolu 1(1), u l-Anness I, pt. 2 biss |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/160/KE (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 37) |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1) |
l-Anness III, pt. 10 biss |
Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness II, Punt 6.B.I.16 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 381) |
|
Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321) |
l-Artikolu 15 biss |
Direttiva tal-Kunsill 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352) |
l-Anness, punt I.2. biss |
Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE (ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40) |
l-Artikolu 7 biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 22)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
90/426/KEE |
fl-1 ta’ Jannar 1992. |
90/425/KEE |
fl-1 ta’ Lulju 1992. |
91/496/KEE |
fl-1 ta’ Lulju 1992. |
92/36/KEE |
fil-31 ta’ Diċembru 1992. |
2004/68/KE |
fid-19 ta’ Novembru 2005. |
2006/104/KE |
fl-1 ta’ Jannar 2007. |
2008/73/KE |
fl-1 ta’ Jannar 2010. |
ANNESS VI
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Direttiva 90/426/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(a) u (b) |
Artikolu 2(a) u (b) |
Artikolu 2(c) |
Artikolu 2(c) (i) u (ii) |
Artikolu 2(d) sa (i) |
Artikolu 2(d) sa (i) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4(1), (2) u (3) |
Artikolu 4(1), (2) u (3) |
Artikolu 4(4)(i) u (ii) |
Artikolu 4(4)(a) u (b) |
Artikolu 4(5)(a), l-ewwel sas-sitt inċiż |
Artikolu 4(5)(a)(i) sa (vi) |
Artikolu 4(5)(b) |
Artikolu 4(5)(b) |
Artikolu 4(6), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sat-tmien inċiż |
Artikolu 4(6), l-ewwel subparagrafu, (a) sa (h) |
Artikolu 4(6), it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(6), it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(2)(a) |
Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, (a) u (b) |
Artikolu 5(2)(b) |
Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, (a) u (b) |
Artikolu 5(2)(c) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5(2)(d) |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 5(3)(a) u (b) |
Artikolu 5(5)(a) u (b) |
Artikolu 5(3)(c), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 5(5)(c), l-ewwel subparagrafu, (i) u (ii) |
Artikolu 5(3)(c), it-tieni inċiż, l-aħħar sentenza |
Artikolu 5(5)(c), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 5(3)(d) u (e) |
Artikolu 5(5)(d) u (e) |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 8(1)(a) u (b) |
Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 11 |
Artikolu 11(2) |
— |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Artikolu 16(1)(a) sa (f) |
Artikolu 16(1)(a) sa (f) |
Artikolu 16(1), l-aħħar sentenza |
— |
Artikolu 16(2) |
Artikolu 16(2) |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
Artikolu 17 |
Artikolu 19(i) sa (iv) |
Artikolu 19(a) sa (d) |
Artikolu 22 |
— |
Artikolu 23 |
Artikolu 20 |
Artikolu 24(1) u (2) |
Artikolu 21(1) u (2) |
Artikolu 24(3) |
— |
Artikolu 25(1) u (2) |
Artikolu 21(1) u (3) |
Artikolu 26 |
— |
Artikolu 27 |
— |
— |
Artikolu 22 |
— |
Artikolu 23 |
Artikolu 28 |
Artikolu 24 |
Anness A |
Anness I |
Anness B |
Anness II |
Anness C |
Anness III |
Anness D |
Anness IV |
— |
Anness V |
— |
Anness VI |
( 1 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55.
( 2 ) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19.
( 3 ) ĠU L 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
( 4 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
( 5 ) Dan l-attestat mhux meħtieġ meta jkun hemm ftehim bilaterali bi qbil mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/156/KE.
( 6 ) Validu għal għaxart ijiem.
( 7 ) Ħassar fejn ma japplikax.
( 8 ) Id-data tat-tilqima għandha tkun miktuba fil-passaport.
( 9 ) Din id-dikjarazzjoni ma teżentax lit-trasportaturi mill-obbligazzjonijiet tagħhom skont id-disposizzjonijiet tal-Komunità fis-seħħ b’mod partikolari rigward is-saħħa tal-annimali li jridu jiġu ttrasportati.
( 10 ) Laviada M.D., Roy P. u Sanchez-Vizcaino J.M (1992b). Adaptation and evaluation of an indirect ELISA and immunoblotting test for African horse sickness antibody detection. Ippubblikat fi: Bluetongue, African Horse Sickness and Related Orbiviruses: Proceedings of the Second International Symposium. Walton T.E. & Osburn B.l., Eds. CRC Press, Boca Raton, Florida, USA, 646–650.
( 11 ) Maree S. u Paweska J.T. (2005). Preparation of recombinant African horse sickness virus VP7 antigen via a simple method and validation of a VP7-based indirect ELISA for the detection of group-specific IgG antibodies in horse sera. J. Virol. Methods, 125 (1), 55–65.
( 12 ) Agüero M., Gomez-Tejedor C., Angeles Cubillo M., Rubio C., Romero E. u Jimenez-Clavero A. (2008). Real-time fluorogenic reverse transcription polymerase chain reaction assay for detection of African horse sickness virus. J. Vet. Diagn. Invest., 20, 325–328.
( 13 ) Guthrie AJ, MacLachlan NJ, Joone C, Lourens CW, Weyer CT, Quan M, Monyai MS u Gardner IA. Diagnostic accuracy of a duplex real-time reverse transcription quantitative PCR assay for detection of African horse sickness virus. Journal of Virological Methods. 2013;189(1):30-35.
( 14 ) Quan, M., Lourens, C.W., MacLachlan, N.J., Gardner, I.A. u Guthrie, A.J., 2010. Development and optimisation of a duplex real-time reverse transcription quantitative PCR assay targeting the VP7 and NS2 genes of African horse sickness virus. J. Virol. Methods 167, 45–52.