This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02007R0862-20210701
Regulation (EC) No 862/2007 of the European Parliament and of the Council of 11 July 2007 on Community statistics on migration and international protection and repealing Council Regulation (EEC) No 311/76 on the compilation of statistics on foreign workers (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02007R0862 — MT — 01.07.2021 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (KE) Nru 862/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199 31.7.2007, p. 23) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2020/851 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2020 |
L 198 |
1 |
22.6.2020 |
REGOLAMENT (KE) Nru 862/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Lulju 2007
dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-ġbir u l-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja dwar:
l-immigrazzjoni lejn u l-emigrazzjoni minn territorji ta’ l-Istat Membru, inklużi l-flussi mit-territorju ta’ Stat Membru għal dak ta’ Stat Membru ieħor u l-flussi bejn Stat Membru u t-territorju ta’ pajjiż terz;
iċ-ċittadinanza u l-pajjiż ta’ twelid ta’ persuni abitwalment residenti fit-territorju ta’ l-Istati Membri;
il-proċeduri u l-proċessi amministrattivi u ġudizzjarji fl-Istati Membri relatati mal-immigrazzjoni, mal-għoti ta’ permess ta’ residenza, maċ-ċittadinanza, mal-ażil u ma’ forom oħra ta’ protezzjoni internazzjonali, mad-dħul u s-soġġorn illegali, u mar-ritorni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw:
“residenza abitwali” tfisser il-post li fih persuna normalment tqatta’ l-perjodu tal-mistrieħ tagħha matul il-ġurnata, irrispettivament minn assenzi temporanji għal finijiet ta’ rikreazzjoni, vakanza, żjarat lill-ħbieb u l-qraba, negozju, kura medika jew pellegrinaġġ reliġjuż; jew, jekk tali data ma tkunx disponibbli, il-post ta’ residenza legali jew reġistrata;
“immigrazzjoni” tfisser l-azzjoni li biha persuna tistabbilixxi r-residenza tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru għal perjodu li hu, jew li hu mistenni li jkun, ta’ l-anqas tnax-il xahar, filwaqt li qabel kienet abitwalment residenti fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz;
“emigrazzjoni” tfisser l-azzjoni li biha persuna, li qabel kienet abitwalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru, tħalli r-residenza tagħha f’dak l-Istat Membru għal perjodu li hu, jew li hu mistenni li jkun, ta’ l-anqas tnax-il xahar;
“ċittadinanza” tfisser ir-rabta legali partikulari bejn individwu u l-Istat tiegħu, miksub permezz tat-twelid jew ta’ naturalizzazzjoni, kemm jekk permezz ta’ dikjarazzjoni, għażla, żwieġ kif ukoll jekk b’mezz ieħor skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali;
“pajjiż ta’ twelid” tfisser il-pajjiż ta’ residenza (fil-konfini preżenti tiegħu, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli) ta’ l-omm fil-ħin tat-twelid, jew, jekk mhux disponibbli, il-pajjiż (fil-konfini preżenti tiegħu, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli), li fih seħħ it-twelid;
“immigrant” tfisser persuna li twettaq azzjoni ta’ immigrazzjoni;
“emigrant” tfisser persuna li twettaq azzjoni ta’ emigrazzjoni;
“resident għat-tul” tfisser resident għat-tul kif definit fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul ( 1 );
“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kull persuna li mhix ċittadin ta’ l-Unjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 17(1) tat-Trattat, inklużi l-persuni mingħajr Stat;
“applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali” tfisser applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali kif definita fil-punt (h) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija ( 2 );
“status ta” refuġjat’ tfisser status ta’ refuġjat kif definit fil-punt (e) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE;
“status ta’ protezzjoni sussidjarja” tfisser status ta’ protezzjoni sussidjarja kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE;
“membri tal-familja” tfisser membri tal-familja kif definiti fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ( 3 );
“protezzjoni temporanja” tfisser protezzjoni temporanja kif definita fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 2001 dwar standards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn ( 4 );
“minorenni mhux akkumpanjat” tfisser minuri mhux akkumpanjat kif definit fil-punt (l) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE;
“fruntieri esterni” tfisser fruntieri esterni kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) ( 5 );
“ċittadini ta” pajjiż terz miċħuda d-dħul’ tfisser ċittadini ta’ pajjiżi terzi miċħuda d-dħul fil-fruntiera esterna minħabba li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet kollha ta’ dħul stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/399 u ma jiffurmawx parti minn kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 6(5) ta’ dak ir-Regolament;
“ċittadini ta’ pajjiż terz misjuba preżenti b’mod illegali” tfisser ċittadini ta’ pajjiżi terzi uffiċjalment misjuba li jkunu fuq it-territorju ta’ Stat Membru u li ma jissodisfawx, jew ma baqgħux jissodisfaw, il-kondizzjonijiet sabiex jibqgħu jew il-kondizzjonijiet ta’ residenza f’dak l-Istat Membru;
“sistemazzjoni mill-ġdid” tfisser it-trasferiment ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz jew ta’ persuni mingħajr Stat fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tal-bżonn tagħhom għal protezzjoni internazzjonali u għal soluzzjoni fit-tul, lejn Stat Membru, fejn huma jkunu permessi jirrisjedu bi status legali assigurat.
▼M1 —————
Artikolu 3
Statistika dwar il-migrazzjoni internazzjonali, popolazzjoni abitwalment residenti u l-akkwist taċ-ċittadinanza
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistika dwar in-numru ta’:
immigranti deħlin fit-territorju ta’ l-Istat Membru, imqassma kif ġej:
gruppi skond iċ-ċittadinanza, skond l-età u s-sess;
gruppi skond il-pajjiż ta’ twelid, skond l-età u s-sess;
gruppi skond il-pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti skond l-età u s-sess;
emigranti ħerġin mit-territorju ta’ l-Istat Membru, imqassma kif ġej:
gruppi ta’ ċittadinanzi;
skond l-età;
skond is-sess;
skond gruppi ta’ pajjiżi tar-residenza abitwali sussegwenti;
persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Istat Membru fit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza, imqassma kif ġej:
gruppi skond iċ-ċittadinanza skond l-età u s-sess;
gruppi skond il-pajjiż ta’ twelid skond l-età u s-sess;
persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju ta’ l-Istat Membru u li kisbu, matul il-perjodu ta’ referenza, iċ-ċittadinanza ta’ l-Istat Membru u li qabel kellhom iċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz jew li qabel kienu mingħajr Stat, imqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza preċedenti tal-persuni kkonċernati u skond jekk il-persuna kinitx preċedentement mingħajr Stat.
Artikolu 4
Statistika dwar il-protezzjoni internazzjonali
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistika dwar in-numri ta’:
persuni li ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew li ġew inklużi f’applikazzjoni ta’ din ix-xorta bħala membri tal-familja matul il-perjodu ta’ referenza;
persuni li jkunu s-suġġett ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu qegħdin jiġu kkunsidrati mill-awtorità nazzjonali responsabbli fl-aħħar tal-perjodu ta’ referenza;
applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu ġew irtirati matul il-perijodu ta’ referenza, imqassmin permezz ta’ rtirar espliċitu u impliċitu kif imsemmi fl-Artikoli 27 u 28 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew li jkunu ġew inklużi f’applikazzjoni tali bħala membri tal-familja matul il-perijodu ta’ referenza u li jkunu applikaw għall-protezzjoni internazzjonali għall-ewwel darba;
persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew li jkunu ġew inklużi f’applikazzjoni tali bħala membri tal-familja matul il-perijodu ta’ referenza u li l-applikazzjonijiet tagħhom ikunu ġew ipproċessati skont il-proċedura mgħaġġla prevista fl-Artikolu 31(8) tad-Direttiva 2013/32/UE;
persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni sussegwenti għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 40 tad-Direttiva 2013/32/UE jew li jkunu ġew inklużi f’applikazzjoni tali bħala membri tal-familja matul il-perijodu ta’ referenza;
persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew li jkunu ġew inklużi f’applikazzjoni tali bħala membri tal-familja u li jkunu bbenefikaw minn kondizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li jipprovdu lill-applikanti standard ta’ ħajja adegwat, f’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), fi tmiem il-perijodu ta’ referenza.
L-istatistika taħt il-punti (a) sa (f) għandha tkun imqassma skont l-età u s-sess, skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Din għandha tkun relatata ma’ perijodi ta’ referenza ta’ xahar kalendarju u għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn minn tmiem ix-xahar ta’ referenza. L-ewwel xahar ta’ referenza għandu jkun Jannar 2021.
L-istatistika taħt il-punt (g) għandha tkun relatata ma’ perijodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja waħda u għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien sitt xhur minn tmiem is-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2021.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistika dwar in-numri ta’:
persuni koperti minn deċiżjonijiet ta’ l-ewwel istanza li jiċħdu applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, bħal deċiżjonijiet li jqisu applikazzjonijiet bħala inammissibbli jew bħala bla bażi u deċiżjonijiet meħudin fi proċeduri ta’ prijorità aċċelerati, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza;
persuni koperti minn deċiżjonijiet tal-ewwel istanza, meħuda minn korpi amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perijodu ta’ referenza, li jagħtu, jirrevokaw, itemmu jew jiċħdu li jġeddu l-istatus ta’ refuġjat;
persuni koperti minn deċiżjonijiet tal-ewwel istanza, meħudin minn korpi amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perijodu ta’ referenza, li jagħtu, jirrevokaw, itemmu jew jiċħdu li jġeddu l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja;
persuni koperti minn deċiżjonijiet ta’ l-ewwel istanza li jagħtu jew jirtiraw protezzjoni temporanja, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza;
persuni koperti minn deċiżjonijiet oħrajn ta’ l-ewwel istanza li jagħtu jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta’ residenza għal raġunijiet umanitarji taħt il-liġi nazzjonali li tikkonċerna l-protezzjoni internazzjonali, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza.
Din l-istatistika għandha tkun imqassma skont l-età u s-sess, skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Din għandha tkun relatata ma’ perijodi ta’ referenza ta’ tliet xhur kalendarji u għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn minn tmiem il-perijodu ta’ referenza. L-ewwel perijodu ta’ referenza għandu jkun Jannar sa Marzu 2021.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistika dwar in-numri ta’:
applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu kkunsidrati mill-awtorità nazzjonali responsabbli bħala minorenni mhux akkumpanjati matul il-perjodu ta’ referenza;
persuni koperti minn deċiżjonijiet finali li jiċħdu applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, bħal deċiżjonijiet li jqisu applikazzjonijiet bħala inammissibbli jew bħala bla bażi u deċiżjonijiet meħudin fi proċeduri ta’ prijorità u aċċelerati, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza;
persuni koperti minn deċiżjonijiet finali, meħuda minn korpi amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perijodu ta’ referenza, li jagħtu, jirrevokaw, itemmu jew jiċħdu li jġeddu l-istatus ta’ refuġjat;
persuni koperti minn deċiżjonijiet finali, meħuda minn korpi amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perijodu ta’ referenza, li jagħtu, jirrevokaw, itemmu jew jiċħdu li jġeddu l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja;
persuni koperti minn deċiżjonijiet finali li jagħtu jew jirtiraw protezzjoni sussidjarja, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza;
persuni koperti minn deċiżjonijiet finali oħrajn, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji fuq appell jew reviżjoni, li jagħtu jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta’ residenza għal raġunijiet umanitarji taħt il-liġi nazzjonali li tikkonċerna l-protezzjoni internazzjonali matul il-perjodu ta’ referenza;
persuni li ngħataw awtorizzazzjoni sabiex jirrisjedu fl-Istat Membru fi ħdan il-qafas ta’ skema nazzjonali jew Komunitarja ta’ sistemazzjoni mill-ġdid matul il-perjodu ta’ referenza, fejn tali skema tkun implimentata fl-Istat Membru.
Din l-istatistika għandha tkun imqassma skont l-età u s-sess, skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati, u, minbarra l-punt (a), skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Barra minn hekk, l-istatistika taħt il-punt (g) għandha tkun imqassma skont il-pajjiż ta’ residenza u skont it-tip ta’ deċiżjoni dwar l-ażil.
L-istatistika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun relatata ma’ perijodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja waħda u għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur minn tmiem is-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2021.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-istatistika li ġejja dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 ( 8 ):
in-numru ta’ talbiet għar-riammissjoni jew għall-kustodja ta’ persuna li tfittex l-ażil;
id-dispożizzjonijiet li fuqhom ikunu bbażati t-talbiet msemmija fil-punt (a);
id-deċiżjonijiet meħudin bħala risposta għat-talbiet msemmija fil-punt (a);
in-numru ta’ trasferimenti bħala riżultat tad-deċiżjonijiet msemmija fil-punt (ċ);
in-numru ta’ talbiet għall-informazzjoni;
in-numru ta’ talbiet ta’ rieżami għar-riammissjoni jew għat-teħid tal-inkarigu ta’ persuna li tfittex l-ażil;
id-dispożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati t-talbiet imsemmija fil-punt (f);
id-deċiżjonijiet meħuda b’rispons għat-talbiet imsemmija fil-punt (f);
in-numru ta’ trasferimenti li għalihom iwasslu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (h).
Din l-istatistika għandha tkun imqassma skont is-sess u skont il-minorenni akkumpanjati u mhux akkumpanjati. Din għandha tkun relatata ma’ perijodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja waħda u għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur minn tmiem is-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2021.
Artikolu 5
Statistika dwar il-prevenzjoni ta’ dħul jew residenza illegali
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bi statistika dwar in-numri ta’:
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew miċħuda d-dħul fit-territorju ta’ l-Istat Membru fil-fruntiera esterna;
ċittadini ta’ pajjiżi terzi misjuba preżenti illegalment fit-territorju ta’ l-Istat Membru skond il-liġijiet nazzjonali relatati ma’ l-immigrazzjoni.
L-istatistika taħt il-punt (a) għandha tkun imqassma skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/399.
L-istatistika taħt il-punt (b) għandha tkun imqassma skont l-età u s-sess, skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati, skont ir-raġunijiet għall-arrest tagħhom u skont il-post tal-arrest.
Artikolu 6
Statistika dwar il-permessi ta’ residenza u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi
permessi ta’ residenza maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, imqassmin kif ġej:
permessi maħruġa matul il-perijodu ta’ referenza fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun qed jingħata l-permess li jirrisjedi għall-ewwel darba, imqassmin skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni għall-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont is-sess;
permessi maħruġa matul il-perijodu ta’ referenza u mogħtija meta ċittadin ta’ pajjiż terz jibdel l-istatus tal-immigrazzjoni jew ir-raġuni biex jibqa’, imqassmin skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni għall-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont is-sess;
permessi validi fi tmiem il-perijodu ta’ referenza (in-numru ta’ permessi maħruġa, mhux irtirati u mhux skaduti), imqassmin skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni għall-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont is-sess;
residenti fit-tul fi tmiem il-perijodu ta’ referenza, imqassmin skont iċ-ċittadinanza, skont it-tip ta’ status fit-tul, skont l-età u skont is-sess;
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li matul is-sena ta’ referenza kisbu permess ta’ residenza fit-tul, imqassmin skont l-età u s-sess.
Artikolu 7
Statistika dwar ir-ritorni
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bi statistika relatata ma’:
in-numru ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz misjuba preżenti illegalment fit-territorju ta’ l-Istat Membru u li jkunu suġġetti għal deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju li jattestaw jew jiddikjaraw li r-residenza tagħhom hija illegali u li jimponu obbligu sabiex iħallu t-territorju ta’ l-Istat Membru, imqassam skond iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati;
in-numru ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li fil-fatt ħallew it-territorju tal-Istat Membru, wara deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, kif imsemmi fil-punt (a), imqassam skont iċ-ċittadinanza tal-persuni ritornati, skont it-tip ta’ ritorn u l-assistenza rċevuta, u skont il-pajjiż ta’ destinazzjoni.
▼M1 —————
Artikolu 9
Sorsi ta’ data u standards ta’ kwalità
L-istatistika għandha tkun ibbażata fuq is-sorsi ta’ data li ġejjin skond id-disponibilità fl-Istat Membru u konformement mal-liġijiet u l-prattika nazzjonali:
ir-records ta’ l-azzjonijiet amministrattivi u ġudizzjarji;
ir-reġistri relatati ma’ l-azzjonijiet amministrattivi;
ir-reġistri tal-popolazzjoni ta’ persuni jew ta’ subgrupp partikulari ta’ dik il-popolazzjoni;
ċensimenti;
surveys kampjunarji;
sorsi adatti oħrajn.
Bħala parti mill-proċess ta’ l-istatistika, jistgħu jintużaw metodi ta’ stima statistika b’bażi xjentifika u dokumentati sew.
li jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi għal, u l-kontenut ta’, ir-rapporti dwar il-kwalità msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;
fir-rigward tal-miżuri relatati mad-definizzjoni tal-formati adatti għat-trasmissjoni ta’ data taħt dan ir-Regolament.
L-atti msemmija fil-punt (a) ma għandhomx jimponu piżijiet jew spejjeż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin f’dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 9a
Studji pilota
L-istudji pilota msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu relatati mas-suġġetti li ġejjin:
għall-istatistika meħtieġa taħt l-Artikolu 4 komplessivament, tqassim skont ix-xahar li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali;
għall-istatistika meħtieġa taħt l-Artikolu 4(1):
in-numru ta’ persuni li ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew li ġew inklużi f’applikazzjoni tali bħala membri tal-familja u li:
in-numru medju ta’ minorenni mhux akkumpanjati li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għal kull rappreżentant;
għall-istatistika meħtieġa taħt l-Artikolu 4(2) u (3):
għall-persuni koperti mill-punt (a) tal-Artikolu 4(2) jew il-punt (b) tal-Artikolu 4(3), tqassim skont id-deċiżjonijiet li ċaħdu applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali:
għall-persuni koperti mill-punti (b) u (c) tal-Artikolu 4(2) u l-punti (c) u (d) tal-Artikolu 4(3), tqassim skont deċiżjonijiet dwar il-waqfien jew l-esklużjoni, imqassmin ulterjorment skont ir-raġuni għall-waqfien jew l-esklużjoni;
in-numru ta’ persuni li fir-rigward tagħhom ittieħdu deċiżjonijiet wara intervista personali;
in-numru ta’ persuni li fir-rigward tagħhom ittieħdu deċiżjonijiet tal-ewwel istanza jew deċiżjonijiet finali li naqqsu jew irtiraw il-kondizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali;
għall-istatistika meħtieġa taħt l-Artikolu 4(3), it-tul tal-appelli;
għall-istatistika meħtieġa taħt l-Artikolu 4(4), tqassim skont l-età u skont iċ-ċittadinanza;
għall-istatistika meħtieġa taħt l-Artikolu 6, in-numru ta’:
applikazzjonijiet u applikazzjonijiet miċħuda għal permessi ta’ residenza għall-ewwel darba minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi matul il-perijodu ta’ referenza, imqassmin skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni għat-talba għall-permess, skont l-età u skont is-sess;
applikazzjonijiet miċħuda għal permess ta’ residenza meta ċittadin ta’ pajjiż terz ibiddel l-istatus ta’ immigrazzjoni jew ir-raġuni għas-soġġorn;
permessi ta’ residenza maħruġa għal raġunijiet ta’ familja, imqassmin skont ir-raġuni għall-ħruġ tal-permess u skont l-istatus tal-isponsor taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz;
għall-istatistika meħtieġa taħt l-Artikolu 7, tqassim skont:
ir-raġunijiet għad-deċiżjonijiet jew l-atti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu;
in-numru ta’ persuni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu li kienu soġġetti għal projbizzjoni fuq id-dħul;
in-numru ta’ persuni fi proċeduri ta’ ritorn soġġetti għal deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju li ordnaw id-detenzjoni tagħhom, imqassmin ulterjorment skont it-tul taż-żamma f’detenzjoni, jew soġġetti għal alternattiva għal detenzjoni, imqassmin skont it-tip ta’ alternattiva, u skont ix-xahar li fih tali deċiżjoni jew att inħarġu;
in-numru ta’ persuni ritornati, imqassmin ulterjorment skont il-pajjiż tad-destinazzjoni u skont it-tip ta’ deċiżjoni jew att kif ġej:
Artikolu 9b
Finanzjament
Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu pprovduti kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għal:
l-iżvilupp ta’ metodoloġiji ġodda għall-istatistika taħt dan ir-Regolament, inkluża l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fi studji pilota kif imsemmi fl-Artikolu 9a;
l-iżvilupp jew l-implimentazzjoni ta’ ġabriet u tqassimiet ġodda ta’ data fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-aġġornament tas-sorsi ta’ data u tas-sistemi tal-IT, għal perijodu ta’ mhux aktar minn ħames snin.
Artikolu 10
Atti ta’ implimentazzjoni għall-ispeċifikazzjoni ta’ tqassimiet
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-fini tal-ispeċifikazzjoni ta’ tqassimiet f’konformità mal-Artikoli 4 sa 7. Meta tkun qed tadotta tali atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika l-ħtieġa għat-tqassimiet ikkonċernati għall-finijiet tal-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-ażil u għandha tiżgura li tali atti ta’ implimentazzjoni ma jimponux spejjeż jew piżijiet addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2) sa mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ referenza, fejn id-data tirreferi għal sena kalendarja, u mhux aktar tard minn 6 xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ referenza, fejn id-data tirreferi għal perijodu inqas minn sena.
Artikolu 11
Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 11a
Derogi
Artikolu 12
Rapport
Sa l-20 ta’ Awwissu 2012 u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika kompilata skond dan ir-Regolament u l-kwalità tagħha.
Artikolu 13
Tħassir
Ir-Regolament (KEE) Nru 311/76 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.
( 2 ) ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.
( 3 ) ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31.
( 4 ) ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12.
( 5 ) ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.
( 6 ) Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).
( 7 ) Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96).
( 8 ) ĠU L 222, 5.9.2003, p. 3.
( 9 ) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasmissjoni ta’ data soġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
( 10 ) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
( 11 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).