Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008D0837-20190712

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) modifikat ġenetikament skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6204) (It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/837/KE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/837/2019-07-12

    02008D0837 — MT — 12.07.2019 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta’ Ottubru 2008

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) modifikat ġenetikament skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6204)

    (It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/837/KE)

    (ĠU L 299 8.11.2008, p. 36)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1195 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-10 ta' Lulju 2019

      L 187

    43

    12.7.2019




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta’ Ottubru 2008

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) modifikat ġenetikament skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6204)

    (It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/837/KE)



    Artikolu 1

    Organiżmu modifikat ġenetikament u identifikatur uniku

    Il-qoton modifikat ġenetikament (Gossypium hirsutum) LLCotton25, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku ACS-GHØØ1-3, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

    Artikolu 2

    Awtorizzazzjoni

    Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

    (a) ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ACS-GHØØ1-3;

    (b) ikel li fih, li jikkonsisti minn, jew li hu prodott minn qoton ACS-GHØØ1-3;

    (c) prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minn qoton ACS-GHØØ1-3 għall-istess użi bħal kwalunkwe qoton ieħor ħlief għal kultivazzjoni.

    Artikolu 3

    Tqegħid tat-tikketti

    1.  Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tqegħid tat-tikketti stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qoton”.

    2.  Il-kelmiet “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’ u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn qoton ACS-GHØØ1-3 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (c).

    Artikolu 4

    Monitoraġġ għal effetti ambjentali

    1.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għal effetti ambjentali, kif stabbilit fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

    2.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet imfassla fil-pjan ta’ monitoraġġ.

    Artikolu 5

    Reġistru Komunitarju

    It-tagħrif fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru Komunitarju ta’ ikel u għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    Artikolu 6

    Detentur tal-awtorizzazzjoni

    Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun ►M1  BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja ◄ .

    Artikolu 7

    Validità

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

    Artikolu 8

    Destinatarju

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil ►M1  BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen ◄ , il-Ġermanja.




    ANNESS

    ▼M1

    (a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

    Isem

    :

    BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

    Indirizz

    :

    100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932 — l-Istati Uniti tal-Amerka

    Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.

    ▼B

    (b)   Isem u speċifikazzjoni tal-prodotti:

    (1)

    Ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ACS-GHØØ1-3;

    (2)

    Ikel li fih, li jikkonsisti minn, jew li hu prodott minn qoton ACS-GHØØ1-3;

    (3)

    Prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minn qoton ACS-GHØØ1-3 għall-istess użi bħal kwalunkwe qoton ieħor ħlief għal kultivazzjoni.

    Il-qoton ACS-GHØØ1-3 modifikat ġenetikament, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimi l-proteina PAT li tagħti t-tolleranza lill-erbiċida tal-glufosinate-ammonium.

    (ċ)   Tqegħid tat-tikketti:

    (1)

    Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tqegħid tat-tikketti speċifiċi stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qoton”.

    (2)

    Il-kelmiet “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’ u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn qoton ACS-GHØØ1-3 li jissemmew fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni.

    (d)   Metodu għall-identifikazzjoni:

     Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tal-qoton ACS-GHØØ1-3

     Ivvalidat fuq żrieragħ mil-laboratorju ta’ referenza Komunitarju stabbilit skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.it/statusofdoss.htm

    ▼M1

     Materjal ta' referenza: AOCS 0306-A u AOCS 0306-E aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/crm

    ▼B

    (e)   Identifikatur uniku:

    ACS-GHØØ1-3

    (f)   Tagħrif mitlub skond l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

    Clearing House tal-Bijosikurezza, Rekord ID: ara [għandu jitlesta meta notifikat]

    (g)   Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew il-ġarr tal-prodotti:

    Mhux meħtieġa.

    (h)   Pjan ta’ monitoraġġ:

    Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE

    [Ħolqa: pjan ippubblikat fuq l-Internet]

    (i)   Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem:

    Mhux meħtieġa.

    Nota: il-ħolqiet għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawn il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.

    Top