Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008D0393-20161217

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta’ Mejju 2008 skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad- data personali f’Jersey (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1746) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/393/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/393/2016-12-17

02008D0393 — MT — 17.12.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Mejju 2008

skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali f’Jersey

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1746)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/393/KE)

(ĠU L 138 28.5.2008, p. 21)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2295 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-16 ta' Diċembru 2016

  L 344

83

17.12.2016




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Mejju 2008

skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali f’Jersey

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1746)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/393/KE)



Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 95/46/KE, il-Bailiwick ta’ Jersey għandha tiġi kkunsidrata li toffri livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data personali trasferita mill-Komunità.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-livell adegwat ta’ protezzjoni pprovdut f’Jersey bil-għan li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 95/46/KE u ma taffettwax kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet oħra li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħra ta’ dik id-Direttiva li jappartjenu għall-ipproċessar tad-data personali fi ħdan l-Istati Membri.

▼M1

Artikolu 3

Kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 95/46/KE li twassal għas-sospensjoni jew il-projbizzjoni definittiva ta' flussi ta' dejta lejn il-Jersey sabiex jipproteġu individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni li tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 4

1.  Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi kontinwa, timmonitorja żviluppi fl-ordni ġuridiku ta' Jersey li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament ta' din id-Deċiżjoni, inklużi l-iżviluppi dwar l-aċċess għal dejta personali minn awtoritajiet pubbliċi, bl-għan li jiġi evalwat jekk il-Jersey ikompli jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-dejta personali.

2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-każijiet fejn l-azzjoni tal-korpi responsabbli milli jiżguraw il-konformità mal-istandards ta' protezzjoni f'Jersey tonqos milli tiżgura t-tali konformità.

3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinformaw lil xulxin bi kwalunkwe indikazzjoni li l-interferenzi mill-awtoritajiet pubbliċi ta' Jersey responsabbli għas-sigurtà nazzjonali, l-infurzar tal-liġi jew interessi pubbliċi oħra mad-dritt tal-individwi għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom imorru lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju, jew li ma hemm l-ebda protezzjoni legali effettiva kontra t-tali interferenzi.

4.  Jekk l-evidenza turi li livell adegwat ta' protezzjoni m'għadux żgurat, inkluż f'sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta' Jersey u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi abbozz ta' miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 95/46/KE bil-għan li din id-Deċiżjoni tiġi rrevokata jew sospiża jew li jiġi limitat l-iskop tagħha.

▼B

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament ta’ din id-Deċiżjoni u tirrapporta kull konklużjoni relevanti lill-Kumitat imwaqqaf taħt l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE, inkluża kull evidenza li tista’ taffettwa l-konklużjoni fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, li l-protezzjoni f’Jersey hija adegwata skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE u kull evidenza li din id-Deċiżjoni qed tiġi implimentata b’mod diskriminatorju.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Top