Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008R1235-20111028

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat- 8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1235/2011-10-28

2008R1235 — MT — 28.10.2011 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1235/2008

tat-8 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(ĠU L 334, 12.12.2008, p.25)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 537/2009 tad-19 ta’ Ġunju 2009

  L 159

6

20.6.2009

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 471/2010 tal-31 ta’ Mejju 2010

  L 134

1

1.6.2010

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 590/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011

  L 161

9

21.6.2011

►M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1084/2011 tas-27 ta’ Ottubru 2011

  L 281

3

28.10.2011




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1235/2008

tat-8 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(2), l-Artikolu 33(2), l-Artikolu 38(d) u l-Artikolu 40 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet ġenerali għall-importazzjoni tal-prodotti organiċi. Bil-għan li jiġi assigurat li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu applikati b’mod korrett u uniformi, se jiġu stabbiliti regoli u proċeduri dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

(2)

Minħabba li nbniet esperjenza sostanzjali mill-1992 bl-importazzjoni ta’ prodotti li jipprovdu garanziji ekwivalenti, għandu jingħata perjodu relattivament qasir lill-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll biex jitolbu li jiġu inklużi fil-lista għall-iskop ta’ ekwivalenza skond l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Madankollu, minħabba li m’hemm l-ebda esperjenza fl-applikazzjoni diretta tar-regoli tal-Komunità fuq il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi 'l barra mit-territorju tal-Komunità, għandu jingħata aktar żmien lill-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll li jixtiequ jiġu inklużi fil-lista għall-iskop ta’ konformità skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Għalhekk se jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni tat-talbiet u għall-eżaminazzjoni tagħhom.

(3)

Għall-prodotti importati skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-operaturi konċernati għandhom ikunu kapaċi jipprovdu evidenza dokumentarja. Huwa neċessarju li jiġi stabbilit mudell għal din l-evidenza dokumentarja. Il-prodotti importati skond l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandhom jiġu koperti minn ċertifikat ta’ spezzjoni. Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat. Barra dan, għandha tiġi stabbilita proċedura sabiex ċertu kontrolli fuq il-prodotti importati minn pajjiżi terzi li huma maħsuba biex jiġu kkummerċjati fil-Komunità bħala organiċi jiġu koordinati fuq il-livell tal-Komunità.

(4)

L-Arġentina, l-Awstralja, il-Kosta Rika, l-Indja, l-Iżrael, New Zealand u l-ISVIZZERA preċendentament kienu elenkati bħala pajjiżi terzi li l-prodotti importati minnhom setgħu jiġu kkummerċjati fil-Komunità bħala organiċi, taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2008 tas-17 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kif maħsub għalihom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u ma’ dan indikazzjonijiet dwar il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel. ( 2 ) Il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi skond il-kriterji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007, u kkunsidrat ir-regoli tal-produzzjoni applikati u l-esperjenza miksuba mill-importazzjoni ta’ prodotti organiċi minn dawn il-pajjiżi terzi kif elenkati preċedentament taħt l-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91. Fuq din il-bażi ġie konkluż li l-kundizzjonijiet għall-inklużjoni tal-Arġentina, l-Awstralja, il-Kosta Rika, l-Indja, l-Iżrael u New Zealand fil-lista ta’ pajjiżi terzi għall-ekwivalenza skond l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 huma sodisfatti.

(5)

Il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni SVIZZERA kkonkludew Ftehim fuq il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli ( 3 ) approvat permezz tad-Deċiżjoni 2002/309/KE tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 4 ). L-Anness 9 għal dak il-Ftehim ikopri l-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel prodotti organikament u jistabbilixxi li l-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex il-prodotti organiċi li jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti ta’ xulxin jistgħu jiġu importati u mqiegħda fis-suq. Biex inkunu ċari, l-ISVIZZERA għandha wkoll tiġi elenkata fil-lista ta’ pajjiżi terzi għall-ekwivalenza skond l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(6)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri kisbu esperjenza u għarfien espert sostanzjali fil-qasam tal-għoti ta’ aċċess lill-oġġetti organiċi importati fit-territorju tal-Komunità. Sabiex jiġu stabbiliti u jinżammu l-listi tal-pajjiżi terzi u tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll, din l-esperjenza għandha tiġi użata u l-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tikkunsidra r-rapporti mill-Istati Membri u esperti oħra. Ix-xogħol involut għandu jinqasam b’mod ġust u proporzjonali.

(7)

Għandu jkun hemm provvediment ukoll għall-miżuri transizzjonali applikabbli għall-applikazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li tirċievi l-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2009, id-data li minnha jibda japplika r-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(8)

Sabiex ma jisfrattax il-kummerċ internazzjonali, u biex tiġi faċilitata t-transizzjoni bejn ir-regoli stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u dawk stabbiliti permezz tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, huwa neċessarju li tiġi estiża l-possibbilità li l-Istati Membri jkomplu jagħtu awtorizzazzjonijiet lill-importaturi, każ b’każ, għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq tal-Komunità sakemm il-miżuri neċessarji għall-funzjonament tar-regoli ġodda fuq l-importazzjoni jiġu stabbiliti, b’mod partikolari dwar ir-rikonoxximent tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll imsemmija fl-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Din il-possibbiltà għandha titneħħa gradwalment hekk kif tkun qiegħda tiġi stabbilita l-lista tal-korpi tal-kontroll imsemmija f’dak l-Artikolu.

(9)

Sabiex tittejjeb it-trasparenza u tiġi garantita l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha tinħoloq sistema elettronika għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, u l-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll.

(10)

Ir-regoli dettaljati stabbiliti f’dan ir-Regolament jissostitwixxu dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2008 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 605/2008 tal-20 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fuq il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u ma’ dan l-indikazzjonijiet fuq il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel ( 5 ). Dawk ir-Regolamenti għalhekk għandhom jiġu mħassra u sostitwiti minn Regolament ġdid.

(11)

Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju fuq il-produzzjoni organika,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-importazzjoni ta’ prodotti konformi u l-importazzjoni ta’ prodotti li jipprovdu garanziji ekwivalenti kif stipulat fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1) “ċertifikat ta’ spezzjoni”: se jfisser iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni msemmi fl-Artikolu 33(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 li jkopri konsenja waħda;

(2) “evidenza dokumentarja”: se tfisser id-dokument imsemmi fl-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 ( 6 ) u fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, li għalih hemm stabbilit mudell fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(3) “konsenja”: se tfisser kwantità ta’ prodotti taħt wieħed jew aktar mill-Kodiċi ta’ Nomenklatura Kombinata, koperta minn ċertifikat ta’ spezzjoni wieħed, trasportata permezz tal-istess mezz u importata mill-istess pajjiż terz;

(4) “l-ewwel destinatarju”: se tfisser persuna naturali jew legali kif definita fl-Artikolu 2 (d) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008

(5) “verifikazzjoni tal-konsenja”: se tfisser il-verifikazzjoni mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni sabiex jiġi sodisfatt l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, u, fejn dawn l-awtoritajiet jikkonsidrawh xieraq, tal-prodotti, relatati mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 u ta’ dan ir-Regolament;

(6) “l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri”: se tfisser l-awtoritajiet tad-dwana jew awtoritajiet oħra, nominati mill-Istati Membri;

(7) “rapport ta’ evalwazzjoni”: se jfisser ir-rapport ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikoli 32(2) u 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 ippreparat permezz ta’ parti terza indipendenti li tissodisfa r-rekwiżiti tal-ISO 17011 jew minn awtorità kompetenti rilevanti, li jinkludi informazzjoni dwar ir-reviżjonijiet tad-dokumenti inklużi d-deskrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4(3)(b) u 11(3)(b) ta’ dan ir-Regolament, dwar il-verifiki tal-kontijiet tal-uffiċċju inklużi l-lokazzjonijiet kritiċi u dwar verifiki osservattivi tal-kontijet relatati mar-riskju mmexxija mill-pajjiżi terzi rappreżentattivi.



TITOLU II

IMPORTAZZJONI TA’ PRODOTTI KONFORMI



KAPITOLU 1

Lista ta’ korpi tal-kontroll u awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għall-iskop ta’ konformità

Artikolu 3

Kumpilazzjoni u kontenut tal-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għall-iskop ta’ konformità

1.  Il-Kummissjoni se tipprepara lista ta’ korpi tal-kontroll u ta’ awtoritajiet tal-kontroll, rikonoxxuti għall-iskop ta’ konformità skond l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Il-lista hija stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Il-proċeduri għall-preparazzjoni u l-emendar tal-lista huma definiti fl-Artikoli 4, 16 u 17 ta’ dan ir-Regolament. Il-lista se tkun disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet skond l-Artikoli 16(4) u 17 ta’ dan ir-Regolament.

2.  Il-lista se jkun fiha l-informazzjoni kollha neċessarja dwar kull korp jew awtorità tal-kontroll biex tippermetti l-verifika ta’ jekk il-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Komunità ġewx ikkontrollati minn korp jew awtorità kompetenti rikonoxxuta skond l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u b’mod partikolari:

(a) l-isem u l-indirizz tal-korp jew l-awtorità kompetenti, inkluż l-indirizzi tal-posta elettronika u tal-Internet u n-numru tal-kodiċi tagħhom;

(b) il-pajjiżi terzi konċernati u li fihom oriġinaw il-prodotti;

(c) il-kategoriji tal-prodotti konċernati għal kull pajjiż terz;

(d) id-dewmien tal-inklużjoni fil-lista;

(e) l-indirizz tal-Internet fejn tista’ tinstab il-lista ta’ operaturi suġġetti għas-sistema tal-kontroll, inkluż l-istat taċ-ċertifikazzjoni tagħhom u l-kategoriji tal-prodotti konċernati, kif ukoll l-operaturi u l-prodotti kif sospiżi u li ċ-ċertifikat tagħhom ikun ġie revokat.

Artikolu 4

Proċedura għat-talba għall-inklużjoni fil-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għall-iskop ta’ konformità

1.  Il-Kummissjoni se tikkunsidra jekk tirrikonoxxix u tinkludix korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll fil-lista li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 3 malli tirċievi talba għall-inklużjoni f’din il-lista mir-rappreżentant tal-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll konċernata. Talbiet kompleti biss li jaslu qabel il- ►M3  31 ta’ Ottubru 2014 ◄ se jiġi kkunsidrati, fuq il-bażi tal-mudell ta’ applikazzjoni mqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 17(2), għall-preparazzjoni tal-ewwel lista. Għas-snin kalendarji li jsegwu, se jiġu kkunsidrati biss talbiet kompleti li jaslu qabel il-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena.

2.  It-talba tista’ tiġi introdotta mill-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll stabbiliti fil-Komunità jew fil-pajjiż terz.

3.  It-talba għandha tikkonsisti minn inkartament tekniku, li se jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tassigura li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32 (1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jiġu sodisfatti għall-prodotti organiċi kollha maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, jiġifieri:

(a) deskrizzjoni ġenerika tal-attivitajiet tal-korp tal-kontroll jew tal-awtorità tal-kontroll fil-pajjiż terz konċernat, inkluża stima tan-numru ta’ operaturi involuti u indikazzjoni tat-tip u l-kwantitajiet mistennija ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-pajjiż terz jew mill-pajjiżi terzi konċernati u li huma maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità taħt ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(b) deskrizzjoni dettaljata ta’ kif it-Titoli II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 kif ukoll id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 ġew implimentati fil-pajjiż terz jew f’kull pajjiż terz konċernat.

(c) kopja tar-rapport ta’ evalwazzjoni kif stabbilit fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007:

(i) li juri li l-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll ġiet evalwata b’mod sodisfaċenti fuq il-kapaċità tagħha biex tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(ii) li jagħti garanziji fuq l-elementi msemmija fl-Artikolu 27(2), (3), (5), (6) u (12) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(iii) li jassigura li l-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll tissodisfa r-rekwiżit tal-kontroll u l-miżuri prekawzjonali stabbiliti fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 889/2008; u

(iv) li jikkonferma li implimentat b’mod effettiv l-attivitajiet tal-kontroll tagħha skond dawn il-kundizzjonijiet u rekwiżiti;

(d) li turi li l-korp jew l-awtorità tal-kontroll innotifikat lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz dwar l-attivitajiet tagħha u li tirrispetta r-rekwiżiti legali imposti fuqha mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz konċernat;

(e) l-indirizz tal-websajt fejn tinstab il-lista tal-operaturi suġġetti għas-sistema tal-kontroll, kif ukoll il-kuntatt fejn hija disponibbli l-informazzjoni dwar l-istat taċ-ċertifikazzjoni, il-kategoriji tal-prodotti konċernati, kif ukoll l-operaturi u l-prodotti sospiżi u li ċ-ċertifikat tagħhom ġie revokat;

(f) impenn li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

(g) kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa bħala rilevanti mill-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll jew mill-Kummissjoni.

4.  Meta tkun qed teżamina talba għall-inklużjoni fil-lista ta’ korp tal-kontroll jew ta’ awtorità tal-kontroll, kif ukoll fi kwalunkwe żmien wara l-inklużjoni tagħha, il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni, inkluż il-preżentazzjoni ta’ wieħed jew aktar mir-rapporti dwar eżaminazzjoni fuq il-post stabbiliti minn esperti indipendenti. Barra dan, il-Kummissjoni tista’, billi tibbaża fuq il-valutazzjoni tal-impatt u fil-każ ta’ suspett ta’ xi irregolaritajiet, torganizza eżaminazzjoni fuq il-post minn esperti li tinnomina.

5.  Il-Kummissjoni se tevalwa jekk l-inkartament tekniku msemmi fil-paragrafu 4 u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 humiex sodisfaċenti u tista’ sussegwentement tiddeċiedi li tirrikonoxxi u tinkludi korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll fil-lista. Id-deċiżjoni se tittieħed skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Artikolu 5

Ġestjoni u reviżjoni tal-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għall-iskop ta’ konformità

1.  Korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll tista’ tiġi inkluża biss fil-lista msemmija fl-Artikolu 3 meta tissodisfa l-obbligazzjonijiet li ġejjin:

(a) jekk, wara li l-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll ġiet inkluża fil-lista, isiru kwalunkwe bidliet fil-miżuri applikati mill-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll, dak il-korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll se jinnotifika lill-Kummisjoni ta’ dan; talbiet biex tiġi emendata xi informazzjoni dwar il-korp jew l-awtorità tal-kontroll imsemmija fl-Artikolu 3(2) ukoll għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni;

(b) korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll inkluża fil-lista se żżomm disponibbli u tikkomunika mal-ewwel talba l-informazzjoni kollha relatata mal-attivitjiet tal-kontroll tagħha fil-pajjiż terz; se tagħti aċċess għall-uffiċċji u l-faċilitajiet tagħha lill-esperti nominati mill-Kummissjoni;

(c) sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll se tibgħat rapport annwali konċiż lill-Kummissjoni; ir-rapport annwali se jaġġorna l-informazzjoni tal-inkartament tekniku msemmi fl-Artikolu 4(3); dan se jiddeskrivi b’mod partikolari l-attivitajiet tal-kontroll li jkunu saru mill-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll fil-pajjiżi terzi matul is-sena ta’ qabel, ir-riżultati miksuba, l-irregolaritajiet u l-vjolazzjonijiet osservati u l-miżuri korrettivi meħuda; barra dan se jkun fih ir-rapport ta’ evalwazzjoni l-aktar reċenti jew l-aġġornament ta’ tali rapport, li se jkun fih ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq il-post regolari, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni mill-ġdid multiannwali msemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007; il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa neċessarja;

(d) fid-dawl ta’ kwalunkwe informazzjoni li tirċievi, il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin temenda l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll u tista’ tissospendi d-dħul ta’ dak il-korp jew awtorità fil-lista msemmija fl-Artikolu 3; deċiżjoni simili tista’ wkoll tittieħed fejn korp jew awtorità tal-kontroll ma’ pprovdewx l-informazzjoni meħtieġa jew fejn ma aċċettawx li ssir eżaminazzjoni fuq il-post;

(e) il-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll se jqiegħed għad-disponibbiltà tal-partijiet interessati, fuq il-websajt tal-Internet, lista kontinwament aġġornata tal-operaturi u l-prodotti ċertifikati bħala organiċi.

2.  Jekk korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll ma tibgħatx ir-rapport annwali, imsemmi fil-paragrafu 1(c), ma żżommx disponibbli jew ma tikkomunikax l-informazzjoni kollha relatata mal-inkartament tekniku, is-sistema tal-kontroll jew il-lista aġġornata tal-operaturi u l-prodotti ċertifkati bħala organiċi, jew ma taċċettax li ssir eżaminazzjoni fuq il-post, wara t-talba mill-Kummissjoni f’perjodu li jiġi determinat mill-Kummissjoni skond is-severità tal-problema u li ġeneralment ma jistax ikun ta’ anqas minn 30 ġurnata, dak il-korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll jista’ jitneħħa mil-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Jekk korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll jonqos milli jieħu azzjoni għal rimedju xierqa u opportun, il-Kummissjoni se tneħħih mil-lista mingħajr dewmien.



KAPITOLU 2

Evidenza dokumentarja meħtieġa għall-importazzjoni ta’ prodotti konformi

Artikolu 6

Evidenza dokumentarja

1.  L-evidenza dokumentarja meħtieġa għall-importazzjoni ta’ prodotti konformi msemmija fl-Artikolu 32(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, skond l-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament, se tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-mudell stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament u jkun fiha tal-anqas l-elementi kollha li jagħmlu parti minn dak il-mudell.

2.  L-evidenza dokumentarja oriġinali se tiġi stabbilita mill-awtorità tal-kontroll jew mill-korp tal-kontroll li ġiet rikonoxxuta għall-ħruġ ta’ dawk id-dokumenti permezz ta’ deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 4.

3.  L-awtorità jew il-korp li toħroġ l-evidenza dokumentarja se ssegwi r-regoli stabbiliti skond l-Artikolu 17(2) u fil-mudell, noti u linji gwida mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni permezz ta’ sistema informatika li tippermetti l-iskambju elettroniku ta’ dokumenti msemmija fl-Artikolu 17(1).



TITOLU III

IMPORTAZZJONI TA’ PRODOTTI LI JIPPROVDU GARANZIJI EKWIVALENTI



KAPITOLU 1

Lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti

Artikolu 7

Kumpilazzjoni u kontenut tal-lista tal-pajjiżi terzi

1.  Il-Kummissjoni se tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti skond l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Il-lista ta’ pajjiżi rikonoxxuti hija stabbilita fl-Anness III għal dan ir-regolament. Il-proċedura għall-preparazzjoni u l-emendar tal-lista hija definita fl-Artikoli 8 u 16 ta’ dan ir-regolament. L-emendi fil-lista għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet skond l-Artikoli 16(4) u 17 ta’ dan ir-regolament.

2.  Il-lista se jkun fiha l-informazzjoni kollha neċessarja dwar kull pajjiż terz biex tippermetti l-verifikazzjoni ta’ jekk il-prodotti li tpoġġew fis-suq tal-Komunità ġewx suġġetti għas-sistema tal-kontroll tal-pajjiż terz rikonoxxut skond l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u b’mod partikolari:

(a) il-kategoriji tal-prodotti konċernati;

(b) l-oriġini tal-prodotti;

(c) referenza għall-istandards tal-produzzjoni applikati fil-pajjiż terz;

(d) l-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz responsabbli għas-sistema tal-kontroll, l-indirizz tagħha inkluż l-indirizzi tal-posta elettronika u tal-Internet;

(e) l-awtorità jew l-awtoritajiet tal-kontroll fil-pajjiż terz u/jew il-korp jew korpi tal-kontroll rikonoxxuti mit-tali awtorità kompetenti biex jagħmlu l-kontrolli, l-indirizzi tagħhom, inkluż fejn xieraq, l-indirizzi tal-posta elettronika u tal-Internet;

(f) l-awtorità jew awtoritajiet jew il-korp jew korpi tal-kontroll responsabbli fil-pajjiż terz għall-ħruġ taċ-ċertifikati għall-importazzjoni għal ġol-Komunità, l-indirizzi u n-numru tal-kodiċi tagħhom inkluż, fejn xieraq, l-indirizzi tal-posta elettronika u tal-Internet;

(g) id-dewmien tal-inklużjoni fil-lista.

Artikolu 8

Proċedura għat-talba għall-inklużjoni fil-lista tal-pajjiżi terzi

1.  Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk tinkludix pajjiż terz fil-lista li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 7 wara li tirċievi talba għall-inklużjoni, mir-rappreżentant tal-pajjiż terz konċernat.

2.  Il-Kummissjoni se tkun meħtieġa tikkunsidra biss talba għall-inklużjoni li tissodisfa l-pre-kundizzjonijiet li ġejjin.

It-talba għall-inklużjoni se tiġi kompletata minn inkartament tekniku, li se jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Kummissjoni biex tassigura li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jiġu sodisfatti għall-prodotti maħsuba biex jiġu esportati lejn il-Komunità, jiġifieri:

(a) informazzjoni ġenerali dwar l-iżvilupp tal-produzzjoni organika fil-pajjiż terz, il-prodotti li jiġu prodotti, iż-żona ta’ koltivazzjoni, ir-reġjuni tal-produzzjoni, in-numru ta’ produtturi, l-ipproċessar tal-ikel li qed isir;

(b) indikazzjoni tat-tip u l-kwantitajiet mistennija ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel organiċi maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità;

(c) l-istandards tal-produzzjoni applikati fil-pajjiż terz kif ukoll evalwazzjoni tal-ekwivalenza tal-istandards applikati fil-Komunità;

(d) is-sistema ta’ kontroll applikata fil-pajjiż terz inkluż l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u superviżjoni li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz, kif ukoll evalwazzjoni tal-effettività meta paragunata mas-sistema tal-kontroll applikata fil-Komunità;

(e) l-indirizz tal-Internet jew indirizzi oħra ta’ fejn tinstab il-lista ta’ operaturi suġġetti għas-sistema ta’ kontroll, kif ukoll il-kuntatt ta’ fejn hija disponibbli l-informazzjoni dwar l-istat ta’ ċertifikazzjoni u l-kategoriji tal-prodotti konċernati;

(f) l-informazzjoni li l-pajjiż terz qed jipproponi li tiġi inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 7;

(h) impenn ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9;

(i) kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa rilevanti minn pajjiż terz jew mill-Kummissjoni.

3.  Meta qed teżamina talba għall-inklużjoni fil-lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti, kif ukoll kwalunkwe żmien wara l-inklużjoni tiegħu, il-Kummissjoni tista’ titlob kwanlunkwe informazzjoni oħra, inkluż il-preżentazzjoni ta’ wieħed jew aktar rapporti ta’ eżaminazzjoni fuq il-post minn esperti indipendenti. Barra dan, il-Kummissjoni tista’, fuq bażi tal-valutazzjoni tal-impatt u fil-każ ta’ suspett ta’ xi irregolaritajiet, torganizza eżaminazzjoni fuq il-post minn esperti li tinnomina.

4.  Il-Kummissjoni se tevalwa jekk l-inkartament tekniku msemmi fil-paragrafu 2 u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 humiex sodisfaċenti u tista’ sussegwentament tiddeċiedi li tirrikonoxxi u tinkludi lill-pajjiż terz fil-lista. Id-deċiżjoni se tittieħed skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Artikolu 9

Ġestjoni u reviżjoni tal-lista tal-pajjiżi terzi

1.  Il-Kummissjoni se tkun meħtieġa tikkunsidra biss talba għall-inklużjoni meta l-pajjiż terz jimpenja ruħu li jaċċetta l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) jekk, wara li pajjiż terz jiġi inkluż fil-lista, isiru kwalunkwe bidliet fil-miżuri fis-seħħ fil-pajjiż terz jew l-implimentazzjoni tagħhom u b’mod partikolari s-sistema tal-kontroll tiegħu, dak il-pajjiż terz se jinnotifika lill-Kummissjoni ta’ dan. Talbiet għal emendi fl-informazzjoni dwar il-pajjiż terz msemmija fl-Artikolu 7(2) se jiġu wkoll notifikati lill-Kummissjoni;

(b) ir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 se jaġġorna l-informazzjoni tal-inkartament tekniku msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament; se jiddeskrivi b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u superviżjoni li jsiru mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, ir-riżultati miksuba u l-miżuri korrettivi li ttieħdu;

(c) fid-dawl ta’ kwalunkwe informazzjoni li tirċievi, il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe żmien temenda l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-pajjiż terz u tista’ tissospendi d-dħul tal-pajjiż mil-lista msemmija fl-Artikolu 7; deċiżjoni simili tista’ wkoll issir fejn pajjiż terz ma pprovdiex l-informazzjoni meħtieġa jew fejn ma aċċettax eżaminazzjoni fuq il-post.

2.  Jekk pajjiż terz ma jibgħatx ir-rapport annwali, imsemmi fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, ma jżommx disponibbli jew ma jikkomunikax l-informazzjoni kollha relatata mal-inkartament tekniku jew is-sistema tal-kontroll tiegħu jew ma jaċċettax eżaminazzjoni fuq il-post, wara talba mill-Kummissjoni tul perjodu li l-Kummissjoni se tiddetermina skond is-severità tal-problema u li ġeneralment ma jistax ikun anqas minn 30 ġurnata, dak il-pajjiż terz jista’ jitneħħa mil-lista, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.



KAPITOLU 2

Lista ta’ korpi tal-kontroll u ta’ awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għall-iskop ta’ ekwivalenza

Artikolu 10

Kumpilazzjoni u kontenut tal-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għall-iskop ta’ ekwivalenza

1.  Il-Kummissjoni se tipprepara lista ta’ korpi tal-kontroll u awtoritajiet tal-kontroll, rikonoxxuti għall-iskop ta’ ekwivalenza skond l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Il-lista se tiġi pubblikata fl-Anness IV għal dan ir-Regolament. Il-proċeduri għall-preparazzjoni u l-emendar tal-lista huma definiti fl-Artikoli 11, 16 u 17 ta’ dan ir-Regolament. Il-lista għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet skond l-Artikoli 16(4) u 17 ta’ dan ir-Regolament.

2.  Il-lista se jkun fiha l-informazzjoni kollha neċessarja dwar kull korp jew awtorità tal-kontroll biex tippermetti l-verifikazzjoni ta’ jekk il-prodotti mpoġġija fis-suq tal-Komunità ġewx ikkontrollati minn korp jew awtorità tal-kontroll rikonoxxut skond l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u b’mod partikolari:

(a) l-isem u l-indirizz tal-korp jew l-awtorità tal-kontroll, inkluż, fejn xieraq, l-indirizzi tal-posta elettronika u tal-Internet;

(b) il-pajjiżi terzi mhux elenkati fil-lista li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 7 fejn il-prodotti oriġinaw;

(c) il-kategoriji tal-prodotti konċernati għal kull pajjiż terz;

(d) id-dewmien tal-inklużjoni fil-lista; u

(e) il-websajt tal-Internet fejn tinstab il-lista tal-operaturi suġġetti għas-sistema ta’ kontroll, kif ukoll il-kuntatt ta’ fejn hija disponibbli l-informazzjoni dwar l-istat ta’ ċertifikazzjoni, il-kategoriji tal-prodotti konċernati, kif ukoll l-operaturi u l-prodotti sospiżi u li kellhom iċ-ċertifikat revokat,

3.  Permezz ta’ derogazzjoni mill-paragrafu 2(b), dawk il-prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi elenkati fil-lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti msemmija fl-Artikolu 7 li jaqgħu taħt kategorija mhux imsemmija f’dik il-lista jistgħu jiġu elenkati fil-lista li hemm provvediment għaliha f’dan l-Artikolu.

Artikolu 11

Proċedura għat-talba ta’ inklużjoni fil-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti għall-iskop ta’ ekwivalenza

1.  Il-Kummissjoni se tikkunsidra jekk tinkludix korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll fil-lista li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 10 wara li tirċievi talba għall-inklużjoni minn rappreżentant tal-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll konċernata fuq il-bażi tal-mudell ta’ applikazzjoni mqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 17(2). Talbiet kompleti li jaslu sal-31 ta’ Ottubru 2009 biss se jiġu kkunsidrati għall-preparazzjoni tal-ewwel lista. Għas-snin tal-kalendarju li jsegwu, il-Kummissjoni se tagħmel aġġornamenti regolari tal-lista kif xieraq fuq il-bażi tat-talbiet kompleti li tirċievi qabel il-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena.

2.  It-talba tista’ tiġi introdotta mill-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll stabbiliti fil-Komunità jew f’pajjiż terz.

3.  It-talba għall-inklużjoni se tikkonsisti minn inkartament tekniku, li se jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Kummissjoni biex tassigura li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jiġu sodisfatti għall-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, jiġifieri:

(a) deskrizzjoni ġenerika tal-attivitajiet tal-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll fil-pajjiż terz jew il-pajjiżi terzi, inkluż stima tan-numru ta’ operaturi involuti u t-tip u l-kwantitajiet mistennija ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità taħt ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 33(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(b) deskrizzjoni tal-istandards tal-produzzjoni u tal-miżuri tal-kontroll applikati fil-pajjiżi terzi, inkluż stima tal-ekwivalenza ta’ dawn l-istandards u l-miżuri bit-Titoli III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 kif ukoll mar-regoli ta’ implimentazzjoni assoċjati stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 889/2008;

(c) kopja tar-rapport ta’ evalwazzjoni kif stabbilit fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007:

(i) li juri li l-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll ġiet evalwata b’mod sodisfaċenti fuq il-kapaċità tagħha biex tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(ii) li jikkonferma li implimenta b’mod effettiv l-attivitajiet tiegħu skond dawk il-kundizzjonijiet; u

(iii) li juri u jikkonferma l-ekwivalenza tal-istandards tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll imsemmija fis-subparagrafu (b) ta’ dan il-paragrafu;

(d) juri li l-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll innotifikat l-attivitajiet tagħha lill-awtoritajiet ta’ kull wieħed mill-pajjiżi terzi konċernati u l-impenn tiegħu li jirrispetta r-rekwiżiti legali imposti fuqu mill-awtoritajiet ta’ kull wieħed mill-pajjiżi terzi konċernati;

(e) il-websajt tal-Internet fejn tinstab il-lista tal-operaturi suġġetti għas-sistema tal-kontroll, kif ukoll il-kuntatt fejn hija disponibbli l-informazzjoni dwar l-istat ta’ ċertifikazzjoni tagħhom, il-kategoriji tal-prodotti konċernati, kif ukoll l-operaturi u l-prodotti sospiżi jew li kellhom iċ-ċertifkat revokat;

(f) impenn li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12;

(g) kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa rilevanti mill-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll jew mill-Kummissjoni.

4.  Meta qed teżamina talba għall-inklużjoni fil-lista ta’ korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll, u wkoll fi kwalunkwe żmien wara l-inklużjoni tiegħu, il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni, inkluż il-preżentazzjoni ta’ wieħed jew aktar rapporti ta’ eżaminazzjoni fuq il-post stabbiliti minn espert indipendenti. Barra dan, il-Kummissjoni tista’ torganizza eżaminazzjoni fuq il-post minn esperti li tinnomina fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju u fil-każ ta’ suspett ta’ xi irregolaritajiet.

5.  Il-Kummissjoni se tevalwa jekk l-inkartament tekniku msemmi fil-paragrafu 2 u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 humiex sodisfaċenti u tista’ sussegwentament tiddeċiedi li tirrikonoxxi u tinkludi korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll fil-lista. Id-deċiżjoni tista’ tittieħed skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Artikolu 12

Ġestjoni u reviżjoni tal-lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll għall-iskop ta’ ekwivalenza

1.  Korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll jista’ jiġi inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 10 meta jissodisfa l-obbligi li ġejjin:

(a) jekk, wara li korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll jiġi inkluż fil-lista, isiru kwalunkwe bidliet fil-miżuri applikati mill-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll, dak il-korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll se jinnotifika lill-Kummissjoni ta’ dan; talbiet għall-emendar tal-informazzjoni dwar korp jew awtorità tal-kontroll msemmija fl-Artikolu 10(2), se jiġu notifikati lill-Kummissjoni.

(b) sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll se jibgħat rapport annwali konċiż lill-Kummissjoni; ir-rapport annwali se jaġġorna l-informazzjoni tal-inkartament tekniku msemmi fl-Artikolu 4(3); dan se jiddeskrivi b’mod partikolari l-attivitajiet tal-kontroll li jkunu saru mill-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll fil-pajjiżi terzi matul is-sena ta’ qabel, ir-riżultati miksuba, l-irregolaritajiet u l-vjolazzjonijiet osservati u l-miżuri korrettivi meħuda; barra dan se jkun fih ir-rapport ta’ evalwazzjoni l-aktar reċenti jew se jaġġorna t-tali rapport, li se jkun fih ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq il-post regolari, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni mill-ġdid multiannwali msemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007; il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa neċessarja.

(c) fid-dawl ta’ kwalunkwe informazzjoni li tirċievi, il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe żmien temenda l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll u tista’ tissospendi d-dħul ta’ dak il-korp jew awtorità fil-lista msemmija fl-Artikolu 10; deċiżjoni simili tista’ wkoll tittieħed fejn korp jew awtorità tal-kontroll ma’ pprovdietx l-informazzjoni meħtieġa jew fejn ma aċċettatx eżaminazzjoni fuq il-post.

(d) il-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll se jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati, permezz ta’ mezzi elettroniċi, lista kontinwament aġġornata tal-operaturi, u tal-prodotti ċertifikati bħala organiċi.

2.  Jekk korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll ma jibgħatx ir-rapport annwali, imsemmi fil-paragrafu 1(b), ma jżommx disponibbli jew ma jikkomunikax l-informazzjoni kollha relatata mal-inkartament tekniku, is-sistema tal-kontroll jew il-lista aġġornata tal-operaturi u l-prodotti ċertifikati bħala organiċi, jew ma jaċċettax eżaminazzjoni fuq il-post, wara talba mill-Kummissjoni f’perjodu ta’ żmien li l-Kummissjoni se tiddetermina skond is-severità tal-problema u li ġeneralment ma jistax ikun ta’ anqas minn 30 ġurnata, dak il-korp tal-kontroll jew l-awtorità tal-kontroll jista’ jitneħħa mil-lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Jekk korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll jonqos milli jieħu l-azzjoni għal rimedju xierqa u opportun, il-Kummissjoni se tneħħih mil-lista mingħajr dewmien.



KAPITOLU 3

Ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ prodotti importati skond l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007

Artikolu 13

Ċertifikat ta’ spezzjoni

1.  Il-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità ta’ konsenja ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u importata skont l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament se ssir bil-kundizzjoni ta’:

(a) sottomissjoni ta’ ċertifikat ta’ spezzjoni oriġinali lill-awtorità tal-Istat Membru rilevanti, u

(b) verifikazzjoni tal-konsenja mill-awtorità tal-Istat Membru rilevanti u l-endorsjar taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni skond il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.

2.  Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni oriġinali se jiġi stabbilit skond l-Artikolu 17(2) u l-paragrafi 3 sa 7 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-bażi tal-mudell u n-noti stabbiliti fl-Anness V. In-noti tal-mudell, flimkien mal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 17(2), se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni permezz ta’ sistema informatika li tippermetti l-iskambju elettroniku tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 17.

3.  Sabiex jiġi aċċettat, iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jrid ikun inħareġ minn:

(a) l-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll li kienet aċċettata għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2), minn pajjiż terz rikonoxxut taħt l-Artikolu 8(4), jew

(b) l-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll fil-pajjiż terz elenkata għall-pajjiż terz konċernat rikonoxxut taħt l-Artikolu 11(5).

4.  L-awtorità jew il-korp li qed toħroġ iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni u tendorsja d-dikjarazzjoni fil-kaxxa 15 taċ-ċertifikat, biss wara

(a) li tkun għamlet kontroll dokumentarju fuq il-bażi tad-dokumenti ta’ spezzjoni rilevanti, inkluż b’mod partikolari l-pjan ta’ produzzjoni għall-prodotti konċernati, id-dokumenti tat-trasport u d-dokumenti kummerċjali; u

(b) tkun jew għamlet kontroll fiżiku tal-konsenja, jew irċeviet dikjarazzjoni espliċita tal-esportatur li jiddikjara li l-konsenja konċernata ġiet prodotta u/jew ippreparata skond l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007; din se tagħmel verifika fuq ir-riskju relatat mal-kredibilità ta’ din id-dikjarazzjoni.

Barra dan se tagħti numru tas-serje lil kull ċertifikat maħruġ u se żżomm reġistru taċ-ċertifikati kkunsinjati f’ordni kronoloġiku.

5.  Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni se jsir f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u jimtela, minbarra għat-timbri u l-firem, kollu kemm hu b’ittri kapitali jew b’ittri stampati.

Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni se jkun f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Fejn neċessarju, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru se jitolbu traduzzjoni taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu.

Alterazzjonijiet jew taħsir mhux ċertifikati jinvalidaw iċ-ċertifikat.

6.  Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni se jkollu kopja oriġinali waħda.

L-ewwel destinatarju jew, fejn rilevanti, l-importatur se jagħmel kopja biex jinforma lill-awtoritajiet tal-kontroll u l-korpi tal-kontroll skond l-Artikolu 83 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. Kwalunkwe kopja bħal din se jkollha l-indikazzjoni “KOPJA” jew “DUPLIKAT” stampata fuqha.

7.  Għall-prodotti importati taħt ir-regoli transizzjonali stipulati fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, se japplika dan li ġej:

(a) iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni msemmi fil-paragrafu 3(b) sejjer, fiż-żmien li jiġi sottomess skond il-paragrafu 1, jinkludi fil-kaxxa 16 id-dikjarazzjoni tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li tat l-awtorizzazzjoni skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19;

(b) l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li tat l-awtorizzazzjoni se tiddelega l-kompetenza għad-dikjarazzjoni fil-kaxxa 16 lill-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll li qed tispezzjona l-importatur skond il-miżuri tal-kontroll stabbiliti fit-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, jew lill-awtoritajiet definiti bħala l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru.

(c) id-dikjarazzjoni fil-kaxxa 16 mhijiex meħtieġa:

(i) meta l-importatur jippreżenta dokument oriġinali, maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tat l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, li juri li l-konsenja hija koperta minn dik l-awtorizzazzjoni; jew

(ii) meta l-awtorità tal-Istat Membru, li tat l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 19, tat evidenza sodisfaċenti li l-konsenja hija koperta minn dik l-awtorizzazzjoni, direttament lill-awtorità responsabbli għall-verifikazzjoni tal-konsenja; din il-proċedura ta’ informazzjoni diretta mhijiex obbligatorja għall-Istat Membru li ta l-awtorizzazzjoni;

(d) id-dokument li jagħti l-evidenza meħtieġa fil-punti c(i) u (ii), se jinkludi:

(i) in-numru ta’ referenza tal-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni u d-data ta’ tmiem tal-awtorizzazzjoni;

(ii) l-isem u l-indirizz tal-importatur;

(iii) it-tielet pajjiż ta’ oriġini;

(iv) id-dettalji tal-korp jew l-awtorità li qed joħroġ id-dokument, u, fejn differenti, id-dettaliji tal-korp jew l-awtorità ta’ spezzjoni fil-pajjiż terz;

(v) l-ismijiet tal-prodotti konċernati.

8.  Mal-verifikazzjoni tal-konsenja, iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni oriġinali se jiġi endorsjat mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru fil-kaxxa 17 u ritornat lill-persuna li ssottomettiet iċ-ċertifikat.

9.  L-ewwel destinatarju sejjer, malli jirċievi l-konsenja, jikkompleta l-kaxxa 18 tal-oriġinali taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, biex jiċċertifika li r-riċeviment tal-konsenja sar skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

L-ewwel destinatarju se jibgħat l-oriġinali taċ-ċertifikat lill-importatur imsemmi fil-kaxxa 11 taċ-ċertifikat, għall-iskopijiet tar-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, sakemm iċ-ċertifikat ma jridx jakkompanja l-konsenja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

10.  Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jista’ jiġi stabbilit permezz ta’ mezzi elettroniċi, bl-użu tal-metodu mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorijiet tal-kontroll jew il-korpi tal-kontroll mill-Istat Membru konċernat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jitolbu li ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jiġi akkumpanjat minn firma elettronika fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ). Fil-każijiet l-oħra kollha, l-awtoritajiet kompetenti se jeħtieġu firma elettronika li toffri assigurazzjonijiet ekwivalenti dwar il-funzjonalitajiet attribwiti lill-firma permezz tal-applikazzjoni tal-istess regoli u kundizzjonijiet bħal dawk definiti fid-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti elettroniċi jew diġitalizzati, stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/563/KE, Euratom ( 8 ).

Artikolu 14

Proċeduri speċjali tad-dwana

1.  Fejn konsenja li ġejja minn pajjiż terz tiġi assenjata għad-depożitu doganali jew għall-perfezzjonament attiv fil-forma ta’ reġim ta’ sospensjoni kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 ( 9 ), u suġġetta għal wieħed jew aktar preparazzjonijiet kif definiti fl-Artikolu 2(i) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, il-konsenja se tiġi suġġetta, qabel ma ssir l-ewwel preparazzjoni, għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament.

Il-preparazzjoni tista’ tinkludi operazzjonijiet bħal:

(a) ippakkjar jew ippakkjar mill-ġdid; jew

(b) tikkettar dwar il-preżentazzjoni tal-metodu tal-produzzjoni organiku.

Wara din il-preparazzjoni, l-oriġinal endorsjat taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni se jakkompanja l-konsenja, u se jiġi ppreżentat lill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru, li se tivverifika l-konsenja biex tinħeles għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

Wara din il-proċedura, l-oriġinali taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni se, fejn rilevanti, jiġi ritornat lill-importatur tal-konsenja, imsemmi fil-kaxxa 11 taċ-ċertifikat biex jissodisfa r-rekwiżit stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

2.  Fejn, taħt proċedura sospensiva tad-dwana skond ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92, konsenja minn pajjiż terz hija maħsuba biex tiġi sottomessa fi Stat Membru, qabel ir-rilaxx tagħha għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, għal taqsim tagħha f’konsenji differenti, il-konsenja se tiġi suġġetta, qabel ma jsir it-taqsim, għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament.

Għal kull waħda mill-konsenji li tirriżulta mit-taqsim, se jiġi sottomess estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni lill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru, skond il-mudell u n-noti stabbiliti fl-Anness VI. L-estratt miċ-ċertifikat se jiġi endorsjat mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru fil-kaxxa 14.

Kopja ta’ kull estratt endorsjat miċ-ċertifikat ta’ spezzjoni se tinżamm flimkien maċ-ċertifikat ta’ spezzjoni oriġinali mill-persuna identifikata bħala l-importatur oriġinali tal-konsenja u msemmija fil-kaxxa 11 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni. Din il-kopja se ġġorr l-indikazzjoni “KOPJA” jew “DUPLIKAT” stampat fuqha.

Wara t-taqsim, l-orġinali endorsjata ta’ kull estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni għandha takkompanja l-konsenja konċernata, u se tiġi preżentata lill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru, li se tivverifikata l-konsenja konċernata biex tinħeles għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

Id-destinatarju tal-konsenja sejjer, malli jirċeviha, jikkompleta l-oriġinali tal-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fil-kaxxa 15, sabiex jiċċertifika li r-riċeviment tal-konsenja sar skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

Id-destinatarju tal-konsenja se jżomm l-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni disponibbli għall-awtoritajiet tal-kontroll u/jew il-korpi tal-kontroll għal mhux anqas minn sentejn.

3.  L-operazzjonijiet tal-preparazzjoni u tat-taqsim imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 se jsiru skond id-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fit-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

Artikolu 15

Prodotti li ma jikkonformawx

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżuri jew azzjonijiet li jittieħdu skond l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u/jew l-Artikolu 85 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008, il-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità ta’ prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament se jkun kondizzjonali fuq it-tneħħija ta’ referenza għall-produzzjoni organika mit-tikkettar, ir-reklamar u d-dokumenti li jakkompanjawhom.



TITOLU IV

REGOLI KOMUNI

Artikolu 16

Evalwazzjoni tat-talbiet u pubblikazzjoni tal-listi

1.  Il-Kummissjoni se teżamina t-talbiet li tirċievi skond l-Artikoli 4, 8 u 11 bl-assistenza tal-Kumitat fuq il-produzzjoni organika, imsemmi fl-Artikolu 37(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”). Għal dan l-iskop il-Kumitat se jaddotta regoli ta’ proċedura speċifiċi interni.

Sabiex tassisti lill-Kummissjoni fl-eżaminazzjoni tat-talbiet u fil-ġestjoni u r-reviżjoni tal-listi, il-Kummissjoni se twaqqaf grupp ta’ esperti li jikkonsisti minn esperti tal-gvern u privati.

2.  Għal kull talba li tirċievi, u wara konsultazzjoni xierqa mal-Istati Membri skond ir-regoli speċifiċi interni tal-proċedura, il-Kummissjoni se tinnomina żewġ Stati Membri biex jaġixxu bħala ko-relaturi. Il-Kummissjoni se taqsam it-talbiet bejn l-Istati Membri f’mod proporzjonali għan-numru ta’ voti ta’ kull Stat Membru fil-Kumitat fuq il-produzzjoni organika. L-Istati Membri li qed jikkorelataw se jeżaminaw id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 4, 8 u 11 relatati mat-talba u se jippreparaw rapport. Għall-ġestjoni u r-reviżjoni tal-listi, dawn se jeżaminaw ir-rapport annwali u kwalunkwe informazzjoni oħra msemmija fl-Artikoli 5, 9 u 12 relatati mal-annotazzjonijiet fuq il-listi.

3.  B’kunsiderazzjoni għar-riżultat tal-eżaminazzjoni mill-Istati Membri li qed jikkorelataw, il-Kummissjoni se tiddeċiedi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, fuq ir-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi, korpi tal-kontroll jew awtoritajiet tal-kontroll, l-inklużjoni tagħhom fil-listi jew kwalunkwe modifika tal-listi, inkluż l-attribuzzjoni ta’ numru ta’ kodiċi lil dawk il-korpi u awtoritajiet. Id-deċiżjonijiet se jiġu ppubblikati fIl-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.  Il-Kummissjoni se tagħmel il-listi disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ kwalunkwe mezzi tekniċi xierqa, inkluż il-pubblikazzjoni fuq l-Internet.

Artikolu 17

Komunikazzjoni

1.  Meta jkunu qed jittrasmettu dokumenti jew informazzjoni oħra msemmija fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u f’dan ir-Regolament lill-Kummissjoni jew lill-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, l-awtoritajiet tal-kontroll jew il-korpi tal-kontroll se jużaw trasmissjoni elettronika. Meta jkunu disponibbli sistemi tat-trasmissjoni elettroniċi speċifiċi mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri, dawn se jużaw dawn is-sistemi. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri wkoll se jużaw dawn is-sistemi biex jipprovdu d-dokumenti konċernati lil xulxin.

2.  Għall-forma u l-kontenut tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabbilixxi linji gwida, mudelli u kwestjonarji fejn xieraq u tagħmilhom disponibbli fuq is-sistema informatika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-linji gwida, mudelli u kwestjonarji se jiġu addattati u aġġornati mill-Kummissjoni, wara li tkun informat lill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajiiżi terzi, kif ukoll lill-awtoritajiet tal-kontroll u l-korpi tal-kontroll rikonoxxuti skond dan ir-Regolament.

3.  Is-sistema informatika li hemm provvediment għaliha fil-paragrafu 1 għandha tkun tista’ tiġbor it-talbiet, id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija f’dan ir-Regolament fejn xieraq, inkluż l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skond l-Artikolu 19.

4.  Id-dokumenti depożitati msemmija fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fl-Artikoli 4, 8 u 11, se jinżammu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, l-awtoritajiet tal-kontroll jew il-korpi tal-kontroll għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-Istati Membri għal minn ta’ lanqas tliet snin wara s-sena li fiha jkun sar il-kontroll jew ġew kunsinjati ċ-ċertifikati ta’ spezzjoni u l-evidenza dokumentarja.

5.  Fejn dokument jew proċedura li hemm provvediment għalihom fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew fir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħha jeħtieġ firma ta’ persuna awtorizzata jew l-awtorizzazzjoni ta’ persuna f’wieħed jew aktar mill-istadji ta’ dik il-proċedura, is-sistemi informatiċi li twaqqfu għall-komunikazzjoni ta’ dawk id-dokumenti jridu jrendu possibbli l-identifikazzjoni ta’ kull persuna mingħajr ambigwità u jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontenut tad-dokumenti, inkluż dwar l-istadji tal-proċedura, ma jistax jiġi alterat, skond il-leġislazzjoni tal-Komunità, u b’mod partikoli mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/563/KE, Euratom.



TITOLU V

REGOLI FINALI U TRANSIZZJONALI

Artikolu 18

Regoli transizzjonali fuq il-lista tal-pajjiżi terzi

Talbiet għall-inklużjoni minn pajjiżi terzi sottomessi skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 345/2008 qabel l-1 ta’ Jannar 2009 se jiġu ttrattati bħala applikazzjonijiet taħt l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

L-ewwel lista ta’ pajjiżi rikonoxxuti se tinkludi l-Arġentina, l-Awstralja, il-Kosta Rika, l-Indja, New Zealand u l-ISVIZZERA. Mhux se jkun fiha n-numri ta’ kodiċi msemmija fl-Artikolu 7(2)(f) ta’ dan ir-regolament. Dawn in-numri ta’ kodiċi se jiġu miżjuda qabel Lulju 2010 permezz ta’ aġġornament tal-lista skont l-Artikolu 17(2).

Artikolu 19

Regoli transizzjoniali fuq l-importazzjoni ekwivalenti ta’ prodotti li ma joriġinawx mill-pajjiżi terzi elenkati

1.  Skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza lill-importaturi f’dak l-Istat Membru, fejn importatur ta notifika dwar l-attività tiegħu skond l-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament, biex ipoġġi fis-suq il-prodotti importati minn pajjiżi terzi li mhumiex inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 33(2) ta’ dak ir-Regolament, sakemm l-importatur jipprovdi evidenza suffiċjenti li turi li l-kundizzjonijiet msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament ġew sodisfatti.

Fejn, wara li tat permess lill-importatur jew lil kwalunkwe persuna oħra konċernata biex jikkummenta, l-Istat Membru jikkunsidra li dawk il-kundizzjonijiet m’għadhomx jiġu sodisfatti, se tirtira l-awtorizzazzjoni tagħha.

L-awtorizzazzjonijiet se jintemmu mhux aktar tard minn 24 xahar wara l-pubblikazzjoni tal-ewwel lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti skond l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament.

Il-prodott importat se jiġi kopert minn ċertifikat ta’ spezzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 13, maħruġ mill-awtorità tal-kontroll jew il-korp tal-kontroll li ġiet aċċettata biex toħroġ iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li qed jagħti l-awtorizzazzjoni. L-oriġinali taċ-ċertifikat se jakkompanja l-oġġetti sal-post tal-ewwel destinatarju. Minn hemm 'il quddiem l-importatur irid iżomm iċ-ċertifikat għad-dispożizzjoni tal-korp tal-kontroll u, fejn xieraq tal-awtorità tal-kontroll, għal mhux anqas minn sentejn.

2.  Kull Stat Membru se jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni ta’ kull awtorizzazzjoni li tingħata skond dan l-Artikolu, inkluż informazzjoni dwar l-istandards tal-produzzjoni u l-arranġamenti tal-kontroll konċernati.

3.  Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, awtorizzazzjoni li ngħatat skond dan l-Artikolu se tiġi eżaminata mill-Kumitat fuq il-produzzjoni organika. Jekk l-eżaminazzjoni turi li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 ma ġewx sodisfatti, il-Kummissjoni se teħtieġ lill-Istat Membru li ta l-awtorizzazzjoni biex jirtiraha.

4.  L-Istati Membri ma jistgħux jibqgħu jagħtu l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mid-data ta’ 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tal-ewwel lista tal-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll imsemmija fl-Artikolu 11(5) ħlief fil-każ fejn il-prodotti importati konċernati huma oġġetti li l-produzzjoni tagħhom fil-pajjiż terz kienet ikkontrollata minn korp tal-kontroll jew awtorità tal-kontroll li mhux fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 10.

5.  L-Istati Membri ma jistgħux jibqgħu jagħtu l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 mill-1 ta’ Jannar 2013.

6.  Kwalunkwe awtorizzazzjoni għall-bejgħ ta’ prodotti importati minn pajjiż terz li kienet, qabel il-31 ta’ Diċembru 2008, ingħatat lill-importatur mill-Awtorità Kompetenti ta’ Stat Membru taħt l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 se tintemm mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 20

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 345/2008 u (KE) Nru 605/2008 qed jiġu mħassra.

Referenzi għar-Regolamenti mħassra se jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u se jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Se jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament għall-Istati Membri kollha.




ANNESS I

LISTA TAL-KORPI TAL-KONTROLL U L-AWTORITAJIET TAL-KONTROLL GĦALL-ISKOP TA’ KONFORMITÀ U L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET RILEVANTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3




ANNESS II

MUDELL TAL-EVIDENZA DOKUMENTARJAmsemmija fl-Artikolu 6(1)Evidenza dokumentarja lill-operatur skond l-Artikoli 32(1)(c) u 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, meħtieġa għall-importazzjoni ta’ prodotti konformi skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1235/20081. Numru tad-Dokument:2. Isem u indirizz tal-operatur:attività prinċipali (produttur, proċessur, importatur, eċċ):3. Isem, indirizz u numru tal-kodiċi tal-korp/awtorità tal-kontroll:4. Gruppi ta’ prodotti/attività:Pjanti u prodotti tal-pjanti:Bhejjem u prodotti tal-bhejjem:Prodotti pproċessati:5. Definiti bħala:produzzjoni organika, prodotti li qed jiġu konvertiti, u wkoll produzzjoni mhux organika, fejn qed issir produzzjoni/proċessar parallela skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 834/20076. Perjodu ta’ validità:7. Data tal-kontroll(i):Prodotti tal-pjanti minn saProdotti tal-bhejjem minn saProdotti pproċessati minn sa8. Dan id-dokument inħareġ skond l-Artikoli 32(1)(c) u 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. L-operatur dikjarat issottometta l-attivitajiet tiegħu taħt il-kontroll, u ssodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolamenti msemmija.Data, post:Firma f’isem tal-korp/awtorità li qed joħroġ iċ-ċertifikat:




ANNESS III

LISTA TA’ PAJJIŻI TERZI U L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET RILEVANTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7

ARĠENTINA

1.

Kategoriji tal-prodotti :

(a) prodotti agrikoli ħajjin jew mhux ipproċessati u materjal tal-propagazzjoni veġetattiv u żrieragħ għall-koltivazzjoni minbarra:

 bhejjem u prodotti tal-bhejjem, li għandhom jew li huma maħsuba biex ikollhom indikazzjonijiet li jirreferu għal konverżjoni;

(b) prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel minbarra:

 prodotti tal-bhejjem li fihom jew li huma maħsuba biex ikollhom indikazzjonijiet li jirreferu għall-konverżjoni.

2.

Oriġini : Prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti prodotti f’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li ġew prodotti fl-Arġentina.

3.

Standards tal-produzzjoni : Ley 25 127 sobre “Producción ecológica, biológica y orgánica”

4.

Awtorità kompetenti : Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Agroalimentaria SENASA, www.senasa.gov.ar

5.

Korpi tal-kontroll :

 Food Safety SA, www.foodsafety.com.ar

 Instituto Argentino para la Certificación y Promoción de Productos Agropecuarios Orgánicos SRL (Argencert), www.argencert.com

 Letis SA, www.letis.com.ar

 Organización Internacional Agropecuaria (OIA), www.oia.com.ar

6.

Korpi li joħorġu ċ-ċertifikati : bħall-punt 5.

7.

Dewmien tal-inklużjoni : 30 ta’ Ġunju 2013.

AWSTRALJA

1.

Kategoriji tal-prodotti :

(a) għelejjel mhux ipproċessati u materjal tal-propagazzjoni veġetattiv u żrieragħ għall-koltivazzjoni,

(b) prodotti agrikoli proċessati għall-użu bħala ikel kompost essenzjalment minn wieħed jew aktar ingredjenti li joriġina mill-pjanti.

2.

Oriġini : prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fl-Awstralja.

3.

Standards tal-produzzjoni : Standard nazzjonali għall-għelejjel organiċi u bijodinamiċi

4.

Awtorità kompetenti : Australian Quarantine and Inspection Service AQIS, www.aqis.gov.au

5.

Korpi u awtoritajiet tal-kontroll :

 Australian Certified Organic Pty. Ltd., www.australianorganic.com.au

 Australian Quarantine and Inspection Service (AQIS), www.aqis.gov.au

 Bio-dynamic Research Institute (BDRI), www.demeter.org.au

▼M2

 NASAA Certified Organic (NCO), www.nasaa.com.au

▼B

 Organic Food Chain Pty Ltd (OFC), www.organicfoodchain.com.au

▼M1

 AUS-QUAL Pty Ltd, www.ausqual.com.au

▼B

6.

Korpi u awtoritajiet li joħorġu ċ-ċertifikati : bħall-punt 5.

7.

Dewmien tal-inklużjoni : 30 ta’ Ġunju 2013.

▼M3

IL-KANADA

1.

Kategoriji tal-prodotti :

(a) prodotti agrikoli ħajjin jew li mhumiex ipproċessati u materjal veġetattiv tal-propagazzjoni u żrieragħ għall-kultivazzjoni;

▼M4

(b) prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel u għalf.

▼M3

2.

Oriġini : prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbrin organikament fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fil-Kanada.

3.

Standards tal-produzzjoni : Regolament tal-Prodotti Organiċi.

4.

Awtoritajiet kompetenti : Canadian Food Inspection Agency (CFIA), www.inspection.gc.ca

5.

Entitajiet ta’ kontroll :

 Atlantic Certified Organic Co-operative Limited (ACO), www.atlanticcertifiedorganic.ca

 British Columbia Association for Regenerative Agriculture (BCARA), www.centifiedorganic.bc.ca

 Certification Services Limited Liability Company (CCOF), www.ccof.org

 Centre for Systems Integration (CSI), www.csi-ics.com

 Consorzio per il Controllo dei Prodotti Biologici Società a responsabilità limitata (CCPB SRL), www.ccpb.it

▼M4 —————

▼M3

 Ecocert Kanada, www.ecocertcanada.com

 Fraser Valley Organic Producers Association (FVOPA), www.fvopa.ca

 Global Organic Alliance, www.goa-online.org

 International Certification Services Incorporated (ICS), www.ics-intl.com

 LETIS S.A., www.letis.com.ar

 Oregon Tilth Incorporated (OTCO), http://tilth.org

 Organic Certifiers, www.organiccertifiers.com

 Organic Crop Improvement Association (OCIA), www.ocia.org/

 Organic Producers Association of Manitoba Co-operative Incorporated (OPAM), www.opam-mb.com

 Pacific Agricultural Certification Society (PACS), www.pacscertifiedorganic.ca

 Pro-Cert Organic Systems Ltd. (Pro-Cert), www.ocpro.ca/

 Quality Assurance International Incorporated (QAI), www.qai-inc.com

 Quality Certification Services (QCS), www.qcsinfo.org

 Organisme de Certification Québec Vrai (OCQV), www.quebecvrai.org

 SAI Global Certification Services Limited, www.saiglobal.com

6.

Entitajiet li joħorġu ċ-ċertifikati : bħal fil-punt 5.

7.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni : it-30 ta’ Ġunju 2014.

▼B

KOSTA RIKA

1.

Kategoriji tal-prodotti :

(a) għelejjel mhux ipproċessati u materjal tal-propagazzjoni veġetattiv u żrieragħ għall-koltivazzjoni;

(b) għelejjel ipproċessati għall-użu bħala ikel.

2.

Oriġini : Prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra f’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li ġew prodotti fil-Kosta Rika.

3.

Standards tal-produzzjoni : Reglamento sobre la agricultura orgánica

4.

Awtorità kompetentii : Servicio Fitosanitario del Estado, Ministerio de Agricultura y Ganadería, www.protecnet.go.cr/SFE/Organica.htm

5.

Korpi tal-kontroll :

 BCS Oko-Garantie, www.bcs-oeko.com

 Eco-LOGICA, www.eco-logica.com

▼M1

 Control Union Certifications, www.cuperu.com

▼M3

 Mayacert, www.mayacert.com

▼B

6.

Awtorità li toħroġ iċ-ċertifikati : Ministerio de Agricultura y Ganadería.

▼M3

7.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni : mhux speċifikat

▼B

INDJA

1.

Kategoriji tal-prodotti :

(a) għelejjel mhux ipproċessati u materjal tal-propagazzjoni veġetattiv u żrieragħ għall-koltivazzjoni;

(b) prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel komposti essenzjalment minn wieħed jew aktar ingredjenti li joriġinaw mill-pjanti.

2.

Oriġini : prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fl-Indja.

3.

Standards tal-produzzjoni : Programm Nazzjonali għall-Produzzjoni Organika

4.

Awtorità kompetenti : Agricultural and Processed Food Export Development Authority APEDA, www.apeda.com/organic

5.

Korpi u awtoritajiet tal-kontroll :

▼M1

 Aditi Organic Certifications Pvt. Ltd, www.aditicert.net

 APOF Organic Certification Agency (AOCA), www.aoca.in

 Bureau Veritas Certification India Pvt. Ltd, www.bureauveritas.co.in

▼M3

 Chhattisgarh Certification Society (CGCERT), www.cgcert.com

▼M1

 Control Union Certifications, www.controlunion.com

 ECOCERT India Private Limited, www.ecocert.in

 Food Cert India Pvt. Ltd, www.foodcert.in

 IMO Control Private Limited, www.imo.ch

 Indian Organic Certification Agency (Indocert), www.indocert.org

▼M3

 Intertek India Pvt. Ltd., www.intertek.com

▼M1

 ISCOP (Indian Society for Certification of Organic products), www.iscoporganiccertification.com

 Lacon Quality Certification Pvt. Ltd, www.laconindia.com

 Natural Organic Certification Association, www.nocaindia.com

 OneCert Asia Agri Certification private Limited, www.onecertasia.in

 SGS India Pvt. Ltd, www.in.sgs.com

▼M3

 Tamil Nadu Organic Certification Department (TNOCD), www.tnocd.net

 TUV India Pvt. Ltd., www.tuvindia.co.in/0_mngmt_sys_cert/orgcert.htm

▼M1

 Uttaranchal State Organic Certification Agency (USOCA), www.organicuttarakhand.org/products_certification.htm

 Vedic Organic certification Agency, www.vediccertification.com

 Rajasthan Organic Certification Agency (ROCA), http://www.rajasthankrishi.gov.in/Departments/SeedCert/index_eng.asp

▼B

6.

Korpi u awtoritajiet li joħorġu ċ-ċertifikati : bħall-punt 5.

7.

Dewmien tal-inklużjoni : 30 ta’ Ġunju ►M1  2014 ◄ .

IŻRAEL

1.

Kategoriji tal-prodotti :

(a) għelejjel mhux ipproċessati u materjal tal-propagazzjoni veġetattiv u żrieragħ għall-koltivazzjoni,

(b) prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel komposti essenzjalment minn wieħed jew aktar ingredjenti li joriġinaw mill-pjanti.

2.

Oriġini :

prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li ġew prodotti fl-Iżrael jew li ġew importati fl-Iżrael:

 jew mill-Komunità,

 jew minn pajjiż terz fil-kwadru tar-reġim li huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

3.

Standards tal-produzzjoni : Standard nazzjonali għall-pjanti mkabbra organikament u l-prodotti tagħhom

4.

Awtorità kompetenti : Plant Protection and Inspection Services (PPIS), www.ppis.moag.gov.il

5.

Korpi u awtoritajiet tal-kontroll :

 AGRIOR Ltd.-Organic Inspection & Certification, www.agrior.co.il

 IQC Institute of Quality & Control, www.iqc.co.il

▼M3

 LAB-PATH Ltd., www.lab-path.co.il

▼B

 Plant Protection and Inspection Services (PPIS), www.ppis.moag.gov.il

 Skal Israel Inspection & Certification, www.skal.co.il

▼M1

 Secal Israel Inspection and certification, www.skal.co.il

▼B

6.

Korpi u awtoritajiet li joħorġu ċ-ċertifikati : bħall-punt 5.

7.

Dewmien tal-inklużjoni : 30 ta’ Ġunju 2013.

▼M2

IL-ĠAPPUN

1.

Il-kategoriji tal-prodotti :

(a) għelejjel mhux ipproċessati u materjal veġetattiv tal-propagazzjoni u żrieragħ għall-koltivazzjoni;

(b) prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel komposti essenzjalment minn ingredjent wieħed jew aktar li joriġinaw mill-pjanti.

2.

L-oriġini : prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fil-Ġappun.

3.

Standards tal-produzzjoni : Japanese Agricultural Standard for Organic Plants (Notifika Nru. 1605 tal-MAFF tas-27 ta' Ottubru 2005), Japanese Agricultural Standard for Organic Processed Foods (Notifika Nru 1606 tal-MAFF tas-27 ta' Ottubru 2005).

4.

L-Awtoritajiet Kompetenti : Labelling and Standards Division, Food Safety and Consumer Affairs Bureau, Ministry of Agriculture, Forestry and Fisheries, www.maff.go.jp/j/jas/index.html u Food and Agricultural Materials Inspection Center (FAMIC), www.famic.go.jp

5.

Entitajiet ta’ kontroll :

 Hyogo prefectural Organic Agriculture Society (HOAS), www.hyoyuken.org

 AFAS Certification Center Co., Ltd., www.afasseq.com

 NPO Kagoshima Organic Agriculture Association, www.koaa.or.jp

 Center of Japan Organic Farmers Group, www.yu-ki.or.jp

 Japan Organic & Natural Foods Association, http://jona-japan.org/organic

 Ecocert-QAI Japan Ltd., http://ecocert.qai.jp

 Japan Certification Services, Inc., www.pure-foods.co.jp

 OCIA Japan, www.ocia-jp.com

 Overseas Merchandise Inspection Co., Ltd., www.omicnet.com/index.html.en

 Organic Farming Promotion Association, www3.ocn.ne.jp/~yusuikyo

 ASAC Stands for Axis’ System for Auditing and Certification and Association for Sustainable Agricultural Certification, www.axis-asac.net

 Environmentally Friendly Rice Network, www.epfnetwork.org/okome

 Ooita Prefecture Organic Agricultural Research Center, www.d-b.ne.jp/oitayuki

▼M3

 AINOU., www.ainou.or.jp/ainohtm/disclosure/nintei-kouhyou.htm

 SGS Japan Incorporation., www.jp.sgs.com/ja/home_jp_v2.htm

 Ehime Organic Agricultural Association., www12.ocn.ne.jp/~aiyuken/ninntei20110201.html

 Center for Eco-design Certification Co.,Ltd.., http://www.eco-de.co.jp/list.html

 Organic Certification Association., www.yuukinin.jimdo.com

 Japan Eco-system Farming Association., www.npo-jefa.com

 Hiroshima Environment & Health Association., www.kanhokyo.or.jp/jigyo/jigyo_05 A.html

 Assistant Center of Certification and Inspection for Sustainability., www.accis.jp;

 Organic Certification Organization Co.,Ltd., www.oco45.net

▼M2

6.

Entitajiet ta’ ċertifikazzjoni : bħal fil-punt 5.

7.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni : It-30 ta’ Ġunju 2013.

▼B

SVIZZERA

1.

Kategoriji tal-prodotti :

prodotti agrikoli ħajjin jew mhux ipproċessati u materjal tal-propagazzjoni veġetattiv, prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, għalf u żrieragħ

 prodotti prodotti matul il-perjodu ta’ konverżjoni u prodotti li fihom ingredjent ta’ oriġini agrikola prodott matul il-perjodu ta’ konverżjoni

2.

Oriġini :

Prodotti u ingredjenti prodotti b’mod organiku fil-prodotti li ġew prodotti fl-Isvizzera jew li ġew importati fl-Isvizzera:

 jew mill-Komunità,

 jew minn pajjiż terz li għalih l-Isvizzera rrikonoxxiet li l-prodotti ġew prodotti u kkontrollati f’dak il-pajjiż terz taħt regoli ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-leġislazzjoni svizzera

3.

Standards tal-produzzjoni : Ordinanza fuq il-biedja organika u t-tikkettar ta’ prodotti tal-pjanti prodotti b’mod organiku u l-oġġetti tal-ikel

4.

Awtorità kompetenti : Federal Office for Agriculture FOAG, http://www.blw.admin.ch/themen/00013/00085/00092/index.html?lang=en

5.

Korpi tal-kontroll :

 Bio Test Agro (BTA), www.bio-test-agro.ch

 bio.inspecta AG, www.bio-inspecta.ch

 Institut für Marktökologie (IMO); www.imo.ch

 ProCert Safety AG, www.procert.ch

6.

Korpi li joħorġu ċ-ċertifikati : bħall-punt 5.

7.

Dewmien tal-inklużjoni : 30 ta’ Ġunju 2013.

▼M1

TUNISIA

1.

Il-kategoriji tal-prodotti :

(a) għelejjel mhux ipproċessati u materjal u żrieragħ veġetatattivi tal-propagazzjoni għall-koltivazzjoni;

(b) prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel komposti essenzjalment minn ingredjent wieħed jew aktar li joriġinaw mill-pjanti.

2.

L-Oriġini : prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fit-Tuneżija.

3.

L-Istandards tal-produzzjoni : Il-liġi Nru 99-30 tal-5 ta’ April 1999 dwar il-Biedja organika; id-Digriet tal-Ministru tal-Agrikoltura tat-28 ta’ Frar 2001, li japprova l-ispeċifikazzjonijiet standard tal-produzzjoni ta’ għalejjel skont il-metodu organiku.

▼M4

4.

Awtorità kompetenti : Direction générale de l’Agriculture Biologique (Ministère de l’Agriculture et de l’Environnement); www.agriportail.tn.

▼M1

5.

Entitajiet ta’ kontroll :

 Ecocert SA en Tunisie, www.ecocert.com

 Istituto Mediterraneo di Certificazione IMC, www.imcert.it

▼M3

 Instituto per la certificazione etica e ambientale (ICEA), www.icea.info

▼M1

 BCS, www.bcs-oeko.com

 Lacon, www.lacon-institute.com

6.

Entitajiet ta’ ċertifikazzjoni : bħal fil-punt 5.

7.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni : it-30 ta’ Ġunju 2012.

▼B

NEW ZEALAND

1.

Kategoriji tal-prodotti :

(a) prodotti agrikoli ħajjin jew mhux ipproċessati u materjal tal-propagazzjoni veġetattiv u żrieragħ għall-koltivazzjoni, minbarra:

 bhejjem u prodotti tal-bhejjem li fihom jew li huma maħsuba biex ikun fihom indikazzjoniet li jirreferu għall-konverżjoni,

 prodotti mill-akkwakultura;

(b) prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel minbarra:

 prodotti tal-bhejjem li fihom jew li huma maħsuba biex ikun fihom indikazzjoniet li jirreferu għall-konverżjoni;

 prodotti li fihom prodotti mill-akkwakultura.

2.

Oriġini :

Prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti prodotti b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li ġew prodotti fi New Zealand jew li ġew importati ġo New Zealand

 jew mill-Komunità,

 jew minn pajjiż terz fi ħdan il-kwadru ta’ reġim li huwa rikonoxxut bħala ekwivalenti skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007,

 jew minn pajjiż terz li r-regoli tal-produzzjoni u s-sistema ta’ spezzjoni tiegħu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Programm ta’ Assigurazzjoni Uffiċjali tal-Ikel MAF fuq il-bażi tal-assigurazzjonijiet u l-informazzjoni pprovduti permezz tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-MAF u sakemm jiġu importati biss l-ingredjenti prodotti b’mod organiku maħsuba biex jiġu inkorporati, sa massimu ta’ 5 % tal-prodotti ta’ oriġini agrikola, fil-prodotti tal-kategorija 1(b) ippreparati fi New Zealand.

▼M3

3.

Standards tal-produzzjoni : MAF Official Organic Assurance Programme Technical Rules for Organic Production.

4.

Awtorità kompetenti : Ministry of Agriculture and Forestry (MAF), http://www.foodsafety.govt.nz/industry/sectors/organics/

5.

Entitajiet ta’ kontroll :

 AsureQuality Limited, www.organiccertification.co.nz

 BioGro New Zealand, www.biogro.co.nz

6.

Awtorità taċ-ċertifikazzjoni : Ministry of Agriculture and Forestry (MAF)

7.

Tul taż-żmien tal-inklużjoni : mhux speċifikat.

▼B




ANNESS IV

LISTA TAL-KORPI TAL-KONTROLL U L-AWTORITAJIET TAL-KONTROLL GĦALL-ISKOP TA’ EKWIVALENZA U L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET RILEVANTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10




ANNESS V

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ SPEZZJONI

għall-importazzjoni ta’ prodotti minn produzzjoni organika għal ġol-Komunità Ewropea msemmi fl-Artikolu 13

Il-mudell taċ-ċertifikat huwa ddeterminat fir-rigward ta':

 it-test,

 il-format, fuq folja waħda,

 it-tqassim u l-qisien tal-kaxxi.

KOMUNITÀ EWROPEA - ĊERTIFIKAT TA' L-ISPEZZJONI GĦALL-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI MILL-PRODUZZJONI ORGANIKA1. L-awtorità jew il-korp tal-ħruġ (l-isem u l-indirizz)2. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 834 l-Artikolu 33(2) jew l-Artikolu 33(3) jew ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 l-Artikolu 19 D3. In-numru serjali taċ-ċertifikat ta' l-ispezzjoni4. Numru tar-referenza ta' l-awtorizzazzjoni permezz ta' l-Artikolu 195. L-esportatur (l-isem u l-indirizz)6. L-awtorità jew il-korp tal-kontroll (l-isem u l-indirizz)7. Il-produttur jew min iħejji l-prodott (l-isem u l-indirizz)8. Il-pajjiż tal-konsenja9. Il-pajjiż tad-destinazzjoni10. L-ewwel kunsinnatarju fil-Komunità (l-isem u l-indirizz)11. L-isem u l-indirizz ta' l-importatur12. Marki u numri. Kontenituri Nru(i). Numru u tip. L-isem tad-ditta tal-prodott13. Kodiċi NM14. Kwantità iddikjarata15. Dikjarazzjoni mill-korp jew l-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikat referut fil-kaxxa 1.Dan huwa biex jiċċertifika li dan iċ-ċertifikat kien ġie maħruġ fuq il-bażi tal-verifiki meħtieġa permezz ta' l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 u li l-prodotti nnominati hawn fuq kienu ġew akkwistati bi qbil mar-regoli tal-produzzjoni u l-ispezzjcjoni tal-metodu tal-produzzjoni organika li huma meqjusa bħala ekwivalenti bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 834/2007.DataIsem u firma tal-persuna awtorizzataTimbru ta' l-awtorità jew il-korp tal-ħruġ

16. Dikjarazzjoni ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li tkun tat l-awtorizzazzjoni jew in-nominat tagħha.Dan huwa biex jiċċertifika li l-prodotti nnominati hawn fuq kienu ġew awtrorizzati għall-marketing fil-Komunità Ewropea bi qbil mal-proċedura ta' l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 1235/2008, permezz tan-numri ta' l-awtorizzazzjoni msemmija fil-kaxxa 4.DataIsem u firma tal-persuna awtorizzataTimbru ta' l-awtorità kompetenti jew in-nominat tagħha fl-Istat Membru17. Verifika tal-konsenja mill-awtorità relevanti ta' l-Istat Membru.Stat Membru: …Reġistrazzjoni ta' l-importazzjoni (tip, numru, data u uffiċċju tad-dikjarazzjoni doganali): …Data: …Isem u firma tal-persuna awtorizzataTimbru18. Dikjarazzjoni ta' l-ewwel kunsinnatarjuDan huwa biex jiċċertifika li l-wasla ta' l-oġġetti kienet ġiet imwettqa bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 899/2008.L-isem tal-kumpanijaDataIsem u firma tal-persuna awtorizzata

NotiKaxxa 1: L-awtorità jew il-korp jew l-awtorità jew il-korp l-ieħor innominat kif referut fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Dan il-korp jimla wkoll il-kaxxi 3 u 15.Kaxxa 2: Din il-kaxxa tindika r-Regolamenti tal-KE li huma relevanti għall-ħruġ u l-użu ta' dan iċ-ċertifikat, indika d-dispożizzjonijiet relevanti.Kaxxa 3: In-numru serjali taċ-ċertifikat mogħti mill-korp jew mill-awtorità tal-ħruġ bi qbil ma' l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.Kaxxa 4: In-numru ta' l-awtorizzazzjoni fil-każ ta' l-importazzjoni permezz ta' l-Artikolu 19. Din il-kaxxa hija mimlija mill-kortp tal-ħruġ jew, meta l-informazzjoni ma tkunx għadha disponibbli fil-waqt li l-korp tal-ħruġ jikkonferma l-kaxxa 15, mill-importatur.Kaxxa 5: L-isem u l-indirizz ta' l-esportatur.Kaxxa 6: L-awtorità jew il-korp tal-kontoll għal monitoraġġ tal-konformità ta' l-aħħar operazzjoni (produzzjoni, preparazzjoni, inkluż l-ippakkjar u l-ittikkettjar) mar-regoli tal-metodi tal-produzzjoni organika fil-pajjiż terz tal-konsenja.Kaxxa 7: L-operatur li jkun wettaq l-aħħar operazzjoni (produzzjoni, preparazzjoni, inkluż l-ippakkjar u l-ittikkettjar) dwar il-konsenja fil-pajjiż terz imsemmi fil-kaxxa 8.Kaxxa 9: Il-pajjiż tad-destinazzjoni jfisser il-pajjiż ta' l-ewwel kunsinnatarju fil-Komunità.Kaxxa 10: L-isem u l-indirizz ta' l-ewwel kunsinnatarju tal-konsenja fil-Komunità. L-ewwel kunsinnatarju għandu jfisser il-persuna naturali jew legali fejn il-konsenja tkun imwassla u fejn din tkun imqandla għal aktar preparazzjoni u/jew marketing. L-ewwel kunsinnatarju għandu wkoll jimla l-kaxxa 18.Kaxxa 11: L-isem u l-indirizz ta' l-importatur. L-importatur għandu jfisser il-persuna naturali jew legali fil-Komunità Ewropea li tippreżenta l-konsenja għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità Ewropea, jew waħedha jew permezz ta' rappreżentant.Kaxxa 13: Il-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għall-prodott ikkonċernat.Kaxxa 14: Il-kwantità ddikjarata, espressa fl-unitajiet xierqa (kg, litri, eċċ.).Kaxxa 15: Id-dikjarazzjoni tal-korp jew ta' l-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikat. Il-firma u t-timbu għandhom ikunu ta' kulur differenti minn dak ta' l-istampar.Kaxxa 16: Biss għall-importazzjoni permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 1235/2008. Għandha tkun mimlija mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li tkun tat l-awtorizzazzjoni, jew mill-korp jew mill-awtorità ddelegata fil-każ ta' delegazzjoni bi qbil ma' l-Artikolu 13(7) (b) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. M'għandhiex tkun mimlija meta d-deroga ta' l-Artikolu 13(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 tkun applikabbli.Kaxxa 17: Għandha tkun mimlija mill-awtorità relevanti ta' l-Istat Membru jew waqt il-verifika tal-konsenja bi qbil mal-Artikolu 4(1) jew qabel il-preparazzjoni jew l-operazzjoni tal-qsim fiċ-ċirkostanzi referuti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.Kaxxa 18: Għandha tkun mimlija mill-ewwel kunsinnatarju mal-wasla tal-prodotti, meta dan ikun wettaq il-verifiki li hemm provvediment dwarhom l-Artikolu 34, tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.




ANNESS VI

MUDELL TAL-ESTRATT TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ SPEZZJONI

msemmi fl-Artikolu 14

Il-mudell ta' l-estratt huwa ddeterminat fir-rigward ta':

 it-test,

 il-format,

 it-tqassim u l-qisien tal-kaxxi.

ESTRATT Nru … MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TA' L-ISPEZZJONI GĦALL-IMPORTAZZJONI TA′ PRODOTTI MILL-PRODUZZJONI ORGANIKA FIL-KOMUNITÀ EWROPEA1. Il-korp jew l-awtorità li tkun ghamlet il-ħruġ taċ-ċertifikat ta' l-ispezzjoni relevanti (l-isem u l-indirizz)2. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 834 l-Artikolu 33(2) jew l-Artikolu 33(3) jew ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/20083. In-numru serjali taċ-ċertifikat ta' l-ispezzjoni relevanti4. Numru tar-referenza ta' l-awtorizzazzjoni permezz ta' l-Artikolu 195. L-operatur li jkun qasam il-konsenja oriġinali f'lottijiet (l-isem u l-indirizz)6. L-awtorità jew il-korp tal-kontroll (l-isem u l-indirizz)7. L-isem u l-indirizz ta' l-importatur tal-konsenja oriġinali8. Il-pajjiż li jkun bagħat il-konsenja oriġinali9. Il-kwanità totali ddikjarata fil-konsenja oriġinali10. Il-kunsinnatarju tal-lott akkwistat mill-qasma (l-isem u l-indirizz)11. Marki u numri. Kontenituri Nru(i). Numru u tip. L-isem tad-ditta tal-lott.12. Kodiċi NM13. Il-kwanità ddikjarata tal-lott.14. Dikjarazzjoni ta' l-awtorità relevanti ta' l-Istat Membru li tikkonferma l-estratt taċ-ċertifikat.Dan l-estratt jikkorrespondi għal-lott deskritt hawn fuq u akkwistat bil-qasma tal-konsenja li hija koperta biċ-ċertifikat oriġinali ta' l-ispezzjoni bin-numru serjali msemmi fil-kaxxa 3.Stat Membru: …Data: …Isem u firma tal-persuna awtorizzataTimbru15. Dikjarazzjoni tal-kunsinnatarju tal-lottDan hu biex jiċċertifika li l-wasla tal-lott kienet ġiet imwettqa bi qbil mal-punt l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008L-isem tal-kumpanijaData:Isem u firma tal-persuna awtorizzata

NotiEstratt Nru …: In-numru ta' l-estratt jikkorrespondi għan-numru tal-lott akkwistat mill-qsim tal-konsenja oriġinali.Kaxxa 1: L-isem tal-korp jew ta' l-awtorità fil-pajjiż terz li tkun ħarġet iċ-ċertifikat oriġinali ta' l-ispezzjoni.Kaxxa 2: Din il-kaxxa tindika r-Regolamenti tal-KE li huma relevanti ghall-ħruġ u l-użu ta' dan l-estratt. Indika d-dispożizzjoni relevanti li permezz tagħha l-konsenja oriġinali kienet ġiet importata, ara l-kaxxa 2 taċ-ċertifikat oriġinali ta' l-ispezzjoni.Kaxxa 3: In-numru serjali taċ-ċertifikat oriġinali li kien ġie mogħti mill-korp jew mill-Awtorità tal-ħruġ bi qbil ma' l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.Kaxxa 4: In-numru tar-referenza ta' l-awtorizzazzjoni mogħtija permezz ta' l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, ara l-kaxxa 4 taċ-ċertifikat oriġinali ta' l-ispezzjoni.Kaxxa 6: Il-korp jew l-awtorità tal-kontroll inkarigata mill-kontroll ta' l-operatur li jkun qasam il-konsenja.Kaxxi 7, 8, 9: Ara l-informazzjoni relevanti fiċ-ċertifikat oriġinali ta' l-ispezzjoni.Kaxxa 10: Il-kunsinnatarju tal-lott (akkwistat mill-qsim) fil-Komunità Ewropea.Kaxxa 12: Il-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tal-lott għall-prodott ikkonċernat.Kaxxa 13: Il-kwantità ddikjarata, espressa fl-unitajiet xierqa (kg, litri, eċċ.).Kaxxa 14: Għandha tkun mimlija mill-awtorità relevanti ta' l-Istat Membru għal kull wiehed mil-lottijiet li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-qsim referuta fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.Kaxxa 15: Ghandha tkun mimlija mal-wasla tal-lott, meta l-kunsinnatarju jkun wettaq il-verifiki li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 33tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.




ANNESS VII



Tabella ta’ korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 20

Regolament (KE) Nru 345/2008

Regolament (KE) Nru 605/2008

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1

Artikolu 1(2)

Artikolu 2, kliem introduttorji u l-punt (1)

Artikolu 2, kliem introduttorji u l-punt (1)

 

Artikolu 2, punt (2)

 

Artikolu 2, punt (2)

Artikolu 2, punt (3)

 

Artikolu 2, punt (3)

Artikolu 2, punt (4)

 

Artikolu 2, punt (4)

 

Artikolu 2, punt (5)

Artikolu 2, punt (5)

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 1

Artikolu 7

Artikolu 2(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 2(4)

Artikoli 8(3) u 9(2)

Artikolu 8(4)

Artikolu 2(5)

 

Artikolu 9(1)

Artikolu 2(6)

 

Artikoli 9(3) u 9(4)

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikoli 3 u 4

Artikolu 13

Artikolu 5

Artikolu 14

Artikolu 6

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 3

Artikolu 8

Artikolu 20

Artikolu 4

Artikolu 9

Artikolu 21

Anness II

Anness I

Anness II

Anness I

Anness III

Anness IV

Anness I

Anness V

Anness II

Anness VI

Anness III

Anness IV

Anness VII



( 1 ) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

( 2 ) ĠU L 108, 18.4.2008, p. 8.

( 3 ) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

( 4 ) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

( 5 ) ĠU L 166, 27.6.2008, p. 3.

( 6 ) ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

( 7 ) ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

( 8 ) ĠU L 251, 27.7.2004, p. 9.

( 9 ) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

Top