Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008D0411-20190208

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3400 u t-3800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1873) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/411/KE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/411/2019-02-08

    02008D0411 — MT — 08.02.2019 — 002.002


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-21 ta’ Mejju 2008

    dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1873)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/411/KE)

    (ĠU L 144 4.6.2008, p. 77)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/276/UE tat-2 ta' Mejju 2014

      L 139

    18

    14.5.2014

    ►M2

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/235 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-24 ta' Jannar 2019

      L 37

    135

    8.2.2019


    Ikkoreġuta bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 092, 1.4.2019, p.  11 (2019/235)




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-21 ta’ Mejju 2008

    dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1873)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/411/KE)



    Artikolu 1

    L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tarmonizza l-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, mingħajr ħsara għall-ħarsien u l-operat kontinwu ta’ użi oħra eżistenti f'din il-medda.

    ▼M1

    Artikolu 2

    ▼M2

    1.  Mingħajr ħsara għall-protezzjoni u għall-funzjonament kontinwu ta' xi użu eżistenti ieħor f'din il-medda, meta l-Istati Membri jallokaw u jagħmlu disponibbli, fuq bażi mhux esklussiva, il-medda ta' frekwenzi 3 400 –3 800 MHz għan-netwerks terrestri ta' komunikazzjoni elettronika, dawn għandhom jagħmlu dan skont il-parametri stabbiliti fl-Anness.

    ▼M1

    2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-netwerks imsemmija fil-paragrafu 1 jagħtu l-protezzjoni xierqa lis-sistemi f'meded li jmissu magħhom.

    3.  L-Istati Membri ma għandhomx ikunu marbutin li jimplimentaw l-obbligi ta' din id-Deċiżjoni f'żoni ġeografiċi fejn il-koordinazzjoni mal-pajjiżi terzi tirrikjedi devjazzjoni mill-parametri fl-Anness.

    L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz possibbli biex isolvu tali devjazzjonijiet, u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom, inklużi ż-żoni ġeografiċi milquta, u jippubblikaw it-tagħrif relevanti skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

    ▼B

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz skond l-Artikolu 2 għan-netwerks fissi, nomadiċi u mobbli ta’ komunikazzjoni elettronika.

    ▼M1

    L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ftehimiet dwar il-koordinazzjoni transkonfinali bl-għan li jiġi permess il-funzjonament ta' dawk in-netwerks, filwaqt li jitqiesu l-proċeduri u d-drittijiet regolatorji eżistenti.

    ▼B

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom iżommu l-użu tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz taħt sorveljanza kontinwa, u għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni sabiex tkun tista’ ssir reviżjoni regolari u f’waqtha tad-Deċiżjoni.

    ▼M2

    Artikolu 4a

    L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2019.

    ▼B

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    ▼M2




    ANNESS

    PARAMETRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

    A.   DEFINIZZJONIJIET

    Sistemi ta' antenni attivi (Active antenna systems/AAS) tfisser stazzjon bażi u antenna tas-sistema fejn l-amplitudni u/jew il-fażi bejn l-elementi tal-antenna jiġu aġġustati kontinwament biex iwasslu għal mudell tal-antenna (antenna pattern) li jvarja skont il-bidliet fi żmien qasir fl-ambjent tar-radju. Dan jeskludi t-tiswir ta' raġġi fit-tul (beam shaping) bħall-inklinazzjoni elettrika fissa dixxendenti. Fl-istazzjonijiet bażi AAS, is-sistema tal-antenna tiġi integrata bħala parti mis-sistema tal-istazzjon bażi jew tal-prodott.

    Funzjonament sinkronizzat tfisser il-funzjonament ta' żewġ netwerks TDD (time division duplex) jew aktar differenti, fejn ma jseħħux trażmissjonijiet UL (uplink) u DL (downlink) simultanji, jiġifieri f'mument partikolari tal-ħin in-netwerks kollha jkunu qed jittrażmettu b'mod dixxendenti jew in-netwerks kollha jkunu qed jittrażmettu b'mod axxendenti. Dan jeħtieġ l-allinjament tat-trażmissjonijiet DL u UL kollha għan-netwerks TDD involuti kollha kif ukoll is-sinkronizzazzjoni tal-bidu tal-frejm fost in-netwerks kollha.

    Funzjonament mhux sinkronizzat tfisser il-funzjonament ta' żewġ netwerks TDD jew aktar differenti, fejn f'mument partikolari tal-ħin, mill-anqas netwerk wieħed ikun qed jittrażmetti f'DL filwaqt li mill-anqas netwerk wieħed ikun qed jittrażmetti f'UL. Dan jista' jiġri jekk in-netwerks TDD ma jallinjawx it-trażmissjonijiet DL u UL kollha jew ma jissinkronizzawx fil-bidu tal-frejm.

    Funzjonament semisinkronizzat tfisser il-funzjonament ta' żewġ netwerks TDD jew aktar differenti, fejn parti tal-frejm tkun konsistenti mal-funzjonament sinkronizzat, filwaqt li l-parti li jkun fadal tal-frejm tkun konsistenti mal-funzjonament mhux sinkronizzat. Dan jeħtieġ l-adozzjoni ta' struttura tal-frejm għan-netwerks TDD kollha involuti, inkluż slottijiet meta d-direzzjoni UL/DL ma tkunx speċifikata, kif ukoll is-sinkronizzazzjoni tal-bidu tal-frejm fost in-netwerks kollha.

    Il-potenza totali radjata (TRP) hija unità tal-kejl tal-ammont ta' potenza rradjata mill-antenna. Din hija daqs l-input tal-potenza kondotta totali li jidħol ġos-sistema tal-array tal-antenna wara t-tnaqqis ta' kwalunkwe telf fis-sistema tal-array tal-antenna. TRP tfisser il-parti integrali tal-potenza trażmessa f'direzzjonijiet differenti fl-isfera sħiħa tar-radjazzjoni kif jidher fil-formula:

    ▼C1

    image

    fejn P(image, φ) hija l-potenza rradjata minn sistema tal-array tal-antenna fid-direzzjoni (image, φ) mogħtija bil-formula:

    P(image, φ) = PTxg(image, φ)

    fejn PTx tirrappreżenta l-potenza kondotta (imkejla f'Watts), li hija l-input ġos-sistema tal-array, u g(image, φ) tirrappreżenta l-gwadann direzzjonali tas-sistemi tal-array tul id-direzzjoni (image, φ).

    ▼M2

    B.   PARAMETRI ĠENERALI

    Fi ħdan il-medda ta' frekwenzi 3 400 -3 800 MHz:

    1. il-modalità duplex tal-funzjonament għandha tkun TDD (time division duplex);

    2. id-daqsijiet tal-blokok allokati għandhom ikunu f'multipli ta' 5 MHz. Il-limitu aktar inferjuri tal-frekwenza ta' blokk allokat għandu jiġi allinjat jew spazjat f'multipli ta' 5 MHz, mit-tarf inferjuri tal-medda ta' frekwenzi ta' 3 400  MHz ( 1 );

    3. għandu jkun hemm spettru disponibbli li jipprovdi l-opportunità tal-aċċess għal porzjonijiet kbar biżżejjed tal-ispettru kontigwu, l-aħjar 80-100 MHz, għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili;

    4. it-trażmissjoni mill-istazzjonijiet ta' bażi u mill-istazzjonjiet terminali għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet tekniċi speċifikati fil-Parti C u fil-Parti D, rispettivament.

    C.   KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-ISTAZZJONIJIET BAŻI — BLOCK EDGE MASK

    Il-parametri tekniċi li ġejjin għall-istazzjonijiet bażi, imsejħin Block Edge Mask (BEM), huma element fundamentali tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-koeżistenza bejn netwerks li jmissu ma' xulxin, jekk ma jkunx hemm ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn operaturi ta' tali netwerks li jmissu ma' xulxin. Jekk jintlaħaq ftehim bejn l-operaturi ta' netwerks bħal dawn, jistgħu jintużaw ukoll parametri tekniċi inqas stretti.

    Il-BEM jikkonsisti minn diversi elementi mogħtija fit-Tabella 1. Il-limitu tal-potenza in-block jiġi applikat għal blokk li jkun il-proprjetà ta' operatur. Il-limitu tal-potenza tal-linja bażi, li hu maħsub biex jipproteġi l-ispettru ta' operaturi oħra, u l-limitu tal-potenza reġjonali tranżizzjonali, li jippermetti li jsir roll-off tal-filtru mil-limitu tal-potenza in-block għal dak tal-linja bażi, u l-limitu ristrett tal-potenza tal-linja bażi applikabbli għal każijiet ta' funzjonament mhux sinkronizzat jew semisinkronizzat, jirrappreżentaw elementi barra l-blokk. Il-limitu addizzjonali tal-potenza tal-linja bażi huwa limitu tal-potenza 'l barra mill-medda ta' frekwenzi (out-of-band) li jintuża għall-protezzjoni tal-funzjonament tar-radar taħt 3 400 MHz jew għall-protezzjoni ta' servizzi tas-satelliti fissi (FSS) u ta' servizzi fissi (FS) 'il fuq minn 3 800 MHz.

    It-Tabelli 2 sa 7 juru l-limiti tal-potenza għall-elementi BEM differenti għan-netwerks TDD li jipprovdu servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (ECS) tal-broadband mingħajr fili (WBB). Il-limiti tal-potenza huma pprovduti għal netwerks ECS WBB mhux sinkronizzati, semisinkronizzati u sinkronizzati.

    Fit-Tabelli 3 u 4, il-livell tal-potenza PMax huwa l-potenza massima tat-trasportatur (carrier power) f'dBm għall-istazzjon bażi speċifikat. PMax huwa ddefinit u mkejjel bħala l-potenza ekwivalenti rradjata isotropikament (e.i.r.p.) għal kull antenna għall-istazzjonijiet bażi b'sistemi ta' antenni mhux attivi (non-AAS). Għall-ASS, PMax tal-istazzjonijiet bażi huwa ddefinit bħala l-potenza medja massima tat-trasportatur (mean carrier power) għall-istazzjon bażi f'dBm u mkejjel bħala TRP għal kull trasportatur f'ċellula partikolari.

    ▼C1

    Fit-Tabelli 3, 4, u 7 l-limiti tal-potenza huma ddeterminati b'mod relattiv għal limitu superjuri fiss permezz tal-formula Min(PMax – A, B), li jistabbilixxi l-livell inferjuri (jew aktar strett) minn fost iż-żewġ valuri: (1) (PMax – A) li jesprimi l-potenza massima tat-trasportatur P Max bi tnaqqis ta' offset relattiv A, u (2) il-limitu superjuri fiss B.

    ▼M2

    Biex tikseb BEM għal blokk speċifiku, l-elementi BEM li huma definiti fit-Tabella 1 jiġu kkombinati bil-passi li ġejjin:

    1. il-limitu tal-potenza in-block jintuża għall-blokk assenjat lill-operatur;

    2. jiġu ddeterminati r-reġjuni tranżizzjonali, u jintużaw il-limiti tal-potenza korrispondenti;

    3. il-limitu tal-potenza tal-linja bażi jintuża fil-każ ta' netwerks ECS WBB sinkronizzati għall-ispettru fi ħdan il-medda ta' frekwenzi ħlief mill-blokk tal-operatur speċifikat u r-reġjuni tranżizzjonali korrispondenti;

    4. fil-każ ta' netwerks mhux sinkronizzati u semisinkronizzati tal-ECS WBB jintużaw il-limiti tal-potenza tal-linja bażi ristretti;

    5. għall-ispettri taħt 3 400 MHz, jintuża l-limitu tal-potenza tal-linja bażi addizzjonali rispettiv;

    6. għall-koeżistenza ma' FSS/FS 'il fuq minn 3 800 MHz jintuża limitu tal-potenza tal-linja bażi addizzjonali.

    Il-Grafika hawn taħt tipprovdi eżempju tat-taħlita ta' elementi BEM differenti.

    Grafika

    Eżempju tal-elementi BEM tal-istazzjon bażi u l-limiti tal-potenza

    image



    Tabella 1

    Definizzjoni tal-elementi BEM

    Element BEM

    Definizzjoni

    In-block

    Tirreferi għal blokk li għalih tiġi dderivata l-BEM.

    Linja bażi

    L-ispettru minn 3 400 -3 800 MHz użat għal WBB ECS, bl-eċċezzjoni tal-blokk assenjat lill-operatur u r-reġuni tranżizzjonali korrispondenti.

    Reġjun tranżizzjonali

    L-ispettru minn 0 sa 10 MHz taħt il-blokk allokat il-operatur u minn 0 sa 10 MHz 'il fuq mill-blokk assenjat lill-operatur. Ir-reġjuni tranżizzjonali ma japplikawx għal blokok TDD assenjati lil operaturi oħrajn, jekk in-netwerks ma jkunux sinkronizzati. Ir-reġjuni tranżizzjonali ma japplikawx taħt 3 400 MHz jew 'il fuq minn 3 800 MHz.

    Linja bażi addizzjonali

    L-ispettru taħt 3 400 MHz u 'l fuq minn 3 800 MHz.

    Linja bażi ristretta

    L-ispettru użat għad-WBB ECS min-netwerks mhux sinkronizzati jew semisinkronizzati mal-blokk tal-operatur speċifikat.

    Nota spjegattiva għat-Tabella 1

    L-elementi BEM huma applikabbli għall-istazzjonijiet bażi b'livelli ta' potenza differenti, tipikament imsejħa stazzjonijiet bażi makro, mikro, piko u femto ( 2 ).



    Tabella 2

    Il-limitu tal-potenza in-block għall-istazzjonijiet bażi non-AAS u AAS

    Element BEM

    Medda ta' Frekwenzi

    Limitu tal-potenza għall-istazzjonijiet bażi non-AAS u AAS

    In-block

    Blokk assenjat lill-operatur

    Mhux obbligatorju.

    Nota spjegattiva għat-Tabella 2

    Fil-każ speċifiku ta' stazzjonijiet bażi femto, għandu jiġi applikat il-kontroll tal-potenza sabiex tiġi minimizzata l-interferenza fuq kanali li jmissu. Ir-rekwiżit dwar il-kontroll tal-potenza għall-istazzjonijiet bażi femto joħroġ mill-ħtieġa li titnaqqas l-interferenza minn tagħmir li jista' jintuża mill-konsumaturi, u għalhekk ma jkunx ikkoordinat man-netwerks tal-madwar. L-Istati Membri li jixtiequ jinkludu limitu fl-awtorizzazzjoni tagħhom jew jużaw limitu għal skopijiet ta' koordinazzjoni jistgħu jiddefinixxu limiti bħal dawn fuq bażi nazzjonali.



    Tabella 3

    Limiti tal-potenza tal-linja bażi għall-istazzjonijiet bażi non-AAS u AAS b'funzjonament sinkronizzat tan-netwerk

    Element BEM

    Medda ta' Frekwenzi

    Limitu non-AAS e.i.r.p.

    Limitu TRP AAS

    Linja bażi

    Offset taħt – 10 MHz mill-block edge inferjuri

    Offset 'il-fuq minn 10 MHz mill-block edge superjuri

    fil-frekwenzi 3 400 -3 800  MHz

    Min(PMax – 43, 13) dBm/(5 MHz ) għal kull antenna (1)

    Min(PMax′ – 43, 1) dBm/(5 MHz) għal kull ċellola (2) ċellula (3)

    (*1)   PMax huwa l-potenza medja massima tat-trasportatur f'dBm għall-istazzjon bażi mkejla bħala e.i.r.p. għal kull trasportatur għal kull antenna

    (*2)   PMax′ huwa l-potenza medja massima tat-trasportatur f'dBm għall-istazzjon bażi mkejla bħala TRP għal kull trasportatur f'ċellula partikolari

    (*3)   Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali.

    Nota spjegattiva għat-Tabella 3

    Il-limitu superjuri fiss applikat (13 dBm/(5 MHz) għan-non-AAS jew 1 dBm/(5 MHz) għall-AAS) jipprovdi limitu superjuri għall-interferenza minn stazzjon bażi. Meta żewġ blokok TDD ikunu sinkronizzati, ma jkun hemm l-ebda interferenza bejn l-istazzjonijiet bażi.



    Tabella 4

    Limiti tal-potenza tar-reġjuni tranżizzjonali, għall-istazzjonijiet bażi non-AAS u AAS b'funzjonament sinkronizzat tan-netwerk WBB ECS

    Element BEM

    Medda ta' Frekwenzi

    Limitu non-AAS e.i.r.p.

    Limitu TRP AAS

    Reġjun tranżizzjonali

    Offset minn – 5 sa 0 MHz mill-block edge inferjuri jew

    Offset minn 0 sa 5 MHz mill-block edge superjuri

    Min(PMax – 40, 21) dBm/(5 MHz) għal kull antenna (1)

    Min(PMax′ – 40, 16) dBm/(5 MHz) għal kull ċellula (2) (3)

    Reġjun tranżizzjonali

    Offset minn – 10 sa – 5 MHz mill-block edge inferjuri jew

    Offset minn 5 sa 10 MHz mill-block edge superjuri

    Min(PMax– 43, 15) dBm/(5 MHz) għal kull antenna (1)

    Min(PMax′– 43, 12) dBm/(5 MHz) għal kull ċellula (2) (3)

    (*1)   PMax huwa l-potenza medja massima tat-trasportatur f'dBm għall-istazzjon bażi mkejla bħala e.i.r.p. għal kull trasportatur għal kull antenna

    (*2)   PMax′ huwa l-potenza medja massima tat-trasportatur f'dBm għall-istazzjon bażi mkejla bħala TRP għal kull trasportatur f'ċellula partikolari

    (*3)   Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali.



    Tabella 5

    Limiti ristretti tal-potenza tal-linja bażi għall-istazzjonijiet bażi non-AAS u AAS b'funzjonament mhux sinkronizzat u semi sinkronizzat tan-network WBB ECS

    Element BEM

    Medda ta' Frekwenzi

    Limitu non-AAS e.i.r.p.

    Limitu TRP AAS

    Linja bażi ristretta

    Blokok mhux sinkronizzati u semisinkronizzati, taħt il-block edge inferjuri u 'il fuq mill-block edge superjuri, fil-frekwenzi 3 400 -3 800 MHz

    – 34 dBm/(5 MHz) għal kull ċellula (1)

    – 43 dBm/(5 MHz) għal kull ċellula (1)

    (*1)   Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali.

    Nota spjegattiva għat-Tabella 5

    Dawn il-limiti ristretti tal-potenza jintużaw għal funzjonament mhux sinkronizzat u semisinkronizzat tal-istazzjonijiet bażi, jekk ma tkun disponibbli l-ebda separazzjoni ġeografika. Barra minn hekk, skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu ristrett tal-potenza tal-linja bażi alternattiv li jkun anqas rigoruż u li jkun japplika għal każijiet speċifiċi ta' implimentazzjoni sabiex ikun żgurat użu aktar effiċjenti tal-ispettru.



    Tabella 6

    Limiti addizzjonali tal-potenza tal-linja bażi għall-istazzjonijiet bażi non-AAS u AAS (1) taħt 3 400 MHz għal każijiet speċifiċi għall-pajjiż

     

    Każ

    Element BEM

    Medda ta' Frekwenzi

    Limitu non-AAS e.i.r.p.

    Limitu TRP AAS

    A

    Stati Membri b'sistemi ta' radjulokazzjoni militari taħt 3 400 MHz

    Linja bażi addizzjonali

    Taħt 3 400 MHz (2)

    – 59 dBm/MHz għal kull antenna

    – 52 dBm/MHz għal kull ċellula (3)

    B

    Stati Membri b'sistemi ta' radjulokazzjoni militari taħt 3 400 MHz

    Linja bażi addizzjonali

    Taħt 3 400 MHz (2)

    – 50 dBm/MHz għal kull antenna

    C

    Stati Membri mingħajr l-użu ta' meded ta' frekwenzi li jmissu magħhom, jew b'użu li ma jeħtieġ l-ebda protezzjoni addizzjonali

    Linja bażi addizzjonali

    Taħt 3 400 MHz

    Mhux applikabbli

    Mhux applikabbli

    (*1)   Miżuri alternattivi jistgħu jkunu meħtieġa fuq bażi ta' każ b'każ għall-istazzjonijiet bażi AAS ta' ġewwa fuq bażi nazzjonali.

    (*2)   Jekk qabel l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE, l-Istati Membri diġà jkunu implimentaw medda ta' protezzjoni meta ħarġu l-liċenzji għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu WBB ECS, dawk l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-linja bażi addizzjonali biss taħt din il-medda ta' protezzjoni, diment li tkun konformi mal-protezzjoni tar-radars fil-medda kontigwa u mal-obbligi transfruntieri.

    (*3)   Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali

    Nota spjegattiva għat-Tabella 6

    Il-limiti addizzjonali tal-potenza tal-linja bażi jirriflettu l-ħtieġa ta' protezzjoni tar-radjulokazzjoni militari f'ċerti pajjiżi. L-amministrazzjonijiet jistgħu jagħżlu limitu mill-każ A jew B għan-non-AAS, skont il-livell ta' protezzjoni meħtieġ għar-radar fir-reġjun ikkonċernat. Jista' jkun hemm bżonn żona ta' koordinazzjoni sa 12 km madwar ir-radars terrestri fissi, ibbażata fuq limitu AAS TRP ta' – 52 dBm/MHz għal kull ċellula. Din il-koordinazzjoni hija fir-responsabbiltà tal-Istat Membru rilevanti.

    Jistgħu jkunu meħtieġa miżuri ta' mitigazzjoni oħrajn bħas-separazzjoni ġeografika, il-koordinazzjoni fuq bażi ta' każ b'każ jew medda ta' protezzjoni addizzjonali. F'każ tal-użi minn ġewwa, l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu limitu anqas rigoruż li jkun japplika għal każijiet speċifiċi ta' implimentazzjoni.



    Tabella 7

    Limiti addizzjonali tal-potenza tal-linja bażi 'l fuq minn 3 800 MHz għall-istazzjonijiet bażi għal koeżistenza mal-FSS/FS

    Element BEM

    Medda ta' Frekwenzi

    Limitu non-AAS e.i.r.p.

    Limitu tal-potenza TRP AAS

    Linja bażi addizzjonali

    3 800 -3 805 MHz

    Min(PMax– 40, 21) dBm/(5 MHz) għal kull antenna (1)

    Min(PMax′– 40, 16) dBm/(5 MHz) għal kull ċellola (2) (3)

    3 805 -3 810 MHz

    Min(PMax– 43, 15) dBm/(5 MHz) għal kull antenna (1)

    Min(PMax′– 43, 12) dBm/(5 MHz) għal kull ċellula (2) (3)

    3 810 -3 840 MHz

    Min(PMax– 43, 13) dBm/(5 MHz) għal kull antenna (1)

    Min(PMax′– 43, 1) dBm/(5 MHz) għal kull ċellula (2) (3)

    'Il fuq minn 3 840 MHz

    – 2 dBm/(5 MHz) għal kull antenna (1)

    – 14 dBm/(5 MH) għal kull ċellula (3)

    (*1)   PMax huwa l-potenza medja massima tat-trasportatur f'dBm għall-istazzjon bażi mkejla bħala e.i.r.p. għal kull trasportatur għal kull antenna

    (*2)   PMax′ huwa l-potenza medja massima tat-trasportatur f'dBm għall-istazzjon bażi mkejla bħala TRP għal kull trasportatur f'ċellula partikolari

    (*3)   Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata jirreferi għal-livell li jikkorrispondi għal kull wieħed mis-setturi individwali

    Nota spjegattiva għat-Tabella 7

    Il-limiti addizzjonali tal-potenza tal-linja bażi huma applikati fit-tarf tal-medda ta' frekwenzi 3 800 MHz biex jgħinu il-proċess ta' koordinazzjoni li jrid jitwettaq fil-livell nazzjonali.

    D.   KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-ISTAZZJONIJIET TERMINALI



    Tabella 8

    Rekwiżit in-block — limitu tal-potenza in-block tal-BEM tal-istazzjon terminali

    Potenza in-block massima

    28 dBm TRP

    Nota spjegattiva għat-Tabella 8

    Il-limitu tal-potenza rradjata in-block għall-istazzjonijiet terminali fissi/nomadiċi jista' jaqbeż il-limitu fit-Tabella 8 diment li jiġu ssodisfati l-obbligi transfruntieri. Għal dawn l-istazzjonijiet terminali jistgħu jkunu meħtieġa miżuri ta' mitigazzjoni għall-protezzjoni tar-radar taħt 3 400 MHz, pereżempju separazzjoni ġeografika jew medda ta' protezzjoni addizzjonali.



    ( 1 ) Jekk ikun meħtieġ li l-blokok allokati jiġu kkumpensati biex jiġu akkomodati utenti oħra eżistenti, għandu jintuża raster ta' 100 kHz. Blokok idjaq jistgħu jiġu ddefiniti li jmissu ma' utenti oħra, sabiex ikun jista' jsir użu effiċjenti tal-ispettru.

    ( 2 ) Dawn it-termini mhumiex definiti unikament, u jirreferu għal stazzjonijiet bażi ċellulari b'livelli ta' potenza differenti, li jonqsu fl-ordni li ġejja: makro, mikro, piko, femto. B'mod partikolari, ċelloli femto huma stazzjonijiet bażi żgħar bl-aktar livelli ta' potenza inferjuri, li tipikament jintużaw minn ġewwa.

    Top