Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008R1291-20110501

Consolidated text: Regolament tal - Kummissjoni (KE) Nru 1291/2008 tat- 18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll tas-salmonella f’ċerti pajjiżi terzi skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-elenkar ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur f’ċerti pajjiżi terzi u li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1291/2011-05-01

2008R1291 — MT — 01.05.2011 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1291/2008

tat-18 ta’ Diċembru 2008

dwar l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll tas-salmonella f’ċerti pajjiżi terzi skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-elenkar ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur f’ċerti pajjiżi terzi u li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 340, 19.12.2008, p.22)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 364/2011 tat-13 ta’ April 2011

  L 100

30

14.4.2011




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1291/2008

tat-18 ta’ Diċembru 2008

dwar l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll tas-salmonella f’ċerti pajjiżi terzi skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-elenkar ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur f’ċerti pajjiżi terzi u li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tjue u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi ( 1 ), b’mod partikolari l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 22(3) l-Artikolu 23, l-Artikolu 24(2) u l-Artikoli 26 u 27a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman ( 2 ), b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(2)(b) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel ( 3 ), b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir transitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja ( 4 ) jipprovdi li l-komoditajiet koperti b’dak ir-Regolament għandhom ikunu importati biss fi jew fi transitu mill-Komunità mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti elenkati fit-tabella tal-Parti 1 fl-Anness I tiegħu. Dan jistipula wkoll ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal dawn il-komoditajiet, filwaqt li l-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji li jakkumpanjawhom huma stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness. Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

(2)

L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jipprovdi li, fejn fiċ-ċertifikat hemm ħtieġa għal programm ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur, il-komoditajiet għandhom ikunu importati biss fil-Komunità minn dawk il-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti li għal perjodu ta’ mill-anqas sitt xhur kellhom fis-seħħ tali programm u sakemm dan il-programm jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dak l-Artikolu u huwa indikat fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I għal dak ir-Regolament.

(3)

Il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċili, il-Kroazja, l-Afrika t’Isfel, l-Isvizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika ssottomettew il-programmi tagħhom ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur lill-Kummissjoni biex tevalwawhom. Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-programmi u dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. Għaldaqstant, dawk il-programmi għandhom jiġu indikati fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I għal dak ir-Regolament.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistipula r-regoli għall-kontroll tas-Salmonella u ta’ aġenti żootiċi oħra f’popolazzjonijiet differenti ta’ tjur fil-Komunità. Dan jipprovdi għall-miri Komunitarji biex il-prevalenza tas-serotipi kollha tas-Salmonella ta’ importanza għas-saħħa pubblika titnaqqas minn popolazzjonijiet differenti ta’ tjur. Mid-dati msemmija fl-Anness I, il-kolonna 5 ta’ dak ir-Regolament, l-aċċettazzjoni jew iż-żamma fil-lista tal-pajjiżi terzi previsti fil-liġi Komunitarja, għall-ispeċi jew il-kategoriji rilevanti, li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati biex jimportaw dawk l-annimali jew il-bajd tat-tfaqqis koperti b’dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti għal programm ta’ kontroll li l-pajjiż terz ikkonċernat jissottometti lill-Kummissjoni. Tali programm għandu jkun ekwivalenti għal dawk sottomessi mill-Istati Membri u soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(5)

Il-Kroazja ssottomettiet lill-Kummissjoni l-programmi tagħha għall-kontroll fis-Salmonella fi tjur tat-tgħammir tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, fil-bajd tat-tfaqqis tagħhom, f’tiġieġ tal-bajd tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, fil-bajd tal-ikel tagħhom u fi flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus intiżi għat-tgħammir u biex ibidu. Dawn il-programmi jfornu garanziji ekwivalenti għall-garanziji previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Għalhekk, dawn għandhom ikunu approvati.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/843/KE ( 5 ) approvat il-programmi ta’ kontroll li ssottomettew l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Iżrael, il-Kanada u t-Tuneżija fir-rigward tas-Salmonella f’qatgħat ta’ tiġieġ tat-tgħammir. L-Istati Uniti tal-Amerika issa ssottomettiet lill-Kummissjoni l-programm addizzjonali tagħha għall-kontroll tas-Salmonella fil-flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, intiżi għall-bajd jew għas-simna. Dan il-programm iforni garanziji ekwivalenti għal dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Għalhekk, dan għandu jkun approvat. L-Iżrael iċċara li l-programm tiegħu għall-kontroll tas-Salmonella japplika biss għall-katina tal-produzzjoni tal-laħam tal-brojler.

(7)

Fil-qafas tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli ( 6 ), l-Isvizzera ssottimettiet lill-Kummissjoni l-programmi tagħha għall-kontroll tas-Salmonella fi tjur tat-tgħammir tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, fil-bajd tat-tfaqqis tagħhom, f’tiġieġ tal-bajd tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, fil-bajd tal-ikel tagħhom, fi flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, intiżi għat-tgħammir jew għall-bajd u għall-brojlers. Dawk il-programmi jfornu garanziji simili għal dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dan għandu għaldaqstant ikun rifless fil-kolonna 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I għal dak ir-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(8)

Ċerti pajjiżi terzi oħra li bħalissa huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għadhom ma ressqu l-ebda programm ta’ kontroll tas-Salmonella lill-Kummissjoni, jew il-programmi mressqa diġà ma jipprovdux garanziji ekwivalenti għal dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Peress li r-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tjur tat-tgħammir u tjur produttiv tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, il-bajd tagħhom u l-flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, għandhom japplikaw fil-Komunità mill-1 ta’ Jannar 2009, l-importazzjonijiet ta’ dawn it-tjur jew il-bajd għandhom, għalhekk, ma jkunux aktar awtorizzati minn dawk il-pajjiżi terzi wara dik id-data. Għalhekk, il-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tkun emendata kif jixraq.

(9)

Sabiex ikunu pprovduti garanziji ekwivalenti għal dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, il-pajjiżi terzi, li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw tjur għall-qatla tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, għandhom jiċċertifikaw li l-programm ta’ kontroll tas-Salmonella ġie applikat għall-qatgħa tal-oriġini u li l-qatgħa ġiet ittestjata għall-preżenza tas-serotipi tas-Salmonella ta’ importanza għas-saħħa pubblika.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2006 tal-1 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti għall-użu ta’ metodi speċifiċi ta’ kontroll fil-qafas tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur ( 7 ) jistabbilixxi ċerti regoli għall-użu ta’ antimikrobiċi u vaċċini fil-qafas tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll.

(11)

Il-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw it-tjur għall-qatla tal-ispeċi ta’ Gallus gallus għandhom jiċċertifikaw li r-rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta’ antimikrobiċi u vaċċini previsti fir-Regolament (KE) Nru 1177/2006 ikunu ġew applikati. Jekk intużaw l-antimikrobiċi għal finijiet oħra minflok għall-kontroll tas-Salmonella, billi dan l-użu jista’ jinfluwenza l-ittestjar għas-Salmonella fl-importazzjoni, dan għandu jkun indikat fiċ-ċertifikat veterinarju. Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni tat-tjur għall-qatla u tjur għall-istokkjar mill-ġdid tat-tjur tal-kaċċa minbarra għasafar li ma jtirux kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



▼M1

Artikolu 1

Il-programmi ta’ kontroll ippreżentati mill-Kroazja lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Marzu 2008 skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huma b’dan approvati fir-rigward tas-Salmonella fil-qatgħat kollha tal-Gallus gallus.

▼B

Artikolu 2

Il-programm ta’ kontroll sottomess mill-Istati Uniti tal-Amerika lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Ġunju 2006 skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 qed ikun approvat fir-rigward tas-Salmonella fi flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus intiżi għall-bajd jew għas-simna.

Artikolu 3

Il-programmi ta’ kontroll sottomessi mill-Isvizzera lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Ottubru 2008 jfornu garanziji simili għal dawk previsti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 fir-rigward tas-Salmonella fi tjur tat-tgħammir tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, il-bajd tat-tfaqqis tagħhom, tiġieġ tal-bajd tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, il-bajd tal-ikel tagħhom, u flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus intiżi għat-tgħammir jew għall-bajd u għall-brojlers.

Artikolu 4

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 qed ikun emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 qed ikun emendat kif ġej:

(1) Il-Parti 1 tinbidel b’dan li ġej:



“PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kondizzjonijiet speċifiċi

Kondizzjonijiet speċifiċi

Stejtus ta’ sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Stejtus tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Stejtus tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

AL – L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 
 
 
 
 
 

S4

AR – L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

POU, RAT, EP, E

 
 
 
 

A

 

S4

WGM

VIII

 
 
 
 
 
 

AU – L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

EP, E

 
 
 
 
 
 

S4

BPP, DOC, HEP, SRP

 
 
 
 
 
 

S0

BPR

I

 
 
 
 
 
 

DOR

II

 
 
 
 
 
 

HER

III

 
 
 
 
 
 

POU

VI

 
 
 
 
 
 

RAT

VII

 
 
 
 
 
 

BR – Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

BR-1

L-Istati ta’:

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

RAT, BPR, DOR, HER, SRA

 
 
 
 

A

 
 

BR-2

L-Istati ta’:

Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

BPP, DOC, HEP, SRP

 
 
 
 
 

S0

BR-3

Distrito Federal u l-Istati ta’:

Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

WGM

VIII

 
 
 
 
 
 

EP, E, POU

 
 
 
 
 
 

S4

BW – Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

EP, E

 
 
 
 
 
 

S4

BPR

I

 
 
 
 
 
 

DOR

II

 
 
 
 
 
 

HER

III

 
 
 
 
 
 

RAT

VII

 
 
 
 
 
 

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

EP, E

 
 
 
 
 
 

S4

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 
 
 
 

A

 

S1

WGM

VIII

 
 
 
 
 
 

POU, RAT

 
 
 
 
 
 
 

CH – L-Iżvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 (3)

 
 
 
 

A

 

 (3)

CL – Iċ-Ċili

CL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

EP, E

 
 
 
 
 
 

S4

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 
 
 
 

A

 

S0

WGM

VIII

 
 
 
 
 
 

POU, RAT

 
 
 
 
 
 
 

CN – Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 
 
 
 
 
 
 

CN-1

Il-Provinċja ta’ Shandong

POU, E

VI

P2

6.2.2004

 
 

S4

GL – Greenland

GL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

EP, WGM

 
 
 
 
 
 
 

HK – Ħong Kong

HK-0

It-territorju kollu tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong

EP

 
 
 
 
 
 
 

HR – Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

BPR, BPP, DOR, DOC, HEP, HER, SRA, SRP

 
 
 
 

A

 

S2

EP, E, POU, RAT, WGM

 
 
 
 
 
 
 

IL – L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 
 
 
 

A

 

S1

WGM

VIII

 
 
 
 
 
 

EP, E, POU, RAT

 
 
 
 
 
 

S4

IN – L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 
 
 
 
 
 
 

IS – L-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

EP, E

 
 
 
 
 
 

S4

KR – Ir-Repubblika tal-Korea

KR-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 
 
 
 
 
 

S4

ME – Il-Montenegro

ME-O

Il-pajjiż kollu

EP

 
 
 
 
 
 
 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

EP, E, WGM

 
 
 
 
 
 

S4

MY – Il-Malażja

MY-0

 
 
 
 
 
 
 

MY-1

Peninżulari tal-Punent

EP

 
 
 
 
 
 
 

E

 

P2

6.2.2004

 
 
 

S4

MK – L-Eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (4)

MK-0 (4)

Il-pajjiż kollu

EP

 
 
 
 
 
 
 

MX – Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

EP

 
 
 
 
 
 
 

NA – In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

BPR

I

 
 
 
 
 
 

DOR

II

 
 
 
 
 
 

HER

III

 
 
 
 
 
 

RAT, EP, E

VII

 
 
 
 
 

S4

NC – In-New Caledonia

NC-0

Il-pajjiż kollu

EP

 
 
 
 
 
 
 

NZ – In-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 
 
 
 
 
 

S0

WGM

VIII

 
 
 
 
 
 

EP, E, POU, RAT

 
 
 
 
 
 

S4

PM – Saint Pierre u Miquelon

PM-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

RS – Is-Serbja (5)

RS-0 (5)

Il-pajjiż kollu

EP

 
 
 
 
 
 
 

RU – Il-Federazzjoni Russa

RU-0

Il-pajjiż kollu

EP

 
 
 
 
 
 
 

SG – Is-Singapor

SG-0

Il-pajjiż kollu

EP

 
 
 
 
 
 
 

TH – It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

SPF, EP

 
 
 
 
 
 
 

WGM

VIII

P2

23.1.2004

 
 
 
 

E, POU, RAT

 

P2

23.1.2004

 
 
 

S4

TN – It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

DOR, BPR, BPP, HER

 
 
 
 
 
 

S1

WGM

VIII

 
 
 
 
 
 

EP, E, POU, RAT

 
 
 
 
 
 

S4

TR – It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

E, EP

 
 
 
 
 
 

S4

US – L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 
 
 
 

A

 

S3

WGM

VIII

 
 
 
 
 
 

EP, E, POU, RAT

 
 
 
 
 
 

S4

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

EP, E, RAT

 
 
 
 
 
 

S4

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 
 
 
 
 
 
 

EP, E

 
 
 
 
 
 

S4

BPR

I

 
 
 

A

 
 

DOR

II

 
 
 
 
 

HER

III

 
 
 
 
 

RAT

VII

 
 
 
 
 

ZW – Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

RAT

VII

 
 
 
 
 
 

EP, E

 
 
 
 
 
 

S4

(1)   Komoditajiet, inklużi dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, manifatturati qabel din id-data jistgħu jiġu importati fil-Komunità matul perjodu ta’ 90 ġurnata minn din id-data.

(2)   Komoditajiet biss li jiġu manifatturati wara din id-data jistgħu jiġu importati fil-Komunità.

(3)   Skont il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(4)   L-Eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; il-kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li għandu jsir qbil dwarha wara l-konklużjoni tan-negozjati li qed isiru bħalissa dwar dan is-suġġġett fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti.

(5)   Ma jinkludux il-Kosovo, kif definit bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.”

(2) Parti 2 qed tkun emendata kif ġej:

(a) fit-Taqsima dwar il-“Garanziji Addizzjonali (AG)”, il-punt IV huwa mħassar;

(b) it-Taqsima dwar il-“programm ta’ kontroll tas-Salmonella” qed tinbidel b’dan li ġej:

“Programm ta’ Kontroll tas-Salmonella:

‘S0’

Il-projbizzjoni biex jiġu esportati fil-Komunità tjur tat-tgħammir jew produttiv (BPP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, flieles ta’ ġurnata (DOC) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, tjur tal-qatla u tjur għall-istokkjar mill-ġdid (SRP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus u bajd tat-tfaqqis (HEP) tal-ispeċi Gallus gallus għaliex il-programm ta’ kontroll rilevanti għas-Salmonella ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni jew inkella approvat minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

‘S1’

Projbizzjoni biex jiġu esportati fil-Komunità tjur tat-tgħammir jew produttiv (BPP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, flieles ta’ ġurnata (DOC) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus u tjur tal-qatla u tjur għall-istokkjar mill-ġdid (SRP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus għal finijiet oħra għajr it-tgħammir, għaliex il-programm ta’ kontroll rilevanti għas-Salmonella ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni jew inkella approvat minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

‘S2’

Projbizzjoni biex jiġu esportati fil-Komunità tjur tat-tgħammir jew produttiv (BPP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, flieles ta’ ġurnata (DOC) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus u tjur tal-qatla u tjur għall-istokkjar mill-ġdid (SRP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus għal finijiet oħra għajr it-tgħammir jew għall-bajd, għaliex il-programm ta’ kontroll rilevanti għas-Salmonella ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni jew inkella approvat minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

‘S3’

Projbizzjoni biex jiġu esportati fil-Komunità tjur tat-tgħammir jew produttiv (BPP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus u tjur tal-qatla u tjur għall-istokkjar mill-ġdid (SRP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus għal finijiet oħra għajr it-tgħammir, għaliex il-programm ta’ kontroll rilevanti għas-Salmonella ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni jew inkella approvat minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

‘S4’

Projbizzjoni biex jiġu esportati fil-Komunità bajd (E) tal-ispeċi Gallus gallus minbarra bajd tal-klassi B skont ir-Regolament (KE) Nru 557/2007 għaliex il-programm ta’ kontroll rilevanti għas-Salmonella ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni jew inkella approvat minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003.”

(ċ) il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għat-tjur għall-qatla u għat-tjur għall-istokkjar mill-ġdid għajr l-għasafar li ma jtirux (SRP) qed jinbidel b’dan li ġej:

“Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għat-tjur tal-qatla u għat-tjur għall-istokkjar mill-ġdid ta’ għasafar tal-kaċċa minbarra l-għasafar li ma jtirux (SRP)

image image image image image



( 1 ) ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.

( 2 ) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

( 3 ) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.

( 4 ) ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

( 5 ) ĠU L 332, 18.12.2007, p. 81.

( 6 ) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

( 7 ) ĠU L 212, 2.8.2006, p. 3.

Top