This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02008D0097-20080206
Commission Decision of 30 January 2008 amending Decision 93/52/EEC as regards the declaration that certain administrative regions of Italy are officially free of brucellosis ( B. melitensis ) and Decision 2003/467/EC as regards the declaration that certain administrative regions of Italy are officially free of bovine tuberculosis and bovine brucellosis and that certain administrative regions of Poland are officially free of enzootic bovine leucosis (notified under document number C(2008) 324) (Text with EEA relevance) (2008/97/EC)
Consolidated text: Deċiżjoni tal - Kummissjoni tat- 30 ta’ Jannar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi ( B. melitensis ) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi ta’ l-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi tal-bovini u mill-bruċellosi tal-bovini u li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huwa uffiċjalment ħielsa mill-lewkosi enżootika tal-bovini (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 324) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/97/KE)
Deċiżjoni tal - Kummissjoni tat- 30 ta’ Jannar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi ( B. melitensis ) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi ta’ l-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi tal-bovini u mill-bruċellosi tal-bovini u li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huwa uffiċjalment ħielsa mill-lewkosi enżootika tal-bovini (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 324) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/97/KE)
No longer in force
)
2008D0097 — MT — 06.02.2008 — 000.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Jannar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi ta’ l-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi tal-bovini u mill-bruċellosi tal-bovini u li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huwa uffiċjalment ħielsa mill-lewkosi enżootika tal-bovini (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 324) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 032, 6.2.2008, p.25) |
Ikkoreġut b'
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Jannar 2008
li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi ta’ l-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi tal-bovini u mill-bruċellosi tal-bovini u li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huwa uffiċjalment ħielsa mill-lewkosi enżootika tal-bovini
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 324)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/97/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-komunitarju fl-annimali bovini u l-majjali ( 1 ), u b’mod partikolari l-Anness A (I) (4), l-Anness A (II) (7) u l-Anness D (I) (E) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-komunitarju ta’ annimali ovini u kaprini ( 2 ), u b'mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu I ta’ l-Anness A tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992 li tirreġistra l-konformità minn ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-ħtiġijiet relatati mal-bruċellosi (B. melitensis) u li takkordalhom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun li huwa uffiċjalment ħieles mill-marda ( 3 ), telenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) skond id-Direttiva 91/68/KEE. |
(2) |
L-Italja bagħtet lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima II(1)(b) tal-Kapitolu 1 ta’ l-Anness A tad-Direttiva 91/68/KEE fir-rigward tal-provinċji ta’ Latina u Ruma fir-Reġjun tal-Lazio u r-Reġjun tal-Veneto. Dawn il-provinċji u dan ir-reġjun għandhom għalhekk ikunu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis). |
(3) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li l-Istati Membri jew partijiet jew reġjuni tagħhom jistgħu jiġu ddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi, mill-bruċellosi u mill-lewkosi bovina enżootika fir-rigward ta’ merħliet bovini sakemm ikun hemm konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. |
(4) |
Il-listi tar-reġjuni ta’ l-Istati Membri ddikjarati bħala ħielsa mit-tuberkolosi tal-bovini, il-bruċellosi tal-bovini u l-lewkosi enzootika bovina huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi status uffiċjalment ħieles mit-tuberkolosi, il-bruċellosi, u l-lewkosi enżootika ta’ ċerti Stati Membri u reġjuni ta’ Stati Membri fir-rigward ta’ mrieħel bovini ( 4 ). |
(5) |
L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċja ta’ Verċelli fir-Reġjun tal-Piemonte u l-provinċji ta’ Pisa u Pistoia fir-Reġjun tat-Toscana sabiex dawn il-provinċji jkunu jistgħu jitħabbru reġjuni ta’ l-Italja uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi. |
(6) |
L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċja ta’ Brindisi fir-Reġjun tal-Puglia u r-Reġjun tat-Toscana sabiex din il-provinċja u dan ir-reġjun ikunu jistgħu jitħabbru reġjuni ta’ l-Italja uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi. |
(7) |
Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mibgħuta mill-Italja, il-provinċji u r-reġjun ikkonċernati għandhom għalhekk jitħabbru reġjuni ta’ l-Italja uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi u l-bruċellosi rispettivament fir-rigward ta’ annimali bovini. |
(8) |
Il-Polonja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni fejn uriet il-konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward li ċerti powiaty jistgħu jiġu kkunsidrati bħala reġjuni tal-Polonja uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi enżootika bovina. |
(9) |
Wara valutazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mill-Polonja, dawn il-powiaty fil-Polonja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni li huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi enżootika bovina ta’ dan l-Istat Membru. |
(10) |
Id-Deċiżjonijiet 93/52/KEE u 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa emendat skond l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Annessi I, II, u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skond l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, it-tieni paragrafu li jirrigwarda l-Italja huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Fl-Italja:
— Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara.
— Ir-Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia.
— Ir-Reġjun tal-Lazio: Il-Provinċji ta' Latina, Rieti, Ruma, Viterbo.
— Ir-Reġjun tal-Liguria: Il-Provinċja ta’ Savona
— Ir-Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Pavia, Sondrio, Varese.
— Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċji ta’ Ancona, Ascoli Piceno, Macerata, Pesaro, Urbino.
— Ir-Reġjun tal-Molise: Il-Provinċja ta’ Isernia.
— Reġjun tal-Piemonte: Il-Provinċji ta’ Alessandria, Asti, Biella, Cuneo, Novara, Torino, Verbania, Vercelli.
— Ir-Reġjun ta’ Sardinia: Il-Provinċji ta’ Cagliari, Nuoro, Oristano, Sassari.
— Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Aldige: Il-Provinċji ta’ Bolzano, Trento.
— Ir-Reġjun tat-Toscana: Il-Provinċji ta’ Arezzo, Firenze, Grossetto, Livorno, Lucca, Massa-Carrara, Pisa, Pistoia, Prato, Siena
— Ir-Reġjun ta’ l-Umbria: Il-Provinċji ta’ Perugia, Terni.
— Ir-Reġjun tal-Veneto”
ANNESS II
L-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:
(1) Fl-Anness I, il-Kapitolu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“KAPITOLU 2
Reġjuni ta’ l-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi
Fl-Italja:
— Ir-Reġjun ta’ l-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara.
— Ir-Reġjun ta’ l-Emilia-Romagna.
— Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia.
— Ir-Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta’ Bergamo, Como, Lecco, Sondrio.
— Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċja ta’ Ascoli Piceno.
— Ir-Reġjun tal-Piemonte: Il-Provinċji ta’ Novara, Verbania, Vercelli.
— Ir-Reġjun tat-Toscana: Il-Provinċji ta’ Grossetto, Livorno, Lucca, Prato, Pisa, Pistoia, Siena.
— Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Aldige: Il-Provinċji ta’ Bolzano, Trento.
— Ir-Reġjun tal-Veneto: Il-Provinċji ta’ Belluno, Padova.”
(2) Fl-Anness II, il-Kapitolu 2 jinbidel b’dan li ġej:
KAPITOLU 2
Ir-reġjuni tal-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi
Fl-Italja:
— Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara.
— Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna: Il-Provinċji ta’ Bologna, Ferrara, Forlì-Cesena, Modena, Parma, Piacenza, Ravenna, Reggio Emilia, Rimini.
— Ir-Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia.
— Ir-Reġjun tal-Lazio: Il-Provinċja ta’ Rieti.
— Ir-Reġjun tal-Liguria: Il-Provinċji ta’ Imperia, Savona.
— Ir-Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Pavia, Sondrio, Varese.
— Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċja ta’ Ascoli Piceno.
— Ir-Reġjun tal-Piemonte: il-Provinċji ta’ Alessandria, Asti, Biella, Novara, Torino, Verbania, Vercelli.
— Ir-Regjun tal-Puglia: Il-Provinċja ta’ Brindisi.
— Ir-Reġjun ta’ Sardinia: Il-Provinċji ta’ Cagliari, Nuoro, Oristano, Sassari.
— Ir-Reġjun tat-Toscana.
— Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Aldige: Il-Provinċji ta’ Bolzano, Trento.
— Ir-Reġjun tal-Umbria: Il-Provinċji ta’ Perugia, Terni.
— Ir-Reġjun tal-Veneto
Fil-Portugall:
— Ir-Reġjun Awtonomu tal-Azores: il-Gżejjer ta’ Pico, Graciosa, Flores, Corvo.
Fir-Renju Unit:
— Il-Gran Brittanja: l-Ingilterra, l-Iskozja, Wales.
(3) Fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness III, it-tieni paragrafu li jikkonċerna l-Polonja jinbidel b'dan li ġej:
“Fil-Polonja:
— Voivodship Dolnośląskie
—
Powiaty |
: |
Bolesławiecki, Dzierżoniowski, Głogowski, Górowski, Jaworski, Jeleniogórski, Jelenia Góra, Kamiennogórski, Kłodzki, Legnicki, Legnica, Lubański, Lubiński, Lwówecki, Milicki, Oleśnicki, Oławski, Polkowicki, Strzeliński, Średzki, Świdnicki, Trzebnicki, Wałbrzyski, Wałbrzych, Wołowski, Wrocławski, Wrocław, Ząbkowicki, Zgorzelecki, Złotoryjski. |
— Voivodship Lubelskie
—
Powiaty |
: |
Bialski, Biała Podlaska, Biłgorajski, Chełmski, Chełm, Hrubieszowski, Janowski, Krasnostawski, Kraśnicki, Lubartowski, Lubelski, Lublin, Łęczyński, Łukowski, Opolski, Parczewski, Puławski, Radzyński, Rycki, Świdnicki, Tomaszowski, Włodawski, Zamojski, Zamość. |
— Voivodship Łódzkie
—
Powiaty |
: |
Bełchatowski, Brzeziński, Kutnowski, Łaski, Łęczycki, Łódzki, Łódź, Opoczyński, Pabianicki, Pajęczański, Piotrkowski, Piotrków Trybunalski, Poddębicki, Radomszczański, Rawski, Skierniewicki, Skierniewice, Tomaszowski, Wieluński, Zduńskowolski, Zgierski. |
— Voivodship Małopolskie
—
Powiaty |
: |
Brzeski, Bocheński, Chrzanowski, Dąbrowski, Gorlicki, Krakowski, Kraków, Limanowski, Miechowski, Myślenicki, Nowosądecki, Nowy Sącz, Oświęcimski, Olkuski, Tarnowski, Tarnów, Wielicki. |
— Voivodship Opolskie
—
Powiaty |
: |
Brzeski, Głubczycki, Kędzierzyńsko-Kozielski, Kluczborski, Krapkowicki, Namysłowski, Nyski, Olecki, Opolski, Opole, Prudnicki, Strzelecki. |
— Voivodship Podkarpackie
—
Powiaty |
: |
Bieszczadzki, Brzozowski, Jasielski, Krośnieński, Krosno, Leski, Leżajski, Łańcucki, Rzeszowski, Rzeszów, Sanocki, Strzyżowski. |
— Voivodship Śląskie
—
Powiaty |
: |
Będziński, Bielski, Bielsko Biała, Bytom, Chorzów, Cieszyński, Częstochowski, Częstochowa, Dąbrowa, Gliwicki, Gliwice, Jastrzębie Zdrój, Jaworzno, Katowice, Kłobucki, Lubliniecki, Mikołowski, Mysłowice, Myszkowski, Piekary Śląskie, Pszczyński, Raciborski, Ruda Śląska, Rybnicki, Rybnik, Siemianowice, Sosnowiec, Świętochłowice, Tarnogórski, Tychy, Tyski, Wodzisławski, Zabrze, Zawierciański, Żory, Żywiecki. |
— Voivodship Świętokrzyskie
—
Powiaty |
: |
Buski, Jędrzejowski, Kazimierski, Kielecki, Kielce, Konecki, Opatowski, Ostrowiecki, Pińczowski, Sandomierski, Skarżyski, Starachowicki, Staszowski, Włoszczowski. |
— Voivodship Wielkopolskie
—
Powiaty |
: |
Jarociński, Kaliski, Kalisz, Kępiński, Kolski, Koniński, Konin, Krotoszyński, Ostrzeszowski, Słupecki, Turecki, Wrzesiński.” |
( 1 ) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26)
( 2 ) ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
( 3 ) ĠU L 13, tat-21.1.1993, p. 14. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/399/KE (ĠU L 150, 12.6.2007, p. 11).
( 4 ) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/559/KE (ĠU L 212, 14.8.2007, p. 20).