Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007R0520-20221222

    Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ ċerti ħażniet ta’ speċi li jpassu ħafna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 973/2001

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/520/2022-12-22

    02007R0520 — MT — 22.12.2022 — 005.002


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 520/2007

    tas-7 ta’ Mejju 2007

    li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ ċerti ħażniet ta’ speċi li jpassu ħafna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 973/2001

    (ĠU L 123 12.5.2007, p. 3)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

     M1

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1559/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007

      L 340

    8

    22.12.2007

    ►M2

    REGOLAMENT (UE) 2017/2107 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Novembru 2017

      L 315

    1

    30.11.2017

    ►M3

    REGOLAMENT (UE) 2021/56 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Jannar 2021

      L 24

    1

    26.1.2021

    ►M4

    REGOLAMENT (UE) 2022/2056 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta’ Ottubru 2022

      L 276

    1

    26.10.2022

    ►M5

    REGOLAMENT (UE) 2022/2343 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Novembru 2022

      L 311

    1

    2.12.2022




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 520/2007

    tas-7 ta’ Mejju 2007

    li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ ċerti ħażniet ta’ speċi li jpassu ħafna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 973/2001



    TITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni applikabbli għall-qabda u għall-ħatt ta’ ċerti ħażniet ta’ speċi li jpassu ħafna kif imsemmija fl-Anness I, kif ukoll għall-qabdiet sekondarji.

    Artikolu 2

    Kamp ta’ applikazzjoni

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istati Membri u huma reġistrati fil-Komunità, (minn hawn ‘il quddiem “bastimenti tas-sajd Komunitarji”).

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

    1. 

    “Speċi li jpassu ħafna” tfisser l-ispeċi elenkati fl-Anness I;

    2. 

    “Tonn u speċi relatati koperti mill-ICCAT” tfisser l-ispeċi elenkati fl-Anness II;

    ▼M3 —————

    ▼B

    4. 

    “Sajd waqt il-ħin liberu” tfisser l-attivitajiet tas-sajd li jisfruttaw riżorsi akkwatiċi ħajjin għar-rikreazzjoni jew għall-isport.

    5. 

    “Xbieki tat-tidwir” tfisser xbieki li jaqbdu l-ħut billi jdawruhom miż-żewġ naħat u minn taħt; huma jistgħu jkunu mgħammra b’purse line jew le.

    6. 

    “Tartarun tal-borża (purse seines)” tfisser kwalunkwe xibka tat-tidwir li t-tarf ta’ isfel tagħha huwa miġbur permezz ta’ lenza tat-tartarun li tgħaddi minn serje ta’ ħoloq ma’ tul il-ħabel fil-qiegħ u li tippermetti li x-xibka tinġabar flimkien u tingħalaq. It-tartaruni tal-borża jistgħu jintużaw biex jinqabdu speċi pelaġiċi żgħar, speċi pelaġiċi kbar u speċi tal-qiegħ.

    7. 

    “Konzijiet” tfisser tagħmir tas-sajd li jinkludi lenza prinċipali b’ħafna snanar fuq lenez iqsar imdendlin minnha (brazzoli) ta’ tul u spazjar varjabbli skond l-ispeċi immirati. Jista’ jintuża vertikalment jew orizzontalment ma’ wiċċ il-baħar; jista’ jintrama mal-qiegħ jew viċin il-qiegħ (konzijiet tal-qiegħ) jew jinġarr mal-kurrent f’nofs ta’ l-ilma jew viċin wiċċ l-ilma (konzijiet tal-wiċċ);

    8. 

    “Snanar” tfisser virga mgħawġa ta’ l-azzar u ttemprata normalment b’ponta mgħawġa lura. Il-ponta ta’ sunnara tista’ tkun kemm dritta jew anke maqluba u mgħawġa. Il-parti dritta tagħha għandha tkun ta’ tul u forma varjabbli u l-profil trasversali tagħha jista’ jkun tond (regolari) jew ċatta (mikwija fil-forġa). It-tul totali ta’ sunnara għandu jkun imkejjel bħala t-tul massimu globali tas-sieq tagħha mit-tarf tas-sunnara, li jservi biex miegħu tintrabat il-lenza u normalment jkollu l-forma ta’ għajn, sat-tarf tal-liwja. Il-wisa’ ta’ sunnara għandha titkejjel bħala l-akbar distanza orizzontali min-naħa esterna tal-parti d-dritta san-naħa esterna tal-ponta.

    9. 

    “Tagħmir biex jinġabar il-ħut (FADs)” tfisser kwalunkwe tagħmir li jkun f’wiċċ il-baħar u bil-għan li jattira l-ħut.

    10. 

    “Bastiment tat-tonn bil-qasab u x-xlief” tfisser bastimenti mgħammra għal qbid tat-tonn bil-qasab u x-xlief.

    Artikolu 4

    Żoni

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament dawn id-definizzjonijiet li ġejjin ta’ l-ilmijiet marittimi għandhom japplikaw:

    ▼M2 —————

    ▼M5 —————

    ▼M3 —————

    ▼M4 —————

    ▼M2 —————

    ▼B



    TITOLU III

    MIŻURI TEKNIĊI APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 2

    ▼M5 —————

    ▼M3 —————

    ▼B



    TITOLU V

    MIŻURI TEKNIĊI APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 4

    ▼M4 —————

    ▼B



    TITOLU VI

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 29

    Mammiferi tal-baħar

    1.  
    Għandu jiġi pprojbit li ġlejjeb jew gruppi ta’ mammiferi tal-baħar jiġu mdawra bi xbieki tartaruni.
    2.  
    Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji kollha ħlief għall-bastimenti msemmijin fl-Artikolu 23.



    TITOLU VII

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 30

    Komitoloġija

    Il-miżuri li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 8(2) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

    Artikolu 31

    Tħassir

    Ir-Regolament (KE) Nru 973/2001 huwa b’dan imħassar.

    Artikolu 32

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Lista ta’ l-ispeċi li jpassu ħafna

    — 
    Tonn abjad alonga: Thunnus alalunga
    — 
    Tonn aħmar: Thunnus thynnus
    — 
    Bigeye tuna b’għajnejn kbar: Thunnus obesus
    — 
    Tonn skipjack: Katsuwonus pelamis
    — 
    Plamtu bid-dahar irrigat: Sarda sarda
    — 
    Tonn tal-ġewnaħ isfar: Thunnus albacares
    — 
    Tonn iswed: Thunnus atlanticus
    — 
    Tonn żgħir: Euthynnus spp.
    — 
    Tonn tal-pinen koħol tan-nofsinhar; Thunnus maccoyii
    — 
    Tumbrell: Auxis spp.
    — 
    Abramida tal-baħar (pixxi kastanja); Bramidae
    — 
    Marlini: Tetrapturus spp.; Makaira spp.
    — 
    Sailfish: Istiophorus spp.
    — 
    Pixxispad: Xiphias gladius
    — 
    Sauries: Scomberesoxspp.; Cololabis spp.
    — 
    Lampuka, lampuka kbira: Coryphaena hippurus; Coryphaena equiliselis
    — 
    Klieb il-baħar: Hexanchus griseus; Cetorhinus maximus; Alopiidae Rhincodon typus; Carcharhinide; Sphyrnidae; Isuridae; Lamnidae
    — 
    Ċetaċew (balieni u foċeni): Physeteridae; Balenidae; Eschrichtiidae; Monodontidae; Ziphiidae; Delphinidae.

    ▼M2 —————

    Top