This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02007O0002-20110411
Guideline of the European Central Bank of 26 April 2007 on a Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2) (ECB/2007/2) (2007/600/EC)
Consolidated text: Linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 26 ta' April 2007 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2007/2) (2007/600/KE)
Linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 26 ta' April 2007 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2007/2) (2007/600/KE)
ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2007/600/2011-04-11
2007O0002 — MT — 11.04.2011 — 004.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-26 ta' April 2007 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2007/2) (ĠU L 237, 8.9.2007, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2009 |
L 123 |
94 |
19.5.2009 |
|
Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Settembru 2009 |
L 260 |
31 |
3.10.2009 |
|
Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Settembru 2010 |
L 261 |
6 |
5.10.2010 |
|
Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Marzu 2011 |
L 86 |
75 |
1.4.2011 |
LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-26 ta' April 2007
dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2)
(BĊE/2007/2)
(2007/600/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-ewwel u r-raba' inċiż ta' l-Artikolu 105(2),
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22,
Billi:
(1) |
Is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) eżistenti għandha struttura diċentralizzata li tgħaqqad flimkien sistemi nazzjonali ta' settlement gross f'ħin reali (RTGS) u l-Mekkaniżmu ta' Ħlas tal-BĊE (EPM). Il-Linja ta' Gwida BĊE/2005/16 tat-30 ta' Diċembru 2005 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) ( 1 ) hija l-istrument legali ewlieni li jirregola t-TARGET. |
(2) |
Mid-19 ta' Novembru 2007 'il quddiem, it-TARGET ser tinbidel bit-TARGET2, ikkaratterizzata bi pjattaforma teknika waħda msejħa Pjattaforma Mqassma Waħda (Single Shared Platform) (SSP). Għalkemm it-TARGET2 ser, bħat-TARGET, tkun legalment strutturata bħala multipliċità ta' sistemi ta' ħlas, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li r-regoli tas-sistemi komponenti tat-TARGET2 ikunu armonizzati kemm jista' jkun possibbli, b'ċerti derogi fil-każ ta' restrizzjonijiet minħabba liġijiet nazzjonali. |
(3) |
Hemm tliet livelli separati ta' kontroll għal kemm il-fażi ta' l-istabbilment u dik operattiva tat-TARGET2. Il-Livell 1 (Kunsill Governattiv) għandu l-kompetenza finali fir-rigward tat-TARGET2 u jissalvagwarda l-funzjoni pubblika tagħha. Il-Livell 2 (BĊi ta' l-Eurosistema) għandu kompetenza sussidjarja għat-TARGET2, waqt li l-Livell 3 (BĊi li jipprovdu l-SSP) jibni u jopera l-SSP għall-benefiċċju ta' l-Eurosistema. |
(4) |
Waqt li jaġixxi f'isem l-Eurosistema, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) se jidħol f'Kuntratt Qafas, kif ukoll fi ftehim ta' Kunfidenzjalità (Confidentiality and Non-disclosure Agreement), mal-provveditur tas-servizz tan-netwerk indikat mill-Kunsill Governattiv, li jistipula l-elementi ewlenin dwar l-għoti tan-netwerk lill-parteċipanti, inkużi l-prezzijiet. |
(5) |
Kif kien il-każ bit-TARGET, it-twaqqif tat-TARGET2 huwa essenzjali għat-twettiq ta' ċerti ħidmiet bażiċi ta' l-Eurosistema, jiġifieri l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Komunità u l-promozzjoni ta' l-operat bla xkiel ta' sistemi ta' ħlas. |
(6) |
L-emigrazzjoni mis-sistemi RTGS nazzjonali għall-SSP issir fi stadji u għalhekk l-Linja ta' Gwida BĊE/2005/16 tkompli tapplika għal dawk is-sistemi sakemm il-banek ċentrali rilevanti jemigraw għall-SSP. Sabiex klejms ta' kumpens jiġu kkunsidrati jekk ikun hemm ħsara teknika qabel it-tmiem ta' l-emigrazzjoni tal-SSP, jinħtieġ li jsiru xi emendi żgħar lil-Linja ta' Gwida BĊE/2005/16, |
ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:
TAQSIMA 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u skop
1. TARGET2 tipprovdi saldu gross f’hin reali għal ħlasijiet f’euro, bis-saldu bi flus tal-bank ċentrali. Huwa stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi tal-SSP, li permezz tagħha l-ordnijiet kollha għall-ħlas jintbagħtu u jiġu pproċessati u li permezz tagħha l-ħlasijiet jiġu fl-aħħar mill-aħħar riċevuti bl-istess mod tekniku.
2. It-TARGET2 hija strutturata legalment bħala multipliċità ta' sistemi RTGS.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din il-Linja ta' Gwida:
— “BĊi li jipprovdu l-SSP” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banque de France u l-Banca d'Italia fil-kapaċità tagħhom bħala l-BĊNi li qed jibnu u joperaw l-SSP għall-benefiċċju ta' l-Eurosistema;
— “Pjattaforma Waħda Mqassma (SSP)” tfisser l-infrastruttura ta' pjattaforma teknika waħda pprovduta mill-BĊi li jipprovdu l-SSP;
— “sistema komponent tat-TARGET2” tfisser xi waħda mis-sistemi ta' ħlas gross f'ħin reali (RTGS) tal-BĊi ta' l-Eurosistema li jagħmlu parti mit-TARGET2;
— “BĊN parteċipanti” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;
— “Eurosistema” tfisser il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti;
— “BĊ ta' l-Eurosistema” tfisser il-BĊE jew BĊN parteċipanti;
— “provveditur tas-servizz tan-netwerk” tfisser il-provveditur ta' konnessjonijiet tan-netwerk ikkompjuterizzati għall-iskopijiet li jintbagħtu ordnijiet ta' ħlas fit-TARGET2;
— “parteċipant” (jew “parteċipant dirett”) tfisser entità li għandha ta' l-anqas kont PM wieħed ma' BĊ ta' l-Eurosistema;
— “Modulu tal-Ħlasijiet (PM)” tfisser modulu tal-SSP mandatorju fejn il-ħlasijiet tal-parteċipanti tat-TARGET2 jiġu settled f'kontijiet PM;
— “kont PM” tfisser kont miżmum minn parteċipant tat-TARGET2 fil-PM ma' BĊ li huwa meħtieġ għal dak il-parteċipant tat-TARGET2 biex:
—(a) jibgħat ordnijiet ta' ħlas jew jirċievi ħlasijiet permezz tat-TARGET2; u
(b) jagħmel settlement ta' dawn il-ħlasijiet ma' dan il-BĊ;
— “Stat Membru mhux parteċipanti” tfisser Stat Membru li m'adottax l-euro;
— “BĊ konness” tfisser BĊN, li ma jkunx BĊN parteċipanti, li huwa konness mat-TARGET2 bis-saħħa ta' ftehim speċifiku;
— “Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC)” tfisser kodiċi kif iddefinit mill-Istandard ISO Nru 9362;
— “parteċipant indirett” tfisser istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fiż-ŻEE, li kkonkludiet ftehim ma' parteċipant dirett biex tibgħat ordnijiet ta' ħlas u tirċievi ħlasijiet permezz tal-kont PM ta' dan il-parteċipant dirett, u li ġiet rikonoxxuta minn sistema komponent tat-TARGET2 bħala parteċipant indirett;
— “detentur ta’ BIC indirizzabbli” tfisser entità li (a) għandha Kodiċi ta’ Identifikazzjoni (BIC); (b) mhijiex rikonoxxuta bħala parteċipant indirett; u (c) hija korrispondent jew klijent ta’ parteċipant dirett jew fergħa ta’ parteċipant dirett jew indirett, u hija kapaċi tibgħat ordnijiet ta’ ħlas lil u tirċievi ħlasijiet mingħand sistema ta’ komponenti ta’ TARGET2 permezz tal-parteċipant dirett;
— “jum tan-negozju” tfisser kull jum meta t-TARGET2 tkun miftuħa għas-settlement ta' ordnijiet ta' ħlas, kif stabbilit fl-Appendiċi V ta' Anness II;
— “kreditu intraday” tfisser kreditu estiż għal perijodu ta' anqas minn jum wieħed tan-negozju;
— “sistema anċillari (AS)” tfisser sistema mmaniġġjata minn entità stabbilita fiż-ŻEE li hija suġġetta għas-superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sorveljanza għall-post tal-infrastrutturi li joffru servizzi fl-euro, kif emendat minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE ( 2 ), fejn ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji jiġu skambjati u/jew ikklerjati filwaqt li l-obbligi monetarji riżultanti jiġu ssettiljati fit-TARGET2 skont din il-Linja ta’ Gwida u arranġament bilaterali bejn is-sistema anċillari u l-BĊ tal-Eurosistema rilevanti;
— “perijodu tranżitorju” tfisser, fir-rigward ta' kull BĊ ta' l-Eurosistema, il-perijodu ta' erba' snin li jibda mill-mument li l-BĊ ta' l-Eurosistema jemigra għall-SSP;
— “Kont Domestiku” tfisser kont miftuħ barra l-PM minn BĊ għal entità li hija eliġibbli biex issir parteċipant indirett;
— “Interface tas-Sistema Anċillari (ASI)” tfisser l-apparat tekniku li jippermetti lil AS juża firxa ta' servizzi speċjali u ddefiniti minn qabel biex jintbagħtu u jiġu settled struzzjonijiet ta' ħlas AS; jista' jintuża wkoll minn BĊN parteċipanti biex jiġu settled tranżazzjonijiet li jinvolvu flus kontanti li jirriżultaw minn depożiti u ġbid ta' flus kontanti;
— “Interface tal-Parteċipant (PI)” tfisser l-apparat tekniku li jippermetti lil parteċipanti diretti jibagħtu u jagħmlu settlement ta' ordnijiet ta' ħlas permezz tas-servizzi offruti fil-PM;
— “servizzi ewlenin (core) tat-TARGET2” tfisser l-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas fis-sistemi komponenti tat-TARGET2, is-settlement ta' tranżazzjonijiet relatati mas-sistema anċillari, u karatteristiċi ta' pooling ta' likwidità;
— “aċċess ibbażat fuq l-Internet” tfisser li l-parteċipant għażel kont PM li jista’ jkun hemm aċċess għalih permezz tal-Internet biss u l-parteċipant jissottometti messaġġi ta’ ħlas jew messaġġi ta’ verifika lil TARGET2 permezz tal-Internet,
— “awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni” tfisser BĊ jew aktar identifikati bħala tali mill-Kunsill Governattiv biex jaġixxu għall-Eurosistema għall-ħruġ, il-ġestjoni, ir-revoka u tiġdid ta’ ċertifikati elettroniċi,
— “ċertifikati elettroniċi” jew “ċertifikati” tfisser fajl elettroniku, maħruġ mill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li jorbot kodiċi pubbliku b’identità u li jintuża għal li ġej: biex jivverifika li kodiċi pubbliku jappartjeni lil individwu, biex jiġi awtentikat id-detentur, biex jikkontrolla l-firma mingħand dan l-individwu jew biex jaqleb f’kowd messaġġ indirizzat lil dan l-individwu. Iċ-ċertifikati jinżammu fuq strument fiżiku bħal kard biċ-ċipp fiha jew USB stick, u r-referenzi għaċ-ċertifikati jinkludu strumenti fiżiċi bħal dawn. Iċ-ċertifikati huma strumentali fil-proċess ta’ awtentikazzjoni tal-parteċipanti li qed jaċċedu għal TARGET2 permezz tal-Internet u qed jissottomettu messaġġi ta’ ħlas jew messaġġi ta’ verifika,
— “detentur ta’ ċertifikat” tfisser persuna msemmija, individwali, identifikata u indikata minn parteċipant ta’ TARGET2 bħala awtorizzata biex ikollha aċċess ibbażat fuq l-Internet għall-kont TARGET2 tal-parteċipant. L-applikazzjoni tagħhom għal ċertifikati tkun ġiet ivverifikata mill-BĊN tal-pajjiż tal-parteċipant u trasmessa lill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li min-naħa tagħhom ikunu kkunsinnaw ċertifikati li jorbtu l-kodiċi pubbliku mal-kredenzjali li jidentifikaw lill-parteċipant,
— “Kundizzjonijiet Armonizzati” tfisser il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi II u V.
Artikolu 3
Sistemi komponenti tat-TARGET2
1. Kull BĊ ta' l-Eurosistema għandu jopera s-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2.
2. Kull sistema komponent tat-TARGET2 għandha tkun sistema indikata bħala tali skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar il-finalità tas-settlement f'sistemi ta' ħlas u settlement ta' titoli ( 3 ).
3. L-ismijiet tas-sistemi komponenti tat-TARGET2 għandhom jinkludu biss “TARGET2” u l-isem jew l-abbrevjazzjoni tal-BĊ ta' l-Eurosistema rilevanti jew ta' l-Istat Membru ta' dan il-BĊ ta' l-Eurosistema. Is-sistema komponent tat-TARGET2 tal-BĊE għandha tissejjaħ TARGET2-BĊE.
Artikolu 4
Konnessjoni tal-BĊNi ta' Stati Membri mhux parteċipanti
Il-BĊNi ta' Stati Membri mhux parteċipanti jistgħu jikkonnettjaw biss mat-TARGET2 jekk jidħlu fi ftehim mal-BĊi ta' l-Eurosistema. Dan il-ftehim għandu jispeċifika li l-BĊi konnessi ser iħarsu din il-Linja ta' Gwida, bla ħsara għall-ispeċifikazzjonijiet u l-modifikazzjonijiet xierqa miftehma reċiprokament.
TAQSIMA II
KONTROLL
Artikolu 5
Livelli ta' kontroll
1. Bla ħsara għall-Artikolu 8 ta' l-Istatut, l-amministrazzjoni tat-TARGET2 għandha tkun ibbażata fuq skema ta' kontroll bi tliet livelli. Il-ħidmiet assenjati lill-Kunsill Governattiv (Livell 1), il-BĊi ta' l-Eurosistema (Livell 2) u l-BĊi li jipprovdu l-SSP (Livell 3) huma stabbiliti fl-Anness I.
2. Il-Kunsill Governattiv għandu jkun responsabbli għad-direzzjoni, l-amministrazzjoni u l-kontroll tat-TARGET2. Il-ħidmet assenjati lil-Livell 1 jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kunsill Governattiv. Il-Kumitat tas-Sistemi ta' Ħlas u Settlement (PSSC) tas-SEBĊ għandu jgħin lill-Kunsill Governattiv bħala korp konsultattiv fil-kwistjonijiet kollha relatati mat-TARGET2.
3. Skond it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 12.1 ta' l-Istatut, il-BĊi ta' l-Eurosistema għandhom ikunu responsabbli għall-ħidmiet assenjati lil-Livell 2, fi ħdan il-qafas ġenerali ddefinit mill-Kunsill Governattiv. Flimkien mar-rwol tiegħu konsultattiv, il-PSSC għandu jwettaq il-ħidmiet assenjati lil-Livell 2. Il-BĊi konnessi għandhom jipparteċipaw mingħajr drittijiet tal-vot ta' dritt fi kwistjonijiet relatati mal-Livell 2. Il-BĊi ta' l-Istati Membri li la huma BĊi ta' l-Eurosistema lanqas BĊi konnessi għandu jkollhom status ta' osservaturi fil-Livell 2 biss.
4. Il-BĊi ta' l-Eurosistema jorganizzaw rwieħhom billi jsiru parti ta' ftehim xierqa. Fi ħdan il-kuntest ta' dawn il-ftehim, it-teħid tad-deċiżjonijiet għandu jkun ibbażat fuq maġġoranza sempliċi, u kull BĊ ta' l-Eurosistema għandu jkollu vot wieħed.
5. Skond it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 12.1 ta' l-Istatut, il-BĊi li jipprovdu l-SSP għandhom ikunu responsabbli għall-ħidmiet assenjati lil-Livell 3, fi ħdan il-qafas ġenerali ddefinit mill-Kunsill Governattiv.
6. Il-BĊi li jipprovdu l-SSP għandhom isiru parti ta' ftehim mal-BĊi ta' l-Eurosistema li jikkuntrollaw is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti mill-BĊi li jipprovdu l-SSP lill-BĊi ta' l-Eurosistema. Dan il-ftehim għandu jinkludi wkoll, meta xieraq, il-BĊi konnessi.
TAQSIMA III
TĦADDIM TAT-TARGET2
Artikolu 6
Kundizzjonijiet armonizzati għal parteċipazzjoni fit-TARGET2
1. Kull BĊN parteċipanti għandu jadotta arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni f’TARGET2 stabbiliti fl-Anness II u l-Kundizzjonijiet Armonizzati Supplimentari u Modifikati għall-parteċipazzjoni f’TARGET2 permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet stabbiliti fl-Anness V. Dawn l-arranġamenti għandhom jirregolaw esklussivament ir-relazzjoni bejn il-BĊN parteċipanti rilevanti u l-parteċipanti tiegħu fil-konfront tal-ipproċessar ta’ ħlasijiet fil-PM. Kont PM jista’ jsir aċċess għalih jew permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet jew permezz ta’ dak li jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni. Dawn iż-żewġ metodi ta’ aċċess għal kont PM għandhom ikunu jeskludu lil xulxin, għalkemm parteċipant jista’ jagħżel li jkollu kont PM wieħed jew aktar, li kull wieħed minnhom ikun aċċessibbli jew permezz tal-Internet jew permezz ta’ dak li jiprrovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni.
2. Il-BĊE għandu jadotta l-patti u l-kundizzjonijiet ta’ TARGET2-ECB billi jimplimenta l-Anness II ħlief li TARGET2-ECB għandu jipprovdi biss servizzi lil organizzazzjonijiet għall-ikklerjar u l-ħlas, inklużi entitajiet stabbiliti barra ż-ŻEE, bil-patt illi jkunu soġġetti għas-sorveljanza minn awtorità kompetenti u li l-aċċess tagħhom għal TARGET2-ECB ikun ġie approvat mill-Kunsill Governattiv.
3. L-arranġamenti adottati mill-BĊi ta' l-Eurosistema li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għandhom isiru pubbliċi.
4. Il-BĊi ta' l-Eurosistema jistgħu jitolbu derogi mill-Kundizzjonijiet Armonizzati fuq il-bażi ta' restrizzjonijiet tal-liġi nazzjonali. Il-Kunsill Governattiv għandu jikkunsidra dawn it-talbiet każ b'każ u għandu jagħti derogi meta jkun xieraq.
5. Bla ħsara għall-ftehim monetarju rilevanti, il-BĊE jista' jiddetermina kundizzjonijiet xierqa għal parteċipazzjoni fit-TARGET2 ta' entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(2)(e) ta' l-Anness II.
6. Il-BĊi ta' l-Eurosistema m'għandhomx iħallu entità tiddaħħal fis-sistema komponent tat-TARGET2 tagħhom bħala parteċipant indirett jew li tiġi rreġistrata bħala detentur ta' BIC indirizzabbli, jekk din l-entità taġixxi permezz ta' parteċipant dirett li huwa BĊN ta' Stat Membru ta' l-UE imma la jkun BĊ ta' l-Eurosistema u lanqas BĊ konnessi.
Artikolu 7
Kreditu intraday
1. Il-BĊNi parteċipanti jistgħu jagħtu kreditu intraday, bil-kundizzjoni li dan isir skond l-arranġamenti li jimplimentaw ir-regoli dwar l-għoti ta' kreditu intraday stabbiliti fl-Anness III.
2. Il-kriterji tal-eliġibbiltà għal kreditu intraday tal-kontropartijiet tal-BĊE huma definiti fid-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar il-kundizzjonijiet ta’ TARGET2-BĊE ( 4 ). Kreditu intraday mogħti mill-BĊE għandu jibqa’ limitat għall-jum in kwistjoni mingħajr ebda possibbiltà ta’ estensjoni għal kreditu mil-lum għal għada.
Artikolu 8
Sistemi anċillari
1. Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jipprovdu servizzi ta’ trasferiment ta’ fondi fi flus tal-bank ċentrali lil sistemi anċillari fil-PM aċċessibbli permezz ta’ dak li jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni jew, matul il-perijodu ta’ transizzjoni u jekk applikabbli, f’Kontijiet Domestiċi. Dawn is-servizzi għandhom ikunu rregolati minn ftehim bilaterali bejn il-BĊi tal-Eurosistema u s-sistemi anċillari rispettivi.
2. Arranġamenti bilaterali ma' sistemi anċillari li jużaw l-ASI għandhom jikkonformaw ma' l-Anness IV. Barra minn dan, il-BĊi ta' l-Eurosistema għandhom jiżguraw li f'dawn l-arranġamenti bilaterali japplikaw mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness II li ġejjin:
— Artikolu 8(1) (obbligi tekniċi u legali);
— Artikolu 8(2) sa (5) (proċedura ta' applikazzjoni), ħlief li minflok tinħtieġ li tissodisfa l-kriterji ta' aċċess fl-Artikolu 4, is-sistema anċillari tinħtieġ tissodisfa l-kriterji ta' aċċess fid-definizzjoni ta' “sistema anċillari” stabbilita fl-Artikolu 1 ta' l-Anness II;
— l-iskeda operattiva fl-Appendiċi V;
— l-Artikolu 11 (obbligi għal kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni); ħlief il-paragrafu 8;
— l-Artikoli 27 u 28 (kontinwità tan-negozju u proċeduri ta' kontinġenza u obbligi dwar is-sigurtà);
— l-Artikolu 31 (reġim dwar ir-responsabbiltà);
— l-Artikolu 32 (regoli ta' evidenza);
— l-Artikoli 33 u 34 (tul ta' żmien, tmiem u sospensjoni ta' parteċipazzjoni), ħlief l-Artikolu 34(1)(b);
— l-Artikolu 35, fejn rilevanti (egħluq ta' kontijiet PM);
— l-Artikolu 38 (regoli ta' kunfidenzjalità);
— l-Artikolu 39 (obbligi għall-protezzjoni tad-data, il-prevenzjoni tal-ħasil ta' flus u kwistjonijiet relatati);
— l-Artikolu 40 (obbligi għal notifiki);
— l-Artikolu 41 (relazzjoni kuntrattwali mal-provveditur tas-servizz tan-netwerk); u
— l-Artikolu 44 (regoli għal-liġi li tiggverna, ġurisdizzjoni u lok tat-twettiq).
3. Arranġamenti bilaterali ma' sistemi anċillari li jużaw il-PI għandhom jikkonformaw ma':
(a) l-Anness II, bl-eċċezzjoni tat-Titolu V u l-Appendiċijiet VI u VII; u
(b) l-Artikolu 18 ta' l-Anness IV.
4. B’deroga mill-paragrafu 3, arranġamenti bilaterali ma’ sistemi anċillari li jużaw il-PI, imma li jkun hemm settlement biss għall-benefiċċju tal-klijenti tagħhom, għandhom jikkonformaw ma’:
(a) l-Anness II, bl-eċċezzjoni tat-Titolu V, l-Artikolu 36 u l-Appendiċijiet VI u VII; u
(b) l-Artikolu 18 tal-Anness IV.
Artikolu 9
Metodoloġija ta' l-ispejjeż
1. Il-Kunsill Governattiv għandu jiddetermina r-regoli applikabbli għall-iffinanzjar tal-SSP. Kull eċċess jew defiċit li jirriżulta mit-tħaddim ta' l-SSP għandu jitqassam lill-BĊNi parteċipanti skond l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE, bis-saħħa ta' Artikolu 29 ta' l-Istatut.
2. Il-Kunsill Governattiv għandu jiddetermina metodoloġija ta' l-ispejjeż u struttura tal-prezzijiet komuni għas-servizzi ewlenija tat-TARGET2.
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà
1. Il-Kunsill Governattiv għandu jispeċifika l-politika tas-sigurtà u r-rekwiżiti tas-sigurtà u l-kontrolli għall-SSP u, matul il-perijodu ta’ transizzjoni, għall-infrastruttura teknika tal-Kont Domestiku. Il-Kunsill Governattiv għandu jispeċifika ukoll il-prinċipji applikabbli għas-sigurtà taċ-ċertifikati użati għall-aċċess ibbażat fuq l-Internet.
2. Il-BĊi ta' l-Eurosistema għandhom jikkonformaw, u għandhom jiżguraw li l-SSP jikkonforma, mal-miżuri memmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 11
Regoli tal-verifika
Valutazzjonijiet tal-verifika għandhom jitwettqu skond il-prinċipji u l-arranġamenti stabbiliti fil-Politika tal-Verifika tas-SEBĊ tal-Kunsill Governattiv.
TAQSIMA IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 12
Soluzzjoni tat-tilwim u liġi applikabbli
1. Fil-każ ta' tilwima bejn il-BĊi ta' l-Eurosistema fir-rigward ta' din il-Linja ta' Gwida, il-partijiet affettwati għandhom jaraw li jsolvu t-tilwima skond il-Memorandum ta' Ftehim dwar il-Proċedura għas-Soluzzjoni tat-Tilwim ġewwa s-SEBĊ.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, jekk tilwima dwar it-tqassim tal-ħidmiet bejn il-Livell 2 u l-Livell 3 ma tistax tiġi solvuta bi ftehim bejn il-partijiet affettwati, il-Kunsill Governattiv għandu jsolvi t-tilwima.
3. Fil-każ ta' tilwima tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1, id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-partijiet għandhom ikunu ddeterminati primarjament bir-regoli u l-proċeduri preskritti f'din il-Linja ta' Gwida. F'tilwim dwar ħlasijiet bejn sistemi komponenti tat-TARGET2, sakemm ma toħloqx kunflitt ma' din il-Linja ta' Gwida għandha tapplika b'mod supplimentari l-liġi ta' l-Istat Membru fejn tinsab is-sede tal-BĊ ta' l-Eurosistema ta' min jitħallas.
▼M2 —————
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2007, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tranżitorji stabbiliti fl-Artikolu 15.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 15, il-Linji ta' Gwida BĊE/2005/16 u BĊE/2006/11 għandhom jiġu rrevokati b'effett mill-15 ta' Settembru 2008.
Artikolu 15
Dispożizzjonijiet mixxelanji u transitorji
1. Kontijiet miftuħin barra l-PM minn BĊN parteċipant għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u sistemi anċillari għandhom jiġu rregolati mir-regoli ta’ BĊN parteċipant bħal dak, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja ta’ Gwida li jirrigwardaw il-Kontijiet Domestiċi u deċiżjonijiet oħrajn tal-Kunsill Governattiv. Kontijiet miftuħin barra l-PM minn BĊN parteċipant għal entitajiet minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu u sistemi anċillari għandhom jiġu rregolati mir-regoli ta’ dan il-BĊN parteċipant.
2. Matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni tiegħu, kull BĊ tal-Eurosistema jista’ jkompli jagħmel il-ħlasijiet u tranżazzjonijiet oħrajn fil-Kontijiet Domestiċi, inkluż dawn li ġejjin:
(a) ħlasijiet bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu;
(b) ħlasijiet bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu u sistemi anċillari; u
(c) ħlasijiet fir-rigward ta’ operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema.
3. Meta jiskadi l-perijodu tranżitorju, dan li ġej għandu jieqaf:
(a) reġistrazzjoni bħala detentur BIC indirizzabbli minn BĊ tal-Eurosistema, fil-każ ta’ entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 4(1)(a) u (b) tal-Anness II;
(b) parteċipazzjoni indiretta ma’ BĊ tal-Eurosistema; u
(c) settlement f’Kontijiet Domestiċi tal-ħlasijiet kollha msemmijin fil-paragrafu 2(a) sa (c).
Artikolu 16
Destinatarji, miżuri implimentattivi u rapporti annwali
1. Din il-Linja ta' Gwida tapplika għall-BĊi kollha ta' l-Eurosistema.
2. Il-BĊNi parteċipanti għandhom, sal-31 ta’ Lulju 2007 jew rispettivament data li trid tiġi speċifikata mill-Kunsill Governattiv jibagħtu lill-BĊE il-miżuri li permezz tagħhom huma għandhom il-ħsieb li jikkonformaw ma’ din il-Linja ta’ Gwida.
3. Il-BĊE għandu jħejji rapporti annwali biex jivvalutahom il-Kunsill Governattiv fir-rigward tat-tħaddim globali tat-TARGET2.
ANNESS I
TARGET2 ARRANĠAMENTI TA' KONTROLL
Livell 1 – Kunsill Governattiv |
Livell 2 – BĊi ta' l-Eurosistema |
Livell 3 – BĊi li jipprovdu l-SSP |
0. Dispożizzjonijiet Ġenerali |
||
Il-Livell 1 għandu l-kompetenza finali fir-rigward ta' kwistjonijiet domestiċi u dawk ta' bejn il-fruntieri tat-TARGET2, u huwa responsabbli biex jissalvagwarda l-funzjoni pubblika tat-TARGET2 |
Il-Livell 2 għandu kompetenza sussidjarja fir-rigward ta' kwistjonijiet imħollija għad-diskrezzjoni tiegħu mil-Livell 1 |
Il-Livell 3 jieħu deċiżjonijiet dwar it-tħaddim ta' kuljum tal-Pjattaforma Mqassma Waħda/Single Shared Platform (SSP) fuq il-bażi tal-livelli ta' servizz iddefiniti fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 5(6) ta' din il-Linja ta' Gwida |
1. Politika ta' l-ispejjeż u tal-prezzijiet |
||
— Jiddeċiedi dwar metodoloġija komuni ta' l-ispejjeż — Jiddeċiedi dwar struttura waħda ta' prezzijiet |
— Jiddeċiedu dwar prezzijiet ta' servizzi u/jew moduli addizzjonali |
(Ma japplikax) |
2. Livell ta' servizz |
||
— Jiddeċiedi dwar x'inhuma servizzi ewlenin |
— Jiddeċiedu dwar servizzi u/jew moduli addizzjonali |
— Jagħtu input skond il-bżonnijiet tal-Livell 1/Livell 2 |
3. Amministrazzjoni tar-riskju |
||
— Jiddeċiedi dwar il-qafas ġenerali għall-amministrazzjoni tar-riskju u l-aċċettazzzjoni tar-riskji li jifdal |
— Iwettqu l-amministrazzjoni attwali tar-riskju — Iwettqu analiżi tar-riskju u jkomplu jsegwu l-analiżi |
— Jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-analiżi tar-riskju skond it-talbiet tal-Livell 1/Livell 2 |
4. Kontroll u finanzjament |
||
— Jiddefinixxi regoli għall-proprjetà, it-teħid ta' deċiżjonijiet u l-iffinanzjar ta' l-SSP — Jistabbilixxi u jiżgura l-implimentazzjoni adegwata tal-qafas legali tas-SEBĊ għat-TARGET2 |
— Iħejju r-regoli dwar il-kontroll u l-iffinanzjar deċiżi fil-Livell 1 — Iħejju l-estimi, japprovawhom u jimplimentawhom — Ikollhom il-proprjetà u/jew il-kuntroll ta' l-applikazzjoni — Jiġbru fondi u remunerazzjoni ta' servizzi |
— Jagħtu figuri ta' l-ispejjeż lil-Livell 2 għall-għoti tas-servizz |
5. Żvilupp |
||
— Jiġi kkonsultat mil-Livell 2 dwar il-lok tal-SSP — Japprova l-pjan globali ta' proġett |
— Jiddeċiedu dwar id-disinn inizjali u l-iżvilupp tal-SSP — Jiddeċiedu dwar jew l-istabbilment mill-bidu jew l-istabbilment fuq il-bażi ta' pjattaforma eżistenti — Jiddeċiedu dwar l-għażla ta' l-operatur tal-SSP — Jistabbilixxu – bi qbil mal-Livell 3 – il-livelli ta' servizz tal-SSP — Jiddeċiedu dwar il-lok tal-SSP wara li jikkonsultaw il-Livell 1 |
— Jipproponu d-disinn inizjali tal-SSP — Jipproponu jekk ikunx hemm jew l-istabbilment mill-bidu jew l-istabbilment fuq il-bażi ta' pjattaforma eżistenti — Jipproponu l-lok tal-SSP — Jabbozzaw l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali ġenerali u ddettaljati (speċifikazzjonijiet funzjonali interni ddettaljati u speċifikazzjonijiet funzjonali ta' l-utent ddettaljati) |
— Japprovaw il-metodoloġija tal-proċess ta' l-ispeċifikazzjoni u d-deliverables tal-Livell 3 meqjusin xierqa biex jiġi speċifikat u, aktar tard, jiġi ttestjat u aċċettat il-prodott (b'mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-utent ġenerali u ddettaljati) — Jistabbilixxu pjan ta' proġett kbir — Jivvalutaw u jaċċettaw d-deliverables — Jistabbilixxu xenarji bi prova — Koordinazzjoni bi prova tal-banek ċentrali u ta' l-utenti, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Livell 3 |
— Jabbozzaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddettaljati — Jagħtu input (inizjali u dejjiemi) għal ippjanar ta' proġetti kbar u kuntroll — Jagħtu appoġġ tekniku u operattiv għal testijiet/provi (iwettqu testijiet fuq il-SSP, jagħtu input dwar xenarji bi prova relatati mal-SSP, jagħtu appoġġ lill-BĊi ta' l-Eurosistema fl-attivitajiet bi prova tagħhom tal-SSP) |
|
6. Implimentazzjoni w emigrazzjoni |
||
— Jiddeċiedi dwar l-istrateġija ta' l-emigrazzjoni |
— Jippreparaw u jikkoordinaw l-emigrazzjoni għall-SSP, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Livell 3 |
— Jagħtu input dwar kwistjonijiet ta' emigrazzjoni skond talbiet tal-Livell 2 — Iwettqu xogħol ta' emigrazzjoni relatat mal-SSP; jagħtu appoġġ addizzjonali lill-BĊi li jkunu fil- jew għadhom kemm lestew il-proċess ta' emigrazzjoni |
7. Operazzjoni |
||
— Il-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi severa — L-awtorizzazzjoni tat-twaqqif u t-tħaddim tas-Simulatur TARGET2 — Il-ħatra ta’ awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni għall-aċċess ibbażat fuq l-Internet — L-ispeċifikazzjoni tal-politika tas-sigurtà, ir-rekwiżiti u l-kontrolli għall-SSP — L-ispeċifikazzjoni tal-prinċipji applikabbli għas-sigurtà taċ-ċertifikati maħruġin għall-aċċess ibbażat fuq l-Internet |
— Ġestjoni fir-rigward tar-responsabbiltajiet ta’ sid is-sistema — Iż-żamma ta’ kuntatti ma’ dawk li jużaw is-sistema f’livell Ewropew (suġġett għar-responsabbilta’ unika ta’ BĊi tal-Eurosistema għar-relazzjoni mal-klijenti tagħhom fin-negozju) u l-monitoraġġ ta’ kuljum tal-attività ta’ min juża s-sistema minn perspettiva ta’ negozju (funzjoni ta’ BĊ tal-Eurosistema) — Il-monitoraġġ ta’ żviluppi fin-negozju — L-ibbaġitjar, il-finanzjament, il-ħruġ ta’ fatturi (funzjoni ta’ BĊ tal-Eurosistema) u dmirijiet amministrattivi oħrajn |
— Il-ġestjoni tas-sistema abbażi tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 5(6) ta’ din il-Linja ta’ Gwida |
ANNESS II
KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI GĦAL PARTEĊIPAZZJONI FIT-TARGET2
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dawn il-Kundizzjonijiet Armonizzati (minn issa 'l quddiem il-Kundizzjonijiet”), għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
— “aċċess b'aktar minn destinatarju wieħed” (multi-addressee access) tfisser il-faċilità li permezz tagħha fergħat jew istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fiż-ŻEE jistgħu jkollhom aċċess għas-sistema komponent tat-TARGET2 rilevanti billi jibagħtu ordnijiet ta' ħlas u/jew jirċievu ħlasijiet direttament mingħand u lis-sistema komponent tat-TARGET2; din il-faċilità tawtorizza lil dawn l-entitajiet biex jibagħtu l-ordnijiet ta' ħlas tagħhom permezz tal-kont PM tal-parteċipant dirett mingħajr l-involviment ta' dan il-parteċipant;
— “awtorizzazzjoni ta” debitu dirett' (direct debit authorisation) tfisser struzzjoni ġenerali minn pagatur lill-BĊ tiegħu li tintitola u tobbliga lil dak il-BĊ biex jiddebita l-kont tal-pagatur wara struzzjoni ta' debitu dirett minn min jitħallas;
— “banek ċentrali (BĊi)” (central banks (CBs)) tfisser il-BĊi ta' l-Eurosistema u l-BĊi konnessi;
— “BĊ ta' l-Eurosistema” (Eurosystem CB) tfisser il-BĊE jew il-BĊN ta' Stat Membru li adotta l-euro;
— “BĊ konness” (connected CB) tfisser bank ċentrali nazzjonali (BĊN), li ma jkunx BĊ ta' l-Eurosistema, li huwa konness mat-TARGET2 bis-saħħa ta' ftehim separat;
— “BĊi li jipprovdu l-SSP” (SSP-providing CBs) tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banque de France u l-Banca d'Italia fil-kapaċità tagħhom ta' BĊi li qed jibnu u joperaw l-SSP għall-benefiċċju ta' l-Eurosistema;
— “BĊN ta' l-AL” (AL NCB) tfisser BĊN parteċipanti li huwa parti ta' ftehim AL u li jaġixxi bħala l-kontroparti għall-membri tal-grupp AL li jipparteċipaw fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2;
— “BĊN li jimmaniġġja” (managing NCB) tfisser il-BĊN ta' l-AL tas-sistema komponent tat-TARGET2 li fiha l-maniġer tal-grupp AL jipparteċipa;
— “detentur ta’ BIC indirizzabbli” tfisser entità li (a) għandha Kodiċi ta’ Identifikazzjoni (BIC); (b) mhijiex rikonoxxuta bħala parteċipant indirett; u (c) hija korrispondent jew klijent ta’ parteċipant dirett jew fergħa ta’ parteċipant dirett jew indirett, u hija kapaċi tibgħat ordnijiet ta’ ħlas lil u tirċievi ħlasijiet mingħand sistema ta’ komponent ta’ TARGET2 permezz tal-parteċipant dirett;
— “Direttiva Bankarja” (Banking Directive) tfisser id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006, dwar il-bidu u s-segwiment tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (recast) ( 5 );
— “Direttiva dwar il-Finalità tas-Settlemen” (Settlement Finality Directive) tfisser id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar il-finalità tas-settlement f'sistemi ta' ħlas u settlement ta' titoli ( 6 );
— “ditta ta' investiment” (investment firm) tfisser ditta ta' investiment fit-tifsira ta' [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fi strumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ( 7 ) ], bl-esklużjoni ta' l-istituzzjonijiet speċifikati f'[daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/39/KE], iżda d-ditta ta' investiment imsemmija hija:
—(a) awtorizzata u ssorveljata minn awtorità kompetenti rikonoxxuta, indikata bħala tali skond id-Direttiva 2004/39/KE; u
(b) intitolata twettaq l-attivitajiet imsemmijin skond [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw il-punti 2, 3, 6 u 7 ta' Taqsima A ta' l-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE];
— “entry disposition” tfisser fażi ta' ipproċessar ta' ħlasijiet li matulha t-TARGET2 [daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] tipprova tagħmel settlement ta' ordni ta' ħlas li tkun ġiet aċċettata bis-saħħa ta' l-Artikolu 14, permezz ta' proċeduri speċifiċi, kif deskritt fl-Artikolu 20;
— “faċilità ta' self marġinali” (marginal lending facility) tfisser standing facility ta' l-Eurosistema li l-kontropartijiet jistgħu jużaw biex jirċievu kreditu overnight minn BĊ ta' l-Eurosistema skond ir-rata ta' self marġinali speċifikata minn qabel;
— “fergħa” (branch) tfisser fergħa fit-tifsira ta' [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva Bankarja];
— “formola għall-ġbir ta' data statika” (static data collection form) tfisser formola żviluppata minn [niżżel l-isem tal-BĊ] għall-iskop li jiġu rreġistrati applikanti għas-servizzi tat-TARGET2 ta' [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] u li jiġi rreġistrat kull tibdil fir-rigward ta' l-għoti ta' dawn is-servizzi;
— “ftehim AL” (AL agreement) tfisser il-ftehim tal-likwidità aggregata multilaterali li l-membri tal-grupp AL u l-BĊNi rispettivi tagħhom ta' l-AL, għall-iskopijiet tal-modalità AL;
— “grupp” (group) tfisser:
—(a) kompożizzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu inklużi fl-istqarrijiet finanzjarji kkonsolidati ta' kumpanija parent fejn il-kumpanija parent hija obbligata li tippreżenta stqarrijiet finanzjarji kkonsolidati skond l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 27 (IAS 27), adottat skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2238/2004 ( 8 ) u li jikkonsisti f'jew:
(i) kumpanija parent u sussidjarja waħda jew iżjed; jew
(ii) żewġ sussidjarji jew aktar ta' kumpanija parent;
(b) kompożizzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fis-subparagrafi a(i) jew (ii), fejn xi kumpanija parent ma tippreżentax stqarrijiet finanzjarji kkonsolidati skond l-IAS 27, imma tkun tista' tissodisfa l-kriterji ddefiniti fl-IAS 27 biex tiġi inkluża fl-istqarrijiet finanzjarji kkonsolidati, bla ħsara għall-verifika tal-BĊ tal-parteċipant dirett jew, fil-każ ta' grupp AL, tal-BĊN li jamministra; jew
(ċ) netwerk bilaterali jew multilaterali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li hija:
(i) organizzata permezz ta' qafas statutorju li jiddetermina l-affiljazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu f'dik in-netwerk; jew
(ii) ikkaratterizzata minn mekkaniżmi ta' kooperazzjoni organizzati minnhom innifishom (li jippromwovu, jinkoraġġixxu u jirrappreżentaw l-interessi tan-negozju tal-membri tagħha) u/jew solidarjetà ekonomika li tmur lil hinn mill-kooperazzjoni ordinarja tas-soltu bejn istituzzjonijiet ta' kreditu, fejn din il-kooperazzjoni u s-solidarjetà hija permessa mil-liġijiet sussidjarji (by-laws) jew l-artikoli ta' inkorporazzjoni ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu, jew stabbilita bis-saħħa ta' ftehim separati;
u f'kull każ imsemmi f'(ċ) il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ikun approva applikazzjoni biex titqies li qed tikkostitwixxi grupp;
— “grupp AL” (AL group) tfisser grupp kompost minn membri tal-grupp AL li jużaw il-modalità AL;
— “grupp CAI” (CAI group) tfisser grupp magħmul minn parteċipanti tat-TARGET2 li jużaw il-modalità CAI;
— “ħsara teknika tat-TARGET2” tfisser kull diffikultà, difett jew ħsara fl-infrastrutura teknika u/jew sistemi tal-kompjuter użati mit-TARGET2-[daħħal BĊ/pajjiż ta’ referenza], jew kull ġrajja oħra li tagħmilha impossibbli li jiġi eżegwit u kkompletat l-ipproċessar tal-ħlasijiet fl-istess jum fit-TARGET2-[daħħal BĊ/pajjiż ta’ referenza].
— “istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser jew: (a) istituzzjoni ta’ kreditu fl-ambitu tat-tifsira ta’ [daħħal id-dispożiżżjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(1)(a) u, jekk rilevanti, l-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Bankarju] li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti, jew (b) istituzzjoni ta’ kreditu oħra fl-ambitu tat-tisfsira tal-artikolu 123(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li hija suġġetta għall-iskrutinju ta’ standard komparabbli mas-superviżjoni minn awtorità kompetenti;
— “jum tan-negozju” (business day) tfisser kull jum meta t-TARGET2 tkun miftuħa għas-settlement ta' ordnijiet ta' ħlas, kif stabbilit fl-Appendiċi V;
— “każ ta' inadempjenza” (event of default) tfisser każ eżistenti jew li ser isseħħ, li meta jiġri jista' jhedded it-twettiq ta' l-obbligi ta' parteċipant skond dawn il-Kundizzjonijiet jew skond kull regola oħra li tapplika għar-relazzjoni bejn dak il-parteċipant u [niżżel l-isem tal-BĊ] jew kull BĊ ieħor, inkluż:
—(a) meta l-parteċipant ma jissodisfax aktar il-kriterji ta' aċċess stabbiliti fl-Artikolu 4 jew l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(a)(i);
(b) il-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza fir-rigward tal-parteċipant;
(ċ) il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni fir-rigward tal-proċedimenti msemmija fis-subparagrafu (b);
(d) il-ħruġ mill-parteċipant ta' dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-inabbiltà tiegħu li jħallas id-djun kollha tiegħu jew parti minnhom jew li jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-kreditu intraday;
(e) id-dħul tal-parteċipant fi ftehim jew arranġament ġenerali volontarju mal-kredituri tiegħu;
(f) meta l-parteċipant huwa, jew jitqies mill-BĊ tiegħu, li huwa insolventi jew li ma jistax iħallas id-djun tiegħu;
(ġ) meta l-bilanċ ta' kreditu tal-parteċipant fil-kont PM tiegħu, jew l-assi kollha tal-parteċipant jew parti sostanzjali minnhom huma suġġetti għal ordni ta' iffriżar, sekwestru jew qbid jew kull proċedura oħra bil-għan li tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-parteċipant;
(g) meta l-parteċipazzjoni tal-parteċipant f'sistema komponent oħra tat-TARGET2 u/jew f'sistema anċillari tkun ġiet sospiża jew mitmuma;
(h) meta kull rappreżentazzjoni materjali jew stqarrija oħra pre-kuntrattwali magħmula mill-parteċipant, jew li jinftiehem li tkun saret mill-parteċipant skond il-liġi applikabbli hija skorretta jew mhux vera;
(ħ) iċ-ċessjoni ta' l-attiv kollu tal-parteċipant jew ta' parti sostanzjali minnu;
— “każ ta' infurzar” (enforcement event) tfisser, fir-rigward ta' membru tal-grupp AL:
—i. kull każ ta' inadempjenza msemmi fl-Artikolu 34(1);
ii. kull każ ieħor ta' inadempjenza msemmi fl-Artikolu 34(2) li dwaru l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jkun iddeċieda, waqt li jkun ikkunsidra s-serjeta' tal-każ ta' inadempjenza jew tal-każ, li [Daħħal jekk japplika: [ir-rahan għandu jkun infurzat skond l-Artikolu 25b] [il-garanzija għandha tkun infurzata skond l-Artikolu 25ċ] u għandu jkun hemm bidu għal set-off tat-talbiet skond l-Artikolu 26; jew
iii. kull deċiżjoni biex jissospendi jew itemm l-aċċess għall-kreditu intraday;
— kull każ ta' inadempjenza jew deċiżjoni biex jiġi sospiż jew mitmum l-aċċess għall-kreditu intraday;
— “Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC)” tfisser kodiċi kif iddefinit mill-Istandard ISO Nru 9362;
— “Kont Domestiku” (Home account) tfisser kont miftuħ barra l-PM minn BĊ għal entità li hija eliġibbli biex issir parteċipant indirett;
— “kont PM” (PM account) tfisser kont miżmum minn parteċipant tat-TARGET2 fil-PM ma' BĊ li huwa meħtieġ għal dak il-parteċipant tat-TARGET2 biex:
—(a) jibgħat ordnijiet ta' ħlas jew jirċievi ħlasijiet permezz tat-TARGET2; u
(b) jagħmel settlement ta' dawn il-ħlasijiet ma' dan il-BĊ;
— “entità fis-settur pubbliku” tfisser entità fi ħdan is-“settur pubbliku”, din l-espressjoni tal-aħħar kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 ta’ Diċembru li jispeìfika d-definizzjonijiet g]all-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 104 u 104(b) tat-Trattat ( 9 );
— “kreditu intraday” (intraday credit) tfisser kreditu estiż għal perijodu ta' anqas minn jum wieħed tan-negozju;
— “likwidità disponibbli” (jew “likwidità”) (available liquidity or (liquidity)) tfisser bilanċ ta' kreditu f'kont PM ta' parteċipant tat-TARGET2 u, jekk japplika, kull linja ta' kreditu intraday mogħtija mill- BĊ rilevanti fir-rigward ta' dak il-kont;
— “maniġer tal-grupp AL” (AL group manager) tfisser membru tal-grupp AL maħtur mill-membri l-oħra tal-grupp AL biex jimmaniġġja l-likwidità disponibbli ġol-grupp AL matul il-jum tan-negozju;
— “maniġer tal-grupp CAI” (CAI group manager) tfisser membru tal-grupp CAI maħtur mill-membri l-oħra tal-grupp CAI biex josserva u jiddistribwixxi l-likwidità disponibbli li jkun hemm fil-grupp CAI matul il-jum tan-negozju;
— “membru tal-grupp AL” (AL group member) tfisser parteċipant tat-TARGET2 li jkun daħal fi ftehim AL;
— “messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM” (ICM broadcast message) tfisser informazzjoni disponibbli fl-istess ħin lill-parteċipanti kollha tat-TARGET2 jew grupp magħżul minnhom permezz tal-ICM;
— “min jitħallas” (payee) tfisser parteċipant tat-TARGET2 li l-kont PM tiegħu jiġi kkreditat minħabba s-settlement ta' ordni ta' ħlas;
— “modalità AL” (AL mode) tfisser l-aggregazzjoni ta' likwidità disponibbli f'kontijiet PM;
— “modalità CAI” (CAI mode) tfisser l-għoti ta' informazzjoni kkonsolidata dwar il-kont fir-rigward tal-kontijiet PM permezz ta' l-ICM;
— “Modulu tal-Ħlasijiet (PM)” (Payments Module (PM)) tfisser modulu tal-SSP mandatorju fejn il-ħlasijiet tal-parteċipanti tat-TARGET2 jiġu settled fuq kontijiet PM;
— “Modulu ta' Informazzjoni u Kontroll (ICM)” (Information and Control Module (ICM)) tfisser il-modulu tal-SSP li jħalli lill-parteċipanti jiksbu informazzjoni on-line, u li jagħtihom il-possibbilità li jibagħtu ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità, jimmaniġġjaw il-likwidità u li jagħtu bidu għal ordnijiet ta' ħlas ta' riżerva (backup) f'sitwazzjonijiet ta' kontinġenza;
— “Modulu ta' Kontinġenza” (Contingency Module) tfisser il-modulu tal-SSP li permezz tiegħu jsir l-ipproċessar ta' ħlasijiet kritiċi u kritiċi ħafna f'sitwazzjonijiet ta' kontinġenza;
— “opinjoni tal-kapaċità” (capacity opinion) tfisser opinjoni speċifika għall-parteċipant li tinkludi valutazzjoni tal-kapaċità legali tal-parteċipant biex jidħol għal u jwettaq l-obbligi tiegħu skond dawn il-Kundizzjonijiet;
— “ordni ta' ħlas” (payment order) tfisser ordni ta' trasferiment ta' kreditu, ordni ta' trasferiment ta' likwidità jew struzzjoni ta' ddebitar dirett;
— “ordni ta' ħlas mhux imħallsa (settled)” (non-settled payment order) tfisser ordni ta' ħlas li ma tkunx ġiet settled fl-istess jum tax-xogħol li fih tkun ġiet aċċettata;
— “ordni ta' trasferiment ta' kreditu” (credit transfer order) tfisser struzzjoni minn pagatur (payer) biex somma ta' flus issir disponibbli lil min jitħallas (payee) permezz ta' entrata fil-kotba (book entry) f'kont PM;
— “ordni ta' trasferiment ta' likwidità” (liquidity transfer order) tfisser ordni ta' ħlas, li l-għan prinċipali tagħha huwa li tittrasferixxi likwidità bejn kontijiet differenti ta' l-istess parteċipant jew ġo grupp CAI jew AL;
— “pagatur” (payer) tfisser parteċipant tat-TARGET2 li l-kont PM tiegħu jiġi ddebitat minħabba l-s-settlement ta' ordni ta' ħlas;
— “parteċipant” (jew “parteċipant dirett”) (participant (or direct participant)) tfisser entità li għandha ta' l-anqas kont PM wieħed ma' [niżżel l-isem tal-BĊ];
— “parteċipant indirett” (indirect participant) tfisser istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fiż-ŻEE, li kkonkludiet ftehim ma' parteċipant dirett biex tibgħat ordnijiet ta' ħlas u tirċievi ħlasijiet permezz tal-kont PM ta' dan il-parteċipant dirett, u li ġiet rikonoxxuta minn sistema komponent tat-TARGET2 bħala parteċipant indirett;
— “parteċipant li jagħti struzzjonijiet” (instructing participant) tfisser parteċipant tat-TARGET2 li ta bidu għal ordni ta' ħlas;
— “parteċipant tat-TARGET2” (TARGET2 participant) tfisser kull parteċipant f'kull sistema komponent tat-TARGET2;
— “Pjattaforma Waħda Mqassma (SSP)” (Single Shared Platform (SSP)) tfisser l-infrastruttura ta' pjattaforma teknika waħda pprovduta mill-BĊi li jipprovdu l-SSP;
— “proċedimenti ta' insolvenza” (insolvency proceedings) tfisser proċedimenti ta' insolvenza fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(j) tad-Direttiva dwar il-Finalità tas-Settlement;
— “provveditur tas-servizz tan-netwerk” (network service provider) tfisser l-impriża maħtura mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex tipprovdi konnessjonijiet tan-netwerk ikkompjuterizzati għall-iskopijiet li jintbagħtu ordnijiet ta' ħlas fit-TARGET2;
— “rata ta' self marġinali” (marginal lending rate) tfisser ir-rata ta' l-imgħax applikabbli għall-facilità ta' self marġinali;
— “sistema anċillari (AS)” tfisser sistema mmaniġġjata minn entità stabbilita fiż-ŻEE li hija suġġetta għas-superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sorveljanza għall-post tal-infrastrutturi li joffru servizzi fl-euro, kif emendat minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE ( 10 ), fejn ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji jiġu skambjati u/jew ikklerjati filwaqt li l-obbligi monetarji riżultanti jiġu ssettiljati fit-TARGET2 skont din il-Linja ta’ Gwida u arranġament bilaterali bejn is-sistema anċillari u l-BĊ tal-Eurosistema rilevanti,
— “sistema komponent tat-TARGET2” (TARGET2 component system) tfisser xi waħda mis-sistemi ta' ħlas gross f'ħin reali (RTGS) tal-BĊi li jagħmlu parti mit-TARGET2;
— “sospensjoni” (suspension) tfisser l-iffriżar temporanju tad-drittijiet u l-obbligi ta' xi parteċipant għal perijodu ta' żmien li jiġi ddeterminat minn [niżżel l-isem tal-BĊ];
— “struzzjoni ta' debitu dirett” (direct debit instruction) tfisser struzzjoni minn min jitħallas mibgħuta lill-BĊ tiegħu u li skond din l-istruzzjoni l-BĊ tal-pagatur jiddebita l-kont tal-pagatur bl-ammont speċifikat f'dik l-istruzzjoni, fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni ta' debitu dirett;
— “TARGET2” tfisser dak kollu li jirriżulta mis-sistemi komponenti kollha tat-TARGET2 tal-BĊi;
— “TARGET2 CUG” tfisser sett żgħir (subset) ta' klijenti tal-provveditur tas-servizz tan-netwerk miġburin flimkien għall-iskop ta' l-użu li huma jagħmlu mis-servizzi rilevanti u mill-prodotti tal-provveditur tas-servizz tan-netwerk meta jaċċessaw il-PM;
— “TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]” (TARGET2-[insert CB/country reference] tfisser sistema komponent tat-TARGET2 [daħħal isem il-BĊ];
— “Speċìfikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati għall-Utent (UDFS)” tfisser l-aktar verżjoni aġġornata tal-UDFS, li hija d-dokumentazzjoni teknika li tispjega fid-dettal kif parteċipant jinteraġixxi mat-TARGET2.
Artikolu 2
Appendiċijiet
1. L-Appendiċijiet li ġejjin jagħmlu parti integrali minn dawn il-Kundizzjonijiet:
1. Appendiċi I: Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas
1. Appendiċi II: Skema ta' kumpens tat-TARGET2
1. Appendiċi III: Termini ta' referenza għall-opinjonijiet nazzjonali u tal-kapaċità
1. Appendiċi IV: Proċeduri għall-kontinwità tan-negozju u ta' kontinġenza
1. Appendiċi V: Skeda ta' l-operat
1. Appendiċi VI: Skeda tat-tariffi u fattura
1. Appendiċi VII: Ftehim ta' likwidità aggregata
2. Fil-każ ta' kull kunflitt jew inkonsistenza bejn il-kontenut ta' kull appendiċi u l-kontenut ta' kull dispożizzjoni oħra f'dawn il-Kundizzjonijiet, dan ta' l-aħħar għandu jiddomina.
Artikolu 3
Deskrizzjoni ġenerali tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] u TARGET2
1. It-TARGET2 tipprovdi settlement gross f'ħin reali għall-ħlasijiet f'euro, bis-settlement isir bi flus tal-banek ċentrali.
2. L-ordnijiet ta' ħlas li ġejja huma pproċessati fit-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż]:
(a) ordnijiet ta' ħlas li jirriżultaw direttament minn jew li jsiru b'konnessjoni ma' l-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta' l-Eurosistema;
(b) settlement tal-parti euro ta' l-operazzjonijiet tal-kambju fi flus barranin li jinvolvu lill-Eurosistema;
(ċ) settlement ta' trasferimenti ta' euro li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'sistemi ta' netting ta' valur kbir bejn il-fruntieri;
(d) settlement ta' trasferimenti ta' euro li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'sistemi ta' ħlas bl-imnut f'euro ta' importanza sistemika; u
(e) kull ordni ta' ħlas oħra f'euro indirizzata lil parteċipanti tat-TARGET2.
3. It-TARGET2 hija stabbilita u taħdem fuq il-bażi tal-SSP. L-Eurosistema tispeċifika l-konfigurazzjoni teknika u l-karatteristiċi tal-SSP. Is-servizzi tal-SSP huma pprovduti mill-BĊi li jipprovdu l-SSP għall-benefiċċju tal-BĊi ta' l-Eurosistema, bis-saħħa ta' ftehim separati.
4. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] huwa l-provveditur tas-servizzi skond dawn il-Kundizzjonijiet. L-atti u l-ommissjonijiet tal-BĊi li jipprovdu l-SSP għandhom jitqiesu bħala atti jew ommissjonijiet ta' [niżżel l-isem tal-BĊ], li tagħhom għandu jassumi r-responsabbiltà skond l-Artikolu 31 hawn isfel. Il-parteċipazzjoni skond dawn il-Kundizzjonijiet m'għandhiex toħloq relazzjoni kuntrattwali bejn il-parteċipanti u l-BĊi li jipprovdu l-SSP meta dawn ta' l-aħħar jaġixxu f'dik il-kapaċità. L-istruzzjonijiet, il-messaġġi jew l-informazzjoni li parteċipant jirċievi mingħand, jew jibgħat lill-SSP, fir-rigward tas-servizzi pprovduti skond dawn il-Kundizzjonijiet, jitqiesu li huma rċevuti minn, jew mibgħuta lil, [niżżel l-isem tal-BĊ].
5. It-TARGET2 hija mibnija legalment bħala multipliċità ta' sistemi ta' ħlas komposta mis-sistemi komponenti kollha tat-TARGET2, li huma msejħa bħala 'sistemi' skond il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva dwar il-Finalità tas-Settlement. It-TARGET2-[daħħal riferenza għall-BĊ/pajjiż] hija msejħa bħala 'sistema' skond [daħħal id-dispożizzjoni legali rilevanti li timplimenta d-Direttiva dwar il-Finalità tas-Settlement].
6. Il-parteċipazzjoni fit-TARGET2 tidħol fis-seħħ permezz ta' parteċipazzjoni fis-sistema komponent tat-TARGET2. Dawn il-Kundizzjonijiet jiddeskrivu d-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-parteċipanti fit-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] u [niżżel l-isem tal-BĊ]. Ir-regoli dwar l-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas (Titolu IV) jirriferu għall-ordnijiet ta' ħlas kollha mibgħuta jew għall-ħlasijiet irċevuti minn kull parteċipant tat-TARGET2.
TITOLU II
PARTEĊIPAZZJONI
Artikolu 4
Kriterji ta' Aċċess
1. It-tipi ta’ entitajiet li ġejjin huma eliġibbli għall-parteċipazzjoni diretta fit-TARGET2-[daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż]:
(a) istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxi permezz ta’ fergħa stabbilita fiż-ŻEE;
(b) istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fiż-ŻEE; u
(c) BĊNi ta’ Stati Membri tal-UE u l-BĊE,
1. sakemm l-entitajiet imsemmijin fis-subparagrafi (a) u (b) mhumiex soġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-implimentazzjoni tagħhom, minħabba [referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li ġie infurmat il-BĊE, mhijiex kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tat-TARGET2.
2. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' fid-diskrezzjoni tiegħu, idaħħal ukoll l-entitajiet li ġejjin bħala parteċipanti diretti:
(a) id-dipartimenti tat-teżor tal-gvernijiet ċentrali jew reġjonali ta' l-Istati Membri attivi fis-swieq tal-flus;
(b) korpi tas-settur pubbliku ta' Stati Membri awtorizzati li jżommu kontijiet għall-klijenti;
(ċ) ditti ta' investiment stabbiliti fiż-ŻEE;
(d) entitajiet li jimmaniġġjaw sistemi anċillari u li jaġixxu f’dik il-kapaċità; u
(e) istituzzjonijiet ta' kreditu jew kull entità tat-tipi elenkati fis-subparagrafi (a) sa (d), fiż-żewġ każijiet fejn dawn huma nkorporati f'pajjiż li miegħu ►M3 l-Unjoni ◄ għandha ftehim monetarju li jagħti aċċess, minn kull entità bħal dawk imsemmija, għal sistemi ta' ħlas ►M3 fl-Unjoni ◄ , bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim monetarju u sakemm ir-reġim legali rilevanti li japplika fil-pajjiż huwa ekwivalenti għal-leġiżlazzjoni rilevanti ►M3 tal-Unjoni ◄ .
3. L-istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi, fit-tifsira ta' [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar il-bidu, is-segwiment u s-superviżjoni prudenti tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ( 11 )], m'humiex intitolati jipparteċipaw fit-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż].
Artikolu 5
Parteċipanti diretti
1. Il-parteċipanti diretti tat-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] għandhom iħarsu l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 8(1) u (2). Għandu jkollhom ta' l-anqas kont PM wieħed ma' [niżżel l-isem tal-BĊ].
2. Il-parteċipanti diretti jistgħu jindikaw detenturi tal-BIC indirizzabbli, irrispettivament mill-post fejn huma inkorporati.
3. Il-parteċipanti diretti jistgħu jindikaw entitajiet bħala parteċipanti indiretti, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6.
4. Jista' jingħata aċċess b'aktar minn destinatarju wieħed permezz tal-fergħat kif ġej:
(a) Istituzzjoni ta' kreditu fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 4(1)(a) jew (b), li tkun ġiet aċċettata bħala parteċipant dirett, tista' tagħti aċċess lill-kont PM tagħha lil wieħed jew aktar mill-fergħat tagħha li jinsabu fiż-ŻEE, sabiex tibgħat ordnijiet ta' ħlas u/jew tirċievi ħlasijiet direttament, bil-kundizzjoni li [niżżel l-isem tal-BĊ] jkun dlonk infurmat.
(b) Meta fergħa ta' istituzzjoni ta' kreditu tkun ġiet aċċettata bħala parteċipant dirett, il-fergħat l-oħra ta' l-istess entità legali u/jew l-uffiċċju ewlieni tagħha, fiż-żewġ każijiet bil-kundizzjoni li jinsabu fiż-ŻEE, jistgħu jaċċessaw il-kont PM tal-fergħa, bil-kundizzjoni li tkun infurmat lil [niżżel l-isem tal-BĊ].
Artikolu 6
Parteċipanti indiretti
1. Kull wieħed mill-istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fiż-ŻEE jistgħu jidħlu f'kuntratt ma' parteċipant dirett wieħed li huwa jew istituzzjoni ta' kreditu fit-tifsira ta' l-Artikolu 4(1)(a) jew (b), jew BĊ, biex jibagħtu ordnijiet ta' ħlas u/jew jirċievu ħlasijiet, u biex iħallsuhom (settle) permezz tal-kont PM ta' dak il-parteċipant dirett. It-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] għandu jagħraf parteċipanti indiretti billi jirreġistra din il-parteċipazzjoni indiretta fid-direttorju tat-TARGET2, dan ta' l-aħħar kif deskritt fl-Artikolu 9.
2. Meta parteċipant dirett, li huwa istituzzjoni ta' kreditu fit-tifsira ta' l-Artikolu 4(1)(a) jew (b), u parteċipant indirett jappartienu għall-istess grupp, il-parteċipant dirett jista' jawtorizza b'mod espliċitu lill-parteċipant indirett biex juża l-kont PM tal-parteċipant dirett biex jibgħat ordnijiet ta' ħlas u/jew jirċievi ħlasijiet permezz ta' aċċess b'aktar minn destinatarju wieħed relatat ma' grupp.
Artikolu 7
Responsabbiltà tal-parteċipant dirett
1. Biex jiġi evitat kull dubju, ordnijiet ta' ħlas mibgħuta jew ħlasijiet irċevuti minn parteċipanti indiretti bis-saħħa ta' l-Artikolu 6, u minn fergħat skond l-Artikolu 5(4), għandhom jitqiesu li ntbagħtu jew li ġew irċevuti mill-parteċipant dirett innifsu.
2. Il-parteċipant dirett għandu jkun marbut b'dawn l-ordnijiet ta' ħlas, irrispettivament mill-kontenut jew kull nuqqas ta' ħarsien ta' l-arranġamenti kuntrattwali jew ta' xort'oħra, bejn dak il-parteċipant u kull waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 8
Proċedura ta' applikazzjoni
1. Biex jissieħbu fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], il-parteċipanti applikanti għandhom:
(a) jissodisfaw l-obbligi tekniċi li ġejjin:
(i) jinstallaw, jamministraw, joperaw u jimmonitorjaw u jiżguraw is-sigurtà ta' l-infrastruttura ta' l-IT meħtieġa biex jikkonnettjaw mat-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] u jdaħħlu ordnijiet ta' ħlas fis-sistema. Meta jagħmlu hekk, il-parteċipanti applikanti jistgħu jinvolvu lil terzi partijiet, imma jibqgħu unikament responsabbli. B'mod partikolari, l-applikanti parteċipanti għandhom jidħlu fi ftehim mal-provveditur tas-servizz tan-netwerk biex jiksbu l-konnessjoni u l-permessi meħtieġa, skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-Appendiċi I, u
(ii) ikunu għaddew it-testijiet stipulati minn [niżżel l-isem tal-BĊ]; u
(b) jissodisfaw l-obbligi legali li ġejjin:
(i) jagħtu opinjoni ta' kapaċità fil-forma speċifikata fl-Appendiċi III, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet biex jingħataw f'din l-opinjoni ta' kapaċita ikunu diġà ġew mogħtija minn [niżżel l-isem tal-BĊ] f'kuntest ieħor; u
(ii) għall-entries imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b), jagħtu opinjoni nazzjonali fil-forma speċifikata fl-Appendiċi III, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet biex jingħataw f'din l-opinjoni ta' kapaċita ikunu diġa' ġew mogħtija minn [niżżel l-isem tal-BĊ] f'kuntest ieħor.
2. L-applikanti għandhom japplikaw bil-miktub lil [niżżel l-isem tal-BĊ], bħala minimu jehmżu l-informazzjoni/dokumenti li ġejjin:
(a) formoli kompluti ta' ġbir ta' data statika kif ipprovduti minn [niżżel l-isem tal-BĊ],
(b) l-opinjoni ta' kapaċità, jekk mitluba minn [niżżel l-isem tal-BĊ], u
(ċ) l-opinjoni nazzjonali, jekk mitluba minn [niżżel l-isem tal-BĊ].
3. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jitlob ukoll kull informazzjoni addizzjonali li jqis xierqa biex jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni.
4. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jiċħad l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni jekk:
(a) ma jiġux sodisfatti l-kriterji ta' aċċess imsemmija fl-Artikolu 4;
(b) ma jiġux sodisfatti waħda jew iżjed mill-kriterji ta' parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 1; u/jew
(ċ) fil-valutazzjoni ta' [niżżel l-isem tal-BĊ], din il-parteċipazzjoni tipperikola l-istabbiltà, is-solvibbiltà u s-sigurtà globali tat-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż], jew ta' kull sistema komponent oħra tat-TARGET2, jew tipperikola t-twettiq tal-ħidmiet ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] kif deskritt fi [irreferi għal-liġi nazzjonali rilevanti] u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
5. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jikkomunika lill-applikant, id-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fi żmien xahar minn meta l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jirċievi l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni. Meta l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jitlob aktar informazzjoni bis-saħħa tal-paragrafu 3, id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar minn meta l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jirċievi din l-informazzjoni mingħand l-applikant. Kull deċiżjoni ta' ċaħda għandha tinkludi raġunijiet għal dik iċ-ċaħda.
Artikolu 9
Direttorju tat-TARGET2
1. Id-direttorju tat-TARGET2 huwa d-database tal-BICs użati għar-routing ta' ordnijiet ta' ħlas indirizzati lil:
(a) parteċipanti tat-TARGET2 u l-fergħat tagħhom b'aċċess b'aktar minn destinatarju wieħed;
(b) parteċipanti indiretti tat-TARGET2, inklużi dawk b'aċċess b'aktar minn destinatarju wieħed; u
(ċ) detenturi ta' BIC indirizzabbli tat-TARGET2.
1. Għandu jiġi aġġornat kull ġimgħa.
2. Sakemm il-parteċipant ma jitlobx mod ieħor, il-BIC(s) għandhom jiġu ppubblikati fid-direttorju tat-TARGET2.
3. Il-parteċipanti jistgħu jqassmu biss id-direttorju tat-TARGET2 lill-fergħat tagħhom u lill-entitajiet b'aċċess b'aktar minn destinatarju wieħed.
4. L-entitajiet speċifikati fil-paragrafu 1(b) u (ċ) għandhom biss jużaw il-BIC tagħhom fir-rigward ta' parteċipant dirett wieħed.
5. Il-parteċipanti jirrikonoxxu li l-[daħħal isem il-BĊ] u BĊi oħrajn jistgħu jippubblikaw l-ismijiet tal-parteċipanti u tal-BICs. Barra minn hekk, l-ismijiet u l-BICs ta’ parteċipanti indiretti reġistrati minn parteċipanti jistgħu jiġu ppubblikati u parteċipanti għandhom jiżguraw li parteċipanti indiretti jkunu ftehmu fuq dik il-pubblikazzjoni.
TITOLU III
OBBLIGI TAL-PARTIJIET
Artikolu 10
Obbligi ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti
1. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu joffri s-servizzi deskritti fit-Titolu IV. Bla ħsara għal kif stipulat xort'oħra f'dawn il-Kundizzjonijiet jew kif mitlub mil-liġi, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu juża l-mezzi kollha raġonevoli skond is-setgħat tiegħu biex iwettaq l-obbligi tiegħu skond dawn il-Kundizzjonijiet, mingħajr ma jiggarantixxi riżultat.
2. Il-parteċipanti għandhom iħallsu lil [niżżel l-isem tal-BĊ] it-tariffi stabbiliti fl-Appendiċi VI.
3. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li huma konnessi mat-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] fil-jiem tax-xogħol, skond l-iskeda ta' l-operat fl-Appendiċi V.
4. Il-parteċipant jirrappreżenta u jiggarantixxi lil [niżżel l-isem tal-BĊ] li t-twettiq ta' l-obbligi tiegħu skond dawn il-Kundizzjonijiet ma jiksrux xi liġi, regolament jew liġi sussidjarja (by-law) li tapplika għalih jew xi ftehim li bih huwa jkun marbut.
Artikolu 11
Kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni
1. Fit-twettiq ta' l-obbligi tagħhom u fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom skond dawn il-Kundizzjonijiet, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw l-istabbiltà, is-solvibbiltà u s-sigurtà tat-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż]. Għandhom jipprovdu lil xulxin kull informazzjoni jew dokument rilevanti għat-twettiq ta' l-obbligi u d-drittijiet rispettivi tagħhom skond dawn il-Kundizzjonijiet, bla ħsara għall-obbligi tas-segretezza bankarja.
2. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jistabbilixxi u jżomm system support desk biex jassisti lill-parteċipanti fir-rigward ta' diffikultajiet li jinqalgħu b'konnessjoni ma' l-operazzjonijiet tas-sistema.
3. Informazzjoni aġġornata dwar l-istatus operattiv tal-SSP għandha tkun disponibbli fis-Sistema ta' Informazzjoni tat-TARGET2 (T2IS). It-T2IS tista' tintuża biex tinkiseb informazzjoni dwar kull każ li jaffettwa l-operat normali tat-TARGET2.
4. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jew jikkomunika messaġġi lill-parteċipanti permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni ta' l-ICM jew permezz ta' kull mezz ieħor ta' kommunikazzjoni.
5. Il-parteċipanti huma responsabbli għall-aġġornament fil-ħin tal-formoli ta' ġbir ta' data statika eżistenti u biex jibagħtu l-formoli ta' ġbir ta' data statika ġdida lil [niżżel l-isem tal-BĊ]. Il-parteċipanti huma responsabbli biex jivverifikaw il-preċiżjoni ta' l-informazzjoni fir-rigward tagħhom li tiddaħħal fit-TARGET2 [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] minn [niżżel l-isem tal-BĊ].
6. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jitqies li huwa awtorizzat jikkomunika lill-BĊi li jipprovdu l-SSP kull informazzjoni dwar il-parteċipanti li l-BĊi li jipprovdu l-SSP jista' jkollhom bżonn fir-rwol tagħhom ta' amministraturi tas-servizz, skond il-kuntratt fis-seħħ mal-provveditur tas-servizz tan-netwerk.
7. Il-parteċipanti għandhom jinfurmaw lil [niżżel l-isem tal-BĊ] dwar kull tibdil fil-kapaċità legali tagħhom u dwar tibdiliet leġiżlattivi rilevanti li jaffettwaw kwistjonijiet koperti bl-opinjoni nazzjonali fir-rigward tagħhom.
8. Il-parteċipanti għandhom jinfurmaw lil [niżżel l-isem tal-BĊ] dwar:
(a) kull parteċipant indirett ġdid, detentur ta' BIC indirizzabbli jew entità b'aċċess b'aktar minn destinatarju wieħed li huma jirreġistraw; u
(b) kull tibdil għall-entitajiet elenkati fil-paragrafu (a).
9. Il-parteċipanti għandhom jinfurmaw minnufih lil [niżżel l-isem tal-BĊ] jekk iseħħ każ ta' inadempjenza fir-rigward tagħhom.
TITOLU IV
AMMINISTRAZZJONI TA' KONTIJIET PM U PPROĊESSAR TA' ORDNIJIET TA' ĦLAS
Artikolu 12
Ftuħ u amministrazzjoni ta' kontijiet PM
1. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiftaħ u jopera tal-anqas kont PM wieħed għal kull parteċipant. Fuq talba ta’ parteċipant li jaġixxi bħala bank ta’ settlement, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiftaħ subkont wieħed jew iżjed fit-TARGET2-[daħħal BĊ/pajjiż ta’ referenza] li jintuża biex tiġi ddedikata l-likwidità.
2. [Daħħal jekk applikabbli: M'għandu jitħalla l-ebda bilanċ ta' debitu fil-kontijiet PM].
3. [Daħħal jekk applikabbli: Fil-bidu u fit-tmiem tal-jum tan-negozju, għandu jkun hemm bilanċ żero fil-kontijiet PM. Il-parteċipanti għandhom jitqiesu li jkunu taw struzzjonijiet lil [niżżel l-isem tal-BĊ] biex jittrasferixxi kull bilanċ fi tmiem il-jum tan-negozju għall-kont indikat mill-parteċipant].
4. [Daħħal jekk applikabbli: Fil-bidu tal-jum ta' negozju li jmiss, dan il-bilanċ għandu jiġi ttrasferit mill-ġdid għall-kont PM tal-parteċipant].
5. Il-kontijiet PM u s-subkontijiet tagħhom għandhom ikunu bla imgħax, sakemm ma jintużawx biex iżommu r-riżervi minimi. F'dak il-każ, il-kalkulazzjoni u l-ħlas tar-remunerazzjoni tal-holdings tar-riżervi minimi għandhom ikunu ggvernati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew ( 12 ) u r-Regolament BĊE/2003/9 tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi ( 13 ).
6. Minbarra s-settlement ta' ordnijiet ta' ħlas fil-Modulu tal-Ħlasijiet, kont PM jista' jintuża biex jitħallsu (settled) ordnijiet ta' ħlas lil u minn Home Accounts skond ir-regoli stabbiliti minn [niżżel l-isem tal-BĊ].
7. Il-parteċipanti għandhom jużaw l-ICM biex jiksbu informazzjoni dwar il-pożizzjoni tagħhom tal-likwidità. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jipprovdi rendikont ta' kuljum tal-kontijiet lil kull parteċipant li jkun talab dan is-servizz.
Artikolu 13
Tipi ta' ordnijiet ta' ħlas
Dawn li ġejjin huma kklassifikati bħala ordnijiet ta' ħlas għall-finijiet tat-TARGET2:
(a) ordnijiet ta' trasferiment ta' kreditu;
(b) struzzjonijiet ta' iddebitar dirett eżekwiti skond awtorizzazzjoni ta' iddebitar dirett; u
(ċ) ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità.
Artikolu 14
Aċċettazzjoni u ċaħda ta' ordnijiet ta' ħlas
1. Ordnijiet ta' ħlas mibgħuta minn parteċipanti jitqiesu li ġew aċċettati minn [niżżel l-isem tal-BĊ] jekk:
(a) il-messaġġ ta' ħlas huwa konformi mar-regoli stabbiliti mill-provveditur tas-servizz tan-netwerk;
(b) il-messaġġ ta' ħlas huwa konformi mar-regoli ta' l-ifformattjar u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-[niżżel ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], u jgħaddi d-double entry check, deskritta fl-Appendiċi I; u
(ċ) fil-każ li xi pagatur jew min jitħallas ikunu ġew sospiżi, ikun inkiseb il-kunsens espliċitu tal-BĊ tal-parteċipant sospiż.
2. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jiċħad minnufih kull ordni ta' ħlas li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-parteċipant b'kull ċaħda ta' xi ordni ta' ħlas, kif speċifikat fl-Appendiċi I.
3. L-SSP tiddetermina t-timbru tal-ħin (timestamp) għall-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas fuq il-bażi tal-ħin meta tirċievi u taċċetta l-ordni ta’ ħlas.
Artikolu 15
Regoli ta’ prijorità
1. Il-parteċipanti li jagħtu struzzjonijiet għandhom jindikaw kull ordni ta’ ħlas bħala waħda minn dawn li ġejjin:
(a) ordni ta’ ħlas normali (klassi ta’ prijorità 2);
(b) ordni ta’ ħlas urġenti (klassi ta’ prijorità 1); jew
(c) ordni ta’ ħlas urġenti ħafna (klassi ta’ prijorità 0).
Jekk ordni ta’ ħlas ma tindikax il-prijorità, għandha tiġi kkunsidrata bħala ordni ta’ ħlas normali.
2. Ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna jistgħu jiġu indikati hekk minn:
(a) BĊi; u
(b) parteċipanti, f’każijiet ta’ ħlasijiet lil u mis-CLS International Bank u trasferimenti ta’ likwidità fir-rigward ta’ settlement ta’ sistema anċillari bl-użu tal-Interface tas-Sistema Anċillari.
L-istruzzjonijiet kollha tal-ħlas li jingħataw minn sistema anċillari permezz ta’ Interface ta’ Sistema Anċillari biex jiġu ddebitati jew ikkreditati il-kontijiet PM tal-parteċipanti għandhom jitqiesu li huma ordnijiet għal ħlas urġenti ħafna.
3. Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità mibdijin permezz tal-ICM huma ordnijiet ta’ ħlas urġenti.
4. Fil-każ ta’ ordnijiet ta’ ħlas urġenti u normali, il-pagatur jista’ jibdel il-prijorità permezz tal-ICM b’effett immedjat. M’għandux ikun possibbli li tinbidel il-prijorità ta’ ordni ta’ ħlas urġenti ħafna.
Artikolu 16
Limiti ta' likwidità
1. Parteċipant jista' jillimita l-użu ta' likwidità disponibbli għal ordnijiet ta' ħlas fir-rigward ta' parteċipanti oħra tat-TARGET2, ħlief fir-rigward ta' xi wieħed mill-BĊi, billi jiffissa limiti bilaterali jew multilaterali. Dawn il-limiti jistgħu jiġu ffissati biss fir-rigward ta' ordnijiet ta' ħlas normali.
2. Il-limiti jistgħu jiġu ffissati biss minn jew fir-rigward ta' grupp AL kollu kemm hu. Il-limiti ma jistgħux jiġu ffissati fir-rigward ta' jew xi kont PM wieħed ta' xi membru tal-grupp AL jew minn membri tal-grupp AL fir-rigward ta' xulxin.
3. Meta parteċipant jiffissa limitu bilaterali, huwa jagħti struzzjonijiet lil [niżżel l-isem tal-BĊ] li ordni ta' ħlas aċċettata m'għandhiex tiġi settled, jekk is-somma tiegħu ta' l-ordnijiet ta' ħlas normali dovuti lill-kont PM (outgoing) ta' parteċipant ieħor tat-TARGET2, imnaqqsa bis-somma ta' kull ħlas urġenti u normali dovuti mill-kont PM (incoming) ta' dak il-parteċipant tat-TARGET2, teċċedi dan il-limitu bilaterali.
4. Parteċipant jista' jiffissa limitu multilaterali għal kull relazzjoni li mhix suġġetta għal limitu bilaterali. Limitu multilaterali jista' jiġi ffissat biss jekk il-parteċipant ikun iffissa ta' l-anqas limitu bilaterali wieħed. Jekk xi parteċipant jiffissa limitu multilaterali, huwa jagħti struzzjonijiet lil [niżżel l-isem tal-BĊ] li ordni ta' ħlas aċċettata m'għandhiex tiġi settled, jekk it-total tal-ħlasijiet normali tiegħu dovuti lill-kontijiet PM tal-parteċipanti kollha tat-TARGET2 li għalihom ma jkun ġie iffissat l-ebda limitu bilaterali, imnaqqsa bit-total tal-ħlasijiet urġenti u normali dovuti minn dawk il-kontijiet PM, teċċedi dan il-limitu multilaterali.
5. L-ammont minimu ta' kull limitu għandu jkun ta' EUR 1 miljun. Limitu bilaterali jew multilaterali b'ammont ta' żero għandu jiġi ttrattat daqslikieku m'għandux limitu. Limiti bejn żero u EUR 1 miljun m'humiex possibbli.
6. Il-limiti jistgħu jinbidlu f'ħin reali b'effett immedjat jew b'effett mill-jum tan-negozju li jmiss permezz ta' l-ICM. Jekk xi limitu jinġieb lura għal żero, m'għandux ikun possibbli li jerġa' jinbidel fl-istess jum tan-negozju. L-iffissar ta' limitu ġdid bilaterali jew multilaterali għandu jkun effettiv biss mill-jum ta' negozju li jmiss.
Artikolu 17
Faċilitajiet ta' riżervazzjoni ta' likwidità
1. Il-parteċipanti jistgħu permezz ta' l-ICM jirriżervaw likwidità għal ordnijiet ta' ħlas urġenti u urġenti ħafna.
2. Il-maniġer tal-grupp AL jista' biss jirriżerva likwidità għall-grupp AL fl-intier kollu tiegħu. Il-likwidità m'għandhiex tkun irriżervata għal kontijiet waħdiena ġol-grupp AL.
3. Meta jitlob biex jirriżerva ċertu ammont ta' likwidità għal ordnijiet ta' ħlas urġenti ħafna, parteċipant jagħti struzzjonijiet lil [niżżel l-isem tal-BĊ] biex iħallas (settle) biss ordnijiet ta' ħlas urġenti u normali jekk ikun hemm likwidità disponibbli wara li jitnaqqas l-ammont irriżervat għal ordnijiet ta' ħlas urġenti ħafna.
4. Meta jitlob biex jirriżerva ċertu ammont ta' likwidità għal ordnijiet ta' ħlas urġenti, parteċipant jagħti struzzjonijiet lil [niżżel l-isem tal-BĊ] biex iħallas (settle) biss ordnijiet ta' ħlas normali jekk ikun hemm likwidità disponibbli wara li jitnaqqas l-ammont irriżervat għal ordnijiet ta' ħlas urġenti u urġenti ħafna.
5. Wara li jirċievi t-talba tal-booking il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jivverifika jekk l-ammont ta’ likwidità fil-kont PM tal-parteċipant huwiex biżejjed għall-booking. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-likwidità li tkun disponibbli fil-kont PM biss għandha tiġi riżervata. Il-bqija tal-likwidità mitluba għandha tiġi riżervata jekk ikun hemm likwidità addizzjonali disponibbli.
6. Il-livell tar-riżervazzjoni tal-likwidità jista' jinbidel. Il-parteċipanti jistgħu jagħmlu talba permezz tal-ICM biex jirriżervaw ammonti ġodda b'effett immedjat jew b'effett mill-jum tan-negozju li jkun imiss.
Artikolu 17a
Struzzjonijiet permanenti għar-riżerva tal-likwidità u d-dedikazzjoni tal-likwidità
1. Il-parteċipanti jistgħu jiddefinixxu minn qabel l-ammont bażiku ta’ likwidità riżervat għall-ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna jew urġenti permezz tal-ICM. Struzzjoni permanenti jew bidla fl-istruzzjoni bħal dawn għandhom jidħlu fis-seħħ mill-jum tan-negozju li jmiss.
2. Il-parteċipanti permezz tal-ICM jistgħu jiddefinixxu minn qabel l-ammont bażiku ta’ likwidità mpoġġi għal settlement tas-sistema anċillari. Struzzjoni permanenti jew bidla fl-istruzzjoni bħal din għandha tidħol fis-seħħ mill-jum tan-negozju li jmiss. Il-parteċipanti għandhom jitqiesu li taw struzzjonijiet lill-[daħħal isem il-BĊ] biex jiddedika l-likwidità f’isimhom jekk is-sistema anċillari rilevanti titlob hekk.
Artikolu 18
Ħinijiet ta' settlement iddeterminati minn qabel
1. Parteċipanti li jagħtu struzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw minn qabel, f'jum tan-negozju, il-ħin meta għandu jsir is-settlement ta' l-ordnijiet ta' ħlas billi jużaw l-'Earliest Debit Time Indicator' jew il-'Latest Debit Time Indicator'.
2. Meta jintuża l-'Earliest Debit Time Indicator', l-ordni ta' ħlas aċċettata tinħażen u tiddaħħal biss fl-entry disposition fil-ħin indikat.
3. Meta jintuża l-'Latest Debit Time Indicator', l-ordni ta' ħlas aċċettata għandha tiġi rritornata lura bħala non-settled jekk ma tkunx tista' tiġi settled sal-ħin tad-debitu indikat. 15-il minuta qabel il-ħin tad-debitu ddefinit, għandha tintbagħat notifika awtomatika permezz ta' l-ICM lill-parteċipant li jagħti struzzjonijiet. Jew inkella, il-parteċipant li jagħti struzzjonijiet jista' juża wkoll l-'Latest Debit Time Indicator' bħala indikatur ta' twissija biss. F'dawn il-każijiet, l-ordni ta' ħlas rispettiva ma tiġix irritornata lura.
4. Parteċipanti li jagħtu struzzjonijiet jistgħu jibdlu l-'Earliest Debit Time Indicator' u l-'Latest Debit Time Indicator' permezz ta' l-ICM.
5. Aktar dettalji tekniċi jinsabu fl-Appendiċi I.
Artikolu 19
Ordnijiet ta' ħlas mibgħuta minn qabel
1. Ordnijiet ta' ħlas jistgħu jintbagħtu sa ħamest ijiem tan-negozju qabel id-data speċifikata tas-settlement (ordnijiet ta' ħlas maħżuna (warehoused))
2. Ordnijiet ta' ħlas maħżuna għandhom ikunu aċċettati u jiddaħħlu fl-entry disposition fid-data speċifikata mill-parteċipant li jagħti struzzjonijiet fil-bidu tal-fażi operattiva ta' bi nhar, kif imsemmi fl-Appendiċi V. Dawn għandhom jitqiegħdu qabel ordnijiet ta' ħlas ta' l-istess prijorità.
3. L-Artikoli 15(3), 22(2) u 29(1)(a) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal ordnijiet ta' ħlas maħżuna.
Artikolu 20
Settlement ta' l-ordnijiet ta' ħlas fl-entry disposition
1. Sakemm il-parteċipanti li jagħtu struzzjonijiet ikunu indikaw il-ħin tas-settlement fil-mod deskritt fl-Artikolu 18, ordnijiet ta' ħlas aċċettati għandhom ikunu settled minnufih jew sa mhux aktar tard mit-tmiem il-jum tan-negozju li fih ikunu ġew aċċettati, bil-kundizzjoni li jkun hemm fondi disponibbli biżżejjed fil-kont PM tal-pagatur, u wara li jitqiesu kull limitu u kull riżervazzjoni ta' likwidità kif imsemmi fl-Artikoli 16 u 17.
2. Fondi jistgħu jiġu pprovduti:
(a) mil-likwidità disponibbli fil-kont PM; jew
(b) mill-ħlasijiet dovuti minn parteċipanti oħra (incoming) tat-TARGET2, bla ħsara għall-proċeduri applikabbli ta' titjib.
3. Għal ordnijiet ta' ħlas urġenti ħafna għandu japplika l-prinċipju FIFO ('l-ewwel ġewwa, l-ewwel barra'). Dan ifisser li ordnijiet ta' ħlas urġenti ħafna għandhom ikunu settled f'ordni kronoloġika. Ordnijiet ta' ħlas urġenti u normali m'għandhomx jiġu settled fil-każ li ordnijiet ta' ħlas urġenti ħafna jkunu qed jitqiegħdu fi kju, jistennew biex jiġu settled.
4. Għal ordnijiet ta' ħlas urġenti għandu japplika wkoll il-prinċipju FIFO. Ordnijiet ta' ħlas normali m'għandhomx jiġu settled jekk ordnijiet ta' ħlas urġenti u urġenti ħafna jkunu qed jitqiegħdu fi kju, jistennew biex jiġu settled.
5. B'eċċezzjoni għall-paragrafi 3 u 4, ordnijiet ta' ħlas bi prijorità aktar baxxa (jew ta' l-istess prijorità imma aċċettati aktar tard) jistgħu jiġu settled qabel ordnijiet ta' ħlas bi prijorità ogħla (jew ta' l-istess prijorità imma aċċettati aktar kmieni), jekk l-ordnijiet ta' ħlas bi prijorità aktar baxxa joħolqu netting ma' ħlasijiet li jkunu għad iridu jiġu rċevuti u jekk jirriżultaw f'bilanċ f'żieda ta' likwidità għall-pagatur.
6. Ordnijiet ta' ħlas normali għandhom ikunu settled skond il-prinċipju 'FIFO by-passing'. Dan ifisser li jistgħu jiġu settled minnufih (indipendentament minn ħlasijiet normali oħra mqiegħda fi kju jistennew biex jiġu settled, aċċettati f'xi ħin qabel) u għalhekk jistgħu jiksru l-prinċipju FIFO, sakemm ikun hemm biżżejjed fondi.
7. Aktar dettalji dwar is-settlement ta' ordnijiet ta' ħlas fl-entry disposition jinsabu fl-Appendiċi I.
Artikolu 21
Settlement u ritorn ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-kju
1. Ordnijiet ta’ ħlas li mhumiex settled minnufih fl-entry disposition, għandhom jitpoġġew fil-kju skond il-prijorità li jkun tahom il-parteċipant relevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 15.
2. Biex jittejjeb is-settlement tal-ordnijiet tal-ħlas fil-kju, il-[niżżel isem il-BĊ] jista’ juża l-proċeduri ta’ titjib deskritti fl-Appendiċi I.
3. Ħlief għall-ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna, il-pagatur jista’ jibdel il-pożizzjoni fil-kju ta’ ordnijiet ta’ ħlas fi kju (jiġifieri jibdilhom l-ordni) permezz tal-ICM. L-ordnijiet tal-ħlas jistgħu jitressqu jew ’il quddiem jew lejn l-aħħar tal-kju rispettiv b’effett immedjat fi kwalunkwe ħin matul l-ipproċessar ta’ bi nhar, kif imsemmi fl-Appendiċi V.
4. Fuq talba tal-pagatur, il-[niżżel l-isem tal-BĊ], jew fil-każ ta’ grupp AL, il-BĊ tal-maniġer tal-grupp AL jista’ jiddeċiedi li jibdel il-pożizzjoni fil-kju ta’ ordni ta’ ħlas urġenti ħafna (ħlief għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ settlement 5 u 6) iżda din il-bidla m’għandhiex taffettwa s-settlement mingħajr xkiel minn sistemi anċillari fit-TARGET2 jew ma tagħtix lok b’xi mod għal riskju sistemiku.
5. Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità mibdijin fl-ICM għandhom jiġu ritornati minnufih bħala non-settled jekk ma jkunx hemm biżżejjed likwidità. Ordnijiet ta’ ħlas oħrajn għandhom jiġu rritornati bħala non-settled jekk ma jkunux jistgħu jitħallsu sal-ħinijiet massimi stabbiliti (cut-off times) għat-tip ta’ messaġġ rilevanti, kif speċifikat fl-Appendiċi V.
Artikolu 22
Dħul ta' ordnijiet ta' ħlas fis-sistema u l-irrevokabbiltà tagħhom
1. Għall-finijiet ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar il-Finalità tas-Settlement u [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw dan l-Artikolu tad-Direttiva dwar il-Finalità tas-Settlement], l-ordnijiet ta' ħlas jitqiesu li jiddaħħlu fit-TARGET2-[daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż] fil-mument li l-kont PM tal-parteċipant rilevanti huwa ddebitat.
2. Ordnijiet ta' ħlas jistgħu jiġu rrevokati sakemm jiddaħħlu fit-TARGET2-[daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż] skond il-paragrafu 1. L-ordnijiet ta' ħlas li huma inklużi f'xi algoriżmu, kif imsemmi fl-Appendiċi I, ma jistgħux jiġu rrevokati matul il-perijodu li l-algoriżmu jkun qed jaħdem.
TITOLU V
POOLING TA' LIKWIDITÀ
Artikolu 23
Modalitajiet ta' pooling ta' likwidità
Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu joffri modalità ta' informazzjoni ta' kont ikkonsolidat (CAI) (consolidated account information) u modalità ta' likwidità aggregata (AL) (aggregated liquidity mode).
Artikolu 24
Modalità ta' informazzjoni ta' kont ikkonsolidat
1. Dawn li ġejjin jistgħu jużaw il-modalità CAI:
(a) istituzzjoni ta' kreditu u/jew il-fergħat tagħha (kemm jekk dawn l-entitajiet jipparteċipaw fl-istess sistema komponent tat-TARGET2 jew le), iżda l-entitajiet ikkonċernati għandhom ikollhom diversi kontijiet PM identifikati minn BICs differenti; jew
(b) żewġ istituzzjonijiet, jew aktar, ta' kreditu li jappartjenu għall-istes grupp u/jew il-fergħat tagħhom, kull wieħed ikollu kont PM wieħed jew aktar identifikati minn BICs differenti.
(a) Skond il-modalità CAI, kull membru tal-grupp CAI u l-BĊi rispettivi tagħhom jingħataw il-lista ta' kontijiet PM tal-membri tal-grupp u l-informazzjoni addizzjonali li ġejja kkonsolidata fil-livell tal-grupp CAI:
(i) linji ta' kreditu intraday (jekk japplikaw);
(ii) bilanċi, inklużi bilanċi f'subkontijiet;
(iii) fatturat (turnover);
(iv) ħlasijiet settled; u
(v) ordnijiet ta' ħlas fil-kju, jistennew biex jiġu settled.
(b) Il-maniġer tal-grupp CAI u l-BĊ rispettiv għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni dwar kull element indikat hawn fuq fir-rigward ta' kull kont PM tal-grupp CAI.
(ċ) L-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu hija pprovduta permezz ta' l-ICM.
3. Il-maniġer tal-grupp CAI għandu jkun intitolat jibda trasferimenti ta' likwidità permezz ta' l-ICM bejn il-kontijiet PM, inklużi s-subkontijiet tagħhom, li jiffurmaw parti mill-istess grupp CAI.
4. Grupp CAI jista' jinkludi wkoll kontijiet PM li huma inklużi fi grupp AL. F'dan il-każ, il-kontijiet PM kollha tal-grupp AL għandhom jiffurmaw parti mill-grupp CAI.
5. Meta żewġ kontijiet PM jew aktar jiffurmaw parti minn grupp AL u, fl-istess waqt, minn grupp CAI (li jkopri kontijiet PM addizzjonali), ir-regoli applikabbli għall-grupp AL għandhom jiddominaw fir-rigward tar-relazzjoni ġewwa l-grupp AL.
6. Grupp CAI, li jinkludi l-kontijiet PM ta' grupp AL, jista' jaħtar maniġer tal-grupp CAI li huwa differenti mill-maniġer tal-grupp AL.
7. Il-proċedura biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-modalità AL, stabbilita fl-Artikolu 25(4) u (5), għandha tapplika mutatis mutandis għall-proċedura biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-modalità CAI. Il-maniġer tal-grupp CAI m’għandux jindirizza metodu ta’ ftehim CAI eżegwit lill-BĊN li qed jimmaniġġja.
Artikolu 25
Modalità ta' likwidità aggregata
1. Dawn li ġejjin jistgħu jużaw il-modalità AL:
(a) istituzzjoni ta' kreditu u/jew il-fergħat tagħha (kemm jekk dawn l-entitajiet jipparteċipaw fl-istess sistema komponent tat-TARGET2 jew le), sakemm l-entitajiet ikkonċernati huma stabbiliti fiż-żona ta' l-euro u għandhom diversi kontijiet PM identifikati minn BICs differenti;
(b) fergħat stabbiliti fiż-żona ta' l-euro (kemm jekk dawn l-entitajiet jipparteċipaw fl-istess sistema komponent tat-TARGET2 jew le) ta' istituzzjoni ta' kreditu stabbilita barra ż-żona ta' l-euro, sakemm dawn il-fergħat għandhom diversi kontijiet PM identifikati minn BICs differenti; jew
(ċ) żewġ istituzzjonijiet, jew aktar, ta' kreditu msemmija fis-subparagrafu (a) u/jew fergħat imsemmija fis-subparagrafu (b) li jappartienu għall-istess grupp.
1. F'kull każ imsemmi fis-subparagrafi (a) sa (ċ), għandu jkun meħtieġ ukoll li l-entitajiet ikkonċernati jkunu stabbilixxew arranġamenti ta' kreditu intraday mal-BĊN parteċipanti rispettiv.
2. Skond il-modalità AL, għall-finijiet li jiġi vverifikat jekk xi ordni ta' ħlas hijiex koperta biżżejjed, tiġi aggregata l-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM tal-membri kollha tal-grupp AL. Minkejja dan li ntqal, ir-relazzjoni bilaterali tal-kont PM bejn il-membru tal-grupp AL u l-BĊN AL tiegħu, għandha tibqa' rregolata mill-arranġamenti tas-sistema komponent tat-TARGET2 rilevanti, salvi t-tibdiliet stabbiliti fil-ftehim AL. Il-kreditu intraday estiż għal kull membru tal-grupp AL fil-kont PM tiegħu, jista' jkun kopert bil-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM l-oħra miżmuma minn dan il-membru tal-grupp AL jew, fil-kontijiet PM miżmuma minn kull membru tal-grupp AL ma' l-istess BĊN jew BĊN AL ieħor.
3. Sabiex juża l-modalità AL, parteċipant wieħed jew aktar tat-TARGET2 li jissodisfa l-kriteriji fil-paragrafu 1 għandu jidħol fi ftehim AL ma' [niżżel l-isem tal-BĊ] u, jekk japplika, BĊ(i) oħra tas-sistemi komponent tat-TARGET2 li fihom jipparteċipaw membri oħra tal-grupp AL. Parteċipant tat-TARGET2 jista' jidħol biss fi ftehim AL wieħed fir-rigward ta' kont PM partikolari. Il-ftehim AL għandha tkun konformi mal-mudell rilevanti fl-Appendiċi VII.
4. Kull grupp AL għandu jagħżel maniġer tal-grupp AL. Fil-każ li l-grupp AL jikkonsisti f'parteċipant wieħed biss, dan il-parteċipant għandu jaġixxi bħala l-maniġer tal-grupp AL. Il-maniġer tal-grupp AL għandu jindirizza lill-BĊN li jimmaniġġja talba bil-miktub biex juża l-modalità AL (li tinkludi formoli ta' ġbir ta' data statika kif ipprovduti minn [niżżel l-isem tal-BĊ]), flimkien mal-ftehim AL eżegwit skond il-mudell ipprovdut mill-BĊN li jimmaniġġja. Il-membri tal-grupp AL li jifdal għandhom jindirizzaw it-talbiet bil-miktub tagħhom (li jinkludu formoli ta' ġbir ta' data statika kif ipprovduti minn [niżżel l-isem tal-BĊ]) lill-BĊNi AL rispettivi tagħhom. Il-BĊN li jimmaniġġja jista' jitlob kull informazzjoni jew dokument addizzjonali li jidhirlu xieraq sabiex jiddeċiedi fuq it-talba. Barra minn dan, il-BĊN li jimmaniġġja, fi ftehim mal-BĊNi AL l-oħra, jista' jitlob li tiddaħħal kull dispożizzjoni addizzjonali fil-ftehim AL li jidhirlu xieraq sabiex jiżgura t-twettiq kif suppost u fil-ħin ta' kull obbligu eżistenti u/jew futur tal-membri kollha tal-grupp AL favur kull BĊN AL.
5. Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jivverifika jekk l-applikanti jissodisfawx jew le l-obbligi biex jiffurmaw grupp AL u jekk il-ftehim AL ġiex eżegwit jew le kif suppost. Għal dan il-għan, il-BĊN li jimmaniġġja jista' jikkoordina mal-BĊNi AL l-oħra. Id-deċiżjoni tal-BĊN li jimmaniġġja għandha tkun indirizzata, bil-miktub, lill-maniġer tal-grupp AL fi żmien xahar minn meta l-BĊN li jimmaniġġja jirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 4, jew, jekk il-BĊN li jimmaniġġja jitlob informazzjoni addizzjonali, fi żmien xahar minn meta l-BĊN li jimmaniġgja jirċievi din l-informazzjoni. Kull deċiżjoni ta' ċaħda għandha tinkludi r-raġunijiet għaċ-ċaħda.
6. Il-membri tal-grupp AL għandhom ikollhom aċċess għall-modalità CAI awtomatikament.
7. L-aċċess għall-għoti ta' l-informazzjoni u l-miżuri interattivi kollha ta' kuntroll ġewwa l-grupp AL għandu jkun permezz tal-ICM.
Artikolu 25a
Rahan/infurzar
1. It-talbiet preżenti u futuri ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] li joħorġu mir-relazzjoni legali bejn membru tal-grupp AL u l-[niżżel l-isem tal-BĊ] u li huma ggarantiti b'[daħħal it-terminu applikabbli: rahan/floating charge] skond l-Artikolu 36(1) u (2) ta' dawn il-Kundizzjonijiet, għandhom jinkludu t-talbiet ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] fil-konfront ta' dak il-membru tal-grupp AL li joħorġu mill-ftehim AL li tiegħu t-tnejn ikunu parti.
2. [Daħħal jekk meħtieġ skond il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti: Bla ħsara għall-ftehim AL, dan ir-rahan m'għandux iżomm lill-parteċipant milli juża l-flus kontanti ddepożitati fil-kont(ijiet) PM tiegħu matul il-jum tan-negozju.]
3. [Daħħal jekk meħtieġ skond il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti: Klawsola speċjali ta' allokazzjoni: Il-membru tal-grupp AL jalloka l-flus kontanti ddepożitati fil-kont PM tiegħu għat-twettiq ta' l-obbligi kollha tiegħu li jqumu minn [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati].]
[Jekk japplika u jekk meħtieġ skond il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti:
Artikolu 25b
Infurzar tar-rahan
Malli jiġri xi każ ta' infurzar, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jkollu dritt mhux restritt jillikwida r-rahan mingħajr notifika minn qabel. [Daħħal jekk jitqies xieraq skond il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti: skond [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali rilevanti li jirregolaw l-infurzar tar-rahan].]
[Jekk japplika u jekk meħtieġ skond il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti:
Artikolu 25ċ
Infurzar tal-garanzija
Malli jiġri xi każ ta' infurzar, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jkollu d-dritt jillikwida l-garanzija skond l-Artikolu 36.]
Artikolu 26
Tpaċija ta' talbiet skond l-Artikolu 36(4) u (5)
Malli jiġri xi każ ta' infurzar, kull talba ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] fil-konfront ta' dak il-membru tal-grupp AL għandha tiġi aċċellerata awtomatikament u minnufih u għandha tkun suġġetta għall-Artikolu 36(4) u (5) ta' dawn il-Kundizzjonijiet.
TITOLU VI
OBBLIGI TA' SIGURTÀ U KWISTJONIJIET TA' KONTINĠENZA
Artikolu 27
Proċeduri ta' kontinwità operattiva u ta' kontinġenza
Fil-każ li jseħħ xi każ estern straordinarju jew kull każ ieħor li jaffettwa l-operat tal-SSP, għandhom japplikaw il-proċeduri ta' kontinwità operattiva u ta' kontinġenza deskritti fl-Appendiċi IV.
Artikolu 28
Obbligi ta' sigurtà
1. Il-parteċipanti għandhom jimplimentaw kuntrolli ta' sigurtà adegwati biex jipproteġu s-sistemi tagħhom minn aċċess u użu mhux awtorizzat. Il-parteċipanti għandhom ikunu responsabbli esklussivament għall-protezzjoni adegwata tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tas-sistemi tagħhom.
2. Il-parteċipanti għandhom jinfurmaw lil [niżżel l-isem tal-BĊ] b'kull inċident relatat mas-sigurtà fl-infrastruttura teknika tagħhom, u fejn meħtieġ, b'inċidenti relatati mas-sigurtà li jseħħu fl-infrastruttura teknika ta' terzi partijiet li jagħtuhom servizz. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jitlob aktar informazzjoni dwar l-inċident u, jekk meħtieġ, jitlob biex il-parteċipant jieħu miżuri xierqa biex jevita milli jerġa' jseħħ xi inċident ta' dak it-tip.
3. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jimponi obbligi ta' sigurtà addizzjonali fuq il-parteċipanti kollha u/jew fuq parteċipanti li huma kkunsidrati kritiċi minn [niżżel l-isem tal-BĊ].
TITOLU VII
IL-MODULU TA' INFORMAZZJONI U KUNTROLL
Artikolu 29
Użu tal-ICM
1. Il-ICM:
(a) jippermetti li l-parteċipanti jkollhom aċċess għall-informazzjoni fir-rigward tal-kontijiet tagħhom u biex jimmaniġġjaw il-likwidità;
(b) jista' jintuża wkoll biex jinbdew ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità; u
(ċ) jippermetti li l-parteċipanti jagħtu bidu għal ħlasijiet ta' riżerva (back-up) f'somma waħda u ħlasijiet ta' kontinġenza ta' riżerva fil-każ ta' xi ħsara fl-infrastruttura tal-ħlas tal-parteċipant.
2. Aktar dettalji tekniċi fir-rigward tal-ICM jinsabu fl-Appendiċi I.
TITOLU VIII
KUMPENS, REĠIM TA' RESPONSABBILTÀ U EVIDENZA
Artikolu 30
Skema ta' kumpens
Jekk xi ordni ta' ħlas ma tistax tiġi settled fl-istess jum tan-negozju li fih tkun ġiet aċċettata minħabba xi ħsara teknika tat-TARGET2, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu joffri li jikkumpensa lill-parteċipanti diretti rispettivi skond il-proċedura speċjali stabbilita fl-Appendiċi II.
Artikolu 31
Reġim ta' responsabbiltà
1. Meta jwettqu l-obbligi tagħhom bis-saħħa ta' dawn il-Kundizzjonijiet, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandhom jintrabtu b'obbligu ġenerali ta' bonus paterfamilias fil-konfront ta' xulxin.
2. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jkun responsabbli lejn il-parteċipanti tiegħu f'każijiet ta' frodi (inkluż imma mhux biss aġir doluż) jew negliġenza kbira, għall kull telf li jirriżulta mill-operat tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]. Fil-każijiet ta' negliġenza ordinarja, ir-responsabbiltà ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] għandha tkun illimitata għat-telf dirett tal-parteċipant, jiġifieri l-ammont tat-tranżazzjoni fil-kwistjoni u/jew it-telf ta' l-imgħax fuqu, eskluż kull telf konsegwenti.
3. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] mhuwiex responsabbli għall-ebda telf li jirriżulta minn ħsara operattiva jew ħsara li twassal għal waqfien fl-operat, ta' l-infrastruttura teknika (inkluż imma mhux illimitata għall-infrastruttura tal-kompjuter, il-programmi, id-data, l-applikazzjonijiet jew in-netwerks ta' [niżżel l-isem tal-BĊ]), jekk din il-ħsara operattiva jew il-ħsara li twassal għal waqfien fl-operat tiġri minkejja l-fatt li [niżżel l-isem tal-BĊ] ikun adotta dawk il-miżuri li huma raġonevolment meħtieġa għall-protezzjoni tat-tali infrastruttura kontra ħsara operattiva jew ħsara li twassal għal waqfien fl-operat, u biex jirriżolvi l-konsegwenzi ta' din il-ħsara operattiva jew il-ħsara li twassal għal waqfien fl-operat (dawn għandhom jinkludu imma ma jkunux illimitati għall-bidu u t-tkomplija tal-proċeduri ta' kontinwità operattiva u ta' kontinġenza msemmija fl-Appendiċi IV).
4. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli:
(a) sakemm it-telf ikun ikkawżat mill-parteċipant; jew
(b) jekk it-telf jirriżulta minn każijiet esterni li l-[niżżel l-isem tal-BĊ] raġonevolment ma jkollux kuntroll fuqhom (forza maġġuri).
5. Minkejja l-[niżżel id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 97/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar it-trasferimenti ta' kreditu bejn il-fruntieri ( 14 )], il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw sakemm ir-responsabbiltà ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] tista' tiġi eskluża.
6. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli u l-passi prattiċi biex inaqqsu kull dannu jew telf imsemmi f'dan l-Artikolu.
7. Fit-twettiq ta' l-obbligi kollha tiegħu jew xi wħud minnhom skond dawn il-Kundizzjonijiet, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jikkummissjona terzi partijiet f'ismu, b'mod partikolari provvedituri tat-telekomunikazzjonijiet jew ta' netwerks oħra jew entitajiet oħra, jekk dan ikun meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-obbligi ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] jew jekk din tkun prattika standard fis-suq. L-obbligu ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jkun illimitat għall-għażla xierqa u l-kummissjoni ta' dawn it-terzi partijiet, u r-responsabbiltà ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] għandha tkun illimitata b'dan il-mod. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-BĊi li jipprovdu l-SSP m'għandhomx jitqiesu bħala terzi partijiet.
Artikolu 32
Evidenza
1. Sakemm ma jiġix ipprovdut xort'oħra f'dawn il-Kundizzjonijiet, il-messaġġi kollha ta' ħlas u dawk relatati ma' l-ipproċessar tal-ħlas fir-rigward tat-TARGET2, bħal konfermi ta' debiti jew krediti, jew messaġġi ta' stqarrija bejn il-[niżżel l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti, għandhom isiru permezz tal-provveditur tas-servizz tan-netwerk.
2. Dokumenti elettroniċi jew miktuba tal-messaġġi miżmuma minn [niżżel l-isem tal-BĊ] jew mill-provveditur tas-servizz tan-netwerk għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta' evidenza tal-ħlasijiet ipproċessati permezz ta' [niżżel l-isem tal-BĊ]. Il-verżjoni maħżuna jew stampata tal-messaġġ oriġinali tal-provveditur tas-servizz tan-netwerk għandha tiġi aċċettata bħala mezz ta' evidenza, tkun xi tkun il-forma oriġinali tiegħu.
3. Jekk konnessjoni ta' xi parteċipant mal-provveditur tas-servizz tan-netwerk, jiġrilha l-ħsara, il-parteċipant għandu juża l-mezzi alternattivi ta' trasmissjoni tal-messaġġi stabbiliti fl-Appendiċi IV. F'dawn il-każijiet, il-verżjoni maħżuna jew stampata tal-messaġġ prodott minn [niżżel l-isem tal-BĊ] għandha, għal finijiet ta' evidenza, titqies daqs li kieku hija verżjoni oriġinali, tkun xi tkun il-forma oriġinali tagħha.
4. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżomm reġistri tal-ordnijiet għall-ħlas ippreż.entati u l-ħlasijiet li jkunu rċevew il-parteċipanti għal perijodu ta’ [daħħal il-perijodu mitlub mil-liġi nazzjonali] miż-żmien li fih jiġu ppreżentati dawn l-ordnijiet għall-ħlas u jaslu l-ħlasijiet, bil-patt illi dawn ir-reġistri kompleti jkunu jkopru minimu ta’ ħames snin għal kull parteċipant fit-TARGET2 li huwa soġġett għall-viġilanza kontinwa skont il-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri, jew għal aktar jekk mitlub minn regolamenti speċifiċi.
5. Il-kotba u d-dokumenti ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] stess (kemm jekk miżmuma fuq il-karta, il-microfilm, il-microfiche, b'reġistrazzjoni elettronika jew manjetika, f'kull forma oħra riproduċibbli b'mod mekkaniku jew mod ieħor) għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta' evidenza ta' kull obbligu fuq il-parteċipanti u ta' kull fatt u każ li fuqhom qed jiddependu l-partijiet.
TITOLU IX
TMIEM TAL-PARTEĊIPAZZJONI U GĦELUQ TAL-KONTIJIET
Artikolu 33
Il-perijodu u tmiem ordinarju tal-parteċipazzjoni
1. Bla ħsara għall-Artikolu 34, il-parteċipazzjoni fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] hija għal perijodu ta' żmien indefinit.
2. Parteċipant jista' jtemm il-parteċipazzjoni tiegħu fit-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] f'kull ħin billi jagħti notifika ta' 14-il jum ta' negozju, sakemm ma jiftiehemx perijodu ta' notifika iqsar ma' [niżżel l-isem tal-BĊ].
3. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jtemm il-parteċipazzjoni ta' parteċipant fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] f'kull ħin billi jagħti notifika ta' tliet xhur, sakemm ma jiftiehemx perijodu ta' notifika differenti ma' dak il-parteċipant.
4. Mat-tmiem tal-parteċipazzjoni, id-dmirijiet tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 38 jibqgħu fis-seħħ għal perijodu ta' ħames snin li jibda jgħaddi mid-data tat-tmiem il-parteċipazzjoni.
5. Mat-tmiem tal-parteċipazzjoni, il-kontijiet PM tal-parteċipant rispettiv għandhom jingħalqu skond l-Artikolu 35.
Artikolu 34
Sospensjoni u tmiem straordinarju tal-parteċipazzjoni
1. Il-parteċipazzjoni ta' parteċipant fit-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] għandha tintemm minnufih mingħajr notifika minn qabel jew tiġi sospiża jekk iseħħ xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) il-bidu ta' proċedimenti ta' insolvenza; u/jew
(b) il-parteċipant ma jissodisfax aktar il-kriterji ta' aċċess stabbiliti fl-Artikolu 4.
2. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jtemm mingħajr notifika minn qabel jew jissospendi l-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] jekk:
(a) iseħħ każ wieħed jew aktar ta' inadempjenza (ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1);
(b) il-parteċipant jikser b'mod sinifikanti dawn il-Kundizzjonijiet;
(ċ) il-parteċipant jonqos milli jwettaq xi obbligu sinifikanti fil-konfront ta' [niżżel l-isem tal-BĊ];
(d) il-parteċipant huwa eskluż minn, jew inkella jieqaf milli jkun membru ta', xi TARGET2 CUG; ►M3 ————— ◄
(e) jekk iseħħ xi każ ieħor relatat mal-parteċipant li fil-valutazzjoni ta' [niżżel l-isem tal-BĊ], jhedded l-istabbiltà, is-solvibbiltà u s-sigurtà globali tat-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] jew ta' xi sistema komponent oħra tat-TARGET2, jew jagħmel ħsara lit-twettiq tal-ħidmiet ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] kif deskritti fi [irreferi għal-liġi nazzjonali rilevanti] u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ►M3 ; u/jew ◄
(f) BĊN jissospendi jew jittermina l-aċċess tal-parteċipant għall-kreditu limitat għal jum wieħed skont paragrafu 12 tal-Anness III.
3. Waqt li juża d-diskrezzjoni tiegħu bis-saħħa tal-paragrafu 2, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jqis, inter alia, is-serjetà tal-każ ta' inadempjenza jew tal-każijiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (ċ).
4.(a) Fil-każ li l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jissosspendi jew itemm il-parteċipazzjoni ta' xi parteċipant tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] skond il-paragrafu 1 jew 2, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jinforma immedjatament lil dak il-parteċipant, lill-BĊi u lill-parteċipanti l-oħra, b'dik is-sospensjoni jew it-tmiem tal-parteċipazzjoni permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.
(b) Fil-każ li l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jiġi infurmat minn BĊ ieħor b'sospensjoni jew tmiem ta' parteċipazzjoni ta' parteċipant f'sistema komponent oħra tat-TARGET2, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jinforma minnufih lill-parteċipanti tiegħu b'dik is-sospensjoni jew it-tmiem tal-parteċipazzjoni permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni ta' l-ICM.
(ċ) Hekk kif il-parteċipanti jirċievu din il-messaġġ ta' komunikazzjoni ta' l-ICM, il-parteċipanti għandhom jitqiesu li ġew infurmati bit-tmiem/sospensjoni tal-parteċipazzjoni ta' xi parteċipant fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] jew f'sistema komponent oħra tat-TARGET2. Il-parteċipanti għandhom jassorbu kull telf li jirriżulta mis-sottomissjoni ta' xi ordni ta' ħlas lil parteċipanti li l-parteċipazzjoni tagħhom tkun ġiet sospiża jew mitmuma, jekk din l-ordni ta' ħlas tkun intbagħtet fit-TARGET2-[niżżel ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li jirċievu l-messaġġ ta' komunikazzjoni ta' l-ICM.
5. Mat-tmiem tal-parteċipazzjoni ta' xi parteċipant, it-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] m'għandhiex taċċetta ordnijiet ta' ħlas ġodda minn dan il-parteċipant. Għandhom jiġu rritornati lura ordnijiet ta' ħlas fil-kju jistennew biex jiġu settled, ordnijiet ta' ħlas maħżuna jew ordnijiet ta' ħlas ġodda favur dan il-parteċipant.
6. Jekk xi parteċipant jiġi sospiż mit-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż], il-ħlasijiet kollha dovuti lilu (incoming) u l-ordnijiet ta' ħlas dovuti lil ħaddieħor (outgoing) għandhom jinħażnu u jiddaħħlu fl-entry disposition biss wara li jkunu ġew aċċettati b'mod espliċitu mill-BĊ tal-parteċipant sospiż.
Artikolu 35
Għeluq tal-kontijiet PM
1. Il-parteċipanti jistgħu jagħlqu l-kontijiet PM tagħhom f'kull ħin bil-kundizzjoni li jagħtu notifika ta' 14-il jum ta' negozju lil [niżżel l-isem tal-BĊ].
2. Kif ikun hemm tmiem ta' parteċipazzjoni jew bis-saħħa ta' l-Artikolu 33 jew 34, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jagħlaq il-kontijiet PM tal-parteċipant rispettiv, wara li jkun:
(a) settled jew irritorna lura kull ordni ta' ħlas fil-kju; u
(b) għamel użu mid-drittijiet tiegħu tar-rahan u t-tpaċija skond l-Artikolu 36.
TITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 36
Id-drittijiet tar-rahan u t-tpaċija ta' [niżżel l-isem tal-BĊ]
1. [Daħħal jekk japplika: Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jkollu rahan fuq il-bilanċi ta' kreditu eżistenti u futuri tal-parteċipant fuq il-kontijiet PM tiegħu, b'hekk jiġu ggarantiti t-talbiet kollha kurrenti u futuri li joħorġu mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]
1a. [Daħħal jekk japplika: It-talbiet kurrenti u futuri ta' parteċipant fil-konfront ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] li joħorġu minn bilanċ ta' kreditu fil-kont PM għandhom ikunu ttrasferiti lil [niżżel l-isem tal-BĊ] bħala garanzija (jiġifieri bħala trasferiment fiduċjarju) għal kull talba kurrenti u futura ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] fil-konfront tal-parteċipant li toħroġ minn [daħħal ir-referenza għall-arranġament li jimplimenta dawn il-Kundizzjonijiet]. Din il-garanzija għandha tkun stabbilita sempliċiment mill-fatt li l-fondi jkunu ġew ikkreditati lill-kont PM tal-parteċipant.]
1b. [Daħħal jekk japplika: Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jkollu floating charge fuq il-bilanċi ta' kreditu eżistenti u futuri tal-parteċipant fil-kontijiet PM tagħhom, b'hekk jiġu ggarantiti t-talbiet kollha kurrenti u futuri li joħorġu mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]
2. [Daħħal jekk japplika: Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jkollu d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 anke jekk it-talbiet tiegħu huma biss kontinġenti jew għadhom mhumiex dovuti.]
3. [Daħħal jekk japplika: Il-parteċipant, filwaqt li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu bħala detentur tal-kont PM, qiegħed hawnhekk jirrikonoxxi l-ħolqien ta' rahan favur [niżżel l-isem tal-BĊ], li miegħu jkun infetaħ dak il-kont; dan ir-rikonoxximent għandu jikkostitwixxi l-għoti ta' attiv mirhun lil [niżżel l-isem tal-BĊ] imsemmi skond il-liġi [daħħal l-aġġettiv nazzjonali relevanti]. Kull ammont imħallas fil-kont PM li l-bilanċ tiegħu huwa mirhun, għandu, sempliċiment minħabba l-fatt li l-ammont ikun tħallas fil-kont, ikun mirhun irrevokabbilment, mingħajr l-ebda restrizzjoni, bħala garanzija ta' sigurtà għat-twettiq sħiħ ta' l-obbligi ggarantiti.]
4. Malli jseħħ xi:
(a) każ ta' inadempjenza msemmi fl-Artikolu 34(1); jew
(b) kull każ ieħor ta' inadempjenza jew każ imsemmi fl-Artikolu 34(2) li wassal għat-tmiem jew għas-sospensjoni tal-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-pajjiż/BĊ],
4. minkejja l-bidu ta' proċedimenti ta' insolvenza fir-rigward ta' parteċipant u minkejja kull ċessjoni, sekwestru ġudizzjarju jew sekwestru ieħor jew dispożizzjoni oħra ta' jew fir-rigward tad-drittijiet tal-parteċipant, l-obbligi kollha tal-parteċipant għandhom ikunu mgħaġġla awtomatikament u minnufih, mingħajr notifika minn qabel u mingħajr il-bżonn għal xi approvazzjoni minn qabel ta' xi awtorità, biex b'hekk ikunu dovuti minnufih. Barra minn dan, l-obbligi reċiproċi tal-parteċipant u l-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandhom ikunu paċuti awtomatikament kontra xulxin, u l-parti li għandha tagħti l-ogħla ammont għandha tħallas lill-oħra d-differenza bejn l-ammonti dovuti.
5. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jagħti minnufih lill-parteċipant notifika ta' kull tpaċija skond il-paragrafu 4 wara li tkun twettqet dik it-tpaċija.
6. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista', mingħajr notifika minn qabel, jiddebita l-kont PM ta' kull parteċipant b'kull ammont li l-parteċipant għandu jagħti lil [niżżel l-isem tal-BĊ] li jirriżulta mir-relazzjoni legali bejn il-parteċipant u l-[niżżel l-isem tal-BĊ].
Artikolu 37
Drittijiet ta' sigurtà dwar fondi fis-subkontijiet
1. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jkollu [daħħal ir-referenza għat-teknika tal-proċess tal-ħolqien tal-garanzija (collateralisation) skond is-sistema legali applikabbli] fuq il-bilanċ f'subkont ta' parteċipant miftuħ għas-settlement ta' struzzjonijiet ta' ħlas relatati ma' AS skond il-ftehim bejn is-sistema anċillari rilevanti u l-BĊ tiegħu. Dan il-bilanċ għandu jiggarantixxi l-obbligu tal-parteċipant imsemmi fl-paragrafu 7 fil-konfront ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] fir-rigward ta' dak is-settlement.
2. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiffriża l-bilanċ fuq is-subkont tal-parteċipant wara komunikazzjoni b’sistema anċillari (permezz ta’ messaġġ “start of cycle”). Meta jkun japplika, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu mbagħad iżid jew inaqqas il-bilanċ iffriżat billi jikkredita jew jiddebita l-ħasijiet ta’ settlement mas-sistema lejn u mis-subkont jew jikkredita t-trasferimenti ta’ likwidità lis-subkont. Dan l-iffriżar għandu jiskadi malli jkun hemm komunikazzjoni mis-sistema anċillari (permezz ta’ messaġġ “end of cycle”).
3. Meta jikkonferma l-iffriżar tal-bilanċ fis-subkont tal-parteċipant, il-[daħħal isem il-BĊ] jiggarantixxi lis-sistema anċillari ħlas sal-ammont ta’ dan il-bilanċ partikolari. Meta jiġu kkonfermati, fejn japplika, iż-żieda jew it-tnaqqis tal-bilanċ iffriżat mal-ikkreditar jew l-iddebitar ta’ ħlasijiet ta’ settlement cross-system lil jew minn subkont jew jinħolqu trasferimenti ta’ likwidità ta’ ikkreditar lis-subkont, il-garanzija hija awtomatikament miżjuda jew imnaqqsa fl-ammont tal-ħlas. Mingħajr preġudizzju għaż-żieda jew tnaqqis tal-garanzija msemmija iktar ’il fuq, il-garanzija għandha tkun irrevokabbli, inkondizzjonata u pagabbli mal-ewwel talba. Jekk il-[daħħal isem il-BĊ] ma jkunx il-BĊ tas-sistema anċillari, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jitqies li ngħata struzzjoni biex tinħareġ il-garanzija msemmija iktar ’il fuq lill-BĊ tas-sistema anċillari.
4. Fin-nuqqas ta' proċedimenti ta' insolvenza fir-rigward tal-parteċipant, l-istruzzjonijiet ta' ħlas relatati ma' AS biex jitħallas l-obbligu tas-settlement tal-parteċipant għandhom ikunu settled mingħajr rikors għall-garanzija u mingħajr rikors għad-dritt tas-sigurtà fuq il-bilanċ tas-subkont tal-parteċipant.
5. Fil-każ ta' l-insolvenza tal-parteċipant, l-istruzzjoni ta' ħlas relatata ma' AS biex jitħallas l-obbligu tas-settlement tal-parteċipant għandha tkun l-ewwel talba għal ħlas skond il-garanzija: l-iddebitar ta' l-ammont istruwit mis-subkont tal-parteċipant (u l-ikkreditar tal-kont tekniku ta' AS) għandu għalhekk jinvolvi bl-istess mod it-twettiq ta' l-obbligu tal-garanzija minn [niżżel l-isem tal-BĊ] u l-likwidazzjoni tad-dritt tiegħu tal-garanzija fuq il-bilanċ tas-subkont tal-parteċipant.
6. Il-garanzija għandha tiskadi malli s-sistema anċillari tikkomunika li s-settlement ġie komplut (permezz ta' messaġġ 'end-of-cycle').
7. Il-parteċipant għandu jkun obbligat jirrimborża lil [niżżel l-isem tal-BĊ] kull ħlas magħmul minn dan ta' l-aħħar taħt din il-garanzija.
Artikolu 38
Kunfidenzjalità
1. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jżomm kunfidenzjali l-informazzjoni kollha sensittiva jew sigrieta, inkluż meta din l-informazzjoni għandha x'taqsam ma' informazzjoni dwar ħlas, informazzjoni teknika jew organizzattiva li tappartjeni għall-parteċipant jew il-klijenti tal-parteċipant, sakemm il-parteċipant jew il-klijent tiegħu ikun ta l-kunsens tiegħu bil-miktub biex jiġi żvelat [daħħal il-frażi li ġejja jekk tapplika taħt il-liġi nazzjonali: jew dak l-iżvelar huwa permess jew meħtieġ skond [daħħal l-aġġettiv ta' isem il-pajjiż] il-liġi].
2. B'deroga mill-paragrafu 1, il-parteċipant jaqbel li l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jiżvela informazzjoni dwar ħlas jew informazzjoni teknika jew organizzattiva fir-rigward tal-parteċipant jew tal-klijenti tal-parteċipant miksuba waqt l-operat tat-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] ma' BĊi oħra jew terzi partijiet li huma involuti fl-operat tat-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż], safejn dan huwa meħtieġ għall-funzjonament effiċjenti tat-TARGET2, jew ma' awtoritajiet regolatorji ta' l-Istati Membri u ►M3 tal-Unjoni ◄ , safejn dan ikun meħtieġ biex iwettqu l-ħidmiet pubbliċi tagħhom, u bil-kundizzjoni li f'dawn il-każijiet kollha l-iżvelar ma joħloqx kunflitt mal-liġi applikabbli. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji u kummerċjali ta' dan l-iżvelar.
3. B'deroga mill-paragrafu 1, u bil-kundizzjoni li dan ma jagħmilx possibbli, b'mod dirett jew indirett, l-identifikazzjoni tal-parteċipant jew tal-klijenti tal-parteċipant, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' juża, jiżvela jew jippubblika informazzjoni dwar ħlas fir-rigward tal-parteċipant jew tal-klijenti tal-parteċipant għal skop statistiku, storiku, xjentifiku jew skopijiet oħra fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet pubbliċi tiegħu jew ta' funzjonijiet ta' entitajiet pubbliċi oħra li lilhom tiġi żvelata l-informazzjoni.
4. L-informazzjoni dwar l-operat tat-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] li kellhom aċċess għaliha l-parteċipanti, tista' tintuża biss għall-finijiet stabbiliti f''dawn il-Kundizzjonijiet. Il-parteċipanti għandhom iżommu din l-informazzjoni kunfidenzjali, sakemm il-[niżżel l-isem tal-BĊ] ma jkunx ta b'mod espliċitu l-kunsens tiegħu bil-miktub biex isir l-iżvelar. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li kull terza parti li lilha jingħatawlha b'kuntratt, jiġu ddelegati jew subappaltati ħidmiet li għandhom jew li jista' jkollhom impatt fuq it-twettiq ta' l-obbligi tagħhom skond dawn il-Kundizzjonijiet, hija marbuta bl-obbligi ta' kunfidenzjalità f'dan l-Artikolu.
5. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jkun awtorizzat, sabiex iħallas (settle) ordnijiet ta' ħlas, jipproċessa u jittrasferixxi d-data meħtieġa lill-provveditur tas-servizz tan-netwerk.
Artikolu 39
Protezzjoni tad-data, prevenzjoni ta' ħasil ta' flus u kwistjonijiet relatati
1. Il-parteċipanti għandhom ikunu meqjusa li jafu dwar, u ser jikkonformaw ma’, l-obbligi kollha tagħhom marbutin ma’ leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi għall-kunsinna ta’ armi nukleari, partikolarment bħala miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa li jikkonċernaw ħlasijiet iddebitati minn jew ikkreditati fuq il-kontijiet PM tagħhom. Il-parteċipanti għandhom ukoll jgħarrfu lilhom infushom bil-politika ta’ min jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni dwar l-irkupru tad-dejta qabel ma jidħlu fir-relazzjoni kuntrattwali ma’ min jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni.
2. Il-parteċipanti għandhom jitqiesu li jkunu awtorizzaw lil [niżżel l-isem tal-BĊ] biex jikseb kull informazzjoni dwarhom mingħand kull awtorità finanzjarja jew superviżorja jew korp tan-negozju, kemm nazzjonali jew barranin, jekk din l-informazzjoni hija meħtieġa għall-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż].
Artikolu 40
Notifiki
1. Ħlief meta jkun stabbilit xort'oħra f'dawn il-Kundizzjonijiet, in-notifiki kollha meħtieġa jew permessi bis-saħħa ta' dawn il-Kundizzjonijiet għandhom jintbagħtu bil-posta rreġistrata, faks jew inkella bil-miktub, jew b'messaġġ awtentikat permezz tal-provveditur tas-servizz tan-netwerk. Notifiki lil [niżżel l-isem tal-BĊ] għandhom jintbagħtu lill-kap ta' [niżżel id-dipartiment tas-sistemi ta' ħlas jew it-taqsima rilevanti tal-BĊ] ta' [niżżel l-isem tal-BĊ], [niżżel l-indirizz rilevanti tal-BĊ], jew lil [niżżel l-indirizz ►M3 BIC ◄ tal-BĊ]. Notifiki lill-parteċipant għandhom jintbagħtulu fl-indirizz, in-numru tal-fax, jew l-indirizz ►M3 BIC ◄ tiegħu billi l-parteċipant jista' jinnotifika minn żmien għal żmien lil [niżżel l-isem tal-BĊ].
2. Biex ikun ippruvat li notifika tkun intbagħtet, għandu jkun biżżejjed li jiġi ppruvat li n-notifika kienet intbagħtet fl-indirizz rilevanti, jew li l-invilopp li fih kien hemm dik in-notifika kien indirizzat sewwa w impustat.
3. In-notifiki kollha għandhom jingħataw bil-[daħħal il-lingwa nazzjonali rilevanti u/jew 'bl-Ingliż'].
4. Il-parteċipanti għandhom ikunu marbuta bil-formoli u d-dokumenti kollha ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] li l-parteċipanti jkunu mlew u/jew iffirmaw, inklużi imma mhux illimitati għall-formoli ta' ġbir ta' data statika, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2)(a), u għall-informazzjoni mogħtija skond l-Artikolu 11(5), li jkunu ntbagħtu f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 u li [niżżel l-isem tal-BĊ] jemmem b'mod raġonevoli li jkun irċieva mill-parteċipanti, l-impjegati jew l-aġenti tagħhom.
Artikolu 41
Relazzjoni kuntrattwali mal-provveditur tas-servizz tan-netwerk
1. Għall-finijiet ta' dawn il-Kundizzjonijiet, il-provveditur tas-servizz tan-netwerk huwa s-SWIFT. Kull parteċipant għandu jidħol fi ftehim separat mas-SWIFT fir-rigward tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti mis-SWIFT fir-rigward ta' l-użu tal-parteċipant tat-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż]. Ir-relazzjoni legali bejn il-parteċipant u s-SWIFT għandha tkun irregolata esklussivament bil-kundizzjonijiet tas-SWIFT.
2. Kull parteċipant għandu jipparteċipa wkoll f'TARGET2 CUG, kif speċifikat mill-BĊi li jipprovdu l-SSP li jaġixxu bħala l-amministraturi tas-servizz SWIFT għall-SSP. L-aċċettazzjoni u l-esklużjoni ta' parteċipant fi u mit-TARGET2 CUG għandha sseħħ ladarba tiġi kkomunikata lis-SWIFT mill-amministratur tas-servizz SWIFT.
3. Il-parteċipanti għandhom jaderixxu mat-TARGET2 SWIFT Service Profile, kif magħmul disponibbli minn [niżżel l-isem tal-BĊ].
4. Is-servizzi li s-SWIFT għandu jipprovdi m'għandhomx jagħmlu parti mis-servizzi li għandhom jitwettqu minn [niżżel l-isem tal-BĊ] fir-rigward tat-TARGET2.
5. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli għal kull att, żball jew ommissjoni tas-SWIFT (inklużi d-diretturi, l-istaff u s-subkuntratturi tiegħu) bħala l-provveditur tas-servizzi SWIFT, jew għal kull att, żball jew ommissjoni tal-provvedituri tan-netwerk magħżula mill-parteċipanti biex jakkwistaw aċċess għan-netwerk SWIFT.
Artikolu 42
Proċedura ta' emenda
Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' f'kull ħin jemenda unilateralment dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet tagħhom. L-emendi ta' dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet tagħhom għandhom jitħabbru permezz ta' [niżżel il-mezz rilevanti ta' tħabbir]. L-emendi għandhom jitqiesu aċċettati sakemm il-parteċipant ma joġġezzjonax b'mod espliċitu fi żmien 14-il jum minn meta huwa jiġi mgħarraf b'dawn l-emendi. Jekk il-parteċipant joġġezzjona għall-emendi, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] huwa intitolat itemm minnufih il-parteċipazzjoni ta' dak il-parteċipant fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] u jagħlaq kull kont PM tiegħu.
Artikolu 43
Drittijiet ta' terzi partijiet
1. Kull dritt, interess, obbligu, responsabbiltà u talba li joħorġu minn jew li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-Kundizzjonijiet ma jistgħux jiġu ttrasferiti, mirhuna jew ċeduti mill-parteċipanti lil xi terza parti mingħajr il-kunsens bil-miktub ta' [niżżel l-isem tal-BĊ].
2. Dawn il-Kundizzjonijiet ma joħolqu l-ebda dritt jew obbligu, favur jew fil-konfront ta' xi entità ħlief [niżżel l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż].
Artikolu 44
Liġi li tirregola, ġurisdizzjoni u lok tat-twettiq
1. Ir-relazzjoni bilaterali bejn il-[niżżel l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] għandha tkun irregolata mil-liġi [daħħal l-aġġettiv dwar isem il-pajjiż].
2. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qort tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kull tilwima li tirriżulta minn kwistjoni marbuta mar-relazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-qrati kompetenti ta’ [inserixxi l-post tas-sede tal-BĊ].
3. Il-lok tat-twettiq fir-rigward tar-relazzjoni legali bejn [daħħal ir-referenza għall-BĊ] u l-parteċipanti għandu jkun [niżżel il-lok tas-sede tal-BĊ].
Artikolu 45
Separabbiltà
Jekk xi dispożizzjoni f'dawn il-Kundizzjonijiet hija jew ssir invalida, din m'għandhiex tippreġudika l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta' dawn il-Kundizzjonijiet.
Artikolu 46
Dħul fis-seħħ u natura li torbot
1. Dawn il-Kundizzjonijiet isiru effettivi minn [daħħal id-data rilevanti].
2. [Daħħal jekk xieraq taħt il-liġi nazzjonali rilevanti: Bil-parteċipazzjoni fit-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż], il-parteċipanti jaqblu awtomatikament ma' dawn il-Kundizzjonijiet bejniethom u fil-konfront ta' [niżżel l-isem tal-BĊ].]
Appendiċi I
SPECIFIKAZZJONIJIET TEKNICI GHALL-IPPROCESSAR TA' ORDNIJIET TA' HLAS
Flimkien mal-Kundizzjonijiet Armonizzati, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas:
1. Rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni fit-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] dwar l-infrastruttura, netwerk u formati
(1) It-TARGET2 tuża s-servizzi SWIFT għall-iskambju ta' messaġġi. Għalhekk, kull parteċipant għandu bżonn konnessjoni mas-Secure IP Network tas-SWIFT. Il-kont PM ta' kull parteċipant għandu jkun identifikat b'BIC ta' 8- jew 11-il diġit tas-SWIFT. Barra minn dan, kull parteċipant għandu jgħaddi minn sensiela ta' testijiet biex jipprova l-kompetenza teknika u operattiva tiegħu qabel ma jkun jista' jipparteċipa fit-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż].
(2) Biex jintbagħtu ordnijiet ta' ħlas u jsir l-iskambju ta' messaġġi ta' ħlas fil-PM, għandu jintuża s-servizz SWIFTNet FIN Y-copy. SWIFT Closed User Group (CUG) iddedikat għandu jitwaqqaf għal dan l-iskop. Ordnijiet ta' ħlas ġewwa dan it-TARGET2 CUG għandhom ikunu indirizzati direttament lill-parteċipant tat-TARGET2 li jiriċievi billi jiddaħħal il-BIC tiegħu fl-intestatura tal-messaġġ SWIFTNet FIN.
(3) Għas-servizzi ta' l-informazzjoni u ta' kontroll, is-servizzi SWIFTNet li ġejjin jistgħu jintużaw:
(a) SWIFTNet InterAct;
(b) SWIFTNet FileAct; u/jew
(ċ) SWIFTNet Browse.
(4) Is-sigurtà fl-iskambju tal-messaġġ bejn il-parteċipanti għandha tiddependi esklużivament fuq is-servizz tal-Public Key Infrastructure (PKI) tas-SWIFT. Informazzjoni dwar is-servizz PKI tinsab fid-dokumentazzjoni mogħtija mis-SWIFT.
(5) Is-servizz ta' l-“immaniġġjar tar-relazzjoni bilaterali” ipprovdut mir-Relationship Management Application (RMA) tas-SWIFT għandu jintuża biss mal-BIC ta' destinazzjoni ċentrali tal-SSP u mhux għal messaġġi ta' ħlas bejn il-parteċipanti tat-TARGET2.
2. Tipi ta' messaġġi ta' ħlas
(1) It-tipi ta' messaġġi tas-sistema SWIFTNet FIN li ġejjin huma proċessati:
Tip ta’ messaġġ |
Tip ta’ użu |
Deskrizzjoni |
MT 103 |
Obbligatorju |
Ħlas ta’ klijent |
MT 103+ |
Obbligatorju |
Ħlas ta’ klijent (Straight Through Processing) |
MT 202 |
Obbligatorju |
Ħlas minn bank lil bank |
MT 202COV |
Obbligatorju |
Ħlasijiet ta’ kopertura (cover payments) |
MT 204 |
Fakultattiv |
Ħlas ta’ debitu dirett |
MT 011 |
Fakultattiv |
Notifika ta’ irċevuta |
MT 012 |
Fakultattiv |
Notifika ta’ min jibgħat |
MT 019 |
Obbligatorju |
Notifika ta’ tħassir |
MT 900 |
Mhux obbligatorju |
Konferma tal-bidla fil-linja ta’ debitu/kreditu |
MT 910 |
Mhux obbligatorju |
Konferma tal-bidla fil-kreditu/Linja ta’ kreditu |
MT 940/950 |
Mhux obbligatorju |
Messaġġ tar-rendikont (Klijent) |
MT 011, MT 012 and MT 019 huma messaġġi tas-sistema SWIFT.
(2) Meta jirreġistraw mat-TARGET2-[daħħal ir-refernza għall-BĊ/pajjiż], il-parteċipanti diretti għandhom jiddikjaraw liema tipi ta' messaġġi fakultattivi ser jużaw, bl-eċċezzjoni ta' messaġġi MT 011 u MT 012 li dwarhom il-parteċipanti diretti għandhom jiddeċiedu minn żmien għal żmien jekk għandhomx jirċevuhom b'referenza għal messaġġi speċifiċi jew le.
(3) Il-parteċipanti għandhom jikkonformaw ma' l-istruttura tal-messaġġ u l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-entrata tas-SWIFT, kif iddefinit fid-dokumentazzjoni SWIFT u skond ir-restrizzjonijiet stabbiliti fit-TARGET2, kif deskritt fil-Kapitolu 9.1.2.2 tal-User Detailed Functional Specifications (UDFS), Ktieb 1.
(4) Il-kontenuti ta' l-entrata għadhom ikunu vvalidati fil-livell tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-pajjiż/BĊ] skond ir-rekwiżiti tal-UDFS. Il-parteċipanti jistgħu jaqblu bejniethom dwar regoli speċifiċi fir-rigward tal-kontenut ta' l-entrata. Iżda, fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-pajjiż/BĊ] m'għandux ikun hemm verifiki speċifiċi dwar jekk il-parteċipanti jħarsux dawn ir-regoli jew le.
(5) Messaġġi MT 202COV għandhom jintużaw biex isiru ħlasijiet ta’ kopertura, jiġifieri ħlasijiet magħmulin minn banek korrispondenti biex jissettlejaw (ikopru) messaġġi ta’ trasferiment ta’ kreditu li jintbagħtu lil bank ta’ klijent b’mezzi oħrajn iktar diretti. Id-dettalji ta’ klijent li jkun hemm f’MT 202COV m’għandhomx jintwerew fl-ICM.
3. Verifika tad-double entry
(1) L-ordnijiet kollha ta' ħlas għandhom igħaddu mill-verifika tad-double entry, l-għan tal-verifika huwa li jinċaħdu ordnijiet ta' ħlas li jkunu ddaħħlu aktar minn darba bi żball.
(2) L-entrati li ġejjin tat-tipi ta' messaġġi tas-SWIFT għandhom jiġu vverifikati:
Dettalji |
Parti mill-messaġġ SWIFT |
Entrata |
Min jibgħat |
Intestatura Bażika |
Indirizz LT |
Tip ta' Messaġġ |
Intestatura ta' l- Applikazzjoni |
Tip ta' Messaġġ |
Min jirċievi |
Intestatura ta' l- Applikazzjoni |
Indirizz tad-Destinazzjoni |
Numru ta' Referenza tat-Tranżazzjoni (TRN) |
Blokka tat-Test |
:20 |
Referenza relatata |
Blokka tat-Test |
:21 |
Data tal-Valur |
Blokka tat-Test |
:32 |
Ammont |
Blokka tat-Test |
:32 |
(3) Jekk l-entrati kollha deskritti fis-subparagrafu 2 fir-rigward ta' ordni ta' ħlas mibgħuta riċentament ikunu identiċi għal dawk fir-rigward ta' ordni ta' ħlas li diġà tkun ġiet aċċettata, l-ordni ta' ħlas mibgħuta riċentament għandha tiġi rritornata.
4. Kodiċijiet ta' l-iżbalji
Jekk tinċaħad ordni ta' ħlas, il-parteċipant li jagħti l-istruzzjonijiet għandu jirċievi notifika ta' tħassir (MT 019) li tindika r-raġuni għaċ-ċaħda bl-użu ta' kodiċijiet ta' l-iżbalji. Il-kodiċijiet ta' l-iżbalji huma ddefiniti fil-kapitolu 9.4.2 tal-UDFS.
5. Ħinijiet ta' settlement predeterminati
(1) Għal ordnijiet ta' ħlas li jużaw l-“Earliest Debit Time Indicator”, għandha tintuża l-kelma-kodiċi “/FROTIME/”.
(2) Għal ordnijiet ta' ħlas li jużaw il-“Latest Debit Time Indicator”, għandu jkun hemm disponibbli żewġ għażliet.
(a) Il-kelma-kodiċi “/REJTIME/”: jekk l-ordni ta' ħlas ma tistax tiġi settled sal-ħin ta' debitu indikat, l-ordni ta' ħlas għandha tiġi rritornata.
(b) Il-kelma-kodiċi “/TILTIME/”: jekk l-ordni ta' ħlas ma tistax tiġi settled sal-ħin ta' debitu indikat, l-ordni ta' ħlas m'għandhiex tiġi rritornata imma għandha tinżamm fil-kju rilevanti.
Skond iż-żewġ għażliet, jekk ordni ta' ħlas b'“Latest Debit Time Indicator” ma tiġix settled ħmistax-il minuta qabel il-ħin indikat hemmhekk, awtomatikament għandha tintbagħat notifika permezz tal-ICM.
(3) Jekk tintuża l-kelma-kodiċi “/CLSTIME/”, il-ħlas għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħallikieku kien ordni ta' ħlas imsemmija fis-subparagrafu 2(b).
6. Is-settlement ta' ordnijiet ta' ħlas fl-entry disposition
(1) “Verifiki ta' tpaċija”, u jekk xieraq, “verifiki estiżi ta' tpaċija” (iż-żewġ frażijiet kif iddefiniti fil-paragrafi 2 u 3) għandhom jitwettqu fuq ordnijiet ta' ħlas imdaħħla fl-entry disposition biex jipprovdu settlement – gross, ta' malajr u li jiffranka l-likwidità – ta' ordnijiet ta' ħlas.
(2) “Verifika ta' tpaċija” għandha tiddetermina jekk humiex disponibbli l-ordnijiet ta' ħlas ta' min jitħallas li jinsabu fil-bidu tal-kju “urġenti ħafna” jew, jekk ma japplikax, tal-kju “urġenti”, biex jiġu paċuti ma' l-ordni ta' ħlas tal-pagatur (minn issa 'l quddiem “ordnijiet ta' ħlas ta' tpaċija”). Jekk ordni ta' ħlas ta' tpaċija ma tipprovdix fondi biżżejjed għall-ordni ta' ħlas rispettiva tal-pagatur fl-entry disposition, għandu jiġi ddeterminat jekk hemmx likwidità disponibbli biżżejjed fil-kont PM tal-pagatur.
(3) Jekk il-“verifika ta' tpaċija” tfalli, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' japplika “verifika estiża ta' tpaċija”. Verifika estiża ta' tpaċija tiddetermina jekk ordnijiet ta' ħlas ta' tpaċija humiex disponibbli f'xi wieħed mill-kjuwijiet ta' min jitħallas irrispettivament ta' meta ddaħħlu fil-kju. Madankollu, jekk fil-kju ta' min jitħallas ikun hemm ordnijiet ta' ħlas bi prijorità ogħla indirizzati lil parteċipanti oħra tat-TARGET2, il-prinċipju FIFO jista' jinkiser biss jekk is-settlement ta' din l-ordni ta' ħlas ta' tpaċija jwassal għal żieda fil-likwidità ta' min jitħallas.
7. Settlement ta' ordnijiet ta' ħlas fil-kju
(1) It-trattament ta' ordnijiet ta' ħlas imqiegħda fil-kjuwijiet jiddependi fuq il-klassi ta' prijorità li għaliha ġiet assenjata l-ordni ta' ħlas mill-parteċipant li jagħti struzzjonijiet.
(2) L-ordnijiet ta' ħlas fil-kjuwijiet urġenti ħafna u urġenti għandhom jiġu settled bl-użu ta' verifiki ta' tpaċija deskritti fil-paragrafu 6, jibdew bl-ordni ta' ħlas fil-bidu tal-kju f'każijiet fejn hemm żieda fil-likwidità jew hemm intervent fil-livell tal-kju (bidla fil-pożizzjoni tal-kju, fil-ħin tas-settlement jew fil-prijorità, jew revoka ta' l-ordni ta' ħlas).
(3) L-ordnijiet ta' ħlas fil-kju normali għandhom jiġu settled fuq bażi kontinwa inklużi l-ordnijiet ta' ħlas kollha urġenti ħafna u dawk urġenti li jkunu għadhom ma ġewx settled. Jintużaw mekkaniżmi differenti ta' ottimizzazzjoni (algoritmi). Jekk algoritmu jirnexxi, l-ordnijiet ta' ħlas inklużi jiġu settled; jekk algoritmu jfalli, l-ordnijiet ta' ħlas inklużi jibqgħu fil-kju. Għandhom jiġu applikati tliet algoritmi (1 sa 3) biex jiġu paċuti l-flussi tal-ħlas. Permezz ta' l-Algoritmu 4 għandu jkun hemm disponibbli l-proċedura ta' settlement 5 (kif iddefinita fil-Kapitolu 2.8.1 tal-UDFS) għas-settlement ta' l-istruzzjonijiet ta' ħlas ta' sistemi anċillari. Biex jiġi ottimizzat is-settlement ta' tranżazzjonijiet ta' sistema anċillari urġenti ħafna fuq is-subkontijiet ta' parteċipanti, għandu jintuża algoritmu speċjali (Algoritmu 5).
(a) Bl-Algoritmu 1 (“kollox jew xejn”) il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu, kemm għal kull relazzjoni li fir-rigward tagħha ġie ffissat limitu bilaterali, kif ukoll għas-somma totali ta' relazzjonijiet li għaliha ġie ffissat limitu multilaterali:
(i) jikkalkula l-pożizzjoni globali ta' likwidità tal-kont PM ta' kull parteċipant tat-TARGET2 billi jistabbilixxi jekk l-aggregat ta' l-ordnijiet ta' ħlas kollha dovuti lil ħaddieħor (outgoing) u dovuti minn ħaddieħor (incoming) pendenti fil-kju huwiex negattiv jew pożittiv, u jekk huwa negattiv, jiċċekkja jekk jaqbiżx il-likwidità disponibbli tal-parteċipant (il-pożżizjoni globali ta' likwidità għandha tikkostitwixxi l-“pożizzjoni ta' likwidità totali”); u
(ii) jivverifika jekk il-limiti u r-riżervazzjonijiet stabbiliti minn kull parteċipant tat-TARGET2 fir-rigward ta' kull kont PM rilevanti humiex irrispettati.
Jekk ir-riżultat ta' dawn il-kalkoli u l-verifiki huwa pożittiv għal kull kont PM rilevanti, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] u BĊi oħra involuti għandhom iwettqu settlement tal-ħlasijiet kollha fl-istess ħin fil-kontijiet PM tal-parteċipanti tat-TARGET2 ikkonċernati.
(b) Skond l-Algoritmu 2 (“parzjali”) il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu:
(i) jikkalkula u jivverifika l-pożizzjonijiet ta' likwidità, il-limiti u r-riżervazzjonijiet ta' kull kont PM rilevanti bħal fil-każ ta' l-Algoritmu 1; u
(ii) jekk il-pożizzjoni ta' likwidità totali ta' kont PM rilevanti wieħed jew iżjed hija negattiva, joħroġ ordnijiet ta' ħlas waħdiena sakemm il-pożizzjoni ta' likwidità totali ta' kull kont PM rilevanti tkun pożittiva.
Imbagħad, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u BĊi oħra involuti għandhom, sakemm hemm fondi biżżejjed, iwettqu settlement tal-ħlasijiet kollha li jifdal (ħlief għall-ordnijiet ta' ħlas estratti) b'mod simultanju fil-kontijiet PM tal-parteċipanti tat-TARGET2 ikkonċernati.
Meta jiġu estratti ordnijiet ta' ħlas, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jibda mill-kont PM tal-parteċipant tat-TARGET2 bl-ogħla pożizzjoni ta' likwidità totali negattiva u mill-ordni ta' ħlas fl-aħħar tal-kju bl-anqas prijorità. Il-proċess ta' l-għażla għandu jaħdem għal ħin qasir biss, li jiġi ddeterminat minn [daħħal l-isem tal-BĊ] fid-diskrezzjoni tiegħu.
(ċ) Skond l-Algoritmu 3 (“multiplu”) il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu:
(i) iqabbel pari ta' kontijiet PM ta' parteċipanti fit-TARGET2 biex jiddetermina jekk ordnijiet ta' ħlas fil-kju jistgħux jiġu settled fil-likwidità disponibbli tal-kontijiet PM taż-żewġ parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati u fil-limiti iffissati minnhom (billi jibda mill-par ta' kontijiet PM li għandhom l-iżgħar differenza bejn l-ordnijiet ta' ħlas indirizzati lil xulxin), u l-BĊ(i) involuti għandhom jirriżervaw dawk il-ħlasijiet b'mod simultanju fil-kontijiet PM taż-żewġ parteċipanti fit-TARGET2; u
(ii) jekk, fir-rigward ta' par ta' kontijiet PM kif deskritt skond (i), il-likwidità mhix biżżejjed biex tiffinanzja l-pożizzjoni bilaterali, joħroġ ordnijiet ta' ħlas waħdiena sakemm ikun hemm likwidità biżżejjed. F'dan il-każ il-BĊ(i) involuti għandhom jagħmlu settlement tal-ħlasijiet li jifdal, ħlief għal dawk estratti, b'mod simultanju fil-kontijiet PM taż-żewġ parteċipanti fit-TARGET2.
Wara li jsiru l-verifiki speċifikati fis-subparagrafi (i) sa (ii), il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jivverifika l-pożizzjonijiet tas-settlement multilaterli (bejn kont PM ta' parteċipant u kontijiet PM ta' parteċipanti oħra tat-TARGET2 li fir-rigward tagħhom ikun ġie ffissat limitu multilaterali. Għal dan l-iskop, il-proċedura deskritta fis-subparagrafi (i) sa (iii) għandha tapplika mutatis mutandis.
(d) Skond l-Algoritmu 4 (“parzjali flimkien ma' settlement ta' sistema anċillari”) il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jsegwi l-istess proċedura bħal fil-każ ta' l-Algoritmu 2, imma mingħajr ma joħroġ l-ordnijiet ta' ħlas fir-rigward tas-settlement ta' sistema anċillari (li twettaq settlement fuq bażi multilaterali simultanja).
(e) Skond l-Algoritmu 5 (“settlement ta' sistema anċillari permezz ta' subkontijiet”) il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jsegwi l-istess proċedura bħal fil-każ ta' l-Algoritmu 1 imma bla ħsara għal modifika li l-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jibda l-Algoritmu 5 permezz ta' l-Interface tas-Sistema Anċillari, u għandu jivverifika biss jekk hemmx fondi biżżejjed fis-subkontijiet tal-parteċipanti. Barra minn dan, m'għandhom jitqiesu l-ebda limiti u riżervazzjonijiet. L-Algoritmu 5 għandu jaħdem ukoll matul settlement ta' bil-lejl.
(4) Ordnijiet ta' ħlas imdaħħla fl-entry disposition wara l-bidu ta' xi wieħed mill-algoritmi 1 sa 4 jistgħu madankollu jiġu settled minnufih fl-entry disposition, jekk il-pożizzjonijiet u l-limiti tal-kontijiet PM tal-parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati huma kompatibbli kemm mas-settlement ta' dawn l-ordnijiet ta' ħlas u s-settlement ta' l-ordnijiet ta' ħlas fil-proċedura kurrenti ta' ottimizzazzjoni. Iżda żewġ algoritmi ma jistgħux jitħaddmu fl-istess ħin.
(5) Matul l-ipproċessar ta' bi nhar l-algoritmi għandhom jitħaddmu b'mod sekwenzjali. Sakemm ma jkunx hemm settlement multilaterali simultanju ta' sistema anċillari, is-segwenza għandha tkun kif ġej:
(i) algoritmu 1,
(ii) jekk l-algoritmu 1 ma jaħdimx, allura l-algoritmu 2,
(iii) jekk l-algoritmu 2 ma jaħdimx, allura l-algoritmu 3, jew jekk l-algoritmu 2 jirnexxi, irrepeti l-algoritmu 1.
Meta settlement multilaterali simultanju (il-“proċedura 5”) fir-rigward ta' sistema anċillari jkun pendenti, għandu jitħaddem l-Algoritmu 4.
(6) L-algoritmi għandhom jitħaddmu b'mod flessibbli billi tiġi stabbilita minn qabel pawsa bejn l-applikazzjoni ta' algoritmi differenti biex jiġi żgurat intervall minimu bejn it-tħaddim ta' żewġ algoritmi. Is-sekwenza ta' ħin għandha tkun ikkontrollata awtomatikament. Għandu jkun possibbli l-intervent manwali.
(7) Meta tkun inkluża f'algoritmu li qed jaħdem, ordni ta' ħlas ma tistax tiġi ordnata mill-ġdid (bidla fil-pożizzjoni fil-kju) jew irrevokata. Talbiet għal ordni mill-ġdid jew għar-revoka ta' ordni ta' ħlas għandha titpoġġa fil-kju sakemm l-algoritmu jlesti. Jekk l-ordni ta' ħlas ikkonċernata tiġi settled waqt li l-algoritmu jkun qed jaħdem, it-talbiet għal ordni mill-ġdid jew għar-revoka għandhom jinċaħdu. Jekk l-ordni ta' ħlas ma tiġix settled, it-talbiet tal-parteċipant għandhom jitqiesu minnufih.
8. Użu tal-ICM
(1) Il-ICM jista' jintuża biex tiġi akkwistata informazzjoni u tiġi mmaniġġjata l-likwidità. Is-Secure IP Network (SIPN) tas-SWIFT għandha tkun in-netwerk bażiku għall-komunikazzjonijiet tekniċi, għall-iskambju ta' l-informazzjoni u t-tħaddim ta' miżuri ta' kontroll.
(2) Bl-eċċezzjoni ta' ordnijiet ta' ħlas maħżuna u l-informazzjoni tad-data statika, id-data biss fir-rigward tal-jum tan-negozju kurrenti għandha tkun disponibbli permezz tal-ICM. L-iskrins għandhom ikunu offruti bl-Ingliż biss.
(3) L-informazzjoni għandha tingħata f'“pull” mode, li jfisser li kull parteċipant għandu jitlob biex jingħata l-informazzjoni.
(4) Il-modalitajiet (modes) tekniċi li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-użu tal-ICM:
(a) application-to-application mode (A2A)
Fl-A2A, l-informazzjoni u l-messaġġi jiġu ttrasferiti bejn il-PM u l-applikazzjoni interna tal-parteċipant. Għalhekk, il-parteċipant għandu jiżgura li jkun hemm applikazzjoni xierqa għall-iskambju tal-messaġġi XML (talbiet u tweġibiet) mal-ICM permezz ta' interface standardizzat. Aktar dettalji jinsabu fil-Manwal għall-Utent tal-ICM u fil-Ktieb 4 ta' l-UDFS.
(b) user-to-application mode (U2A)
L-U2A jippermetti komunikazzjoni diretta bejn parteċipant u l-ICM. L-informazzjoni tintwera f’brawżer li jaħdem fuq sistema PC (SWIFT Alliance WebStation jew interface oħra, kif ikun meħtieġ mis-SWIFT). Għall-aċċess għall-U2A l-infrastrutura IT trid taċċetta l-cookies u l-JavaScript. Aktar dettalji huma deskritti fil-Manwal għall-Utent ICM.
(5) Kull parteċipant għandu jkollu tal-anqas SWIFT Alliance WebStation wieħed, jew interface oħra, kif ikun meħtieġ mis-SWIFT, biex ikollu aċċess għall-ICM permezz tal-U2A.
(6) Id-drittijiet ta' aċċess għall-ICM għandhom jingħataw bl-użu tar-“Role Based Access Control” tas-SWIFT. Is-servizz “Non Repudiation of Emission (NRE)” tas-SWIFT li jista' jintuża mill-parteċipanti, iħalli lir-reċipjent ta' messaġġ XML biex jipprovdi evidenza li dak il-messaġġ ma ġiex imbagħbas.
(7) Jekk parteċipant għandu problemi tekniċi u ma jistax jibgħat ordni ta' ħlas, huwa jista' jiġġenera ħlasijiet preformattjati f'somma waħda ta' riżerva (backup) u ħlasijiet ta' kontinġenża ta' riżerva billi juża l-ICM. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jiftaħ din il-funzjonalità meta jintalab mill-parteċpant.
(8) Il-parteċipanti jistgħu jużaw ukoll il-ICM biex jittrasferixxu likwidità:
(a) [daħħal jekk japplika] mill-kont PM tagħhom lill-kont tagħhom barra l-PM;
(b) bejn il-kont PM u s-subkontijiet tal-parteċipant; u
(ċ) mill-kont PM lill-kont mera (mirror account) mmaniġġjat mis-sistema anċillari.
9. L-UDFS u l-Manwal għall-Utent tal-ICM
Aktar dettalji u eżempji li jispjegaw ir-regoli ta' hawn fuq jinsabu fil-UDFS u l-Manwal għall-Utent tal-ICM, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fil-websajt ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] u l-websajt tal-BĊE bl-Ingliż.
Appendiċi II
SKEMA TA' KUMPENS TAT-TARGET2
1. Prinċipji ġenerali
(a) Fil-każ li jkun hemm ħsara teknika fit-TARGET2, il-parteċipanti diretti jistgħu jibagħtu talbiet għall-kumpens skond l-iskema ta' kumpens tat-TARGET2 stabbilita f'dan l-Appendiċi.
(b) Sakemm il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jiddeċiedi mod ieħor, l-iskema ta' kumpens tat-TARGET2 m'għandhiex tapplika jekk il-ħsara teknika tat-TARGET2 tirriżulta minn każijiet esterni li mhumiex fil-kuntroll raġonevoli tal-BĊi rispettivi, jew minn atti jew ommissjonijiet ta' terzi partijiet.
(ċ) Il-kumpens skond l-iskema ta' kumpens tat-TARGET2 għandha tkun l-unika proċedura ta' kumpens offruta fil-każ ta' ħsara teknika tat-TARGET2. Madankollu, il-parteċipanti jistgħu jużaw mezzi legali oħra biex jitolbu lura t-telf. Jekk parteċipant jaċċetta offerta ta' kumpens fl-iskema ta' kumpens tat-TARGET2, dan għandu jikkostitwixxi l-qbil irrevokabbli tal-parteċipant li b'hekk ikun qed jirrinunzja t-talbiet kollha – fir-rigward ta' dawk l-ordnijiet ta' ħlas li dwarhom huwa jaċċetta kumpens (inkluża kull talba għal telf konsegwenzjali) – li jista' jkollu kontra kull BĊ, u li l-irċevuta min-naħa tiegħu tal-ħlas ta' kumpens korrispondenti tikkostitwixxi l-ħlas sħiħ u finali ta' dawk it-talbiet kollha. Il-parteċipant għandu jindennizza lill-BĊi kkonċernati, sa massimu ta' l-ammont rċevut skond l-iskema ta' kumpens tat-TARGET2, fir-rigward ta' kull talba oħra li jqajjem kull parteċipant ieħor jew kull terza persuna oħra fir-rigward ta' l-ordni ta' ħlas jew tal-ħlas ikkonċernat.
(d) Kull offerta ta' kumpens m'għandhiex tikkostitwixxi ammissjoni tar-responsabbiltà minn [niżżel l-isem tal-BĊ] jew minn kull BĊ ieħor fir-rigward ta' ħsara teknika fit-TARGET2.
(2) Kundizzjonijiet għall-offerti ta’ kumpens
(a) Pagatur jista’ jissottometti talba għal dritt ta’ amministazzjoni u kumpens ta’ imgħax jekk, minħabba ħsara teknika tat-TARGET2 ma jkunx sar settlement ta’ ordni ta’ ħlas fil-jum tan-negozju meta kienet aċċettata.
(b) Min jirċievi l-ħlas jista’ jissottometti talba għal dritt ta’ amministrazzjoni jekk minħabba ħsara teknika tat-TARGET2 ma jkunx irċieva ħlas li kien qed jistenna li ser jirċievi f’jum tan-negozju partikolari. Min jirċievi l-ħlas jista’ jissottometti wkoll talba għall-kumpens tal-imgħax jekk kundizzjoni waħda jew iżjed jiġu sodisfatti:
(i) fil-każ ta’ parteċipanti li għandhom aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali: minħabba ħsara teknika tat-TARGET2, min jirċievi l-ħlas irrikorra għall-faċilità ta’ self marġinali; u/jew
(ii) fil-każ tal-parteċipanti kollha: kien teknikament impossibbli li wieħed jirrikorri għas-suq tal-flus jew dak ir-rifinanzjament kien impossibbli għal raġunijiet oġġettivament raġonevoli oħrajn.
3. Kalkolu ta' kumpens
(a) Fir-rigward ta' offerta ta' kumpens għal xi pagatur:
(i) it-tariffa amministrattiva għandha tkun ta' EUR 50 għall-ewwel ordni ta' ħlas mhux settled, ta' EUR 25 għal kull waħda mill-erba' ordnijiet ta' ħlas li jsegwu, u ta' EUR 12,50 għal kull ordni ta' ħlas oħra bħal dawn. It-tariffa amministrattiva għandha tiġi kkalkulata separatament fir-rigward ta' kull min jitħallas;
(ii) il-kumpens ta' l-imgħax għandu jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta' rata ta' riferenza ffissata minn jum għal jum. Din ir-rata ta' referenza għandha tkun dik l-aktar baxxa mir-rata medja ta' l-indiċi overnight ta' l-euro (EONIA) u r-rata ta' self marġinali. Ir-rata ta' referenza għandha tiġi applikata għall-ammont ta' l-ordni ta' ħlas mhux settled b'riżultat tal-ħsara teknika tat-TARGET2 għal kull jum fil-perijodu mid-data ta' l-ordnijiet ta' ħlas attwali jew fir-rigward ta' l-istess ordnijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a)(ii), is-sottomissjoni maħsuba ta' l-ordni ta' ħlas sad-data li fiha l-ordni ta' ħlas kienet jew setgħet kienet ġiet settled b'suċċess. Id-dħul kollu li jsir mit-tqegħid tal-fondi, li jirriżultaw minn ordnijiet ta' ħlas mhux settled, f'depożitu ma' l-Eurosistema, għandu jitnaqqas mill-ammont ta' kull kumpens; u
(iii) l-ebda kumpens ta' imgħax m'għandu jitħallas jekk u sakemm fondi li jirriżultaw minn ordnijiet ta' ħlas mhux settled jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw biex jissodisfaw l-obbligi tar-riżrervi minimi.
(b) Fir-rigward ta' offerta ta' kumpens għal min jitħallas:
(i) it-tariffa amministrattiva għandha tkun ta' EUR 50 għall-ewwel ordni ta' ħlas mhux settled, ta' EUR 25 għal kull waħda mill-erba' ordnijiet ta' ħlas li jsegwu, u ta' EUR 12,50 għal kull ordni ta' ħlas oħra bħal dawn. It-tariffa amministrattiva għandha tiġi kkalkulata separatament fir-rigward ta' kull pagatur;
(ii) il-metodu stabbilit fis-subparagrafu (a)(ii) biex jiġi kkalkulat il-kumpens ta' l-imgħax għandu japplika, ħlief li l-kumpens ta' l-imgħax għandu jitħallas b'rata ugwali għad-differenza bejn ir-rata ta' self marġinali u r-rata ta' referenza, u għandu jiġi kkalkulat fuq l-ammont ta' kull rikors għall-faċilità ta' self marġinali li jsir b'riżultat tal-ħsara teknika fit-TARGET2.
4. Regoli proċedurali
(a) Talba għal kumpens għandha tintbagħat fuq il-formola tat-talba li tinsab fuq il-websajt ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] bl-Ingliż (ara [daħħal ir-riferenza għall-websajt tal-BĊ]). Il-pagaturi għandhom jibagħtu formola tat-talba separata fir-rigward ta' kull min jitħallas, u min jitħallas għandhom jibagħtu formola tat-talba separata fir-rigward ta' kull pagatur. Għandha tingħata informazzjoni addizzjonali u dokumenti biżżejjed biex isaħħu l-informazzjoni indikata fil-formola tat-talba. Tista' tintbagħat talba waħda biss fir-rigward ta' ħlas speċifiku jew ordni ta' ħlas.
(b) Il-parteċipanti għandhom jibagħtu l-formola(i) tat-talba tagħhom lil [niżżel l-isem tal-BĊ] fi żmien erba' ġimgħat minn meta ssir il-ħsara teknika tat-TARGET2. Kull informazzjoni w evidenza addizzjonali mitluba minn [niżżel l-isem tal-BĊ] għandha tingħata fi żmien ġimagħtejn minn meta ssir din it-talba.
(ċ) Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jivvaluta t-talbiet u jibgħathom lill-BĊE. Sakemm il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jiddeċiedi mod ieħor u jikkomunika lill-parteċipanti, it-talbiet kollha rċevuti għandhom jiġu vvalutati mhux aktar tard minn 14-il ġimgħa wara li tkun seħħet il-ħsara teknika fit-TARGET2.
(d) Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jikkomunika r-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fis-subparagrafu (ċ) lill-parteċipanti rilevanti. Jekk il-valutazzjoni timplika offerta ta' kumpens, il-parteċipanti kkonċernati għandhom, fi żmien erba' gimgħat mill-komunikazzjoni ta' din l-offerta, jew jaċċettawha jew jirrifjutawha, fir-rigward ta' kull ħlas jew ordni ta' ħlas li kull talba jkun fiha, billi jiffirmaw ittra standard ta' aċċettazzjoni (fil-formola li tinsab fuq il-websajt ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] (ara [daħħal ir-riferenza għall-websajt tal-BĊ]). Jekk il-[niżżel l-isem tal-BĊ] ma jirċevix din l-ittra fi żmien erba' ġimgħat, il-parteċipanti kkonċernati għandhom jitqiesu li jkunu rrifjutaw l-offerta ta' kumpens.
(e) Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jagħmel ħlasijiet ta' kumpens meta jirċievi l-ittra ta' aċċettazzjoni għall-kumpens tal-parteċipant. M'għandu jitħallas l-ebda imgħax fuq ħlas ta' kumpens.
Appendiċi III
TERMINI TA' REFERENZA GĦALL-OPINJONIJIET TA' KAPAĊITÀ U DAWK NAZZJONALI
Termini ta' referenza għall-opinjonijiet ta' kapaċità għal parteċipanti tat-TARGET2
[Niżżel l-isem tal-BĊ]
[indirizz]
Parteċipazzjoni fil-[isem tas-sistema]
[post], [data]
Għażiż Sinjur jew Sinjura,
Intlabna nagħtu din l-Opinjoni bħala l-konsulenti legali [in-house jew esterni] ta' [speċifika l-isem tal-Parteċipant jew il-fergħa tal-Parteċipant] fir-rigward ta' kwistjonijiet li jqumu mil-liġijiet ta' [il-ġurisdizzjoni li fiha l-Parteċipant huwa stabbilit; minn issa 'l quddiem il-“ġurisdizzjoni”] b'konnessjoni mal-parteċipazzjoni ta' [speċifika l-isem tal-Parteċipant] (minn issa 'l quddiem il-“Parteċipant”) f'[isem is-sistema komponent tat-TARGET2] (minn issa 'l quddiem is-“Sistema”).
Din l-Opinjoni hija ristretta għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta' din l-Opinjoni. M'għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta' xi ġurisdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u f'dan ir-rigward mhu qegħdin la nesprimu u lanqas infissru l-ebda opinjoni. Kull stqarrija w opinjoni msemmija hawn isfel tapplika bl-istess preċiżjoni u validità skond il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni], kemm jekk il-Parteċipant jaġixxi mill-uffiċċju ewlieni tiegħu jew minn fergħa waħda jew aktar li jinsabu ġewwa jew barra l-[ġurisdizzjoni], jew le, meta jibgħat ordnijiet ta' ħlas u jirċievi ħlasijiet.
I. DOKUMENTI EŻAMINATI
Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni, eżaminajna:
(1) kopja ċċertifikata ta' [speċifika d-dokument(i) kostituzzjonali rilevanti] tal-Parteċipant hekk kif inhu/huma fis-seħħ fid-data tal-preżenti;
(2) [jekk japplika] estratt minn [speċifika r-reġistru tal-kumpanija rilevanti], u [jekk applikabbli] [ir-reġistru ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew ir-reġistru analogu];
(3) [safejn japplika] kopja tal-liċenzja tal-Parteċipant jew prova oħra ta' l-awtorizzazzjoni li huwa għandu biex jagħti servizz bankarju, ta' investiment, ta' trasferiment ta' fondi jew servizzi finanzjarji oħra f'[ġurisdizzjoni];
(4) [jekk japplika] kopja ta' riżoluzzjoni adottata mill-bord tad-diretturi jew mill-bord governattiv rilevanti tal-Parteċipant f'[daħħal data], [daħħal sena], li tagħti xhieda li l-Parteċipant jaqbel li jaderixxi mad-Dokumenti tas-Sistema, kif iddefinit hawn isfel;
(5) [speċifika l-prokuri kollha u dokumenti oħra li jikkostitwixxu jew jagħtu xhieda tas-setgħa neċessarja tal-persuna jew persuni li jiffirmaw id-Dokumenti tas-Sistema rilevanti (kif iddefinit hawn isfel) f'isem il-Parteċipant];
u d-dokumenti l-oħra kollha dwar il-kostituzzjoni, is-setgħat, u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa jew xierqa tal-Parteċipant għall-għoti ta' din l-Opinjoni (minn issa 'l quddiem id-“Dokumenti tal-Parteċipant”).
Għall-finijiet ta' din l-opinjoni, eżaminajna wkoll:
(1) il-[daħħal ir-riferenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għal parteċipazzjoni fit-TARGET2] għas-Sistema datata [daħħal data] (minn issa 'l quddiem ir-“Regoli”) u;
(2) […].
Ir-Regoli u l-[…] għandhom jissejħu minn issa 'l quddiem bħala d-“Dokumenti tas-Sistema” (u flimkien mad-Dokumenti tal-Parteċipant bħala “d-Dokumenti”).
II. ASSUNZJONIJIET
Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti li:
(1) id-Dokumenti tas-Sistema li ngħatajna huma oriġinali jew veri kopji tagħhom;
(2) il-kundizzjonijiet tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skond il-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema], li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema];
(3) id-Dokumenti tal-Parteċipant huma fil-kapaċità u s-setgħa ta' u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti u, fejn meħtieġ, ikkonsenjati b'mod validu mill-partijiet rilevanti; u
(4) id-Dokumenti tal-Parteċipant jorbtu lill-partijiet li lihom jindirizzaw, u ma kien hemm l-ebda ksur ta' xi waħda mill-kundizzjonijiet tagħhom.
III. OPINJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPANT
A. Il-Parteċipant huwa korporazzjoni stabbilita u rreġistrata kif suppost jew inkella inkorporata jew organizzata kif suppost skond il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].
B. Il-Parteċipant għandu s-setgħat korporattivi kollha meħtieġa biex jeżegwixxi u jwettaq id-drittijiet u l-obbligi skond id-Dokumenti tas-Sistema li tagħhom huwa parti.
Ċ. L-adozzjoni jew l-eżekuzzjoni u t-twettiq mill-Parteċipant tad-drittijiet u l-obbligi skond id-Dokumenti tas-Sistema li tagħhom il-Parteċipant huwa parti, m'humiex ser jiksru bl-ebda mod xi dispożizzjoni tal-liġijiet jew regolamenti ta' [ġurisdizzjoni] applikabbli għall-Parteċipant jew għad-Dokumenti tal-Parteċipant.
D. L-ebda awtorizzazzjoni, approvazzjoni, kunsens, preżentazzjoni, reġistrazzjoni, tranżunzjoni jew ċertifikazzjoni oħra ta' jew ma' kull qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti fi [ġurisdizzjoni] m'hi meħtieġa mill-Parteċipant f'konnessjoni ma' l-adozzjoni, il-validità ta' l-infurzabbiltà ta' kull Dokument tas-Sistema jew l-eżekuzzjoni jew it-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi li dawn ta' hawn fuq jinkludu.
E. Il-Parteċipant ħa l-azzjoni korporattiva kollha meħtieġa, u passi oħra meħtieġa skond il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] biex jiżgura li l-obbligi tiegħu skond id-Dokumenti tas-Sistema huma legali, validi u jorbtu legalment.
Din l-Opinjoni ġġib id-data tal-preżenti u hija indirizzata biss lil [niżżel l-isem tal-BĊ] u lil [Parteċipant]. L-ebda persuna oħra ma tista' tiddependi fuqha, u l-kontenut ta' din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief għal min kien intiż u l-konsulent legali tiegħu mingħajr il-kunsens tagħna minn qabel bil-miktub, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [l-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta' [ġurisdizzjoni]].
Dejjem tiegħek,
[firma]
Termini ta' referenza għall-opinjonijiet nazzjonali għal parteċipanti li mhumiex fiż-ŻEE tat-TARGET2
[Niżżel l-isem tal-BĊ]
[indirizz]
[isem tas-sistema]
[post], [data]
Għażiż Sinjur jew Sinjura,
Bħala l-konsulenti legali [esterni] ta' [speċifika l-isem tal-Parteċipant jew il-fergħa tal-Parteċipant] (il-“Parteċipant”) fir-rigward ta' kwistjonijiet li jqumu mil-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni li fiha l-Parteċipant huwa stabbilit; minn issa 'l quddiem il-“ġurisdizzjoni”] ġejna mitluba biex nagħtu din l-Opinjoni skond il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] b'konnessjoni mal-parteċipazzjoni tal-Parteċipant f'sistema li hija komponent tat-TARGET2 (minn issa 'l quddiem is-“Sistema”). Ir-referenzi hawnhekk għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] jinkludu r-regolamenti kollha applikabbli ta' [ġurisdizzjoni]. Qed nesprimu hawnhekk opinjoni skond il-liġi ta' [ġurisdizzjoni], b'mod partikolari għall-Parteċipant stabbilit barra [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi li jqumu mill-parteċipazzjoni fis-Sistema, kif stabbilit fid-Dokumenti tas-Sistema ddefiniti hawn isfel.
Din l-Opinjoni hija ristretta għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta' din l-Opinjoni. M'għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta' xi ġurisdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u f'dan ir-rigward mhu qegħdin la nesprimu u lanqas infissru l-ebda opinjoni. Assumejna li fil-liġijiet ta' ġurisdizzjoni oħra m'hemm xejn li jaffettwa din l-Opinjoni.
1. DOKUMENTI EŻAMINATI
Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni, eżaminajna d-dokumenti elenkati hawn isfel u dawk id-dokumenti l-oħra li dehrilna xierqa jew meħtieġa:
(1) il-[daħħal ir-riferenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għal parteċipazzjoni fit-TARGET2] għas-Sistema datata [daħħal data] (minn issa 'l quddiem ir-“Regoli”); u
(2) kull dokument ieħor li jirregola s-Sistema u/jew ir-relazzjoni bejn il-Parteċipant u parteċipanti oħra fis-Sistema, u bejn il-parteċipanti fis-Sistema u l-[niżżel l-isem tal-BĊ].
Ir-Regoli u l-[…] għandhom jissejħu minn issa 'l quddiem “Dokumenti tas-Sistema”.
2. ASSUNZJONIJIET
Biex nagħtu din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti tas-Sistema li:
(1) id-Dokumenti tas-Sistema huma fil-kapaċità u s-setgħa ta' u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti u, fejn meħtieġ, ikkonsenjati b'mod validu mill-partijiet rilevanti;
(2) il-kundizzjonijiet tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skond il-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema], li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema];
(3) il-parteċipanti fis-Sistema li permezz tagħhom tintbagħat kull ordni ta' ħlas jew jiġu irċevuti ħlasijiet, jew li permezz tagħhom kull dritt jew obbligu skond id-Dokumenti tas-Sistema jiġi eżegwit jew imwettaq, huma lliċenzjati biex jipprovdu servizzi ta' trasferiment ta' fondi, fil-ġurisdizzjonijiet kollha rilevanti; u
(4) id-dokumenti li ntbagħtulna bħala kopja jew kampjuni jikkonformaw ma' l-oriġinal.
3. OPINJONI
Fuq il-bażi ta' u bla ħsara għal dak li ntqal qabel, u bla ħsara f'kull każ għall-punti msemmija hawn isfel, aħna tal-fehma li:
3.1 Aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż [safejn japplikaw]
Il-karatteristiċi li ġejjin tal-leġiżlazzjoni ta' [ġurisdizzjoni] huma konsistenti ma' u bl-ebda mod ma jwarrbu l-obbligi tal-Parteċipant li joħorġu mid-Dokumenti tas-Sistema: [lista ta' aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż].
3.2 Kwistjonijiet ġenerali ta' insolvenza
3.2.a. Tipi ta' proċedimenti ta' insolvenza
L-uniċi tipi ta' proċedimenti ta' insolvenza (inklużi kompożizzjoni jew rijabilitazzjoni) – li, għall-finijiet ta' din l-Opinjoni, għandhom jinkludu l-proċedimenti kollha fir-rigward ta' l-assi tal-Parteċipant jew kull fergħa li jista' jkollu fi [ġurisdizzjoni] – li għalihom il-Parteċipant jista' jkun suġġett fi [ġurisdizzjoni], huma dawn li ġejjin: [elenka l-proċedimenti fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa l-'Proċedimenti ta' Insolvenza').
Minbarra l-Proċedimenti ta' Insolvenza, il-Parteċipant, kull parti mill-assi tiegħu, jew kull fergħa li jista' jkollu fi [ġurisdizzjoni] jistgħu jsiru suġġett fi [ġurisdizzjoni] għal [elenka kull moratorju, receivership, jew kull proċedimenti oħra applikabbli, li b'riżultat tagħhom, ħlasijiet lil u/jew mill-Parteċipant jistgħu jiġu sospiżi, jew fir-rigward ta' dawn il-ħlasijiet jistgħu jiġu mposti xi limitazzjonijiet, jew proċedimenti simili fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa bħala l-“Proċedimenti”).
3.2.b. Trattati ta' insolvenza
[ġurisdizzjoni] jew ċerti subdiviżjonijiet politiċi fi [ġurisdizzjoni], kif speċifikat, huwa/huma parti tat-trattati ta' insolvenza li ġejjin: [speċifika, jekk japplika li għandhom jew jista' jkollhom impatt fuq din l-Opinjoni].
3.3 Infurzabbiltà ta' Dokumenti tas-Sistema
Bla ħsara għall-punti msemmija hawn isfel, id-dispożizzjonijiet kollha tad-Dokumenti tas-Sistema jkunu jorbtu w infurzabbli skond il-kundizzjonijiet tagħhom skond il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni], b'mod partikolari fil-każ tal-ftuħ ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant.
B'mod partikolari aħna ta' l-opinjoni li:
3.3.a. L-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas
Id-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas [lista ta' l-artikoli] tar-Regoli huma validi w infurzabbli. Partikolarment, l-ordnijiet ta' ħlas kollha pproċessati bis-saħħa ta' dawn l-artikoli jkunu validi, jorbtu w infurzabbli skond il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. Id-dispożizzjoni tar-Regoli li tispeċifika l-punt preċiż tal-ħin meta l-ordnijiet ta' ħlas mibgħuta mill-Parteċipant lis-Sistema jsiru infurzabbli w irrevokabbli ([żid l-artikolu tar-Regoli]) hija valida, torbot u infurzabbli skond il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].
3.3.b. L-awtorità ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu
Il-bidu ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant ma jaffettwawx l-awtorità u s-setgħat ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] li joħorġu mid-Dokumenti tas-Sistema. [Speċifika [safejn japplika] li: l-istess opinjoni tapplika wkoll fir-rigward ta' kull entità oħra li tipprovdi lill-Parteċipanti b'servizzi direttament u meħtieġa biex jipparteċipaw fis-Sistema (eż. provveditur tas-servizz tan-netwerk)].
3.3.ċ. Rimedji fil-każ ta' inadempjenza
[Meta japplika fir-rigward tal-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista ta' l-artikoli] tar-Regoli dwar it-twettiq aċċellerat ta' klejms li għadhom ma mmaturawx, it-tpaċija ta' klejms minħabba l-użu tad-depożiti tal-Parteċipant, l-infurzar ta' xi rahan, is-sospensjoni u t-tmiem ta' parteċipazzjoni, il-klejms għal imgħax applikabbli (default interest), u t-tmiem ta' ftehim u tranżazzjonijiet ([daħħal klawsoli oħra rilevanti tar-Regoli jew tad-Dokumenti tas-Sistema]) huma validi w infurzabbli skond il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].
3.3.d. Sospensjoni u tmiem
Meta japplika fir-rigward tal-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista ta' l-artikoli] tar-Regoli (fir-rigward tas-sospensjoni u t-tmiem tal-parteċipazzjoni tal-Parteċipant fis-Sistema dwar il-bidu ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti jew każijiet oħra ta' inadempjenza, kif iddefiniti fid-Dokumenti tas-Sistema, jew jekk il-Parteċipant jirrappreżenta xi tip ta' riskju sistemiku jew għandu problemi operattivi serji) huma validi w infurzabbli skond il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].
3.3.e. Reġim ta' penali
Meta japplika fir-rigward tal-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista ta' l-artikoli] tar-Regoli fir-rigward ta' penali imposti fuq Parteċipant li ma jkunx f'qagħda li jirrimborża fil-ħin kreditu tat-tip intraday jew overnight, safejn japplikaw, huma validi w infurzabbli skond il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].
3.3.f. Ċessjoni ta' drittijiet u obbligi
Id-drittijiet u l-obbligi tal-Parteċipant ma jistgħux jiġu ċeduti, mibdulin jew inkella ttrasferiti mill-Parteċipant lil terzi partijiet mingħajr il-kunsens bil-miktub u bil-quddiem ta' [niżżel l-isem tal-BĊ].
3.3.ġ. Għażla tal-liġi governattiva u ġurisdizzjoni
Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista ta' l-artikoli] tar-Regoli, u b'mod partikolari fir-rigward tal-liġi governattiva, ir-riżoluzzjoni ta' xi tilwima, il-qrati kompetenti, u n-notifika tal-proċess huma validi w infurzabbli skond il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].
3.4 Preferenzi annullabbli
Aħna tal-fehma li l-ebda obbligu li joħroġ mid-Dokumenti tas-Sistema, it-twettiq tiegħu, jew il-konformità miegħu qabel il-ftuħ ta' kull Proċediment ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant ma jista' jitwarrab f'dawn il-proċedimenti bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skond il-liġi ta' l-insolvenza ta' [ġurisdizzjoni].
B'mod partikolari, u mingħajr limitazzjoni għal dak li ntqal hawn fuq, nesprimu din il-fehma fir-rigward ta' kull ordni ta' ħlas mibgħuta minn kull parteċipant fis-Sistema. B'mod partikolari, aħna tal-fehma li d-dispożizzjonijiet ta' [lista ta' l-artikoli] tar-Regoli li jistabbilixxu l-infurzabbiltà u l-irrevokabbiltà ta' l-ordnijiet ta' ħlas huma validi w infurzabbli, u li ordni ta' ħlas mibgħuta minn kull parteċipant u pproċessata bis-saħħa ta' [lista ta' l-artikoli] tar-Regoli ma tistax titwarrab f'kull Proċediment ta' Insolvenza jew Proċedimenti bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skond il-liġi ta' l-insolvenza ta' [ġurisdizzjoni].
3.5 Sekwestru
Jekk xi kreditur tal-Parteċipant jitlob ordni ta' sekwestru (inkluża kull ordni ta' iffriżar, ordni ta' qbid, jew kull proċedura oħra tal-liġi pubblika jew privata li hija maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-Parteċipant) – minn issa 'il quddiem imsejħa bħala “Sekwestru” – skond il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] minn qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f'[ġurisdizzjoni], aħna tal-fehma li [daħħal l-analiżi u d-diskussjoni].
3.6 Garanzija (collateral) [safejn applikabbli]
3.6.a. Ċessjoni ta’ drittijiet jew depożitu ta’ assi għall-finijiet ta’ garanzija, rahan u/jew repo
Ċessjonijiet għall-finijiet ta’ garanzija huma validi u infurzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni]. B’mod speċifiku, il-ħolqien u l-infurzar ta’ rahan jew repo skont [daħħal ir-referenza għall-arranġament rilevanti mal-BĊ] ikunu validi u infurzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].
3.6.b. Prijorità ta' l-interess ta' ċessjonarji, ta' detenturi ta' rahan jew xerrejja ta' repos fuq dak ta' kredituri oħra
Fil-każ ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant, id-drittijet jew l-assi ċessjonati għal finijiet ta' garanzija, jew mirhuna mill-Parteċipant favur ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] jew parteċipanti oħra fis-Sistema, se tingħatalhom prijorità ta' ħlas qabel il-klejms tal-kredituri l-oħra kollha tal-Parteċipant u ma jkunux suġġetti għal prijorità jew kredituri ppreferuti.
3.6.ċ. Infurzar ta' titolu taħt il-garanzija (security)
Anke fil-każ ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant, parteċipanti oħra fis-Sistema u l-[niżżel l-isem tal-BĊ] bħala [ċessjonarji, detenturi ta' rahan jew xerrejja ta' repos skond kif japplika] xorta jkunu ħielsa biex jinfurzaw u “jiġbru” d-drittijiet jew l-assi tal-Parteċipant permezz ta' l-azzjoni ta' [niżżel l-isem tal-BĊ] skond ir-Regoli.
3.6.d. Rekwiżiti għall-formola u r-reġistrazzjoni
M'hemm l-ebda rekwiżit għall-formola għaċ-ċessjoni għal finijiet ta' garanzija ta', jew il-ħolqien u l-infurzar ta' rahan jew repo fuq id-drittijiet jew l-assi tal-Parteċipant, u mhuwiex neċessarju għal [iċ-ċessjoni għal finijiet ta' garanzija, rahan jew repo, skond kif japplika,] jew kull dettall ta' dan [iċ-ċessjoni, rahan, jew repo, skond kif japplika,] biex jiġu rreġistrati jew ippreżentati f'kwalunkwe qorti kompetenti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f'[ġurisdizzjoni].
3.7 Fergħat [safejn japplika]
3.7.a. L-opinjoni tapplika għal azzjoni permezz tal-fergħat
Kull dikjarazzjoni w opinjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tal-Parteċipant tapplika bl-istess preċiżjoni u validità skond il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] f'sitwazzjonijiet fejn il-Parteċipant jaġixxi permezz ta' waħda jew iżjed mill-fergħat tiegħu li jinsabu barra [ġurisdizzjoni].
3.7.b. Konformità mal-liġi
La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skond id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas l-għoti, it-trasmissjoni jew l-irċevuta ta' ordnijiet ta' ħlas minn xi fergħa tal-Parteċipant, m'huma bl-ebda mod ser jiksru l-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].
3.7.ċ. Awtorizzazzjonijiet meħtieġa
La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skond id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas l-għoti, it-trasmissjoni jew l-irċevuta ta' ordnijiet ta' ħlas minn fergħa ta' Parteċipant ma jkunu jeħtieġu kwalunkwe awtorizzazzjoni, approvazzjoni, kunsens, preżentazzjoni, reġistrazzjoni, tranżunzzjoni jew ċertifikazzjoni oħra ta' jew ma' kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li huma kompetenti fi [ġurisdizzjoni].
Din l-Opinjoni ġġib id-data tal-preżenti u hija indirizzata biss lil [niżżel l-isem tal-BĊ] u lil [Parteċipant]. L-ebda persuna oħra ma tista' tiddependi fuqha, u l-kontenut ta' din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief għal min kien intiż u l-konsulent legali tiegħu mingħajr il-kunsens tagħna minn qabel bil-miktub, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [l-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta' [ġurisdizzjoni]].
Dejjem tiegħek,
[firma]
Appendiċi IV
PROĊEDURI GĦALL-KONTINWITÀ TAN-NEGOZJU U KONTINĠENZA
1. Dispożizzjonijiet ġenerali
(a) Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-arranġamenti bejn [niżżel l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti, jew sistemi anċillari, jekk komponent wieħed jew aktar tal-SSP jew in-netwerk tat-telekommunikazzjonijiet ifallu jew jiġu affettwati minn każ estern mhux normali, jew jekk il-ħsara taffettwa parteċipant jew sistema anċillari.
(b) r-referenzi kollha għall-ħinijiet speċifiċi f’din l-Appendiċi huma għall-ħin lokali fis-sede tal-BĊE, jiġifieri s-Central European Time (CET ( 15 )).
2. Miżuri ta' kontinwità tan-negozju u ta' ipproċessar ta' kontinġenza
(a) Fil-każ li jiġri xi każ estern mhux normali u/jew ikun hemm ħsara fil-SSP jew in-netwerk tat-telekomunikazzjonijiet li taffettwa l-operat normali tat-TARGET2, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jkun intitolat biex jadotta miżuri ta' kontinwità tan-negozju u ta' ipproċessar ta' kontinġenza.
(b) Il-miżuri prinċipali ta' kontinwità tan-negozju u ta' ipproċessar ta' kontinġenza li ġejjin għandhom ikunu disponibbli fit-TARGET2:
(i) ir-rijallokazzjoni ta' l-operat tal-SSP għal sit alternattiv;
(ii) il-bidla fis-sigħat ta' l-operat tal-SSP; u
(iii) il-bidu ta' ipproċessar ta' kontinġenza ta' ħlasijiet kritiċi ħafna u dawk kritiċi, kif iddefinit fil-paragrafu 6(ċ) u (d) rispettivament.
(ċ) Fir-rigward tal-miżuri ta' kontinwità tan-negozju u ta' ipproċessar ta' kontinġenza, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jkollu d-diskrezzjoni sħiħa fir-rigward ta' jekk u liema miżuri għandhom jiġu adottati biex jiġu settled ordnijiet ta' ħlas.
3. Komunikazzjoni dwar xi inċident
(a) L-informazzjoni dwar il-ħsara fil-SSP u/jew dwar każ estern mhux normali għandha tiġi kkomunikata lill-parteċipanti permezz tal-kanali domestiċi ta' komunikazzjoni, l-ICM u t-T2IS. B'mod partikolari, il-komunikazzjonijiet lill-parteċipanti għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
(i) deskrizzjoni tal-każ;
(ii) id-dewmien antiċipat fl-ipproċessar (jekk wieħed ikun jafu);
(iii) informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġa'ttieħdu; u
(iv) parir lill-parteċipanti.
(b) Barra minn dan, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jinnotifika lill-parteċipanti dwar kull każ ieħor eżistenti jew antiċipat li jkollu l-potenzjal li jaffettwa l-operat normali tat-TARGET2.
4. Rijallokazzjoni ta' l-operat tal-SSP għal sit alternattiv
(a) Fil-każ li jiġri xi wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a), l-operat tal-SSP jista' jiġi rijallokat għal sit alternattiv, jew fl-istess reġjun jew f'reġjun ieħor.
(b) Fil-każ li l-operat tal-SSP jiġi rijallokat għal reġjun ieħor, il-parteċipanti għandhom jagħmlu l-għalmu tagħhom biex jirrikonċiljaw il-pożizzjonijiet tagħhom sal-mument tal-ħsara jew sa meta jkun ġara l-każ estern mhux normali, u jipprovdu lil [niżżel l-isem tal-BĊ] l-informazzjoni kollha rilevanti f'dan ir-rigward.
5. Bidla fis-sigħat tax-xogħol
(a) L-ipproċessar ta' bi nhar tat-TARGET2 jista' jiġi estiż, jew jista' jiddewwem il-ħin tal-ftuħ ta' jum ġdid tan-negozju. Matul kull ħin ta' l-operat estiż tat-TARGET2, l-ordnijiet ta' ħlas għandhom jiġu pproċessati skond il-[niżżel ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati], bla ħsara għall-modifikazzjonijiet li jinsabu f'dan l-Appendiċi.
(b) L-ipproċessar ta' bi nhar jista' jiġi estiż u għalhekk jiddewwem il-ħin ta' l-egħluq jekk tkun seħħet xi ħsara fil-SSP matul il-jum imma tkun ġiet solvuta qabel is-18.00. Dan id-dewmien fil-ħin ta' l-egħluq għandu, f'ċirkostanzi normali, ma jeċċedix sagħtejn u għandu jitħabbar lill-parteċipanti kmieni kemm jista' jkun. Jekk dan id-dewmien jitħabbar qabel il-16.50, il-perijodu minimu ta' siegħa bejn il-cut-off time għal ordnijiet ta' ħlas tal-klijenti u dawk ta' bejn il-banek (interbank payment orders) għandu jibqa' fis-seħħ. Ladarba jitħabbar dan id-dewmien, ma jkunx possibli li jiġi rtirat.
(ċ) Il-ħin ta' l-egħluq għandu jiddewwem f'każijiet fejn il-ħsara fil-SSP tkun ġrat qabel is-18:00 u ma tkunx ġiet solvuta sas-18.00. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jikkomunika minnufih id-dewmien fil-ħin ta' l-egħluq lill-parteċipanti.
(d) Malli l-SSP jirkupra, għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin:
(i) Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jara li jagħmel settlement tal-ħlasijiet kollha fil-kju f'siegħa; dan il-ħin jitnaqqas għal 30 minuta fil-każ li l-ħsara tal-SSP isseħħ fil-17.30 jew aktar tard (f'każijiet fejn il-ħsara fil-SSP kienet għadha għaddejja fis-18.00).
(ii) Il-bilanċi finali tal-parteċipanti għandhom jiġu stabbiliti f'siegħa; dan il-ħin għandu jitnaqqas għal 30 minuta fil-każ li l-ħsara fil-SSP isseħħ fil-17.30 jew aktar tard, f'każijiet fejn il-ħsara fil-SSP kienet għadha għaddejja fis-18.00.
(iii) Fil-cut-off time għal ħlasijiet ta' bejn il-banek (interbank payments), għandu jseħħ l-ipproċessar ta' tmiem il-jum, inkluż ir-rikors għall-istanding facilities ta' l-Eurosistema.
(e) Sistemi anċillari li jeħtieġu likwidità filgħodu kmieni għandhom ikunu diġa' stabbilixxew mezzi dwar kif se jlaħħqu ma' każijiet fejn l-ipproċessar ta' bi nhar ma jkunx jista' jinbeda fil-ħin minħabba difett fil-SSP fil-jum ta' qabel.
6. Ipproċessar ta' kontinġenza
(a) Jekk jidhirlu li jkun meħtieġ, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jibda l-ipproċessar ta' kontinġenza ta' ordnijiet ta' ħlas fil-Modulu ta' Kontinġenza tal-SSP. F'dawn il-każijiet, il-parteċipanti għandhom jingħataw biss livell ta' servizz minimu. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-parteċipanti tiegħu bil-bidu ta' l-ipproċessar ta' kontinġenza permess ta' kull mezz disponibbli ta' komunikazzjoni.
(b) Fl-ipproċessar ta' kontinġenza, l-ordnijiet ta' ħlas għandhom ikunu pproċessati b'mod manwali mill-[niżżel l-isem tal-BĊ].
(ċ) Il-ħlasijiet li ġejjin għandhom jitqiesu “kritiċi ħafna” u [niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jagħmel l-għalmu tiegħu biex jipproċessahom f'sitwazzjonijiet ta' kontinġenza:
(i) ħlasijiet relatati mas-CLS Bank International;
(ii) settlement fi tmiem il-jum ta' EURO1; u
(iii) margin calls tal-kontroparti ċentrali.
(d) It-tipi ta' ħlas li ġejjin għandhom jitqiesu “kritiċi” u [niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jiddeċiedi biex jibda pproċessar ta' kontinġenza fir-rigward tagħhom:
(i) ħlasijiet fir-rigward tas-settlement f'ħin reali ta' sistemi interfaced ta' settlement ta' titoli; u
(ii) ħlasijiet addizjonali, jekk meħtieġa biex jiġi evitat ir-riskju sistemiku.
(e) Il-parteċipanti għandhom jibagħtu ordnijiet ta' ħlas għall-ipproċessar ta' kontinġenza, u l-informazzjoni lil min jitħallas għandha tingħata permezz ta' [niżżel il-mezzi ta' komunikazzjoni]. L-informazzjoni dwar il-bilanċi tal-kontijiet u l-entrati ta' debitu u kreditu tista' tiġi akkwistata permezz ta' [niżżel l-isem tal-BĊ].
(f) Ordnijiet ta' ħlas li jkunu ntbagħtu diġa' lit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], imma li jkunu fil-kju, jistgħu ukoll igħaddu mill-ipproċessar ta' kontinġenza. F'dawn il-każijiet il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jipprova bis-sħiħ biex jevita l-ipproċessar doppju ta' ordnijiet ta' ħlas, imma għandhom ikunu l-parteċipanti li jassumu r-riskju ta' dan l-ipproċessar doppju jekk dan iseħħ.
(ġ) Għall-ipproċessar ta' kontinġenza ta' ordnijiet ta' ħlas, il-parteċipanti għandhom jipprovdu garanzija addizzjonali. Matul l-ipproċessar ta' kontinġenza ħlasijiet ta' kontinġenza dovuti mingħand oħrajn (incoming) jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw ħlasijiet ta' kontinġenza dovuti lil oħrajn (outgoing). Għall-finijiet ta' l-ipproċessar ta' kontinġenza, il-likwidità disponibbli tal-parteċipanti tista' ma titqisx mill-[niżżel l-isem tal-BĊ].
7. Ħsarat marbuta ma' parteċipanti jew sistemi anċillari
(a) Fil-każ li parteċipant ikollu problema li żżommu milli jagħmel settlement ta' ħlasijiet fit-TARGET2, tkun ir-responsabbiltà tiegħu biex isolvi l-problema. B'mod partikolari, parteċipant jista' juża soluzzjonijiet in-house jew il-funzjonalità ta' l-ICM, jiġifieri ħlasijiet f'somma waħda ta' riżerva (backup) u ħlasijiet ta' kontinġenza ta' riżerva (CLS, EURO1, STEP2 pre-fund).
(b) Jekk parteċipant jiddeċiedi li juża l-funzjonalità ta' l-ICM biex jagħmel ħlasijiet f'somma waħda ta' riżerva, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu, jekk il-parteċipant jitlob hekk, jiftaħ din il-funzjonalità permezz ta' l-ICM. Jekk il-parteċipant jitlob hekk, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jittrasmetti messaġġ ta' komunikazzjoni ta' l-ICM biex jinforma lil parteċipanti oħra dwar l-użu ta' dak il-parteċipant ta' ħlasijiet f'somma waħda ta' riżerva. Il-parteċipant għandu jkun responsabbli biex jibgħat dawn il-ħlasijiet f'somma waħda ta' riżerva esklużivament lil parteċipanti oħra li magħhom ikun qabel bilateralment dwar l-użu ta' dawk il-ħlasijiet, u għandu jkun responsabbli wkoll għal passi oħra fir-rigward ta' dawn il-ħlasijiet.
(ċ) Jekk jintużaw il-miżuri kollha msemmija fis-subparagrafu (a) jew jekk huma ineffiċjenti, il-parteċipant jista' jitlob għajnuna minn [niżżel l-isem tal-BĊ].
(d) Fil-każ li xi ħsara taffettwa sistema anċillari, dik is-sistema anċillari għandha tkun responsabbli biex issolvi l-ħsara. Jekk is-sistema anċillari titlob hekk, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jaġixxi f'isimha. Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jkollu d-diskrezzjoni biex jiddeċiedi liema għajnuna għandu jagħti lis-sistema anċillari, inkluż matul l-operazzjonijiet ta' bil-lejl tas-sistema anċillari. Jistgħu jittieħdu l-miżuri ta' kontinġenza li ġejjin:
(i) is-sistema anċillari tagħti bidu għal ħlasijiet nodfa (jiġifieri ħlasijiet li mhumiex marbuta mat-tranżazzjoni relatata) permezz ta' l-Interface tal-Parteċipant;
(ii) il-[niżżel l-isem tal-BĊ] joħloq u/jew jipproċessa struzzjonijiet/fajls XML f'isem is-sistema anċillari; u/jew
(iii) il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jagħmel ħlasijiet nodfa f'isem is-sistema anċillari.
(e) Il-miżuri ta' kontinġenza ddettaljati fir-rigward ta' sistemi anċillari għandhom jiġu nklużi fl-arranġamenti bilaterali bejn il-[niżżel l-isem tal-BĊ] u s-sistema anċillari rilevanti.
8. Dispożizzjonijiet oħra
(a) Fil-każ li ċerta data ma tkunx disponibbli minħabba li jkun seħħ xi wieħed mill-każijiet msemmija fil-paragrafu 3(a), il-[niżżel l-isem tal-BĊ] huwa intitolat jibda jew ikompli jipproċessa ordnijiet ta' ħlas u/jew jopera t-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] fuq il-bażi ta' l-aħħar data disponibbli, kif iddeterminat minn [niżżel l-isem tal-BĊ]. Jekk mitlub minn [niżżel l-isem tal-BĊ], il-parteċipanti u s-sistemi anċillari għandhom jibagħtu mill-ġdid il-messaġġi FileAct/Interact tagħhom jew jieħdu kull azzjoni oħra li titqies xierqa minn [niżżel l-isem tal-BĊ].
(b) Fil-każ ta' xi ħsara ta' [niżżel l-isem tal-BĊ], xi wħud minn jew il-funzjonijiet kollha tekniċi tiegħu fir-rigward tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] jistgħu jitwettqu minn BĊi oħra ta' l-Eurosistema.
(ċ) Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jitlob li l-parteċipanti jipparteċipaw f'ittestjar regolari jew ad hoc ta' miżuri ta' kontinwità tan-negozju u ta' ipproċessar ta' kontinġenza, f'taħriġ jew f'kull arranġament preventiv ieħor, kif jitqies meħtieġ minn [niżżel l-isem tal-BĊ]. L-ispejjeż kollha li l-parteċipanti jkollhom b'riżultat ta' dan l-ittestjar jew arranġamenti oħra għandhom jitħallsu mill-parteċipanti biss.
Appendiċi V
SKEDA OPERATTIVA
1. It-TARGET2 tkun miftuħa fil-jiem kollha ħlief għas-Sibtijiet, il-Ħdud, l-Ewwel tas-Sena, il-Ġimgħa l-Kbira u t-Tnejn l-Għada tal-Għid (skond il-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE), l-1 ta’ Mejju, Jum il-Milied u s-26 ta’ Diċembru.
2. Il-ħin ta’ referenza għas-sistema huwa l-ħin lokali fis-sede tal-BĊE, jiġifieri CET jew CEST.
3. Il-jum tan-negozju kurrenti jiftaħ filgħaxija tal-jum tan-negozju ta’ qabel u jopera skond l-iskeda li ġejja:
Ħin |
Deskrizzjoni |
6.45-7.00 |
Pawsa ta’ negozju għall-preparazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ bi nhar (1) |
7.00-18.00 |
L-ipproċessar ta’ bi nhar |
17.00 |
Il-cut-off time għal ħlasijiet tal-klijenti (jiġifieri ħlasijiet meta l-oriġinatur u/jew il-benefiċjarju ta’ xi ħlas mhuwiex parteċipant dirett jew indirett kif identifikat fis-sistema bl-użu ta’ messaġġ MT 103 jew MT 103+) |
18.00 |
Il-cut-off time għal ħlasijiet ta’ bejn il-banek (interbank payments) (jiġifieri ħlasijiet oħra minbarra dawk tal-klijenti) |
18.00-18.45 (2) |
L-ipproċessar ta’ tmiem il-jum |
18.15 (2) |
Il-cut-off time ġenerali għall-użu ta’ standing facilities |
(Ftit wara) 18.30 (3) |
Id-data għall-aġġornament tas-sistemi ta’ kontabilità tinsab disponibbli lill-BĊi |
18.45-19.30 (3) |
L-ipproċessar tal-bidu tal-jum (jum ġdid tan-negozju) |
Għoti ta’ likwidità fil-kont PM |
|
19.30 (3) |
Messaġġ “tal-bidu tal-proċedura” u settlement tal-ordnijiet permanenti (standing orders) biex tiġi ttrasferita l-likwidità mill-kontijiet PM għas-subkont(ijiet)/kont mera (settlement relatat mas-sistema anċillari) |
19.30 (3)-22.00 |
Eżekuzzjoni ta’ trasferimenti addizzjonali ta’ likwidità permezz tal-ICM qabel ma s-sistema anċillari tibgħat il-messaġġ “tal-bidu taċ-ċiklu”; perijodu ta’ settlement ta’ operazzjonijiet ta’ bil-lejl tas-sistema anċillari (għall-proċedura ta’ settlement tas-sistema anċillari Nru. 6) |
22.00-1.00 |
Perijodu ta’ manutenzjoni teknika |
1.00–7.00 |
Proċedura għas-saldu ta’ operazzjonijiet ta’ matul il-lejl ta’ sistemi anċillari (għall-proċedura 6 tas-saldu b’sistema anċillari) |
(*) L-operazzjonijiet ta’ bi nhar tfisser l-ipproċessar ta’ bi nhar u l-ipproċessar ta’ tmiem il-jum. (**) Tispiċċa 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta’ manutenzjoni tar-riżerva tal-Eurosistema (***) Tibda 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta’ manutenzjoni tar-riżerva tal-Eurosistema |
4. L-ICM huwa disponibbli għal trasferimenti ta’ likwidità mis-19.30 ( 16 ) sas-18.00 tal-għada, ħlief għal matul il-perijodu ta’ manutenzjoni teknika bejn l-22.00 sas-1.00.
5. Is-sigħat operattivi jistgħu jinbidlu fil-każ li jiġu adottati miżuri ta’ kontinwità tan-negozju skont il-paragrafu 5 tal-Appendiċi IV.
Appendiċi VI
SKEDA TA' TARIFFI U FATTURAZZJONI
Tariffi għal parteċipanti diretti
1. It-tariffa ta' kull xahar għall-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas fit-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] għal parteċipanti diretti, jiddependi skond liema għażla jkun għamel il-parteċipant dirett, għandha tkun jew:
(a) EUR 100 għal kull kont PM u tariffa fissa għal kull tranżazzjoni (entrata ta' debitu) ta' EUR 0,80; jew
(b) EUR 1 250 għal kull kont PM u tariffa għal kull tranżazzjoni (entrata ta' debitu) ddeterminata kif ġej, ibbażata skond il-volum tat-tranżazzjonijiet (numru ta' elementi pproċessati) kull xahar:
Medda |
Minn |
Sa |
Prezz |
1 |
1 |
10 000 |
EUR 0,60 |
2 |
10 001 |
25 000 |
EUR 0,50 |
3 |
25 001 |
50 000 |
EUR 0,40 |
4 |
50 001 |
100 000 |
EUR 0,20 |
5 |
’Il fuq minn 100 000 |
— |
EUR 0,125 |
Fir-rigward ta' trasferimenti ta' likwidità bejn kont PM ta' parteċipant u s-subkontijiet tiegħu m’għandux ikunu hemm spejjeż (charges).
2. It-tariffa ta' kull xahar għal aċċess b’aktar minn destinatarju wieħed għandha tkun ta' EUR 80 għal kull indirizz BIC bi 8 diġits minbarra l-BIC tal-kont tal-parteċipant dirett.
3. Għandu jkun hemm tariffa ta' kull xahar addizzjonali, ta' EUR 30 kull kont, għal parteċipanti diretti li ma jixtiqux li l-BIC tal-kont tagħhom ikun ippubblikat fid-direttorju tat-TARGET2.
4. t-tariffa għal kull reġistrazzjoni minn parteċipant dirett ta' parteċipant indirett fid-direttorju tat-TARGET2 għandha tkun ta' EUR 20.
5. It-tariffa għal kull reġistrazzjoni fid-direttorju tat-TARGET2 ta' detentur ta' BIC indirizzabbli, inklużi fergħat ta' parteċipanti diretti w indiretti għandha tkun ta' EUR 5.
Tariffi għal pooling ta' likwidità
6. Għall-modalità CAI, it-tariffa ta' kull xahar għandha tkun ta' EUR 100 għal kull kont inkluż fil-grupp.
7. Għall-modalità AL, it-tariffa ta' kull xahar għandha tkun ta' EUR 200 għal kull kont inkluż fil-grupp AL. Jekk il-grupp AL juża l-modalità CAI, kontijiet mhux inklużi fil-modalità AL għandhom iħallsu t-tariffa ta' kull xahar tal-CAI ta' EUR 100 kull kont.
8. Kemm għall-modalità AL u l-modalità CAI, l-istruttura tat-tariffi għal tranżazzjoni digressiva stabbilita fit-tabella fil-paragrafu 1(b) għandha tapplika għall-ħlasijiet kollha mill-parteċipanti fil-grupp, bħallikieku dawn il-ħlasijiet intbagħtu minn kont ta' parteċipant wieħed.
9. It-tariffa ta' kull xahar ta' EUR 1 250 imsemmija fil-paragrafu 1(b) għandha titħallas mill-maniġer tal-grupp rilevanti u t-tariffa ta' kull xahar ta' EUR100 imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandha titħallas mill-membri l-oħra kollha tal-grupp. Jekk il-grupp AL huwa parti minn grupp CAI, u l-maniġer tal-grupp AL huwa l-istess maniġer tal-grupp CAI, it-tariffa ta' kull xahar ta' EUR 1 250 għandha titħallas darba waħda biss. Jekk il-grupp AL huwa parti minn grupp CAI u l-maniġer tal-grupp CAI huwa differenti mill-maniġer tal-grupp AL, allura l-maniġer tal-grupp CAI għandu jħallas tariffa addizjonali ta' kull xahar ta' EUR 1 250. F'dawn il-każijiet il-fattura għat-tariffi totali għall-kontijiet kollha fil-grupp CAI (inklużi l-kontijiet tal-grupp AL) għandha tintbagħat lill-maniġer tal-grupp CAI.
Fatturazzjoni
10. Fil-każ ta' parteċipanti diretti, japplikaw ir-regoli tal-fatturazzjoni li ġejjin. Il-parteċipant dirett (il-maniġer tal-grupp AL jew tal-grupp CAI fil-każ li jintużaw il-modalitajiet AL jew CAI) għandu jirċievi l-fattura għax-xahar ta' qabel fejn tispeċifika t-tariffi li għandhom jitħallsu, mhux aktar tard mill-ħames jum tan-negozju tax-xahar ta' wara. Il-ħlas għandu jsir mhux aktar tard mill-għaxar jum tax-xogħol ta' dak ix-xahar, fil-kont speċifikat minn [niżżel l-isem tal-BĊ] jew, għandu jiġi ddebitat mill-kont PM ta' dak il-parteċipant.
Appendiċi VII
FTEHIM TA' LIKWIDITÀ AGGREGATA – VARJANT A
Mudell għall-użu tal-modalità AL minn aktar minn istituzzjoni ta' kreditu waħda
Bejn, min-naħa l-waħda:
[parteċipant], detentur ta' kont (ijiet) PM Nru [...................................], ma' [niżżel isem il-BĊ] irrappreżentat minn [.............................................................], jaġixxi bħala [............................................],
[parteċipant], detentur ta' kont (ijiet) PM Nru [...................................], ma' [niżżel isem il-BĊ] irrappreżentat minn [.............................................................], jaġixxi bħala [.............................................],
[parteċipant], detentur ta' kont (ijiet) PM Nru [...................................], ma' [niżżel isem il-BĊ] irrappreżentat minn [...........................................................], jaġixxi bħala [...............................................],
(minn issa 'l quddiem “il-membri tal-grupp AL”)
u min-naħa l-oħra,
[niżżel isem il-BĊN tal-AL]
[niżżel isem il-BĊN tal-AL]
[niżżel isem il-BĊN tal-AL]
(minn issa 'l quddiem “il-BĊNi tal-AL”)
(Il-membri tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL minn issa 'l quddiem imsejħa kollettivament bħala l-“Partijiet”)
Billi:
(1) It-TARGET2 hija strutturata legalment bħala multipliċità ta' sistemi ta' ħlas, kull waħda minnhom hija indikata bħala sistema taħt il-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998, dwar il-finalità tas-settlement f'sistemi ta' ħlas u settlement ta' titoli ( 17 ).
(2) Il-parteċipanti f'sistema komponent waħda jew iżjed tat-TARGET2 jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fil-kundizzjonijiet rispettivi għal parteċipazzjoni f'sistemi komponenti tat-TARGET2, jistabbilixxu grupp AL, fejn il-likwidità fil-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL tiġi aggregata.
(3) L-aggregazzjoni tal-likwidità tippermetti lill-membri tal-grupp AL jagħmlu settlement ta' ordnijiet ta' ħlas għal ammont li jeċċedi l-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM rispettivi tagħhom, bil-kundizzjoni li l-valur totali ta' dawn l-ordnijiet kollha ta' ħlas qatt ma jaqbeż l-ammont aggregat tal-likwidità disponibbli f'dawk il-kontijiet PM kollha. Il-pożizzjoni ta' debitu li tirriżulta f'wieħed minn dawn il-kontijiet PM jew aktar, tikkostitwixxi kreditu intraday, li l-għoti tiegħu huwa ggvernat mill-arranġamenti nazzjonali rispettivi, salvi l-modifikazzjonijiet deskritti f'dan il-ftehim; b'mod partikolari, din il-pożizzjoni ta' debitu hija ggarantita (collateralised) mal-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM ta' membri oħra tal-grupp AL.
(4) L-effett ta' dan il-mekkaniżmu m'hu bl-ebda mod biex jingħaqdu l-kontijiet PM varji, li, salvi l-limitazzjonijiet deskritti f'dan il-ftehim, jibqgħu esklussivament miżmuma mid-detenturi rispettivi tagħhom.
(5) Dan il-mekkaniżmu jaħseb biex jevita l-ifframmentar tal-likwidità fis-sistemi komponenti tat-TARGET2 differenti, u jissimplifika l-immaniġġjar tal-likwidità ġewwa grupp ta' istituzzjonijiet ta' kreditu.
(6) Dan il-mekkaniżmu jtejjeb l-effiċjenza globali tas-settlement tal-ħlasijiet fit-TARGET2.
(7) [Parteċipant], [parteċipant] u [parteċipant] huma konnessi rispettivament mat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], u TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] u huma marbuta bi [daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati] ta' [niżżel id-dati rilevanti],
Issa, għalhekk, il-Partijiet jaqblu dan li ġej:
Artikolu 1
Effettività ta' dan il-ftehim
Dan il-ftehim u kull emenda tiegħu għandhom ikunu effettivi biss meta l-BĊN li jimmaniġġja, wara li jkun akkwista kull informazzjoni jew dokumenti li huwa jidhirlu xieraq, jikkonferma bil-miktub li dan il-ftehim jew xi emendi tiegħu jaderixxu ma' l-obbligi stabbiliti fil-kundizzjonijiet rispettivi għal parteċipazzjoni f'sistemi komponenti tat-TARGET2.
Artikolu 2
Interess reċiproku tal-membri tal-grupp AL u tal-BĊNi tal-AL
1. Il-membri tal-grupp AL jiddikjaraw b'mod ċar u jirrikonoxxu li l-parteċipazzjoni tagħhom f'dan il-ftehim isservi tajjeb l-interessi ekonomiċi, soċjali u finanzjarji reċiproċi tagħhom billi l-ordnijiet ta' ħlas tal-membri kollha tal-grupp AL jistgħu jiġu settled fis-sistemi komponenti tat-TARGET2 rispettivi tagħhom, sa ammont li jikkorrispondi mal-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM tal-membri kollha tal-grupp AL, b'hekk tiġi ddistribwita (leveraging) l-likwidità disponibbli f'sistemi komponenti oħra tat-TARGET2.
2. Il-BĊNi tal-AL għandhom interess reċiproku li jipprovdu kreditu intraday lill-membri tal-grupp AL, billi dan jippromwovi l-effiċjenza globali tas-settlement tal-ħlasijiet fit-TARGET2. Il-kreditu intraday huwa ggarantit (collateralised) skond l-Artikolu 18 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew billi l-bilanċ ta' debitu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ħlas huwa kopert bil-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM miżmuma mill-membri l-oħra tal-grupp AL mal-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom, li huma ggarantiti (collateralised) għat-twettiq ta' l-obbligi min-naħa ta' xi membru tal-grupp AL favur il-BĊNi tal-AL.
Artikolu 3
Id-drittijiet u l-obbligi tal-membri tal-grupp AL
1. Il-membri tal-grupp AL għandhom ikunu flimkien u in solidum bejniethom responsabbli lejn il-BĊNi tal-AL kollha fir-rigward tat-talbiet kollha li jirriżultaw mis-settlement, fis-sistema komponent tat-TARGET2 rispettiva tagħhom, ta' l-ordni ta' ħlas ta' xi membru tal-grupp AL. Il-membri tal-grupp AL m'għandhomx ikunu intitolati jistrieħu fuq xi arranġamenti interni tal-grupp dwar it-tqassim tar-responsabbiltajiet biex jevitaw xi responsabbiltà lejn il-BĊNi tal-AL fir-rigward ta' l-aggregazzjoni tar-responsabbiltajiet kollha hawn fuq imsemmija.
2. Il-valur totali ta' l-ordnijiet kollha ta' ħlas settled mill-membri tal-grupp AL fil-kontijiet PM tagħhom ma jista' qatt jaqbeż l-ammont aggregat tal-likwidità kollha disponibbli f'dawk il-kontijiet PM kollha.
3. Il-membri tal-grupp AL għandhom ikunu awtorizzati biex jużaw il-modalità CAI, kif deskritt fi [daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) li jimplimenta(w) il-Kundizzjonijiet Armonizzati].
4. Il-membri tal-grupp AL għandhom jiżguraw li jkun hemm ftehim intern bejniethom li jinkludi inter alia:
(a) ir-regoli ta' l-organizzazzjoni interna tal-grupp AL;
(b) il-kundizzjonijiet li skondhom il-maniġer tal-grupp AL għandu l-obbligu li jirrapporta lill-membri tal-grupp AL;
(ċ) l-ispejjeż tal-modalità AL (inkluża l-allokazzjoni tagħhom bejn il-membri tal-grupp AL); u
(d) it-tariffi biex jitħallsu bħala remunerazzjoni bejn il-membri tal-grupp AL għas-servizzi skond il-ftehim AL, u r-regoli biex tiġi kkalkulata l-kunsiderazzjoni finanzjarja.
4. Bl-eċċezzjoni tas-subparagrafu (d), il-membri tal-grupp AL jistgħu jiddeċiedu jekk jiżvelawx jew le dan il-ftehim intern jew xi partijiet minnu lill-BĊNi tal-AL. Il-membri tal-grupp AL għandhom jiżvelaw l-informazzjoni msemmija fis-subparagrafu (d) lill-BĊNi tal-AL.
Artikolu 4
Id-drittijiet u l-obbligi tal-BĊNi tal-AL
1. Meta xi membru tal-grupp AL jibgħat ordni ta' ħlas lis-sistema komponent tat-TARGET2 rispettiva tiegħu għal ammont li jeċċedi l-likwidità disponibbli fil-kont PM ta' dan il-membru tal-grupp AL, il-BĊN tal-AL rispettiv tiegħu għandu jestendi l-kreditu intraday li huwa ggarantit (collateralised) bil-likwidità disponibbli f'kontijiet PM oħra miżmuma mill-membru tal-grupp AL mal-BĊN tal-AL rispettiv tiegħu jew fil-kontijiet PM miżmuma mill-membri l-oħra tal-grupp AL mal-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom. Dan il-kreditu intraday għandu jkun irregolat bir-regoli li japplikaw għall-għoti ta' kreditu intraday minn dak il-BĊN tal-AL.
2. Ordnijiet ta' ħlas mibgħuta minn xi membru tal-grupp AL li għandhom l-effett li jeċċedu l-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL, għandhom jitqiegħdu fil-kju sakemm issir disponibbli likwidità biżżejjed.
3. Ħlief għall-bidu ta' proċedimenti ta' insolvenza kontra xi wieħed jew aktar mill-membri tal-grupp AL, BĊN tal-AL jista' jitlob minn kull membru tal-grupp AL it-twettiq sħiħ ta' l-obbligi kollha li jirriżultaw mis-settlement ta' l-ordnijiet ta' ħlas ta' kull membru tal-grupp AL fis-sistema komponent tat-TARGET2 ta' l-istess membru.
Artikolu 5
Ħatra u rwol tal-maniġer tal-grupp AL
1. Il-membri tal-grupp AL qiegħdin hawnhekk jaħtru bħala l-maniġer tal-grupp AL [indika l-parteċipant maħtur bħala l-maniġer tal-grupp AL], li għandu jkun il-kuntatt għall-kwistjonijiet amministrattivi kollha relatati mal-grupp AL.
2. Il-membri kollha tal-grupp AL għandhom jipprovdu lill-BĊN tal-AL rispettiv tagħhom, kif ukoll lill-maniġer tal-grupp AL, kull informazzjoni li tista' taffettwa l-validità, l-infurzabbiltà u l-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim, inkluż, mingħajr limitu, kull modifika jew it-tmiem tar-rabtiet bejn il-membri tal-grupp AL meħtieġa għall-konformità mad-definizzjoni ta' grupp stabbilita fi [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati], is-seħħ ta' xi każ ta' inadempjenza fit-tifsira ta' [daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati] jew kull każ li jista' jaffettwa l-validità u/jew l-infurzabbiltà ta' [daħħal ir-referenza għar-rahan, id-dispożizzjonijiet dwar il-close-out netting jew kull dispożizzjoni rilevanti oħra ta' l-arranġament(i) li jimplimenta(w) il-Kundizzjonijiet Armonizzati].
3. Il-maniġer tal-grupp AL għandu jgħaddi immedjatament lill-BĊN li jimmaniġġja kull informazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 li jkollha x'taqsam miegħu nnifsu jew ma' kull membru ieħor tal-grupp AL.
4. Il-maniġer tal-grupp AL għandu jkun responsabbli fir-rigward tas-sorveljar intraday tal-likwidità disponibbli ġol-grupp AL.
5. Il-maniġer tal-grupp AL għandu jkollu prokura fuq il-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL u, b'mod partikolari, għandu jaġixxi bħala l-aġent tal-membri tal-grupp AL fir-rigward ta' l-operazzjonijiet li ġejjin:
(a) kull operazzjoni tal-ICM fir-rigward tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL, inklużi, imma mhux illimitati għal, kull tibdil fil-prijorità ta' ordni ta' ħlas, revoka, bidla fil-ħin tas-settlement, trasferimenti ta' likwidità (inklużi minn u lis-subkontijiet), l-irranġar mill-ġdid ta' tranżazzjonijiet fil-kju, ir-riżervazzjoni ta' likwidità fir-rigward tal-grupp AL, u l-iffissar u t-tibdil tal-limiti fir-rigward tal-grupp AL;
(b) it-tranżazzjonijiet kollha ta' likwidità ta' tmiem il-jum bejn il-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL li jiżguraw li l-bilanċi kollha tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL huma llivellati (levelled out), sabiex l-ebda minn dawn il-kontijiet ma jkollu bilanċ ta' debitu fi tmiem il-jum jew, meta applikabbli, bilanċ ta' debitu mhux iggarantit minn garanzija eliġibbli (minn issa 'l quddiem din il-proċedura hija msemmija bħala “livellar” (levelling out));
(ċ) struzzjonijiet ġenerali li skondhom għandu jsir livellar awtomatiku, jiġifieri d-definizzjoni tas-sekwenza tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL b'likwidità disponibbli biex jiġu ddebitati ġol-livellar;
(d) fin-nuqqas ta' kull struzzjoni ċara mill-maniġer tal-grupp AL, kif stabbilit fis-subparagrafi (b) u (ċ), għandu jitwettaq livellar awtomatiku, fejn jibda bil-kont PM bl-ogħla bilanċ ta' kreditu lejn il-kont PM bl-ogħla bilanċ ta' debitu.
5. L-istess kriterji kif iddefiniti fis-subparagrafi (ċ) u (d) għandhom jintużaw jekk iseħħ xi każ ta' infurzar, kif iddefinit fi [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati].
6. Il-membri tal-grupp AL jirrinunzjaw b'mod espliċitu kull dritt li jista' jkollhom kontra l-maniġer tal-grupp AL skond [daħħal, jekk tapplika, referenza għad-dispożizzjoni relevanti tal-liġi nazzjonali], li jirriżultaw mit-taħlita tal-kapaċità ta' dak il-maniġer bħala detentur ta' kont PM u membru tal-grupp AL bil-kapacità tiegħu bħala maniġer tal-grupp AL.
Artikolu 6
Rwol tal-BĊN li jimmaniġġja
1. Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jkun il-kuntatt regolari għall-kwistjonijiet amministrattivi kollha fir-rigward tal-grupp AL.
2. Il-BĊNi tal-AL kollha għandhom jipprovdu minnufih lill-BĊN li jimmaniġġja kull informazzjoni dwar il-membru(i) tal-grupp AL rispettiv(i) tagħhom li tista' taffettwa l-validità, l-infurzabbiltà u l-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim, inkluża imma mhux illimitata għal kull modifika jew it-tmiem tar-rabtiet bejn il-membri tal-grupp AL meħtieġa għall-konformità mad-definizzjoni ta' grupp, is-seħħ ta' xi każ ta' inadempjenza fit-tifsira ta' [daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati] jew każijiet li jistgħu jaffettwaw il-validità u/jew l-infurzabbiltà ta' [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rahan, il-close-out netting jew dispożizzjonijiet oħra rilevanti ta' l-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati].
3. Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha rilevanti fir-rigward tal-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL, inkluż, imma mhux illimitat għal, informazzjoni fir-rigward ta' kull linja ta' kreditu, bilanċ, fattura totali, ħlasijiet settled, ħlasijiet fil-kju, kif ukoll informazzjoni dwar il-limiti u r-riżervazzjonijiet ta' likwidità tal-membri tal-grupp AL.
Artikolu 7
Tul ta' żmien u tmiem ta' dan il-ftehim
1. Dan il-ftehim għandu jibqa' fis-seħħ għal żmien indefinit.
2. Kull wieħed mill-membri tal-grupp AL jista' itemm unilateralment il-parteċipazzjoni tiegħu f'dan il-ftehim, iżda jrid jagħti notifika bil-miktub ta' 14-il jum ta' negozju lil dak il-BĊN ta' l-AL li fis-sistema komponent tat-TARGET2 tiegħu huwa jipparteċipa, u lill-BĊN li jimmaniġġja. Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jikkonferma mal-membru tal-grupp AL id-data tat-tmiem tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-ftehim AL, u għandu jikkomunika din id-data lill-BĊNi ta' l-AL kollha, li għandhom jinfurmaw lill-membri tal-grupp AL tagħhom dwar dan. Jekk dak il-membru tal-grupp AL kien il-maniġer tal-grupp AL, il-membri tal-grupp AL li jifdal għandhom jaħtru minnufih maniġer ġdid tal-grupp AL.
3. Dan il-ftehim jew il-parteċipazzjoni ta' kull membru tal-grupp AL f'dan il-ftehim, skond kif ikun il-każ, għandha tkun awtomatikament imtemma mingħajr notifika minn qabel u b'effett immedjat jekk iseħħ xi wieħed jew aktar mill-każijiet li ġejjin:
(a) modifika jew tmiem tar-rabtiet bejn il-membri kollha tal-grupp AL meħtieġa għall-konformità mad-definizzjoni ta' grupp, kif stabbilit fi [daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati], jew li taffettwa xi membru jew aktar tal-grupp AL; u/jew
(b) kull rekwiżit ieħor biex tintuża' l-modalità AL, kif deskritt fi [daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati] m'humiex aktar sodisfatti mill-membri kollha tal-grupp AL, jew membru jew aktar tal-grupp AL.
4. Minkejja li jseħħ xi wieħed mill-każijiet deskritti fil-paragrafu 3, ordni ta' ħlas li tkun intbagħtet diġa“minn membru tal-grupp AL fis-sistema komponent tat-TARGET2 rilevanti għandha tibqa” valida w infurzabbli fir-rigward tal-membri kollha tal-grupp AL u l-BĊNi ta' l-AL. [Daħħal jekk rilevanti: Barra minn dan, il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti tar-rahan u/jew dwar il-close-out netting jew arranġamenti oħra tas-sigurtà rilevanti] għandu jibqa' validu wara t-tmiem ta' dan il-ftehim sakemm il-pożizzjonijiet kollha ta' debitu, fil-kontijiet PM li l-likwidità tagħhom kienet aggregata, huma onorati għal kollox mill-membri tal-grupp AL.]
5. Bla ħsara għall-paragrafu 3, il-BĊN li jimmaniġġja, bi ftehim mal-BĊN tal-AL rilevanti, jista' f'kull ħin itemm mingħajr notifika minn qabel u b'effett immedjat, il-parteċipazzjoni ta' kull membru tal-grupp AL f'dan il-ftehim jekk dak il-membru tal-grupp AL ikun qed jikser xi waħda mid-dispożizzjonijiet. Din id-deċiżjoni għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-membri kollha tal-grupp AL fejn tinkludi r-raġunijiet wara dik id-deċiżjoni. Jekk il-parteċipazzjoni tintemm b'dan il-mod, il-membri tal-grupp AL li l-parteċipazzjoni tagħhom f'dan il-ftehim ma tkunx intemmet, huma intitolati biex itemmu l-parteċipazzjoni tagħhom f'dan il-ftehim bil-kundizzjoni li jagħtu lill-BĊN li jimmaniġġja u lill-BĊN tal-AL rilevanti notifika bil-miktub ta' ħamest ijiem ta' negozju. Jekk il-parteċipazzjoni tal-maniġer tal-grupp AL tintemm, il-membri tal-grupp AL li jifdal għandhom jaħtru minnufih maniġer ġdid tal-grupp AL.
6. Il-BĊN li jimmaniġġja, bi ftehim mal-BĊNi tal-AL l-oħra, jista' itemm dan il-ftehim mingħajr notifika minn qabel u b'effett immedjat jekk l-involviment tiegħu jkun se jipperikola l-istabbiltà globali, il-validità u s-sigurtà tat-TARGET2, jew jippreġudika t-twettiq mill-BĊNi tal-AL, tal-ħidmiet tagħhom skond l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Kull deċiżjoni biex jagħmel dan għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-membri tal-grupp AL, filwaqt li tinkludi r-raġunijiet għad-deċiżjoni.
7. Dan il-ftehim għandu jibqa' validu sakemm ikun hemm mill-anqas żewġ membri tal-grupp AL.
Artikolu 8
Proċedura ta' emenda
Kull tibdil ta' dan il-ftehim, inkluża l-estensjoni tal-grupp AL għal parteċipanti oħra, għandu jkun validu w infurzabbli biss jekk ikun hemm qbil ċar mill-partijiet kollha bil-miktub.
Artikolu 9
Liġi li tirregola
Dan il-ftehim għandu jkun irregolat, miftiehem u implimentat skond il-[daħħal ir-referenza għal-liġi li tirregola l-kont PM tal-maniġer tal-grupp AL miżmum mal-BĊN li jimmaniġġja]. Dan għandu jkun bla ħsara għal:
(a) ir-relazzjoni bejn membru tal-grupp AL u l-BĊN tal-AL rispettiv tiegħu rregolata bil-liġi tal-BĊN tal-AL rispettiv, u
(b) id-drittijiet u l-obbligi bejn il-BĊNi tal-AL irregolati bil-liġi tal-BĊN tal-AL li jżomm il-kont PM tal-membru tal-grupp AL li l-likwidità disponibbli tiegħu tintuża bħala garanzija.
Artikolu 10
Applikazzjoni ta' [daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati]
1. Fir-rigward ta' kull membru tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' [daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati] għandhom jirregolaw kull kwistjoni mhux irregolata b'mod ċar minn dan il-ftehim.
2. [Daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati] u dan il-ftehim għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-istess relazzjoni kuntrattwali.
Magħmul, f'numru ta' kopji daqs kemm hawn partijiet, il-[...data….]
FTEHIM TA' LIKWIDITÀ AGGREGATA – VARJANT B
Mudell għall-użu tal-modalità AL minn istituzzjoni ta' kreditu waħda
Bejn, min-naħa l-waħda: [isem u indirizz ta' istituzzjoni ta' kreditu] irrappreżentata minn [.....], jaġixxi bħala
[parteċipant], detentur ta' kont (ijiet) PM Nru [...................................], ma' [niżżel isem il-BĊ],
[parteċipant], detentur ta' kont (ijiet) PM Nru [...................................], ma' [niżżel isem il-BĊ],
[parteċipant], detentur ta' kont (ijiet) PM Nru [...................................], ma' [niżżel isem il-BĊ],
(il-parteċipanti minn issa 'l quddiem imsejħa il-“membri tal-grupp AL”)
u min-naħa l-oħra,
[niżżel isem il-BĊN tal-AL]
[niżżel isem il-BĊN tal-AL]
[niżżel isem il-BĊN tal-AL]
(minn issa 'l quddiem “il-BĊNi tal-AL”)
(Il-membri tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL minn issa 'l quddiem kollettivament imsejħa bħala l-“Partijiet”)
Billi:
(1) It-TARGET2 hija strutturata legalment bħala multipliċità ta' sistemi ta' ħlas, kull waħda minnhom hija indikata bħala sistema taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998, dwar il-finalità tas-settlement f'sistemi ta' ħlas u settlement ta' titoli ( 18 ).
(2) Istituzzjoni ta' kreditu b'diversi kontijiet PM f'sistema komponent waħda jew iżjed tat-TARGET2 tista', taħt ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fil-kundizzjonijiet rispettivi għal parteċipazzjoni f'sistemi komponenti tat-TARGET2, tistabbilixxi grupp AL, fejn il-likwidità f'dawk il-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL tiġi aggregata.
(3) L-aggregazzjoni tal-likwidità tħalli lill-membri tal-grupp AL iwettqu settlement ta' ordnijiet ta' ħlas għal ammont li jeċċedi l-likwidità disponibbli f'kont PM wieħed, bil-kundizzjoni li l-valur totali ta' dawn l-ordnijiet kollha ta' ħlas qatt ma jaqbeż l-ammont aggregat tal-likwidità disponibbli f'dawk il-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL. Il-pożizzjoni ta' debitu li tirriżulta f'wieħed minn dawn il-kontijiet PM jew aktar tikkostitwixxi kreditu intraday, li l-għoti tiegħu huwa rregolat mill-arranġamenti nazzjonali rispettivi, salvi l-modifikazzjonijiet deskritti f'dan il-ftehim; b'mod partikolari, din il-pożizzjoni ta' debitu hija ggarantita (collateralised) bil-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL.
(4) L-effett ta' dan il-mekkaniżmu m'hu bl-ebda mod biex jingħaqdu l-kontijiet PM varji, li, salvi l-limitazzjonijiet deskritti f'dan il-ftehim, jibqgħu miżmuma separatament mill-membri tal-grupp AL.
(5) Dan il-mekkaniżmu jaħseb biex jevita l-ifframmentar tal-likwidità fis-sistemi komponenti tat-TARGET2 differenti u jissimplifika l-immaniġġjar tal-likwidità tal-membri tal-grupp AL.
(6) Dan il-mekkaniżmu jtejjeb l-effiċjenza globali tas-settlement tal-ħlasijiet fit-TARGET2.
(7) [Parteċipant], [parteċipant] u [parteċipant] huma konnessi rispettivament mat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], u TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] u huma marbuta bi [daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) li jimplimenta(w) il-Kundizzjonijiet Armonizzati] ta' [niżżel id-dati rilevanti],
Issa, għalhekk, il-Partijiet jaqblu dan li ġej:
Artikolu 1
Effettività ta' dan il-ftehim
Dan il-ftehim u kull emenda tiegħu għandhom ikunu effettivi biss meta l-BĊN li jimmaniġġja, wara li jkun akkwista kull informazzjoni jew dokumenti li huwa jidhirlu xieraq, jikkonferma bil-miktub li dan il-ftehim jew xi emendi tiegħu jaderixxu ma' l-obbligi stabbiliti fil-kundizzjonijiet rispettivi għal parteċipazzjoni f'sistemi komponenti tat-TARGET2
Artikolu 2
Interess reċiproku tal-BĊNi tal-AL
Il-BĊNi tal-AL għandhom interess reċiproku li jipprovdu kreditu intraday lill-membri tal-grupp AL, billi dan jippromwovi l-effiċjenza globali tas-settlement tal-ħlasijiet fit-TARGET2. Il-kreditu intraday huwa ggarantit (collateralised) skond l-Artikolu 18 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew billi l-bilanċ ta' debitu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta' ordni ta' ħlas huwa kopert bil-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM miżmuma mill-membri tal-grupp AL mal-BĊNi tal-AL rispettivi, li huma ggarantiti (collateralised) għat-twettiq ta' l-obbligi min-naħa tal-membri tal-grupp AL favur il-BĊNi tal-AL.
Artikolu 3
Id-drittijiet u l-obbligi tal-membri tal-grupp AL
1. Il-membri tal-grupp AL għandhom ikunu responsabbli lejn il-BĊNi tal-AL kollha fir-rigward tat-talbiet kollha li jirriżultaw mis-settlement fis-sistemi komponenti tat-TARGET2 rispettivi tagħhom, ta' l-ordnijiet ta' ħlas ta' kull membru tal-grupp AL.
2. Il-valur totali ta' l-ordnijiet kollha ta' ħlas settled mill-membri tal-grupp AL fil-kontijiet PM tagħhom qatt ma jista' jaqbeż l-ammont aggregat tal-likwidità disponibbli f'dawk il-kontijiet PM kollha.
3. Il-membri tal-grupp AL għandhom ikunu awtorizzati biex jużaw il-modalità ta' l-informazzjoni tal-kont ikkonsolidat (CAI), kif deskritt fi [daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) nazzjonali li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati].
Artikolu 4
Id-drittijiet u l-obbligi tal-BĊNi tal-AL
1. Meta membru tal-grupp AL jibgħat ordni ta' ħlas lil sistema komponent tat-TARGET2 għal ammont li jeċċedi l-likwidità disponibbli fil-kont PM ta' dak il-membru tal-grupp AL, il-BĊN tal-AL relevanti għandu jestendi l-kreditu intraday li huwa ggarantit (collateralised) bil-likwidità disponibbli f'kontijiet PM oħra miżmuma mill-membru tal-grupp AL mal-BĊN tal-AL rispettiv tiegħu, jew f'kontijiet PM miżmuma minn membri oħra tal-grupp AL mal-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom. Dan il-kreditu intraday għandu jkun irregolat bir-regoli li japplikaw għall-għoti ta' kreditu intraday minn dawk il-BĊNi tal-AL.
2. Ordnijiet ta' ħlas mibgħuta mill-membri tal-grupp AL li għandhom l-effett li jeċċedu l-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL, għandhom jitqiegħdu fi kju sakemm likwidità biżżejjed issir disponibbli.
3. Kull BĊN tal-AL jista' jitlob mill-membri tal-grupp AL it-twettiq sħiħ ta' l-obbligi kollha li jirriżultaw mis-settlement ta' l-ordnijiet ta' ħlas tal-membri tal-grupp AL fis-sistemi komponenti tat-TARGET2 li fihom iżommu kontijiet PM.
Artikolu 5
Ħatra u rwol tal-maniġer tal-grupp AL
1. Il-membri tal-grupp AL qiegħdin hawnhekk jaħtru bħala l-maniġer tal-grupp AL [indika l-parteċipant maħtur bħala l-maniġer tal-grupp AL], li għandu jkun il-kuntatt għall-kwistjonijiet amministrattivi kollha relatati mal-grupp AL.
2. Il-membri tal-grupp AL għandhom jipprovdu lill-BĊNi tal-AL rilevanti kull informazzjoni li tista' taffettwa l-validità, l-infurzabbiltà u l-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim, inkluż, mingħajr limitu, is-seħħ ta' kull każ ta' inadempjenza fit-tifsira ta' [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati] jew kull każ li jista' jaffettwa l-validità u/jew l-infurzabbiltà ta' [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rahan, dwar il-close-out netting jew kull dispożizzjoni rilevanti oħra ta' l-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati].
3. Il-maniġer tal-grupp AL għandu jgħaddi minnufih lill-BĊN li jimmaniġġja kull informazzjoni deskritta fil-paragrafu 2.
4. Il-maniġer tal-grupp AL għandu jkun responsabbli fir-rigward tas-sorveljar intraday tal-likwidità disponibbli ġewwa l-grupp AL.
5. Il-maniġer tal-grupp AL għandu jkollu prokura fuq il-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL u, b'mod partikolari, għandu jwettaq l-operazzjonijiet li ġejjin:
(a) kull operazzjoni tal-ICM fir-rigward tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL, inkluż, imma mhux illimitat għal, kull tibdil fil-prijorità ta' xi ordni ta' ħlas, revoka, bidla fil-ħin tas-settlement, trasferimenti ta' likwidità (inkluż minn u lil subkontijiet), l-irranġar mill-ġdid ta' tranżazzjonijiet fil-kju, ir-riżervazzjoni ta' likwidità fir-rigward tal-grupp AL, u l-iffissar u t-tibdil tal-limiti fir-rigward tal-grupp AL;
(b) it-tranżazzjonijiet kollha ta' likwidità ta' tmiem il-jum bejn il-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL li jiżguraw li l-bilanċi kollha tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL huma llivellati (levelled out), sabiex l-ebda minn dawn il-kontijiet ma jkollu bilanċ ta' debitu fi tmiem il-jum jew, meta applikabbli, bilanċ ta' debitu mhux iggarantit minn garanzija eliġibbli (minn issa 'l quddiem din il-proċedura hija msemmija bħala “livellar” (levelling out));
(ċ) struzzjonijiet ġenerali liema skond għandu jsir livellar awtomatiku, jiġifieri d-definizzjoni tas-sekwenza tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL b'likwidità disponibbli biex jiġu ddebitati ġol-livellar;
(d) fin-nuqqas ta' kull struzzjoni espliċita mill-maniġer tal-grupp AL, kif stabbilit fis-subparagrafi (b) u (ċ), għandu jitwettaq livellar awtomatiku, fejn jibda bil-kont PM bl-ogħla bilanċ ta' kreditu lejn il-kont PM bl-ogħla bilanċ ta' debitu.
5. L-istess kriterji kif iddefiniti fis-subparagrafi (ċ) u (d) għandhom jintużaw jekk iseħħ xi każ ta' infurzar, kif iddefinit fi [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati].
Artikolu 6
Rwol tal-BĊN li jimmaniġġja
1. Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jkun il-kuntatt regolari għall-kwistjonijiet amministrattivi kollha fir-rigward tal-grupp AL.
2. Il-BĊNi tal-AL kollha għandhom jipprovdu minnufih lill-BĊN li jimmaniġġja kull informazzjoni dwar il-membru tal-grupp AL li tista' taffettwa l-validità, l-infurzabbiltà u l-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim, inkluża imma mhux illimitata għas-seħħ ta' xi każijiet ta' inadempjenza fit-tifsira ta' [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati] jew każijiet li jistgħu jaffettwaw il-validità u/jew l-infurzabbiltà ta' [daħħal ir-riferenza għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rahan, dwar il-close-out netting jew dispożizzjonijiet oħra rilevanti ta' l-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati].
3. Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha rilevanti fir-rigward tal-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL, inkluża, imma mhux illimitata għal, informazzjoni fir-rigward ta' kull linja ta' kreditu, il-bilanċ, il-fattura totali, ħlasijiet settled, ħlasijiet fi kju, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-limiti u r-riżervazzjonijiet ta' likwidità tal-membri tal-grupp AL.
Artikolu 7
Tul ta' żmien u tmiem ta' dan il-ftehim
1. Dan il-ftehim għandu jibqa' fis-seħħ għal żmien indefinit.
2. Kull wieħed mill-membri tal-grupp AL jista' itemm unilateralment il-parteċipazzjoni tiegħu f'dan il-ftehim, iżda jrid jagħti notifika bil-miktub ta' 14-il jum ta' negozju lil dak il-BĊN ta' l-AL li fis-sistema komponent tat-TARGET2 tiegħu huwa jipparteċipa, u lill-BĊN li jimmaniġġja. Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jikkonferma mal-membru tal-grupp AL id-data tat-tmiem tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-ftehim AL, u għandu jikkomunika din id-data lill-BĊNi tal-AL kollha li għandhom jinfurmaw lill-membri tal-grupp AL tagħhom dwar dan. Jekk dak il-membru tal-grupp AL kien il-maniġer tal-grupp AL, il-memrbi tal-grupp AL li jifdal għandhom jaħtru minnufih maniġer ġdid tal-grupp AL.
3. Dan il-ftehim għandu jintemm awtomatikament mingħajr notifika minn qabel u b'effett immedjat jekk l-obbligi biex tintuża l-modalità AL, kif deskritt fi [daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati] m'humiex aktar sodisfatti.
4. Minkejja li jseħħ xi wieħed mill-każijiet deskritti fil-paragrafu 3, ordni ta' ħlas li tkun intbagħtet diġa“mill-membru tal-grupp AL fis-sistema komponent tat-TARGET2 rilevanti, għandha tibqa” valida w infurzabbli fir-rigward tal-membri kollha tal-grupp AL u l-BĊNi ta' l-AL. [Daħħal jekk rilevanti: Barra minn dan, il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti dwar ir-rahan u/jew dwar il-close-out netting jew arranġamenti oħra dwar sigurtà rilevanti] għandu jibqa' validu wara t-tmiem ta' dan il-ftehim, sakemm il-pożizzjonijiet kollha ta' debitu fil-kontijiet PM li l-likwidità tagħhom kienet aggregata, huma onorati għal kollox mill-membri tal-grupp AL.]
5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-BĊN li jimmaniġġja, bi ftehim mal-BĊNi tal-AL rilevanti, jista' f'kull ħin itemm dan il-ftehim jekk xi membru tal-grupp AL ikun qed jikser xi waħda mid-dispożizzjonijiet tiegħu. Din id-deċiżjoni għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-membri kollha tal-grupp AL fejn tinkludi r-raġunijiet wara dik id-deċiżjoni.
6. Il-BĊN li jimmaniġġja, bi ftehim mal-BĊNi tal-AL l-oħra, jista' jtemm dan il-ftehim jekk l-involviment tiegħu jkun se jipperikola l-istabbiltà globali, il-validità u s-sigurtà tat-TARGET2, jew jippreġudika t-twettiq, mill-BĊNi tal-AL, tal-ħidmiet tagħhom skond l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Kull deċiżjoni biex itemm dan il-ftehim għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-membri tal-grupp AL, filwaqt li tinkludi r-raġunijiet għad-deċiżjoni.
Artikolu 8
Proċedura ta' emenda
Kull tibdil ta' dan il-ftehim, inkluża l-estensjoni tal-grupp AL għal parteċipanti oħra, għandu jkun validu w infurzabbli biss jekk ikun hemm qbil ċar mill-partijiet kollha bil-miktub.
Artikolu 9
Liġi li tirregola
Dan il-ftehim għandu jkun irregolat, miftiehem u implimentat skond il-[daħħal ir-referenza għal-liġi li tirregola l-kont PM tal-maniġer tal-grupp AL]. Dan għandu jkun bla ħsara għal:
(a) ir-relazzjoni bejn il-membri tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom irregolata bil-liġi tal-BĊN tal-AL rispettiv, u
(b) id-drittijiet u l-obbligi bejn il-BĊNi tal-AL irregolati bil-liġi tal-BĊN tal-AL li jżomm il-kont PM li fih il-likwidità disponibbli tintuża bħala garanzija.
Artikolu 10
Applikazzjoni ta' [daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati]
1. Fir-rigward ta' kull wieħed mill-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' [daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati] għandhom jirregolaw kull kwistjoni mhux irregolata b'mod ċar minn dan il-ftehim.
2. Il-[daħħal ir-referenza għall-arranġament(i) li jimplimenta(w) l-Kundizzjonijiet Armonizzati] u dan il-ftehim għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-istess relazzjoni kuntrattwali.
Magħmul, f'numru ta' kopji daqs kemm hawn partijiet, il-[...data ….]
ANNESS III
GĦOTI TA' KREDITU INTRADAY
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan l-Anness:
— “Direttiva Bankarja” tfisser id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-bidu u s-segwiment tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (recast) ( 19 );
— “istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser jew: (a) istituzzjoni ta’ kreditu fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikoli 2 u 4(1)(a) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Bankarju, kif implimentata fil-liġi nazzjonali, li hija soġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti, jew (b) istituzzjoni ta’ kreditu oħra fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li hija soġġetta għall-iskrutinju ta’ standard komparabbli mas-superviżjoni minn awtorità kompetenti;
— “faċilità ta' self marġinali” tfisser standing facility ta' l-Eurosistema li l-kontropartijiet jistgħu jużaw biex jirċievu kreditu overnight minn BĊN bir-rata ta' self marġinali speċifikata minn qabel.
— “rata ta' self marġinali” tfisser ir-rata ta' imgħax applikabbli għall-faċilità ta' self marġinali;
— “fergħa” tfisser fergħa fit-tifsira ta' l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva Bankarja; kif implimentata fil-liġi nazzjonali;
— “entità fis-settur pubbliku” tfisser entità fi ħdan is-“settur pubbliku”, din l-espressjoni tal-aħħar kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 ta’ Diċembru 1993 li jispeċifika d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 104 u 104(b) tat-Trattat ( 20 );
— “ditta ta' investiment” tfisser ditta ta' investiment skond it-tifsira ta' l-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar swieq fi strumenti finanzjarji, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ( 21 ), esklużi l-istituzzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, sakemm id-ditta ta' investiment imsemmija hija: (a) awtorizzata u ssorveljata minn awtorità kompetenti rikonoxxuta, indikata bħala tali taħt id-Direttiva 2004/39/KE; u (b) intitolata twettaq attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3, 6 u 7 tat-Taqsima A ta' l-Anness 1 tad-Direttiva 2004/39/KE;
— “rabtiet mill-qrib (close links)” tfisser rabtiet mill-qrib fit-tifsira tal-Kapitolu 6 ta' l-Anness I tal-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta' Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta' l-Eurosistema ( 22 );
— “proċedimenti ta' insolvenza” tfisser proċedimenti ta' insolvenza fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 98/26/KE;
— “każ ta’ inadempjenza” tfisser kull każ imminenti jew eż.istenti, li l-okkorrenza tiegħu tista’ thedded lil entità fil-qadi tal-obbligi tagħha taħt l-arranġamenti nazzjonali li jimplimentaw din il-Linja ta’ Gwida jew regoli oħrajn (inklużi dawk speċifikati mill-Kunsill Governattiv b’rispett għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema) li japplikaw għar-relazzjoni bejn dik l-entità u xi BĊi tal-Eurosistema, inkluż:
—(a) fejn l-entità m’għadhiex tissodisfa l-kriterji għall-aċċess u/jew rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness II u, jekk applikabbli, l-Anness V;
(b) il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ falliment b’rabta mal-entità;
(c) is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni marbuta mal-proċeduri msemmijin fis-subparagrafu (b);
(d) il-ħruġ mill-entità ta’ dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-inabbiltà tagħha li tħallas id-djun kollha tagħha jew xi parti minnhom jew li tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw b’rabta ma’ kreditu limitat għal jum wieħed;
(e) id-dħul tal-entità fi ftehim ġenerali volontarju jew ftehim mal-kredituri tagħha;
(f) fejn l-entità hija, jew hija meqjusa mill-BĊN parteċipant ikkonċernat li hi, falluta jew ma tistax tħallas id-djun tagħha;
(g) fejn il-bilanċ ta’ kreditu tal-entità fuq il-kont PM tagħha jew l-assi kollha tal-entità jew parti sostanzjali minnhom huma soġġetti għal ordni ta’ iffriżar, sekwestru, qbid jew kull proċedura oħra intiża biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-entità;
(h) fejn il-parteċipazzjoni tal-entità f’sistema ta’ komponent tat-TARGET2 u/jew f’sistema anċillari ġiet sospiża jew itterminata;
(i) fejn rappreż.entazzjoni materjali jew dikjarazzjoni pre-kontrattwali magħmula mill-entità jew li huwa implikat li saret mill-entità taħt il-liġi applikabbli hija skorretta jew mhux vera; jew
(j) l-assenjazzjoni tal-attiv kollu tal-entità jew parti sostanzjali minnu.
Entitajiet eliġibbli
1. Kull BĊN parteċipant għandu jipprovdi kreditu limitat għal jum wieħed lill-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 u li għandhom kont mal-BĊN parteċipant ikkonċernat, sakemm dawn l-entitajiet mhumiex soġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-implimentazzjoni tagħhom, fl-opinjoni ta’ [referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li ġie infurmat il-BĊE, mhijiex kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tat-TARGET2. Madankollu, ebda kreditu limitat għal jum wieħed ma jista’ jingħata lil entità stabbilita f’pajjiż ieħor li mhuwiex l-Istat Membru li fih tinsab is-sede tal-BĊN parteċìpant li miegħu dik l-entità għandha kont.
2. Il-kreditu intraday jista' jingħata biss lill-entitajiet li ġejjin:
(a) istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fiż-ŻEE li huma kontropartijiet eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta' l-Eurosistema u li għandhom aċċess għall-faċilità ta' self marġinali, inklużi meta dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fiż-ŻEE w inklużi fergħat stabbiliti fiż-ŻEE ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma stabbiliti barra ż-ŻEE;
(b) istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fiż-ŻEE li m'humiex kontrapartijiet eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politka monetarja ta' l-Eurosistema u/jew m'għandhomx aċċess għall-faċilità ta' self marġinali, inkluż meta dawn jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fiż-ŻEE w inklużi fergħat stabbiliti fiż-ŻEE ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma stabbiliti barra ż-ŻEE;
(ċ) dipartimenti tat-teżor ta' gvernijiet ċentrali jew reġjonali ta' Stati Membri attivi fis-swieq tal-flus u korpi tas-settur pubbliku awtorizzati li jżommu kontijiet għal klijenti;
(d) ditti ta' investiment stabbiliti fiż-ŻEE sakemm ikunu kkonkludew arranġament ma' kontroparti tal-politika monetarja ta' l-Eurosistema biex jiżguraw li kull pożizzjoni ta' debitu residwa fi tmiem il-jum rilevanti tkun koperta; u
(e) entitajiet li mhumiex dawk li jaqgħu taħt is-subparagrafi (a) u (b) li jimmaniġġjaw sistemi anċillari u jaġixxu f’dik il-kapaċità, iżda l-arranġamenti għall-għoti ta’ kreditu intraday lil dawn l-entitajiet ikunu ntbagħtu lill-Kunsill Governattiv bil-quddiem u jkunu ġew approvati mill-Kunsill Governattiv.
3. Għall-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2(b) sa (e), il-kreditu intraday għandu jkun illimitat għall-jum imsemmi u l-ebda estenzjoni għal kreditu overnight ma għandha tkun possibbli.
Permezz ta’ deroga, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jeżenta, permezz ta deċiżjoni raġjonata meħuda qabel, lil ċerti kontropartijiet ċentrali (CCPs) eliġibbli mill-projbizzjoni tal-estensjoni tal-kreditu mil-lum għal għada. Tali CCPs eliġibbili huma dawk li, fil-ħinijiet rilevanti kollha:
(a) huma entitajiet eliġibbli għall-finijiet tal-paragrafu 2(e) sakemm dawk l-entitajiet eliġibbli ikunu ukoll awtorizzati bħala CCPs skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali;
(b) huma stabbiliti fiż-żona tal-euro;
(ċ) huma suġġetti għal superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtoritajiet kompetenti;
(d) jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sorveljanza għall-pożizzjoni ta’ infrastrutturi li joffru servizzi f’euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fil-websajt tal-BĊE ( 23 );
(e) ikollhom kontijiet fil-Payments Module (PM) tat-TARGET2;
(f) ikoll aċċess għal kreditu intraday.
Il-kreditu mil-lum għal għada kollu mogħti lil CCPs eliġibbli għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet ta’ dan l-Anness (inkluż, sabiex jiġi evitat id-dubbju, id-dispożizzjonijiet relatati mal-garanzija eliġibbli).
Sabiex jiġi evitat id-dubju, is-sanzjonijiet li għalihom hemm provvediment fil-paragrafi 10 u 11 ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw f’każijiet ta’ nuqqas ta’ rimborż minn CCPs eliġibbli tal-kreditu mil-lum għal għada estiż lilhom mill-BĊN tagħhom.
Garanzija eliġibbli
4. Il-kreditu limitat għal jum wieħed għandu jkun ibbażat fuq garanzija eliġibbli u mogħti permezz ta’ self limitat għal jum wieħed u ggarantit u/jew transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid limitati għal jum wieħed li huma konformi mal-karatteristiċi komuni minimi addizzjonali (inklużi l-każijiet ta’ inadempjenza msemmijin hemm, kif ukoll il-konsegwenzi rispettivi tagħhom) li jispeċifika l-Kunsill Governattiv fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema. Garanzija eliġibbli għandha tikkonsisti mill-istess attiv u strumenti bħala attiv eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, u għandha tkun suġġetta għall-istess regoli dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskju bħal dawk stabbiliti fl-Anness I għal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7.
5. Strumenti ta' debitu maħruġa jew iggarantiti mill-entità, jew minn kull terza persuna oħra li magħha l-entità għandha rabtiet mill-qrib, jistgħu jiġu aċċettati biss bħala garanzija eliġibbli fis-sitwazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 6.2 ta' l-Anness I tal-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7.
6. Il-Kunsill Governattiv jista', fuq proposta mill-BĊN parteċipanti rilevanti, jeżenta d-dipartimenti tat-teżor imsemmija fil-paragrafu 2(ċ) mill-obbligu li jipprovdu garanzija adegwata qabel ma jiksbu l-kreditu intraday.
Proċedura ta' l-estenzjoni ta' kreditu
7. L-aċċess għall-kreditu intraday jista' jingħata biss fil-jiem tan-negozju.
8. Il-kreditu intraday għandu jingħata mingħajr il-ħlas ta' imgħax.
9. In-nuqqas minn entità msemmija fil-paragrafu 2(a) biex tirrimborża l-kreditu intraday fi tmiem il-jum għandu jkun ikkunsidrat awtomatikament bħala talba minn dik l-entità biex tirrikorri għall-faċilità ta' self marġinali.
10. In-nuqqas minn entità msemmija fil-paragrafu 2(b), (d) jew (e) biex tirrimborża l-kreditu intraday fi tmiem il-jum għal kwalunkwe raġuni għandu jagħmel lil dik l-entità responsabbli għall-penalitajiet li ġejja:
(a) jekk l-entità msemmija għandha bilanċ ta' debitu fil-kont tagħha fi tmiem il-jum għall-ewwel darba matul perijodu ta' tnax-il xahar, allura din l-entità teħel imgħax penali kkalkulat bir-rata ta' ħames punti ta' persentaġġ aktar mir-rata ta' self marġinali fuq l-ammont ta' dak il-bilanċ ta' debitu;
(b) jekk l-entità msemmija għandha bilanċ ta' debitu fil-kont tagħha fi tmiem il-jum għal mill-anqas it-tieni darba matul l-istess perijodu ta' tnax-il xahar, allura l-imgħax penali msemmi fis-subparagrafu (a) għandu jiżdied b'2,5 punti ta' persentaġġ għal kull darba addizzjonali ma' l-ewwel darba li tkun seħħet pożizzjoni ta' debitu matul dan il-perijodu ta' tnax-il xahar.
11. Il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li jneħħi jew li jnaqqas il-penalitajiet imposti bis-saħħa tal-paragrafu 10, jekk il-bilanċ ta' debitu ta' l-entità msemmija fi tmiem il-jum huwa attribwibbli għal forza maġġuri u/jew ħsara teknika tat-TARGET2, din ta' l-aħħar kif iddefinita fl-Anness II.
Sospensjoni jew tmiem ta' kreditu intraday
(a) BĊNi parteċipanti għandhom jissospendu jew jittermianw l-aċċess għall-kreditu limitat għal jum wieħed jekk iseħħ wieħed mill-każijiet ta’ inadempjenza li ġejjin:
(i) il-kont tal-entità mal-BĊN parteċipant jiġi sospiż jew jingħalaq,
(ii) l-entità kkonċernata ma tibqax tissodisfa xi wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness għall-provvediment ta’ kreditu limitat għal jum wieħed,
(iii) tittieħed deċiżjoni minn awtorità kompetenti ġudizzjarja jew oħra biex timplimenta fir-rigward tal-entità proċedura għal-likwidazzjoni tal-entità jew il-ħatra ta’ likwidatur jew uffiċjal analogu għall-entità jew proċedura oħra analoga,
(iv) l-entità ssir soġġetta għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Unjoni u li jirrestrinġu l-abbiltà tal-entità biex tuża il-fondi tagħha, jew
(b) BĊNi parteċipanti jsitgħu jissospendu jew jitterminaw l-aċċess għall-kreditu limitat għal jum wieħed jekk BĊN jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET2 skont l-Artikolu 34.2(b) sa (e) tal-Anness II, jew iseħħ wieħed jew aktar mill-każijiet ta’ inadempjenza (minbarra dawk imsemmijin fl-Artikolu 34.2(a)); jew
(c) Jekk l-Eurosistema tissospendi jew tillimita jew teskludi l-aċċess tal-kontropartijiet għal strumenti ta’ politika monetarja abbażi ta’ prudenza jew fatturi oħra skont Taqsima 2.4 tal-Anness 1 għal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7, il-BĊNi parteċipanti għandhom għaldaqstant jimplimentaw dik is-sospensjoni jew limitazzjoni jew esklużjoni fir-rigward tal-aċċess għall-kreditu limitat għal jum wieħed skont dispożizzjonijiet fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN rispettiv.
13. Meta BĊN parteċipanti jissospendi jew itemm l-aċċess ta' kontroparti tal-politika monetarja ta' l-Eurosistema għall-kreditu intraday, din is-sospensjoni jew tmiem m'għandhiex tidħol fis-seħħ sakemm il-BĊE jkun approvaha.
14. B'deroga mill-paragrafu 13, f'ċirkostanzi urġenti, BĊN parteċipanti jista' jissospendi l-aċċess ta' kontroparti tal-politika monetarja ta' l-Eurosistema għall-kreditu intraday b'effett immedjat. F'dawn il-każijiet il-BĊN parteċipanti rispettiv għandu jinnotifika minnufih lill-BĊE dwar dan bil-miktub. Il-BĊE għandu jkollu s-setgħa li jreġġa' lura l-azzjoni tal-BĊN parteċipanti. Iżda, jekk il-BĊE ma jibgħatx lill-BĊN parteċipanti notifika li jkun reġġa' lura d-deċiżjoni fi żmien għaxat ijiem tan-negozju minn meta l-BĊE jkun irċieva n-notifika, il-BĊE għandu jitqies li jkun approva l-azzjoni tal-BĊN parteċipanti.
ANNESS IV
PROĊEDURI TA' SETTLEMENT GĦAL SISTEMI ANĊILLARI
1. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan l-Anness u b'riferenza għad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2:
— “struzzjoni ta' kreditu” tfisser struzzjoni ta' ħlas mogħtija minn AS u indirizzata lil ASCB biex jiġi ddebitat wieħed mill-kontijiet miżmuma u/jew immaniġġjati mill-AS fil-PM, u biex jiġi kkreditat kont PM jew subkont ta' bank tas-settlement bl-ammont speċifikat;
— “struzzjoni ta' debitu” tfisser struzzjoni ta' ħlas indirizzata lil SCB u mibgħuta minn AS biex jiġi ddebitat kont PM jew subkont ta' bank tas-settlement bl-ammont speċifikat, fuq il-bażi ta' mandat ta' debitu, u biex jiġi kkreditat jew wieħed mill-kontijiet ta' l-AS fil-PM, jew kont PM jew subkont ieħor tal-bank tas-settlement;
— “struzzjoni ta' ħlas” jew “struzzjoni ta' ħlas AS” ifisser struzzjoni ta' kreditu jew struzzjoni ta' debitu;
— “bank ċentrali tas-sistema anċillari (ASCB)” tfisser BĊ ta' l-Eurosistema li miegħu l-AS rilevanti għandu arranġament bilaterali biex jiġu settled struzzjonijiet ta' ħlas AS fil-PM;
— “bank ċentrali tas-settlement (SCB)” tfisser BĊ ta' l-Eurosistema li għandu kont PM ta' bank tas-settlement;
— “bank tas-settlement” tfisser parteċipant li l-kont PM jew subkont tiegħu jintuża biex jiġu settled struzzjonijiet ta' ħlas ta' l-AS;
— “Modulu ta' Informazzjoni u Kontroll (ICM)” tfisser il-modulu SSP li jħalli lill-parteċipanti jiksbu informazzjoni on-line u li jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu odnijiet ta' trasferiment ta' likwidità, jimmaniġjaw il-likwidità u jagħtu bidu għal ordnijiet ta' ħlas f'sitwazzjonijiet ta' kontinġenza;
— “messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM” tfisser informazzjoni li ssir disponibbli fl-istess ħin lill-parteċipanti kollha tat-TARGET2, jew grupp magħżul minnhom, permezz tal-ICM;
— “mandat ta' debitu” tfisser awtorizzazzjoni minn bank tas-settlement fil-forma pprovduta mill-BĊi ta' l-Eurosistema fil-forom tad-data statika indirizzati lil kemm l-AS u l-SCB tiegħu, li jintitola lill-AS jibgħat struzzjonijiet ta' debitu, u jagħti struzzjonijiet lill-SBC biex jiddebita l-kont PM jew is-subkont tal-bank tas-settlement b'riżultat ta' struzzjonijiet ta' debitu;
— “qasir (short)” tfisser li jkunu dovuti flus lil ħaddieħor (owing money) matul is-settlement ta' struzzjonijiet ta' ħlas AS;
— “twil (long)” tfisser li jkunu dovuti flus minn ħaddieħor (owed money) matul is-settlement ta' struzzjonijiet ta' ħlas AS;
— “cross-system settlement” tfisser is-settlement f’ħin reali ta’ struzzjonijiet ta’ debitu li taħthom isiru l-ħlasijiet minn bank tas-settlement ta’ AS wieħed bl-użu ta’ proċedura ta’ settlement 6 lil bank tas-settlement ta’ AS ieħor bl-użu ta’ proċedura ta’ settlement 6;
— “Static Data (Management) Module” tfisser il-modulu SSP fejn data statiċi jinġabru u jiġu rrikordjati.
2. Rwol tal-SCBs
Kull BĊ ta' l-Eurosistema għandu jaġixxi bħala l-SCB fir-rigward ta' kull bank tas-settlement li għalih huwa għandu kont PM.
3. L-immaniġġjar tar-relazzjoni bejn il-BĊi, l-ASs u l-banek tas-settlement
(1) Il-ASCBs għandhom jiżguraw li l-ASs, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jipprovdu lista ta' banek tas-settlement li jkollha d-dettalji tal-kont PM tal-banek tas-settlement, li l-ASCB għandu jaħżen fil-Modulu (għall-maniġment) tad-Data Statika tal-SSP. Kull AS jista' jaċċessa l-lista tal-banek tas-settlement rispettivi tiegħu permezz tal-ICM.
(2) Il-ASCBs għandhom jiżguraw li l-ASs, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jinfurmawhom mingħajr dewmien b'kull tibdil fir-rigward tal-lista tal-banek tas-settlement. Il-ASCBs għandhom jinfurmaw lill-SCB rilevanti dwar dan it-tibdil permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.
(3) Il-ASCBs għandhom jiżguraw li l-ASs, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jiġbru l-mandati ta' debitu u dokumenti rilevanti oħra mill-banek tas-settlement tagħhom u jibagħtuhom lill-ASCB. Dawn id-dokumenti għandhom jingħataw bl-Ingliż u/jew il-lingwa(i) nazzjonali rilevanti tal-ASCB. Jekk il-lingwa(i) nazzjonali tal-ASCB mhix/m'humiex identiċi mal-lingwa(i) nazzjonali tal-SCB, id-dokumenti meħtieġa għandhom jingħataw biss bl-Ingliż jew kemm bl-Ingliż kif ukoll fil-lingwa(i) nazzjonali rielvani tal-ASCB. Fil-każ ta' l-ASs li jwettqu settlement permezz tat-TARGET2-BĊE, id-dokumenti għandhom jingħataw bl-Ingliż.
(4) Jekk bank tas-settlement huwa parteċipant fis-sistema komponent tat-TARGET2 tal-ASCB rilevanti, il-ASCB għandu jivverifika l-validità tal-mandat ta' debitu mogħti mill-bank tas-settlement u jagħmel kull entrata meħtieġa fil-Modulu (għall-maniġment) tad-Data Statika. Jekk bank tas-settlement m'huwiex wieħed parteċipanti fis-sistema komponent tat-TARGET2 tal-ASCB rilevanti, il-ASCB għandu jibgħat il-mandat ta' debitu (jew kopja elettronika tiegħu, jekk ikun hemm qbil bejn il-ASCB u l-SCB) lill-SCB(s) rilevanti għall-verifika tal-validità tiegħu. Il-SCB(s) għandu jwettaq din il-verifika u għandu jinforma lill-ASCB rilevanti bir-riżultat tal-verifika fi żmien ħamest ijiem tan-negozju wara li jirċievi dik it-talba. Wara l-verifika, il-ASCB għandu jaġġorna l-lista ta' banek tas-settlement fl-ICM.
(5) Il-verifika magħmula mill-ASCB għandha tkun bla ħsara għar-responsabbiltà ta' l-AS li jirrestrinġi l-istruzzjonijiet ta' ħlas għal-lista ta' banek tas-settlement imsemmija fis-subparagrafu 1.
(6) Sakemm ma jkunux l-istess, il-ASCBs u l-SCBs għandhom jiskambjaw informazjoni dwar kull każ sinifikanti matul il-proċess tas-settlement.
(7) L-ASCBs għandhom jiżguraw li l-ASs li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali jipprovdu l-isem u l-BIC tal-AS li bihom fiħsiebhom jeżegwixxu cross-system settlement u d-data minn meta l-cross-system settlement b’AS partikolari għandu jibda jew jispiċċa. Din l-informazzjoni għandha tiġi rrekordjata fl-iStatic Data (Management) Module.
4. Bidu ta' struzzjonijiet ta' ħlas permezz ta' l-ASI
(1) L-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha mibgħuta minn AS permezz ta' l-ASI għandhom ikunu fil-forma ta' messaġġi XML.
(2) L-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas mibgħuta minn AS permezz ta' l-ASI għandhom jiġu kkunsidrati bħala 'urġenti ħafna' u għandhom jiġu settled skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
(3) Struzzjoni ta’ ħlas għandha titqies li ġiet aċċettata jekk:
(a) l-istruzzjoni ta’ ħlas tikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-provditur tas-servizz tan-netwerk;
(b) l-istruzzjoni ta’ ħlas tikkonforma mar-regoli u l-kundizzjonijiet tal-ifformattjar tas-sistema komponenti tat-TARGET2 tal-ASCB;
(c) il-bank tas-settlement huwa fil-lista ta’ banek ta’ settlement imsemmijin fil-paragrafu 3(1);
(d) fil-każ ta’ cross-system settlement, l-AS rilevanti huwa fil-lista ta’ ASs li bihom jista’ jiġi eżegwit il-cross-system settlement;
(e) fil-każ li l-parteċipazzjoni tal-bank tas-settlement fit-TARGET2 ġie sospiż, ikun inkiseb il-kunsens espliċitu tal-SCB tal-bank tas-settlement sospiż.
5. Dħul ta' struzzjonijiet ta' ħlas fis-sistema u l-irrevokabbiltà tagħhom
(1) Struzzjonijiet ta' kreditu għandhom jitqiesu li ddaħħlu fis-sistema komponent rilevanti tat-TARGET2 fil-mument u rrevokabbli mill-mument li jiġu aċċettati mill-ASCB. Struzzjonijiet ta' debitu għandhom jitqiesu li ddaħħlu fis-sistema komponent rilevanti tat-TARGET2 fil-mument u rrevokabbli mill-mument li jiġu aċċetati mill-SCB.
(2) L-applikazzjoni tas-subparagrafu 1 m'għandhiex ikollha effett fuq kull regola ta' l-ASs li tistipula mument ta' dħul fl-AS u/jew l-irrevokabbiltà ta' ordnijiet ta' trasferiment mibgħuta lil dan l-AS f'ħin qabel il-mument ta' dħul ta' l-istruzzjoni ta' ħlas rispettiva fis-sistema komponent rilevanti tat-TARGET2.
6. Proċeduri ta' settlement
(1) Jekk AS jitlob l-użu ta' proċedura ta' settlement, il-ASCB ikkonċernat għandu joffri proċedura ta' settlement waħda jew iżjed speċfikati hawn isfel:
(a) proċedura ta' settlement 1 (“trasferiment ta' likwidità”);
(b) proċedura ta' settlement 2 (“settlement f'ħin reali”);
(ċ) proċedura ta' settlement 3 (“settlement bilaterali”);
(d) proċedura ta' settlement 4 (“settlement multilaterali standard”);
(e) proċedura ta' settlement 5 (“settlement multilaterali simultanju”);
(f) Proċedura ta’ settlement 6 (likwidità ddedikata u cross-system settlement).
(2) Il-SCBs għandhom jappoġġjaw is-settlement ta' struzzjonijiet ta' ħlas ta' l-AS skond l-għażla ta' proċeduri ta' settlement imsemmija fis-subparagrafu 1 billi, fost l-oħrajn, jwettqu settlement ta' struzzjonijiet ta' ħlas fil-kontijiet jew subkontijiet PM tal-banek tas-settlement.
(3) Aktar dettalji dwar il-proċeduri ta' settlement imsemmija fis-subparagrafu 1 jinsabu fil-paragrafi 9 sa 14.
7. L-ebda obbligu biex jinfetaħ kont PM
L-ASs m'għandhomx ikunu obbligati li jsiru parteċipanti diretti f'sistema komponent tat-TARGET2 jew li jżommu kont PM waqt li jużaw l-ASI.
8. Kontijiet biex jappoġġaw proċeduri ta' settlement
(1) Minbarra l-kontijiet PM, it-tipi ta' kontijiet li ġejjin jistgħu jinfetħu fil-PM u jintużaw mill-ASCBs, l-ASs u l-banek ta' settlement għall-proċeduri ta' settlement imsemmija fil-paragrafu 6(1):
(a) kontijiet tekniċi,
(b) kontijiet mera (mirror accounts),
(ċ) kontijiet ta' fondi ta' garanzija,
(d) subkontijiet.
(2) Meta ASCB joffri l-proċeduri ta' settlement 4, 5 jew 6 għal mudelli interfaced, huwa għandu jiftaħ kont tekniku fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2 għall-ASs ikkonċernati. Dawn il-kontijiet jistgħu jiġu offruti mill-ASCB bħala għażla għall-proċeduri ta' settlement 2 u 3. Għandhom jinfetħu kontijiet tekniċi separati fir-rigward tal-proċeduri ta' settlement 4 u 5. Il-bilanċ f'kontijiet tekniċi għandu jkun żero jew pożittiv fi tmiem il-proċess ta' settlement ta' l-AS rilevanti u l-bilanċ fi tmiem il-jum għandu jkun żero. Kontijiet tekniċi għandhom ikunu identifikati permezz tal-BIC ta' l-AS rilevanti.
(3) Meta joffri l-proċedura ta' settlement 1 jew 6 għal mudelli integrati, il-ASCB għandu, u meta joffri l-proċeduri ta' settlement 3 jew 6 għal mudelli interfaced, jiftaħ kontijiet mera fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2. Kontijiet mera huma kontijiet PM speċifiċi miżmuma mill-ASCB fis-sistema komponent tat-TARGET2 għall-użu mill-AS. Kontijiet mera huma identifikati mill-BIC ta' l-AS rilevanti.
(4) Meta joffri l-proċedura ta' settlement 4 jew 5, il-ASCB jista' jiftaħ kont ta' fondi ta' garanzija fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2 għall-ASs. Il-bilanċi ta' dawn il-kontijiet għandhom jintużaw biex jiġu settled l-istruzzjonijiet ta' ħlas ta' l-AS fil-każ li ma jkunx hemm likwidità disponibbli fil-kont PM tal-bank tas- settlement. Detenturi ta' kont ta' fond ta' garanzija jistgħu jkunu ASCBs, ASs jew min jagħti garanzija. Kontijiet ta' fond ta' garanzija huma identifikati mill-BIC tad-detentur tal-kontijiet rilevanti.
(5) Meta ASCB joffri proċedura ta’ settlement 6 għal mudelli interfaced, l-SCBs għandhom jiftħu subkont wieħed jew iżjed fis-sistemi ta’ komponent TARGET2 għall-banek ta’ settlement, li jiġi użat għal-likwidità ddedikata u, jekk ikun rilevanti, għall-cross-system settlement. Is-subkontijiet għandhom jiġu identifikati bil-BIC tal-kont PM li miegħu għandhom x’jaqsmu, flimkien ma’ numru ta’ kont li huwa speċifiku għas-subkont rilevanti. In-numru tal-kont huwa kompost mill-kodiċi tal-pajjiż flimkien ma’ mhux aktar minn 32 karattru (jiddependi fuq l-istruttura tal-kont bankarju nazzjonali rilevanti).
(6) Il-kontijiet msemmijin fis-subparagrafi 1(a) sa (d) m'gandhomx jiġu ppubblikati fid-direttorju tat-TARGET2. Jekk jitlob hekk il-parteċipant, l-istqarrijiet ta' kontijiet rilevanti (MT 940 u MT 950) għal dawk il-kontijiet kollha għandhom ikunu disponibli għad-detentur tal-kont fl-aħħar ta' kull jum tax-xogħol.
(7) Ir-regoli ddettaljati fuq il-ftuħ ta' tipi ta' kontijiet msemmijin f'dan l-Artikolu u fq l-applikazzjoni tagħhom meta jappoġġaw il-proċeduri ta' pagament għandhom jiġi speċifikati l-arranġamenti bilaterali bejn l-ASs u l-ASCBs u/jew il-SCBs.
9. Proċedura ta' settlement 1 – Trasferiment ta' likwidità
(1) Meta joffru l-proċedura ta' settlement 1, il-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġjaw it-trasferiment ta' likwidità minn kont mera lil kont PM ta' bank tas-settlement permezz ta' l-ASI. It-trasferiment ta' likwidità jista' jinbeda jew mill-AS jew mill-ASCBs meta jaġixxu f'isem l-AS.
(2) Proċedura ta' settlement 1 għandha tintuża biss għall-mudell integrat meta l-AS rilevanti jkollu juża kont mera, l-ewwel biex jiġbor il-likwidità meħtieġa li tkun ġiet iddedikata mill-bank tas-settlement tiegħu, u t-tieni, biex jittrasferixxi din il-likwidità lura għall-kont PM tal-bank tas-settlement.
(3) Il-ASCBs jistgħu joffru s-settlement ta' struzzjonijiet tal-ħlas f'ċerti limiti ta' żmien li jiġu ddefiniti mill-AS, kif imsemmi fil-paragrafu 15(2) u (3).
(4) Il-banek tas-saldu u l-ASs għandhom ikollhom aċċess għall-informazjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu nnotifikati dwar il-kompletar jew il-falliment tas-saldu. Jekk l-AS iniedi t-trasferiment ta’ likwidità mill-kont mera għall-kont PM tal-bank tas-saldu, il-banek tas-saldu li jaċċessaw it-TARGET2 permezz ta’ min jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu informati bil-ikkreditar permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 202. Parteċipanti li jużaw l-aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.
10. Proċedura ta' settlement 2 – Settlement f'ħin reali
(1) Meta joffru proċedura ta' settlement 2, il-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġjaw is-settlement tal-parti kontanti tat-tranżazzjonijiet AS billi jwettqu settlement ta' struzzjonijiet ta' ħlas mibgħuta mill-AS fuq bażi individwalizzata, minflok f'biċċiet. Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-settlement qasir jitqiegħed fi kju skond l-Anness II, is-SCB rispettiv għandu jinforma lill-bank tas-settlement permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.
(2) Proċedura ta' settlement 2 tista' tiġi offruta wkoll lill-AS għas-settlement ta' bilanċi multilaterali u f'dawn il-każijiet il-ASCB għandu jiftaħ kont tekniku għal dan l-AS. Barra minn dan, il-ASCB m'għandux joffri lill-AS is-servizzi ta' l-immaniġġjar xieraq tas-sekwenza ta' ħlasijiet dovuti minn oħrajn (incoming) u dovuti lil oħrajn (outgoing) kif jista' jinħtieġ għal dan is-settlement multilaterali. L-AS innifsu għandu jassumi r-responsabbiltà għas-sekwenzjar meħtieġ.
(3) Il-ASCB jista' joffri s-settlement ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien li jiġu ddefiniti mill-AS, kif imsemmi fil-paragrafu 15(2) u (3).
(4) Il-banek tas-saldu u l-ASs għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu notifikati bl-ikkompletar jew il-falliment tas-saldu permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu li jaċċessaw it-TARGET2 permezz ta’ min jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw l-aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.
11. Proċedura ta' settlement 3 – Settlement bilaterali
(1) Meta joffru l-proċedura ta' settlement 3, il-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-settlement tal-parti kontanti tat-tranżazzjonijiet AS billi jwettqu settlement ta' struzzjonijiet ta' ħlas li l-AS jibgħat f'batch mode. Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM ta' bank tas-settlement qasir titqiegħed fi kju skond l-Anness II, il-SCB rispettiv għandu jinforma lil dan il-bank tas-settlement permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.
(2) Il-proċedura ta' settlement 3 tista' tiġi offruta wkoll lill-AS għas-settlement ta' bilanċi multilaterali. Il-paragrafu 10(2) għandu japplika mutatis mutandis, bla ħsara għall-modifiki li ġejjin:
(a) struzzjonijiet ta' ħlas: (i) biex jiġu ddebitati il-kontijiet PM ta' banek tas-settlement qasir u jiġi kkreditat il-kont tekniku ta' l-AS; u (ii) jiġi ddebitat il-kont tekniku ta' l-AS u jiġu kkreditati l-kontijiet PM ta' banek tas-settlement qasir jintbagħtu f'fajls separati; u
(b) il-kontijiet PM tal-banek tas-settlement twil għandhom jiġu kkreditati biss wara li l-kontijiet PM kollha tal-banek tas-settlement qasir jiġu ddebitati.
(3) Jekk is-settlement multilaterali jfalli (per eżempju, għaliex mhux il-ġbir kollu mill-kontijiet tal-banek tas-settlement qasir ikun ta' suċċess), l-AS għandu jibgħat struzzjonijiet ta' ħlas biex ireġġa' lura tranżazzjonijiet ta' debitu diġà settled.
(4) Il-ASCBs jistgħu joffru:
(a) is-settlement ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien iddefiniti mill-AS, kif imsemmi fil-paragrafu 15(3); u/jew
(b) il-funzjonalità tal-“perjodu ta' informazzjoni”, kif imsemmi fil-paragrafu 15(1).
(5) Il-banek tas-saldu u l-ASs għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu notifikati bl-ikkompletar jew il-falliment ta’ saldu abbażi tal-opzjoni magħżula – notifika waħda jew globali. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati bis-saldu li rnexxa permezz ta messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw l-aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.
12. Proċedura ta' settlement 4 – Settlement multilaterali standard
(1) Meta joffru l-proċedura ta' settlement 4, il-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġjaw is-settlement ta' bilanċi multilaterali ta' kontanti ta' tranżazzjonijiet AS billi jwettqu settlement ta' struzzjonijiet ta' ħlas li l-AS jibgħat f'batch mode. Il-ASCBs għandhom jiftħu kont tekniku speċifiku għal dan l-AS.
(2) Il-ASCBs u l-SCBs għandhom jiżguraw is-segwenza meħtieġa ta' struzzjonijiet ta' ħlas. Għandhom jibbukkjaw biss il-krediti jekk id-debiti kollha jkunu nġabru b'suċċċess. Struzzjonijiet ta' ħlas: (a) biex jiġu ddebitati l-kontijiet PM tal-banek tas-settlement qasir u jiġi kkreditat il-kont tekniku ta' l-AS; u (b) biex jiġu kkreditati kontijiet ta' banek tas-settlement twal u jiġi ddebitat il-kont tekniku ta' l-AS jintbagħtu f'fajl wieħed.
(3) Għandhom l-ewwel jiġu settled l-istruzzjonijiet ta' ħlas biex jiġi ddebitat il-kont PM tal-banek tas-settlement qasir u biex jiġi kkreditat il-kont tekniku AS; mas-settlement ta' dawn l-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha biss (inkluż l-iffinanzjar possibbli tal-kont tekniku b'mekkaniżmu ta' fond iggarantit) għandhom jiġu kkreditati l-kontijiet PM tal-banek tas-settlement twal.
(4) Jekk titpoġġa fi kju struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM ta' bank tas-settlement qasir skond l-Anness II, il-SCBs għandhom jinfurmaw lil dan il-bank tas-settlement permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.
(5) Jekk bank tas-settlement qasir m'għandux fondi biżżejjed fil-kont PM tiegħu, il-mekkaniżmu ta' fond iggarantit għandu jiġi attivat mill-ASCB jekk dan huwa maħsub fl-arranġament bilaterali bejn il-ASCB u l-AS.
(6) Jekk l-ebda mekkaniżmu ta' fond iggarantit m'hu ipprovdut u s-settlement sħiħ ifalli, allura l-ASCBs u l-SCBs għandhom jitqiesu li jkunu ngħataw struzzjonijiet biex jirritornaw l-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas fil-fajl, u għandhom ireġġgħu lura l-istruzzjonijiet ta' ħlas li jkunu diġà tħallsu.
(7) Il-ASCBs għandhom jinfurmaw lill-banek tas-settlement b'nuqqas ta' settlement permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.
(8) Il-ASCBs jistgħu joffru:
(a) is-settlement ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien iddefiniti mill-AS, kif imsemmi fil-paragrafu 15(3);
(b) il-funzjonalità tal-“perjodu ta' informazzjoni”, kif imsemmi fil-paragrafu 15(1);
(ċ) mekkaniżmu ta' fond iggarantit, kif imsemmi fil-paragrafu 15(4).
(9) Il-banek tas-saldu u l-ASs għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu notifikati dwar il-kompletar jew il-falliment tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati bis-saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw l-aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.
13. Proċedura ta' settlement 5 – Settlement multilaterali simultanju
(1) Meta joffru l-proċedura ta' settlement 5, il-ASCBs jew l-SCBs għandhom jappoġġjaw is-settlement ta' bilanċi multilaterali ta' kontanti ta' tranżazzjonijiet AS billi jwettqu settlement ta' struzzjonijiet ta' ħlas mibgħuta mill-AS. Biex isir is-settlement ta' struzzjonijiet ta' ħlas rilevanti għandu jintuża l-Algoritmu 4 (ara l-Appendiċi I ta' l-Anness II). Kuntrarjament għall-proċedura ta' settlement 4, il-proċedura ta' settlement 5 taħdem fuq il-bażi ta' “kollox jew xejn”. F'din il-proċedura l-iddebitar ta' kontijiet PM ta' banek tas-settlement qasir u l-ikkreditar ta' kontijiet PM ta' banek tas-settlement twal għandu jsir b'mod simultanju (aktar milli b'mod segwenzjali bħal fil-każ tal-proċedura ta' settlement 4). Il-paragrafu 12 għandu japplika mutatis mutandis bla ħsara għall-modifika li ġejja. Jekk struzzjoni waħda jew aktar ta' ħlas ma jistgħux jiġu settled, l-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas għandhom jitqiegħdu fi kju, u l-Algoritmu 4, kif deskritt fil-paragrafu 16(1), għandu jiġi rrepetut sabiex l-istruzzjonijiet ta' ħlas ta' l-AS fil-kju jiġu settled.
(2) Il-ASCBs jistgħu joffru:
(a) is-settlement ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien iddefiniti mill-AS, kif imsemmi fil-paragrafu 15(3);
(b) il-funzjonalità tal-“perjodu ta' informazzjoni”, kif imsemmi fil-paragrafu 15(1);
(ċ) mekkaniżmu ta' fond iggarantit, kif imsemmi fil-paragrafu 15(4).
(3) Il-banek tas-saldu u l-ASs għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu notifikati dwar il-kompletar jew il-falliment tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw l-aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.
(4) Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM ta' bank tas-settlement qasir titqiegħed fi kju skond l-Anness II, il-SCB rispettiv għandu jinforma lill-banek tas-settlement permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.
14. Proċedura ta’ settlement 6 - Likwidità ddedikata u cross-system settlement
(1) Il-proċedura ta’ settlement 6 tista’ tintuża kemm għall-mudell interfaced u dak integrat, kif deskritt fis-subparagrafi 4 sa 13 u 14 sa 18 hawn isfel, rispettivament. Fil-każ tal-mudell integrat, l-AS rilevanti għandu juża kont mera biex jiġbor il-likwidità meħtieġa mwarrba mill-banek tiegħu tas-settlement. Fil-każ tal-mudell interfaced, il-bank tas-settlement għandu jiftaħ mill-anqas subkont wieħed dwar AS speċifiku.
(2) Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910 u l-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM dwar l-ikkreditar u d-debitar tal-kontijiet PM tagħhom u, fejn applikabbli, tas-sub-kontijiet tagħhom.
(3) Meta joffru cross-system settlement taħt il-proċedura ta’ settlement 6, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw ħlasijiet cross-system settlement, jekk jinbdew mill-ASs rilevanti. AS jista’ jibda cross-system settlement biss matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar tiegħu, u l-proċedura ta’ settlement 6 għandha tkun qed taħdem fl-AS li jirċievi l-istruzzjoni ta’ ħlas. Cross-system settlement għandha tiġi offruta kemm għall-ipproċessar bin-nhar u bil-lejl taħt il-proċedura ta’ settlement 6. Il-possibbiltà li tiġi eżegwita cross-system settlement bejn żewġ ASs individwali għandha tiġi rrikordjata fl-iStatic Data (Management) Module.
(A) Mudell interfaced
(4) Meta joffru l-proċedura ta’ settlement 6, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġjaw is-settlement ta’ bilanċi ta’ kontanti bilaterali u/jew multilaterali ta’ tranżazzjonijiet AS billi:
(a) jippermettu li bank tas-settlement jiffinanzja minn qabel l-obbligu tas-settlement prospettiv tiegħu permezz ta’ trasferimenti ta’ likwidità mill-kont PM tiegħu għal ġewwa s-subkont tiegħu (minn issa 'l quddiem “likwidità ddedikata”) qabel l-ipproċessar AS; u
(b) l-istruzzjonijiet ta’ ħlas tal-AS jiġu settled wara li jitlesta l-ipproċessar AS: fir-rigward tal-banek tas-settlement qasir billi s-subkontijiet tagħhom jiġu ddebitati (fil-limiti tal-fondi pprovduti f’dak il-kont) u billi jiġi kkreditat il-kont tekniku tal-AS, u fir-rigward tal-banek tas-settlement twal billi jiġu kkreditati s-subkontijiet tagħhom u jiġi ddebitat il-kont tekniku tal-AS.
(5) Meta joffru l-proċedura ta’ settlement 6:
(a) l-SCBs għandhom jiftħu mill-anqas subkont wieħed fir-rigward ta’ AS wieħed għal kull bank tas-settlement; u
(b) l-ASCB għandu jiftaħ kont tekniku għall-AS biex: (i) jiġu kkreditati fondi miġbura mis-subkontijiet tal-banek tas-settlement qasir; u (ii) jiġu ddebitati fondi meta jsiru krediti fis-subkontijiet iddedikati tal-banek tas-settlement twal.
(6) Il-proċedura ta’ settlement 6 għandha tkun offruta kemm għal ipproċessar ta’ bi nhar u operazzjonijiet ta’ bil-lejl tal-ASs. Fil-każ tal-aħħar, il-jum ġdid tan-negozju għandu jibda minnufih malli jiġu sodisfatti l-obbligi tar-riżervi minimi; kull debitu jew kreditu magħmul fil-kontijiet rilevanti wara għandhom jitqiesu għall-valur tal-jum ġdid tan-negozju.
(7) Fil-proċedura ta’ settlement 6 u fir-rigward tad-dedikazzjoni tal-likwidità, l-ASCBs u l-SCBs għandhom joffru t-tipi li ġejjin ta’ servizz ta’ trasferiment ta’ likwidità fil- u mis-subkont:
(a) standing orders li banek tas-settlement jistgħu jibagħtu jew jimmodifikaw f’kull ħin matul jum tan-negozju permezz tal-ICM (meta jkun disponibbli). Standing orders mibgħuta wara li jintbagħat messaġġ ta’ “bidu-ta’-proċedura” f’jum ta’ negozju partikolari għandhom ikunu validi biss għall-jum tan-negozju li jmiss. Jekk ikun hemm diversi standing orders biex jikkreditaw subkontijiet differenti, dawn għandhom jiġu settled fl-ordni skont l-ammont tagħhom, jibdew bl-ogħla. Matul l-operazzjonijiet ta’ bil-lejl ta’ AS, jekk ikun hemm standing orders li għalihom ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, dawk l-ordnijiet għandhom jiġu settled wara tnaqqis pro-rata tal-ordnijiet kollha;
(b) ordnijiet kurrenti, li jistgħu jintbagħtu biss jew minn bank tas-settlement (permezz tal-ICM) jew tal-AS rilevanti permezz ta’ messaġġ XML matul it-tħaddim tal-proċedura ta’ settlement 6 (identifikata bl-intervall ta’ bejn il-messaġġ ta’ “bidu-ta’-proċedura” sa dak ta’ “tmien-ta’-proċedura”) u li jiġu settled biss sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar AS ma jkunx għadu beda. Jekk l-AS jibgħat ordni kurrenti li għaliha ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, din l-ordni għandha tiġi settled parzjalment;
(c) Ordnijiet SWIFT li jmorru permezz ta’ messaġġ MT 202 jew immappjar awtomatiku għal MT 202 mill-iskrins għall-parte1ipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet, li jista’ jiġi mibgħut biss matul il-proċedura 6 tas-saldu u biss matul ipproċessar li jsir mal-ġurnata. Dawn l-ordnijiet għandhom ikunu ssaldati immedjatament.
(8) Il-proċedura ta’ settlement 6 għandha tibda permezz ta’ messaġġ ta’ “bidu-ta’- proċedura” u tispiċċa permezz ta’ messaġġ ta’ “tmiem-ta’-proċedura”, biż-żewġ messaġġi jintbagħtu mill-AS. Iżda, għall-operazzjonijiet ta’ bil-lejl tas-sistema anċillari, il-messaġġ ta’ “bidu-ta’-proċedura” jintbagħat mill-ASCB. Messaġġi ta’ “bidu-ta’-proċedura” għandhom jibdew is-settlement ta’ standing orders għat-trasferiment ta’ likwidità fis-subkontijiet. Il-messaġġ ta’ “tmiem-ta’-proċedura” iwassal għal trasferiment mill-ġdid awtomatiku ta’ likwidità mis-subkont għall-kont PM.
(9) Taħt il-proċedura ta’ settlement 6, il-likwidità dedikata fuq is-subkontijiet għandha tiġi ffriżata sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar AS ikun qed jaħdem (li jibda bil-messaġġ “start-of-cycle” u jispiċċa bil-messaġġ “end-of-cycle”, it-tnejn jintbagħtu mill-AS) u rrilaxxati wara dan. Il-bilanċ iffriżat jista’ jinbidel matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar bħala riżultat tal-ħlasijiet tas-“settlement cross-system” jew jekk bank ta’ settlement jittrasferixxi l-likwidità mill-kont PM tiegħu. L-ASCB għandu jinnotifika l-AS bit-tnaqqis jew żieda tal-likwidità fuq is-subkont bħala riżultat tal-ħlasijiet tas-settlement cross-system. Jekk l-AS titlob hekk, l-ASCB għandha tinnotifikha wkoll biż-żieda fil-likwidità fuq is-subkont bħala riżultat tat-trasferiment tal-likwidità mill-bank tas-settlement.
(10) F’kull ċiklu tal-ipproċessar AS, l-istruzzjonijiet ta’ ħlas għandhom jiġu settled mil-likwidità ddedikata fejn bħala regola għandu jintuża l-Algoritmu 5 (kif imsemmi fl-Appendiċi I tal-Anness II).
(11) F’kull ċiklu tal-ipproċessar AS, il-likwidità ddedikata ta’ bank tas-settlement tista’ tiżdied permezz tal-ikkreditar ta’ ċerti ħlasijiet dovuti minn ħaddieħor (incoming) direttament fis-subkontijiet tiegħu, jiġifieri kupuni u ħlasijiet ta’ fidi. F’dawn il-każijiet, il-likwidità l-ewwel għandha tiġi kkreditata fil-kont tekniku, imbagħad iddebitata minn dan il-kont qabel ma l-likwidità tiġi kkreditata fis-subkont (jew fil-kont PM).
(12) Cross-system settlement bejn żewġ ASs interfaced jista’ jinbeda biss minn AS (jew l-ASCB tagħha f’isimha) li l-kont tal-parteċipant tagħha jiġi ddebitat. Is-settlement tal-istruzzjoni ta’ ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont ta’ parteċipant tal-AS li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-ikkreditar tas-subkont ta’ parteċipant ta’ AS oħra.
L-AS li jniedi l-istruzzjoni għall-ħlas u l-AS l-ieħor għalndhom ikunu notifikati mal-ikkompletar tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.
(13) Cross-system settlement minn AS li juża l-mudell interfaced lil AS li tuża l-mudell integrat jista’ jinbeda bl-AS tuża mudell interfaced (jew l-ASCB tagħha f’isimha). Is-settlement tal-istruzzjoni ta’ ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont ta’ parteċipant bl-użu tal-mudell interfaced u bl-ikkreditar tal-kont mera użat mill-AS bl-użu ta’ mudell integrat. L-istruzzjoni għall-ħlas ma tistax tinbeda mill-AS bl-użu tal-mudell integrat li l-kont mera tiegħu ser jiġi kkreditat.
L-AS li jniedi l-istruzzjoni għall-ħlas u l-AS l-ieħor għandhom ikunu notifikati mal-ikkompletar tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.
(B) Mudell integrat
(14) Meta joffru l-proċedura ta’ settlement 6 għall-mudelli integrati, il-ASCBs jew il-SCBs għandhom jappoġġjaw dak is-settlement. Fil-każ li tintuża l-proċedura ta’ settlement 6 għall-mudell integrat tal-ipproċessar ta’ bi nhar, tiġi offruta biss funzjonalità limitata.
(15) Fil-proċedura ta’ settlement 6 u fir-rigward tal-mudell integrat, l-ASCBs u l-SCBs għandhom joffru t-tipi li ġejjin ta’ servizz ta’ trasferiment ta’ likwidità f’kont mera:
(a) standing orders (għal ipproċessar ta’ bi nhar u operazzjonijiet ta’ bil-lejl tal-AS), li l-banek tas-settlement jistgħu jibagħtu jew jimmodifikaw f’kull ħin matul jum tan-negozju permezz tal-ICM (meta jkun disponibbli). Standing orders mibgħuta wara li jintbagħat messaġġ ta’ “bidu-ta’-proċedura” f’jum ta’ negozju partikolari għandhom ikunu validi biss għall-jum tan-negozju li jmiss. Jekk ikun hemm diversi standing orders biex jikkreditaw subkontijiet differenti, dawn għandhom jiġu settled fl-ordni skont l-ammont tagħhom, jibdew bl-ogħla. Jekk standing order għall-ipproċessar ta’ bi nhar mhix koperta, din tinċaħad. Matul l-operazzjonijiet ta’ bil-lejl ta’ AS, jekk ikun hemm standing orders li għalihom ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, dawk l-ordnijiet għandhom jiġu settled wara tnaqqis pro-rata tal-ordnijiet kollha;
(b) ordnijiet kurrenti, li jistgħu jintbagħtu biss jew minn bank tas-settlement (permezz tal-ICM) jew tal-AS rilevanti permezz ta’ messaġġ XML matul it-tħaddim tal-proċedura ta’ settlement 6 (identifikata bl-intervall ta’ bejn il-messaġġ ta’ “bidu-ta’-proċedura” sa dak ta’ “tmien-ta’-proċedura”) u li jiġu settled biss sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar AS ma jkunx għadu beda. Jekk l-AS jibgħat ordni kurrenti li għaliha ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, din l-ordni għandha tiġi settled parzjalment;
(c) ordnijiet SWIFT li jmorru permezz ta’ messaġġ MT 202 li jistgħu jintbagħtu biss waqt l-ipproċessar ta’ bi nhar biss. Dawn l-ordnijiet għandhom jiġu settled minnufih.
(16) Ir-regoli rigward il-messaġġi ta’ “bidu-ta’-proċedura” u “tmiem-ta’-proċedura”, kif ukoll rigward il-bidu u t-tmiem taċ-ċiklu għall-mudell interfaced, għandhom japplikaw mutatis mutandis.
(17) Cross-system settlement bejn żewġ ASs li jużaw il-mudell integrat jista’ jinbeda biss minn AS (jew l-ASCB tagħha f’isimha) li l-kont mera tagħha jiġi ddebitat. Is-settlement tal-istruzzjoni ta’ ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont mera tal-AS li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-ikkreditar tas-subkont mera użat minn AS oħra. L-istruzzjoni ta’ ħlas ma tistax jinbeda mill-AS li l-kont mera tiegħu ser jiġi kkreditat.
L-AS li jniedi l-istruzzjoni għall-ħlas u l-AS l-ieħor għandhom ikunu notifikati mal-ikkompletar tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.
(18) Cross-system settlement minn AS li juża l-mudell integrat lil AS li tuża l-mudell interfaced jista’ jinbeda bl-AS juża mudell integrat (jew l-ASCB tagħha f’isimha). Is-settlement tal-istruzzjoni ta’ ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont mera bl-użu tal-mudell intregrat u l-ikkreditar tas-subkont ta’ parteċipant ta’ AS oħra. L-istruzzjoni tal-ħlas ma tistax tinbeda mill-AS bl-użu tal-mudell interfaced li s-subkont tagħha ser jiġi kkreditat.
L-AS li jniedi l-istruzzjoni għall-ħlas u l-AS l-ieħor għandhom ikunu notifikati mal-ikkompletar tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.
15. Mekkaniżmi konnessi fakultattivi
(1) Il-mekkaniżmu konness fakultattiv “Perijodu ta' informazzjoni” jista jiġi offrut mill-ASCBs għall-proċeduri ta' settlement 3, 4 u 5. Jekk l-AS (jew il-ASCB f'ismu) ikun speċifika ħin fakultattiv għall-“perijodu ta' informazzjoni”, il-bank tas-settlement għandu jirċievi messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM li jindika l-ħin sa meta l-bank tas-settlement jista' jitlob li titreġġa lura l-istruzzjoni rilevanti ta' ħlas. Din it-talba għandha tiġi kkunsidrata biss mill-SCB jekk tiġi kkomunikata permezz ta' u approvata mill-AS. Is-settlement għandu jibda jekk il-SCB ma jirċevix din it-talba sal-ħin li fih jiskadi l-“Perijodu ta' Informazzjoni”. Malli l-SCB jirċievi din it-talba fil-“Perijodu ta' Informazzjoni”:
(a) meta l-proċedura ta' settlement 3 tintuża għas-settlement bilaterali, l-istruzzjoni ta' ħlas rilevanti għandha titreġġa' lura; u
(b) meta l-proċedura ta' settlement 3 tintuża għas-settlement ta' bilanċi multilaterali, jew jekk fil-proċedura ta' settlement 4, is-settlement sħiħ ifalli, l-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha rilevanti għandhom jitreġġgħu lura, u l-banek tas-settlement kollha u l-AS għandhom jiġu nfurmati permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.
(2) Jekk AS jibgħat l-istruzzjonijiet tas-settlement qabel il-ħin skedat tas-settlement (“from”), l-istruzzjonijiet jinħażnu sakemm isir il-ħin skedat. F'dan il-każ, l-istruzzjonijiet ta' ħlas jiddaħħlu fl-entry disposition biss meta jsir il-ħin “from”. Dan il-mekkaniżmu fakultattiv jista' jintuża fil-proċedura tas-settlement 1 u 2.
(3) Il-perijodu ta’ settlement (“sa”) jagħmilha possibbli li jiġi allokat għal żmien limitat għas-settlement ta’ AS sabiex ma jiġix ipprevenut jew imtawwal is-settlement ta’ tranżazzjonijiet relatati mal-AS jew TARGET2 oħrajn. Jekk ma jkunx hemm settlement tal-istruzzjoni ta’ ħlas saż-żmien “sa” jew fil-perijodu definit ta’ settlement, dawn l-istruzzjonijiet ta’ ħlas jew jiġu rritornati jew, fil-każ tal-proċeduri ta’ settlement 4 u 5, il-mekkaniżmu tal-fond ta’ garanzija jista’ jiġi attivat. Il-perijodu ta’ settlement (“sa”) jista’ jiġi speċifikat għall-proċeduri ta’ settlement 1 sa 5.
(4) Il-mekaniżmu ta' fond iggarantit jista' jintuża jekk il-likwidità ta' bank tas-settlement ma tkunx biżżejjed biex tkopri l-obbligi kollha tiegħu li jqumu mis-settlement AS. Sabiex jitħalla s-settlement ta' l-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas involuti f'settlement AS, dan il-mekkaniżmu jintuża biex jipprovdi l-likwidità addizzjonali meħtieġa. Dan il-mekkaniżmu jista' jintuża għal proċeduri ta' settlement 4 u 5. Jekk għandu jintuża l-mekkaniżmu ta' fond iggarantit, ikun meħtieġ li jinżamm kont speċjali ta' fond iggarantit fejn tinżamm disponibbli, jew issir disponibbli fuq talba, “likwidità ta' emerġenza”.
16. Algoritmi wżati
(1) L-Algoritmu 4 jinkoraġġixxi l-proċedura ta' settlement 5. Biex is-settlement jiġi ffaċilitat u biex titnaqqas il-likwidità meħtieġa, l-ordnijiet ta' ħlas AS huma inklużi (irrispettivament mill-prijorità tagħhom). L-istruzzjonijiet ta' ħlas ta' l-AS li għandhom jiġu settled wara l-proċedura ta' settlement 5 jaqbżu l-entry disposition u jinżammu fil-PM separatament sat-tmiem tal-proċess kurrenti ta' ottimizzazzjoni. Fl-istess tħaddim ta' l-Algoritmu 4, ikunu nklużi diversi ASs li jużaw il-proċedura ta' settlement 5 jekk ikunu qed jaħsbu li jwettqu settlement fl-istess ħin.
(2) Fil-proċedura ta' settlement 6, il-bank tas-settlement jista' jiddedika ammont ta' likwidità biex jagħmel settlement ta' bilanċi li jiġu minn AS speċifiku. Id-dedika tista' ssir billi titwarrab il-likwidità meħtieġa f'subkont speċifiku (mudell interfaced). L-Algoritmu 5 jintuża kemm għal operazzjonijiet ta' bil-lejl tas-sistema anċillari u għal ipproċessar ta' bi nhar. Il-proċess ta' settlement iseħħ billi jiġu ddebitati s-subkontijiet tal-banek tas-settlement qasir favur il-kont tekniku AS, u mbagħad il-kont tekniku AS jiġi ddebitat favur is-subkontijiet tal-banek tas-settlement twil. Fil-każ ta' bilanċi ta' kreditu, il-booking jista' jsir direttament – jekk indikat mill-AS fit-tranżazzjoni rilevanti – fil-kont PM tal-bank tas-settlement. Jekk is-settlement ta' struzzjoni ta' debitu waħda jew iżjed ma jkunx b'suċċess (jiġifieri b'riżultat ta' żball ta' l-AS), il-ħlas rispettiv jitqiegħed fi kju fis-sub-kont. Il-proċedura ta' settlement 6 tista' tagħmel użu mill-Algoritmu 5 jaħdem fis-sub-kontijiet. Barra minn dan, l-Algoritmu 5 m'għandux iqis kull limitu jew riżervazzjoni. Għal kull bank tas-settlement il-pożizzjoni totali hija kkalkulata u jekk il-pożizzjonijiet totali kollha huma koperti, jiġu settled it-tranżazzjonijiet kollha. It-tranżazzjonijiet li mhumiex koperti jitqiegħdu lura fil-kju.
17. Effett tas-sospensjoni jew tmiem
Jekk is-sospensjoni jew it-tmiem ta' l-użu ta' l-ASI minn AS jidħlu fis-seħħ matul iċ-ċiklu tas-settlement ta' l-istruzzjonijiet ta' ħlas AS, il-ASCB għandu jitqies li jkun awtorizzat biex ikompli ċ-ċiklu tas-settlement f'isem l-AS.
18. Skeda ta' tariffi u fatturazzjoni
(1) Sistema anċillari li tuża l-ASI jew l-Interface tal-Parteċipant, irrispettivament min-numru ta' kull kont li jista' jkollha mal-ASCB u/jew il-SCB, għandha tkun suġġetta għal skeda ta' tariffa li tikkonsisti fi tliet elementi, kif stabbilit hawn taħt.
(a) Tariffa fissa ta' kull xahar ta' EUR 1 000 biex tiġi mposta fuq kull AS (Tariffa Fissa I).
(b) Tariffa oħra (it-tieni) fissa ta' kull xahar ta' bejn EUR 417 u EUR 4 167, f'proporzjon mal-valur gross bażiku tat-tranżazzjonijiet tas-settlement tal-flus kontanti f'euro ta' l-AS (Tariffa Fissa II):
Faxxa |
Minn (EUR miljun/jum) |
Għal (EUR miljun/jum) |
Tariffa annwali |
Tariffa ta' kull xahar |
1 |
0 |
anqas minn 1 000 |
EUR 5 000 |
EUR 417 |
2 |
1 000 |
anqas minn 2 500 |
EUR 10 000 |
EUR 833 |
3 |
2 500 |
anqas minn 5 000 |
EUR 20 000 |
EUR 1 667 |
4 |
5 000 |
anqas minn 10 000 |
EUR 30 000 |
EUR 2 500 |
5 |
10 000 |
anqas minn 50 000 |
EUR 40 000 |
EUR 3 333 |
6* |
'Il fuq minn 50 000 |
— |
EUR 50 000 |
EUR 4 167 |
Il-valur gross tat-tranżazzjonijiet tas-settlement tal-flus kontanti f'euro ta' l-AS għandu jkun ikkalkulat mill-ASCB darba f'sena fuq il-bażi ta' dan il-valur gross matul is-sena ta' qabel, u l-valur gross ikkalkulat għandu jiġi applikat biex tiġi kkalkolata t-tariffa mill-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja.
(ċ) It-tariffa ta' tranżazzjoni kkalkulata fuq l-istess bażi bħall-iskeda stabbilita għall-parteċipanti tat-TARGET2 fl-Appendiċi VI ta' l-Anness II. L-AS jista' jagħżel waħda miż-żewġ għażliet: jew iħallas tariffa fissa ta' EUR 0,80 għal kull struzzjoni ta' ħlas (Għażla A), jew iħallas tariffa kkalkulata fuq bażi digressiva (Għażla B), bla ħsara għall-modifikazzjonijiet li ġejjin:
— għal Għażla B, il-limiti tal-faxex relatati mal-volum ta' struzzjonijiet ta' ħlas jinqasmu fi tnejn; u
— tariffa fissa ta' kull xahar ta' EUR 100 (skond l-Għażla A) jew ta' EUR 1 250 (skond l-Għażla B) għandha tiġi mposta minbarra t-Tariffa Fissa I u t-Tariffa Fissa II.
(2) Kull tariffa pagabbli fir-rigward ta' struzzjoni ta' ħlas mibgħuta jew ħlas riċevut minn AS, permezz ta' jew l-Interface tal-Parteċipant jew l-ASI, għandhom ikunu mposti esklużivament fuq l-AS. Il-Kunsill Governattiv jista' jistabbilixxi regoli aktar iddettaljati għad-determinazzjoni ta' tranżazzjonijiet bi ħlas settled permezz ta' l-ASI.
(3) Kull AS għandu jirċievi fattura mill-ASCB rispettiv tiegħu għax-xahar ta' qabel, ibbażata fuq it-tariffi msemmija fis-subparagrafu 1, mhux aktar tard mill-ħames jum tan-negozju tax-xahar ta' wara. Il-ħlasijiet għandhom isiru mhux aktar tard mill-għaxar jum tan-negozju ta' dan ix-xahar fil-kont speċifikat mill-ASCB, jew għandhom jiġu ddebitati minn kont speċifikat mill-AS.
(4) Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, kull AS li jkun ġie indikat skond id-Direttiva 98/26/KE għandu jiġi ttrattat separatament, anke jekk tnejn jew aktar minnhom huma operati mill-istess entità legali. L-istess regola għandha tapplika għall-ASs li ma jkunux ġew indikati skond id- Direttiva 98/26/KE, f'liema każijiet l-ASs għandhom ikunu identifikati b'referenza għall-kriterji li ġejjin: (a) arranġament formali, ibbażat fuq strument kuntrattwali jew leġiżlattiv (e.ż. ftehim bejn il-parteċipanti u l-operatur tas-sistema); (b) bi sħubijiet multipli; (ċ) regoli komuni u arranġamenti standardizzati; u (d) għall-ikklerjar (clearing), netting u/jew settlement ta' ħlasijiet u/jew titoli bejn il-parteċipanti.
ANNESS V
KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI SUPPLIMENTARI U MODIFIKATI GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FIT-TARGET2 PERMEZZ TA’ AĊĊESS IBBAŻAT FUQ L-INTERNET
Artikolu 1
Skop
Il-Kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II japplikaw għall-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet biex jaċċedu għal kont wieħed PM jew aktar skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, japplikaw id-definizzjoniet li ġejjin:
— “awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni” tfisser BĊ wieħed jew aktar identifikati bħala tali mill-Kunsill Governattiv biex jaġixxu f’isem l-Eurosistema għall-ħruġ, il-ġestjoni, ir-revoka u tiġdid ta’ ċertifikati elettroniċi,
— “ċertifikati elettroniċi” jew “ċertifikati” tfisser fajl elettroniku, maħruġ mill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li jorbot public key b’identità u li jintuża għal li ġej: biex jivverifika li public key tappartjeni lil individwu, biex jiġi awtentikat id-detentur, biex jikkontrolla l-firma mingħand dan l-individwu jew biex jaqleb f’kowd messaġġ indirizzat lil dan l-individwu. Iċ-ċertifikati jinżammu fuq strument fiżiku bħal kard biċ-ċipp fiha jew USB stick, u r-referenzi għaċ-ċertifikati jinkludu strumenti fiżiċi bħal dawn. Iċ-ċertifikati huma strumentali fil-proċess ta’ awtentikazzjoni tal-parteċipanti li qed jaċċedu għal TARGET2 permezz tal-Internet u qed jissottomettu messaġġi ta’ ħlas jew messaġġi ta’ verifika,’
— “detentur ta” ċertifikat’ tfisser persuna individwali, imsemmija, identifikata u indikata minn parteċipant ta’ TARGET2 bħala awtorizzata biex ikollha aċċess ibbażat fuq l-Internet għall-kont TARGET2 tal-parteċipant. L-applikazzjoni tagħhom għal ċertifikati tkun ġiet ivverifikata mill-BĊN tal-pajjiż tal-parteċipant u trasmessa lill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li min-naħa tagħhom ikunu kkunsinnaw ċertifikati li jorbtu l-kodiċi pubbliku mal-kredenzjali li jidentifikaw lill-parteċipant,
— “aċċess ibbażat fuq l-internet” tfisser li l-parteċipant għażel kont PM li jista’ jkun hemm aċċess għalih permezz tal-Internet biss u l-parteċipant jissottometti messaġġi ta’ ħlas jew messaġġi ta’ verifika lil TARGET2 peremzz tal-Internet,’
— “fornitur tas-servizz tal-internet” tfisser il-kumpanija jew organizzazzjoni, jiġifieri l-gateway, użat mill-parteċipant TARGET2 għall-finijiet ta’ aċċess għall-kont TARGET2 tagħhom permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet inapplikabbli
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Anness II m’għandhomx japplikaw fir-rigward tal-aċċess ibbażat fuq l-Internet:
L-Artikolu 4(1)(c) u (2)(d); l-Artikolu 5(2), (3) u (4); l-Artikoli 6 u 7; l-Artikolu 11(8); l-Artikolu 14(1)(a); l-Artikolu 17(2), l-Artikoli 23 sa 26; l-Artikolu 41; u l-Appendiċi I, VI u VII.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet supplimentari u modifikati
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Anness II għandhom japplikaw fir-rigward tal-aċċess ibbażat fuq l-Internet kif modifikati hawn taħt:
1. L-Artikolu 2(1) huwa mibdul b’li ġej:
“1. L-Appendiċi li ġejjin jifformaw parti integrali ta’ dawn il-Kundizzjonijiet u japplikaw għall-parteċipanti li jaċċedu għal kont PM permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet:
Appendiċi IA għall-Anness V : Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-ipproċessar ta’ ordnijiet għall-ħlas għal aċċess ibbażat fuq l-Internet
Appendiċi IIA għall-Anness V : Skeda ta’ miżati u ħruġ ta’ fatturi għal aċċess ibbażat fuq l-Internet
Appendiċi II : Skema ta’ kumpens TARGET2
Appendiċi III : Termini ta’ referenza għall-capaċità u opinjonijiet tal-pajjiż
Appendiċi IV, ħlief għall-paragrafu 7(b) tiegħu : Il-kontinwità tas-servizz u proċeduri ta’ kontinġenza
Appendiċi V : Skeda tal-operat”
2. L-Artikolu 3 huwa modifikat kif ġej:
(a) Il-Paragrafu 4 huwa mibdul b’li gej:
“4. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] huwa l-fornitur tas-servizzi taħt dawn il-Kundizzjonijiet. L-azzjonijiet u l-ommissjonijiet tal-BĊi li jipprovdu l-SSP u/jew tal-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu kkunsidrati bħala azzjonijiet u ommissjonijiet ta’ [inserixxi l-isem tal-BĊ], li għalihom għandu jassumi r-responsabbiltà skont l-Artikolu 31 hawn taħt. Il-parteċipazzjoni skont dawn il-Kundizzjonijiet m’għandhiex toħloq relazzjoni kuntrattwali bejn il-parteċipanti u l-BĊi li jipprovdu l-SSP meta dawn tal-aħħar jaġixxo f’dik il-kapaċità. L-istruzzjonijiet, il-messaġġi jew l-informazzjoni li parteċipant jirċievi mingħand, jew jibgħat lil, l-SSP b’rabta mas-servizzi pprovduti taħt dawn il-Kundizzjonijiet huma meqjusin bħala li waslu mingħand, jew mibgħuta lil, [inserixxi l-isem tal-BĊ].”
(b) Il-Paragrafu 6 huwa mibdul b’li gej:
“6. Il-parteċipazzjoni fit-TARGET2 tidħol fis-seħħ permezz ta’ parteċipazzjoni f’sistema ta’ komponent tat-TARGET2. Dawn il-Kundizzjonijiet jiddeskrivu d-drittijiet u l-obbligi lejn xulxin tal-parteċipanti fit-TARGET2- [inserixxi r-referenza għall-BĊ/pajjiż u l-[inserixxi l-isem tal-BĊ]. Ir-regoli dwar l-ipproċessar tal-ordnijiet għall-ħlas (Titlu IV) jirreferu għall-ordnijiet għall-ħlas kollha sottomessi jew il-ħlasijiet li waslu għand parteċipant tat-TARGET2 u għandhom japplikaw soġġetti għall-Anness V.”
3. L-Artikolu 4(2)(e) huwa mibdul b’li ġej:
“(e) istituzzjonijiet ta’ kreditu jew kull entità mit-tipi elenkati taħt is-subparagrafi (a) sa (c), fiż-żewġ każijiet fejn dawn huma stabbiliti f’pajjiż li miegħu l-Unjoni daħal fi ftehim monearju li jippermetti l-aċċess għal sistemi ta’ ġlas fl-Unjoni minn kull waħda minn dawn l-entitajiet, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim monetarju u bil-patt li s-sistema legali relevanti li tapplika fil-pajjiż hija ekwivalenti għal-leġislazzjoni relevanti tal-Unjoni.”
4. L-Artikolu 8 huwa modifikat kif ġej:
(a) Il-paragrafu 1(a)(i) huwa mibdul b’li ġej:
“1. Biex jiftħu kont PM li huwa aċċessibbli permezz tal-Internet fit-TARGET2-[inserixxi r-referenza għall-BĊ/pajjiż], il-parteċipanti applikanti għandhom:
(a) jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi li ġejjin:
(i) jinstallaw, jiġġestixxu, joperaw u jimmonitorjaw u jiżguraw is-sigurtà tal-infrastruttura tal-IT neċessarja għal konnessjoni mat-TARGET2-[inserixxi r-referenza għall-BĊ/pajjiż] u jissottomettulu ordnijiet għall-ħlas, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-Appendiċi IA tal-Anness V. Meta jagħmlu dan, il-parteċipanti applikanti jistgħu jinvolvu lil partijiet terzi, iżda jżommu r-responsabbiltà huma, u”
(b) Il-paragrafu 1(c) li ġej huwa miżjud:
“(c) jispeċifikaw illi jixtiequ jaċċedu għall-kont PM tagħhom permezz tal-Internet, u japplikaw għal kont PM separat fit-TARGET2 jekk jixtiequ ukoll li jkunu jistgħu jaċċedu għat-TARGET2 permezz ta’ min jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni. L-applikanti għandhom jissottomettu applikazzjoni mimlija kif suppost għall-ħruġ taċ-ċertifikati elettroniċi meħtieġa biex jaċċedu għat-TARGET2 permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet.”
5. L-Artikolu 9 huwa modifikat kif ġej:
(a) Il-paragrafu 3 huwa mibdul b’li gej:
“3. Il-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jitħallew biss jaraw id-direttorju tat-TARGET2 online u ma jistgħux iqassmuh kemm internament kif ukoll esternament.”
(b) Il-paragrafu 5 huwa mibdul b’li gej:
“5. Il-parteċipanti jirrikonoxxu illi l-[inserixxi l-isem tal-BĊ] u BĊi oħra jistgġu jippubblikaw l-ismijiet tal-parteċipanti u l-BICi.”
6. L-Artikolu 10 huwa modifikat kif ġej:
(a) Il-paragrafi 1 u 2 huma mibdulin b’li ġej:
“1. Il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] għandu joffri l-aċċess ibbażat fuq l-Internet deskritt fl-Anness V. Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f’dawn il-Kundizzjonijiet jew mitlub mil-liġi, il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] għandu juża l-mezzi kollha raġjonevoli fis-setgħa tiegħu biex iwettaq l-obbligi tiegħu taħt dawn il-Kundizzjonijiet, mingħajr ma jiggrarantixxi riżultat.
2. Il-parteċipanti li jużaw aċċess għat-TARGET2 ibbażat fuq l-Internet għandhom iħallsu l-miżati stabbiliti fl-Appendiċi IIA għall-Anness V.”
(b) Il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud:
“5. Il-parteċipanti għandhom jagħmlu ż-żewġ affarijiet li ġejjin:
(a) jivverifikaw attivament, b’intervalli regolari matul kull jum tan-negozju, l-informazzjoni kollha għad-disposizzjoni tagħhom fuq l-ICM, partikolarment għal informazzjoni b’rabta ma’ żviluppi importanti fis-sistema (bħal messaġġi li jirrigwardaw is-saldu ta’ sistemi anċillari) u okkażjonijiet ta’ esklużjoni jew sospensjoni ta’ parteċipant. Il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] m’għandux jinżamm responsabbli għal telfiet, diretti jew indiretti, li jirriżultaw min-nuqqas ta’ parteċipant li jagħmel dawn il-verifiki; u
(b) f’kull ħin jiżguraw kemm il-konformità mar-rekwiżiti dwar is-sigurtà speċifikati fl-Appendiċi IA għall-Anness V, partikolarment fir-rigward tal-konservazzjoni taċ-ċertifikati, u jħarsu r-regoli u l-proċeduri biex jiżguraw illi d-detenturi ta’ ċertifikat huma konxji tar-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-konservazzjoni taċ-ċertifikati.”
7. L-Artikolu 11 huwa modifikat kif ġej:
(a) Il-paragrafu 5a li ġej huwa miżjud:
“5a. Il-parteċipanti huma responsabbli għall-aġġornament f’waqtu ta’ formoli għall-ħruġ ta’ ċertifikati elettroniċi meħtieġa għall-aċċess għat-TARGET2 permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet u għas-sottomissjoni ta’ formoli ġodda għall-ħruġ ta’ dawn iċ-ċertifikati elettroniċi lill-[inserixxi l-isem tal-BĊ]. Il-parteċipanti huma responsabbli biex jivverifikaw l-eż.attezza ta’ informazzjoni dwarhom li tiddaħħal fir-TARGET2-[inserixxi referenza għall-BĊ/pajjiż] mill-[inserixxi l-isem tal-BĊ].”
(b) Il-paragrafu 6 huwa mibdul b’li gej:
“6. Il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] għandu jitqies li huwa awtorizzat biex jikkomunika lill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni kull informazzjoni dwar il-parteċipanti li tista’ tkun meħtieġa mill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni.”
8. L-Artikolu 12(7) huwa mibdul b’li ġej:
“7. Il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] għandu jagħmel disponibbli rendikont ta’ kuljum lil kull parteċipant li għażel li jkollu dan is-servizz.”
9. L-Artikolu 13(b) huwa mibdul b’li ġej:
“(b) istruzzjoni ta’ debitu dirett riċevuti taħt awtorizzazzjoni ta’ debitu dirett. Il-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet m’għandhomx ikunu jistgħu jibagħtu istruzzjonijiet ta’ debitu dirett mill-kont PM tagħhom, u”
10. L-Artikolu 14(1)(b) huwa mibdul b’li ġej:
“(b) il-messaġġ għall-ħlas huwa konformi mar-regoli u l-kundizzjoni tat-TARGET2-[inserixxi referenza għall-BĊ/pajjiż] dwar l-ifformattjar u jgħaddi mill-verifika doppja deskritta fl-Appendiċi I! għall-Anness V, u”
11. L-Artikolu 16(2) huwa mibdul b’li ġej:
“2. Il-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet m’għandhomx jitħallew jużaw il-funzjonalità tal-grupp AL fir-rigward tal-kont PM tagħhom aċċessibbli permezz tal-Internet, jew jikkombinaw dak il-kont PM aċċessibbli permezz tal-Internet ma’ xi kont TARGET2 ieħor li tiegħu huma detentur. Il-limiti jistgħu jiġu stabbiliti biss b’rabta ma’ grupp AL kollu. Il-limiti m’għandhomx jiġu stabbiliti fir-rigward ta’ kont PM wieħed ta’ membru ta’ grupp AL.”
12. L-Artikolu 18(3) huwa mibdul b’li ġej:
“3. Meta jintuża l-Indikatur tal-Ħin tal-Aħħar Debitu, l-ordni għall-ħlas aċċettata għandha tintbagħat lura bħala mhux issaldat jekk ma jistax ikun issaldat sal-ħin tad-debitu indikat. 15-il minuta qabel il-ħin tad-debitu definit, il-parteċipant li jagħti l-istruzzjoni għandu jkun informat permezz tal-ICM, u mhux tintbagħatlu notifika awtomatika permezz tal-ICM. Il-parteċipant li jagħti l-istruzzjoni jista’ juża ukoll l-Indikatur tal-Ħin tal-Aħħar Debitu bħala indikatur ta’ avviż biss. F’każijiet bħal dawn l-ordni għall-ħlas ikkonċernata m’għandhiex tintbagħat lura.”
13. L-Artikolu 21(4) huwa mibdul b’li ġej:
“4. Fuq talba ta’ min iħallas, il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] jista’ jiddeċiedi li jbiddel il-pożizzjoni fil-kju ta’ ordni għall-ħlas li hija urġenti ħafna (ħlief għal ordnijiet għall-ħlas li huma urġenti ħafna fil-kuntest ta’ proċeduri tas-saldu 5 u 6) bil-patt li din il-bidla ma teffettwax is-saldu bla xkiel minn sistemi anċillari fit-TARGET2 jew ma jwassalx mod ieħor għal riskju sistemiku.”
14. L-Artikolu 28 huwa modifikat kif ġej:
(a) Il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li gej:
“1. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jimplimentaw verifiki tas-sigurtà adegwati, partikolarment dawk speċifikati fl-Appendiċi IA għall-Anness V, biex jipproteġu s-sistemi tagħhom kontra l-aċċess u l-użu mhux awtorizzat. Il-parteċipanti għandhom ikunu responsabbli esklussivament għall-protezzjoni adegwata tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tas-sistemi tagħhom.”
(b) Il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud:
“4. Il-parteċipanti li jużaw l-aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jinformaw lil [inserixxi l-isem tal-BĊ] immedjatament b’kull okkorrenza li tista’ teffettwa l-validità taċ-ċertifikati, partikolarment dawk l-okkorrenzi speċifikati fl-Appendiċi IA tal-Anness V, inkluz mingħajr limitazzjoni kull telf jew użu mhux xieraq.”
15. L-Artikolu 29 huwa mibdul b’li ġej:
“Artikolu 29
Użu tal-ICM
1. L-ICM:
(a) iħalli lill-parteċipanti jdaħħlu l-ħlasijiet;
(b) iħalli lill-parteċipanti jaċċedu għall-informazzjoni li tirrigwarda l-kontijiet tagħhom u jiġġestixxu l-likwidità;
(c) jista’ jintuża biex iniedi ordnijiet għat-trasferiment tal-likwidità; u
(d) iħalli l-parteċipanti jaċċedu għal messaġġi tas-sistema.
2. Aktar dettalji tekniċi dwar l-ICM li għandu jintuża b’konnessjoni mal-aċċess ibbażat fuq l-Internet jinsabu fl-Appendiċi IA tal-Anness V.”
16. L-Artikolu 32 huwa modifikat kif ġej:
(a) Il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:
“1. Sakemm mhux ipprovdut mod ieħor f’dawn il-Kundizzjonijeit, il-messaġġi kollha marbutin mall-ħlas u l-ipproċessar tal-ħlas b’rabta ma’ TARGET2, bħall-konfermi tad-debiti jew il-krediti, jew messaġġi ta’ rendikont, bejn il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandu jkun disponibbli għall-parteċipant fuq l-ICM.”
(b) Il-paragrafu 3 huwa mibdul b’li gej:
“3. Jekk tfalli konnessjoni ta’ parteċipant, il-parteċipant għandu juża l-mezz alternattiv għat-trasmissjoni tal-messaġġi stabbilit fl-Appendiċi IA ta’ Anness V. F’każijiet bħal dawn, il-verżjoni mfaddla jew stampata tal-messaġġ prodott mill-[inserixxi l-isem tal-BĊ] għandu jkun aċċettat bħala evidenza.”
17. L-Artikolu 34(4)(c) huwa mibdul b’li gej:
“(c) La darba messaġġ imxandar mill-ICM ikun sar disponibbli għall-parreċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet, dawk il-parteċipanti għandhom jitqiesu li huma informati bit-terminazzjoni/sospensjoni tal-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET2-[inserixxi referenza għall-BĊ/pajjiż] jew sistema ta’ komponent ieħor tat-TARGET2. Il-parteċìpanti għandhom iġorru kull telf li jirriżulta mis-sottomissjoni ta’ ordni għall-ħlas lill-parteċipanti li l-parteċipazzjoni tagħhom ġiet sospiża jew itterminata jekk dan l-ordni għall-ħlas ikun iddaħħal fit-TARGET2-[inserixxi r-referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li l-messaġġ imxandar mill-ICM ikun sar disponisbbli.”
18. L-Artikolu 39(1) huwa mibdul b’li ġej:
“1. Il-parteċipanti għandhom ikunu meqjusa li jafu dwar, u ser jikkonformaw ma’, l-obbligi kollha tagħhom marbutin ma’ leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi nukleari, partikolarment bħala miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa li jikkonċernaw ħlasijiet iddebitati minn jew ikkreditati fuq il-kontijiet PM tagħhom. Qabel ma jidħlu f’relazzjoni kuntrattwali ma’ min jipprovdi s-servizz tal-Internet, parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu mgħarrfa bil-politka dwar l-irkupru tad-dejta ta’ min jipprovdi s-servizz tal-Internet.”
19. L-Artikolu 40(1) huwa mibdul b’li ġej:
“1. Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f’dawn il-Kundizzjonijiet, l-avviżi kollha meħtieġa jew permessi skont dawn il-Kundizzjoni għandhom jintbagħtu permezz tal-posta rreġistrata, faksimile jew bil-miktub mod ieħor. Avviżi lil [inserixxi l-isem tal-BĊ] għandhom ikunu sottomessi lill-kap tal-[inserixxi d-dipatriment għas-servizzi ta’ pagament jew it-taqsima relevanti tal-BĊ]. Avviżi lill-parteċipant għandhom jintbaghtulu fl-indirizz, numru ta’ faks jew indirizz BIC tiegħu li l-parteċipant jista’ minn żmien għal żmien jinnotofika bihom lil [inserixxi l-isem tal-BĊ].”
20. L-Artikolu 45 huwa mibdul b’li ġej:
“Artikolu 45
Separabbiltà
Jekk xi dispożizzjoni f’dawn il-Kundizzjonijiet jew fl-Anness V hija jew issir invalida, dan m’għandux jippreġudika l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dawn il-Kundizzjonijiet jew ta’ Anness V.”
Appendiċi IA
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-IPPROĊESSAR TA’ ORDNIJIET GĦALL-ĦLAS GĦALL-AĊĊESS IBBAŻAT FUQ L-INTERNET
Minbarra l-Kundizzjonijiet għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin għall-ipproċessar ta’ ordnijiet għall-ħlas permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet:
1. Rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni fit-TARGET2-[inserixxi referenza għall-BĊ/pajjiż] fir-rigward tal-infrastruttura, in-network u l-formati.
(1) Kull parteċipant li juża aċċess ibbażat fuq l-Internet għandu jqabbad mal-ICM tat-TARGET2 permezz ta’ klijent lokali, sistema operattiva u brawżer tal-internet kif speċifikat fl-anness “Parteċipazzjoni bbażata fuq l-internet – Rekwiżiti tas-sistema għall-aċċess tal-Internet” tal-Ispeċìfikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati għall-Utent (UDFS), bil-programmazzjonijiet definiti Il-kont PM ta’ kull parteċipant għandu jkun identifikat permezz ta’ BIC bi tmien jew ħdax-il ċifra Barra minn hekk, kull parteċipant għandu jgħaddi sejew ta’ testijiet biex jipprova l-kompetenza teknika u operattiva tiegħu qabel ma jkun jista’ jipparteċipa fit-TARGET2-[inserixxi r-referenza għall-BĊ/pajjiż].
(2) Għas-sottomissjoni ta’ ordnijiet għall-ħlas u l-iskambju ta’ messaġġi ta’ ħlas fil-PM għandha tintuża l-pjattaforma TARGET2 BIC TRGTXEPMLVP bħala l-mittent/riċevitur tal-messaġġ. Ordnijiet għall-ħlas mibgħutin lil parteċipant permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-internet għandhom jidentifikaw lil dak il-parteċipant riċevitur fl-ispazju għall-istituzzjoni benefiċjarja. Ordnijiet għall-ħlas li jsiru minn parteċipant permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-internet għandhom jidentifikaw lil dak il-parteċipant bħala l-istituzzjoni li qed tagħti l-ordni.
(3) Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-internet jużaw servizzi ta’ infrastruttura għall-kodiċi pubbliku kif speċifikat “fil-Manwal għall-Utent dwar l-Aċċess għall-Internet għas-servizz ta’ ċertifikazzjoni tal-kodiċi pubbliku”.
2. Tipi ta’ messaġġi ta’ ħlas
(1) Parteċipanti b’aċċess ibbażat fuq l-internet jistgħu jagħmlu t-tipi ta’ ħlasijiet li ġejjin:
(a) ħlasijiet mill-klijent, jiġifieri trasferimenti ta’ kreditu li għalihom il-klijent li qed jordna u/jew benefiċjarju mhumiex istituzzjonijiet fiannzjarji,
(b) ħlasijiet mill-klijent STP, jiġifieri trasferimenti ta’ kreditu li għalihom il-klijent li qed jordna u/jew benefiċjarju mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji, eż.egwiti b’metodu ta’ pproċessar kontinwu mill-bidu sat-tmiem,
(c) trasferimenti minn bank għal bank bien jintalab iċ-ċaqlieq ta’ fondi bejn istituzzjonijiet finanzjarji,
(d) ħlasijiet ta’ kopertura biex jintalab iċ-ċaqlieq ta’ fondi bejn istituzzjonijiet finanzjarji b’rabta ma’ trasferiment sottostanti ta’ kreditu ta’ klijent.
Barra minnhekk, parteċipanti li jużaw aċċess għal kont PM ibbażat fuq l-internet jistgħu jirċievu ordnijiet ta’ debitu dirett.
(2) Il-parteċipanti għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet kif definiti f’Kapitlu 9.1.2.2 tal-UDFS, Ktieb 1.
(3) Il-kontenut għandu jkun ivvalidat fil-livell ta’ TARGET2-[inserixxi riferenza għall-pajjiż/BĊ] skont ir-rekwiżiti tal-UDFS. Il-parteċipanti jistgħu jiftiehmu bejniethom dwar regoli speċifiċi li jirrigwardaw il-kontenut. Madankollu, fit-TARGET2-[inserixxi referenza għall-pajjiż/BĊ] m’għandu jkun hemm ebda verifiki speċifiċi dwar jekk parteċipanti jikkonformawx ma’ regoli bħal dawn.
(4) Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-internet jistgħu jagħmlu ħlasijiet ta’ kopertura permezz ta’ TARGET2, jiġifieri ħlasijiet li jsiru minn banek korrispondenti biex jissaldaw (ikopru) messaġġi ta’ trasferiment ta’ kreditu li huma sottomessi lil bank ta’ klijent b’mezz ieħor, li huwa aktar dirett. Id-dettalji tal-klijent inklużi f’dawn il-ħlasijiet ta’ saldu m’għandhomx jintwerew fl-ICM.
3. Verifika kontra kitba doppja
(1) L-ordnijiet għall-ħlas kollha għandhom jgħaddu minn verifika kontra kitba doppja, li l-għan tagħha huwa li tirrifjuta ordnijiet għall-ħlas li ġew sottomessi aktar minn darba bi żball.
(2) Is-sessjonijiet li ġejjin tat-tipi ta’ messaġġ għandhom jiġu vverifikati:
Dettalji |
Parti tal-messaġġ |
Sezzjoni |
Mittent |
Intestatura Bażika |
Indirizz BIC |
Tip ta’ Messaġġ |
Intestatura tal-Applikazzjoni |
Tip ta’ Messaġġ |
Riċevitur |
Intestatura tal-Applikazzjoni |
Indirizz tad-Destinazzjoni |
Numru ta’ Referenza tat-Transazzjoni (TRN) |
Blokk għat-Test |
:20 |
Referenza Relatata |
Blokk għat-Test |
:21 |
Data tal-Valur |
Blokk għat-Test |
:32 |
Ammont |
Blokk għat-Test |
:32 |
(3) Jekk is-sezzjonijiet kollha deskritti fis-subparagrafu 2 b’rabta ma’ ordni għall-ħlas ġdida li ġiet sottomessa huma identiċi għal dawk b’rabta ma’ ordni għall-ħlas li diġa ġiet aċċettata, l-ordni għall-ħlas ġdida li ġiet sottomessa għandha tintbagħat lura.
4. Kodiċijiet li jidentifikaw l-iżball
Jekk ordni għall-ħlas tiġi rrifjutata, notifika ta’ abort għandha tiġi pprovduta permezz tal-ICM biex tindika r-raġuni għar-rifjut permezz ta’ kodiċijiet li jidentifikaw l-iżball. Il-kodiċijiet li jidentifikaw l-iżball huma definiti f’Kapitlu 9.4.2 tal-UDFS.
5. Ħinijiet predeterminati għas-saldu
(1) Għal ordnijiet għall-ħlas li jużaw l-Indikatur tal-Ħin tal-Ewwel Debitu, il-kodiċi “/FROTIME/” għandu jintuża.
(2) Għal ordnijiet għall-ħlas li jużaw l-Indikatur tal-Ħin tal-Aħħar Debitu, għandhom ikunu disponibbli żewġ għażliet.
(a) |
Il-kodiċi “/REJTIME/” : jekk l-ordni għall-ħlas ma jistax jiġi ssaldat sal-ħin tad-debitu indikat, l-ordni għall-ħlas għandu jintbagħat lura. |
(b) |
Il-kodiċi “/TILTIME/” : jekk l-ordni għall-ħlas ma jistax jiġi ssaldat sal-ħin tad-debitu indikat, l-ordni għall-ħlas m’għandux jintbagħat lura iżda għandu jinżamm fil-kju relevanti.. |
Taħt iż-żewġ opzjonijiet, jekk ma jkunx hemm saldu ta’ ordni għall-ħlas b’Indikatur tal-Ħin għall-Aħħar Debitu sa 15-il minuta qabel il-ħin indikat fiha, notifika għandha tiġi pprovduta awtomatikament permezz tal-ICM.
(3) Jekk jintuża l-kodiċi “/CLSTIME/”, il-ħlas għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħall-ordni għall-ħlas li għaliha hemm referenza fis-subparagrafu 2(b)
6. Saldu ta’ ordnijiet għall-ħlas fl-entry disposition
(1) Verifiki ta’ bilanċ u, jekk xieraq, verifiki ta’ bilanċ estiżi (iż-żewġ kelmiet hekk kif definiti fil-paragrafi 2 u 3) għandhom isiru fuq ordnijiet għall-ħlas mdaħħlin fl-entry disposition sabiex jipprovdu saldu gross ta’ ordnijiet għall-ħlas li huwa veloċi u jifranka l-likwidità.
(2) Verifika ta’ bilanċ għandha tiddetermina jekk l-ordnijiet għall-ħlas ta’ min għandu jirċievi l-ħlas li jinsabu fuq quddiem ta’ dawk li huma urġenti ħafna, fejn mhux applikabbli, il-kju urġenti, humiex disponibbli biex ikunu bbilanċati kontra l-ordni għall-ħlas ta’ min qed jagħmel il-ħlas (minn hawn “il quddiem” ordnijiet għall-ħlas “ta bilanċ”). Jekk ordni għall-ħlas ta’ bilanċ ma jipprovdix fondi suffiċjenti għall-ordni tal-ħlas ta’ min qed jagħmel il-ħlas rispettiv fl-entry disposition, għandu jiġi determinat jekk hemmx likwidità disponibbli biżżejjed fil-kont PM ta’ min qed jagħmel il-ħlas.
(3) Jekk il-verifika ta’ bilanċ tfalli, il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] jista’ jagħmel verifika ta’ bilanċ estiża. Verifika ta’ bilanċ estiża tiddetermina jekk ordnijiet għall-ħlas ta’ bilanċ humiex disponibbli f’waħda mill-kjuwijiet ta’ min qed jirċievi l-ħlas irrispettivament minn meta ngħaqdu mal-kju. Madankollu, Jekk fil-kju ta’min qed jirìevi l-ħlas hemm ordnijiet għall-ħlas ta’prijorità ogħla indirizzati lil parteċipanti TARGET2 oħrajn, il-prinċipju FIFO jista’ jinkiser biss jekk is-saldu ta’ din l-ordni għall-ħlas ta’ bilanċ jirriżulta f’żieda fil-likwidità għal min qed jirċievi l-ħlas.
7. Saldu ta’ ordnijiet għall-ħlas fil-kju
(1) It-trattament ta’ ordnijiet għall-ħlas imqiegħda fi kjuwijiet jiddependi fuq il-klassi ta’ prijorità li magħha ġiet abbinata mill-parteċipant li qed jagħti l-istruzzjoni.
(2) Ordnijiet għall-ħlas fil-kjuwijiet urġenti ħafna u urġenti għandu jsir saldu tagħhom permezz tal-verifiki ta’ bilanċ deskritti fil-paragrafu 6, u jibdew bl-ordni għall-ħlas fuq quddiem tal-kju f’każijiet fejn hemm żieda fil-likwidità jew hemm intervent f’livell ta’ kju (bidla tal-pożizzjoni fil-kju, il-ħin tas-saldu jew il-prijorità, jew revoka tal-ordni għall-ħlas).
(3) Ordnijiet għall-ħlas fil-kju normali għandu jsir sald tagħhom fuq bażi kontinwa inklużi l-ornijiet għall-ħlas urġenti ħafna u urġenti li għadu ma sarx saldu tagħhom. Jintużaw mekkaniżmi ta’ ottimazzjoni (algoriżmi) differenti. Jekk algoriżmu jirnexxi, l-ordnijiet għall-ħlas inklużi għandu jsir saldu tagħhom; jekk algoriżmu ma jirnexxix, l-ordnijiet għall-ħlas jibqgħu fil-kju. Tliet algoriżmi (1 sa 3) għandhom jiġu applikati sabiex jibbilanċjaw il-flussi tal-pagament. Permezz ta’ Algoriżmu 4, il-proċedura tas-saldu 5 (kif definita f’Kapitlu 2.8.1 tal-UDFS) għandha tkun disponibbli għall-istruzzjonijiet għas-saldu tal-ħlas ta’ sistemi anċillari. Biex jiġi ottimizzat is-saldu ta’ transazzjonijiet tas-sistema anċillari li huma urġenti ħafna fis-subkontijiet tal-parteċipanti, għandu jintuża algoriżmu speċjali (Algoriżmu 5).
(a) Taħt Algoriżmu 1 (“kollox-jew-xejn”) il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu, kemm għal kull relazzjoni li fir-rigward tagħha ġie stabbilit limitu bilaterali kif ukoll għas-somma totali ta’ relazzjonijiet li għalihom ġie stabbilit limit multilaterali:
(i) jikkalkula l-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kull kont PM ta’ parteċipant TARGET2 billi jistabbilixxi jekk l-aggregat tal-ordnijiet għall-ħlas ħerġin u deġlin li huma pendenti fil-kju huwiex negattiv jew pożittiv u, jekk huwa negattiv, jivverifika jekk jeċċedix il-likwidità disponibbli ta’ dak il-parteċipant (il-pożiżżjoni tal-likwidità totali għandha tikkostitwixxi l-“pożizzjoni tal-likwidità totali”); u
(ii) jivverifika jekk il-limiti u r-riżervi stabbiliti minn kull parteċipant TARGET2fir-rigward ta’ kull kont PM relevanti humiex irrispettati.
Jekk l-eżitu ta’ dawn il-kalkoli u verifiki huwa pożittiv għal kull kont PM relevanti, il-[inserixxi isem il-BĊ] u BĊi oħrajn involuti għandhom jissaldaw il-ħlasijiet kollha fl-istess ħin fuq il-kontijiet PM tal-parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati.
(b) Taħt l-Algoriżmu 2 (“parzjali”) il-[inserixxi isem tal-BĊ] għandu:
(i) jikkalkula u jivverifika il-pożizzjonijiet tal-likwidità, il-limiti u r-riżervi ta’ kull kont PM rilevanti skont l-Algoriżmu 1; u
(ii) jekk il-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kont PM wieħed relevanti jew aktar huwa negattiv, oħroġ ordnijiet għall-ħlas individwali sakemm il-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kull kont PM relevanti tkun pożittiva.
Minn hemm “il quddiem, il-[inserixxi isem il-BĊ] u l-BĊi oħrajn involuti għandhom, sakemm ikun hemm fondi suffiċjenti, għandhom jagħmlu saldu tal-ħlasijiet kollha li jkun għad baqa” (ħlief għall-ordnijiet għall-ħlas maħruġin) fl-istess ħin fuq il-kontijiet PM tal-parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati.
Meta jkunu qed joħorġu ordnijiet għall-ħlas, il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu jibda mill-kont PM tal-parteċipant fit-TARGET2 bl-ogħla pożizzjoni ta’ likwidità totali negattiva u mill-ordni għall-ħlas fl-aħħar tal-kju bl-aktar prijorità baxxa. Il-proċess tal-għażla għandu jiskorri biss għall żmien qasir, li għandu jiġi determinat minn [inserixxi isem il-BĊ] fid-diskrezzjoni tiegħu.
(c) Taħt l-Algoriżmu 3 (“multiplu”) il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu:
(i) iqabbel kontijiet PM ta’ pari ta’ parteċipanti fit-TARGET2 sabiex jiddetermina jekk oprdnijiet għall-ħlas fil-kju jistax isir saldu tagħhom fil-likwidità disponibbli fil-kontijiet taż-żewġ parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati u fil-limiti stabbiliti minnhom (billi jibda mill-par ta’ kontijiet PM bl-anqas differenza bejn l-ordnijiet għall-ħlas indirizzati lil xulxin), u l-BĊ(i) involut(i) għandu jirreġistra dawk il-ħlasijiet simultanjament fiż-żewġ kontijiet PM tal-parteċipanti tat-TARGET2; u
(ii) jekk, b’rabta ma’ par kontijiet PM kif deskritti taħt punt (i), il-likwidità mhijiex biżżejjed biex tiffinanzja l-pożizzjoni bilaterali, oħroġ ordnijiet għall-ħlas individwali sakemm ikun hemm likwidità biżżejjed. F’dan il-każ il-BĊ(i) involut(i) għandhom jagħmlu s-saldu tal-ħlasijiet li jibqgħu, ħllief għal dawk maħruġin, simultanjament fuq il-kontijiet PM taż-żewġ parteċipanti tat-TARGET2.
Wara li jkun wettaq il-verifiki speċifikati taħt is-sottoparagrafi (i) sa (ii), il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu jivverifika l-pożizzjonijiet multilaterali għas-saldu (bejn kont PM ta’ parteċipant u kontijiet PM ta’ parteċipanti oħra fit-TARGET2 li b’rabta magħhom ġie stabbilit limitu multilaterali). Għal dan il-għan, il-proċedura deskritta taħt is-sotto-paragrafi (i) sa (ii) għandha tapplika mutatis mutandis.
(d) Taħt l-Algoriżmu 4 (“saldu parzjali u anċillari tas-sistema”) il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu jsegwi l-istess proċedura bħal ta’ Algoriżmu 2, iżda mingħajr ma joħroġ ordnijiet għall-ħlas b’rabta mas-saldu ta’ sistema anċillari (li tagħmel saldu fuq bażi simultanja u multilaterali).
(e) Taħt l-Algoriżmu 5 (“saldu ta” sistema anċillari permezz ta’ sottokontijiet’) il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu jsegwi l-istess proċedura bħal ta’ Algoriżmu 1, bla ħsara għall-modifika li l-[inserixxi isem il-BĊ] għandu jibda Algoriżmu 5 permezz tal-Interface tas-sistema anċillari u għandu jivverifika biss jekk hemm fondi suffiċjenti fis-sottokontijiet tal-parteċipanti. Barra minn hekk, ebda limiti u riżervi m’għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni. Algoriżmu 5 għandu jitħaddem ukoll matul saldu li jsir bil-lejl.
(4) Ordnijiet għall-ħlas imdaħħlin fl-entry disposition wara l-bidu ta’ xi wieħed minn Algoriżmi 1 sa 4 jista’ madankollu jsir saldu tagħhom immedjatament fl-entry disposition jekk il-pożizzjonijiet u l-limiti tal-kontijiet PM tal-parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati huma kompatibbli kemm mas-saldu ta’ dawn l-ordnijiet għall-ħlas kif ukoll mas-saldu ta’ ordnijiet għall-ħlas fil-proċedura ta’ ottimizzazzjoni kurrenti. Madankollu, żewġ algoriżmi m’għandhom jiskorru simultanjament.
(5) Fl-ipproċessar ta’ matul il-jum l-algoriżmi għandhom jiskorru wara xulxin. Sakemm ma jkunx hemm pendenti ebda saldu multilaterali simultanju ta’ sistema anċillari, is-sekwenza għandha tkun kif ġej:
(a) algoriżmu 1,
(b) jekk algoriżmu 1 ma jirnexxix, imbagħad algoriżmu 2,
(c) jekk algoriżmu 2 ma jirnexxix, imbagħad algoriżmu 3, jew jekk algoriżmu 2 jirnexxi, irrepeti algoriżmu 1.
Meta jkun pendenti saldu multilaterali simultanju fil-konfront ta’ sistema anċillari, għandu jiskorri Algoriżmu 4.
(6) L-algoriżmi għandhom jiskorru b’mod flessibbli billi jistabbilixxu pawża ta’ żmien pre-definita bejn l-applikazzjoni ta’ algoriżmi differenti sabiex jiġi żgurat intervall minimu bejn l-iskorriment taż-żewġ algoriżmi. Is-sekwenza tal-ħin għandha tiġi kkontrollata awtomatikament. L-intervenzjoni manwali għandha tkun possibbli.
(7) Filwaqt li huwa inkluż f’algoriżmu li qed tiskorri, ordni għall-ħlas m’għandux jiġi ordnat mill-ġdid (bidla tal-pożizzjoni fil-kju) jew revokat. Talbiet għal ordni mill-ġdid jew revoka ta’ ordni għall-ħlas għandhom jitpoġġew fil-kju sakemm l-algoriżmu jkun komplut. Jekk isir saldu l-ordni għall-ħlas ikkonċernat sakemm ikun qed jiskorri l-algoriżmu, kull talba għal ordni mill-ġdid jew revoka għandha tiġi miċħuda. Jekk ma jsirx saldu tal-ordni għall-ħlas, it-talbiet tal-parteċipanti għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni immedjatament.
8. Użu tal-ICM
(1) L-ICM jista’ jintuża biex jiddaħħlu ordnijiet għall-ħlas.
(2) L-ICM jista’ jintuża biex tinkiseb l-informazzjoni u għall-ġestjoni tal-likwidità.
(3) Bl-eċċezzjoni ta’ ordnijiet għall-ħlas maħżuna u informazzjoni statika, hija biss id-dejta b’rabta mal-jum tan-negozju kurrenti li hija disponibbli permezz tal-ICM. L-iskrins għandhom ikunu offruti bl-Ingliż biss.
(4) L-informazzjoni għandha tkun offruta f’pull mode, li jfisser li kull parteċipant għandu jitlob li tingħatalu l-informazzjoni. Il-parteċipanti għandhom jikkontrollaw l-ICM regolarment matul il-jum tan-negozju biex jaraw waslux messaġġi importanti.
(5) Huwa biss il-user-to-application mode (U2 A) li għandu jkun disponibbli għall-parteċipant li jużaw aċċess ibbażat fuq l-internet. L-U2 A tippermetti l-komunikazzjoni diretta bejn parteċipant u l-ICM. L-informazzjoni tintwera fi browser li jaħdem fuq kompjuter. Aktar dettalji huma spjegati fil Manwal għall-Utent ICM.
(6) Kull parteċipant għandu jkollu mill-anqas workstation waħda bl-aċċess għall-internet sabiex jaċċessal-ICM permezz tal-U2 A.
(7) Drittijiet ta’ aċċess għall-ICM għandhom jingħataw permezz ta’ ċertifikati, li l-użu tagħhom huwa deskritt b’mod aktar komplut f’paragrafi 10 sa 13.
(8) Il-parteċipanti jistagħu jużaw ukoll l-ICM sabiex jittrfasferixxu l-likwidità.
(a) [inserixxi jekk applikabbli] mill-kont PM tagħhom għall-kont tagħhom barra l-PM;
(b) bejn il-kont PM u s-sottokontijiet tal-parteċipant; u
(c) mill-kont PM għall-kont mera ġestit mis-sistema anċillari.
9. L-UDFS, il-Manwal għall-Utent ICM u l-“Manwal għall-Utent: Aċċess bl-Internet għas-Servizz ta” Ċertifikazzjoni tal-Kodiċi Pubbliku’
Aktar dettalji u eż.empji li jispjegaw ir-regoli t’hawn fuq jinsabu fil-UDFS u fil Manwal għall-Utent ICM, kif emendat minn żmien għal żmien u ppubblikat fuq is-sit elettroniku ta’ [inserixxi isem il-BĊ] u s-sit elettroniku tat-TARGET 2 bl-Ingliż, u fil-“Manwal għall-Utent: Aċċess bl-Internet għas-Servizz ta” Ċertifikazzjoni tal-Kodiċi Pubbliku’.
10. Ħruġ, sospensjoni, reattivazzjoni, revoka u tiġdid ta’ ċertifikati
(1) Il-parteċipant għandu jitlob mingħand [inserixxi isem il-BĊ] il-ħruġ ta’ ċertifikati li jħalluhom jaċċessaw it-TARGET2 [inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-internet.
(2) Il-parteċipant għandu jitlob mingħand [inserixxi isem il-BĊ] is-sospensjoni u r-reattivazzjoni ta’ ċertifikati, kif ukoll ir-revoka u t-tiġdid ta’ ċertifikati, meta detentur ta’ ċertifikat ma jkunx jixtieq aktar li jkollu aċċess għat-TARGET2 jew jekk il-parteċipnt iwaqqaf l-attivitajiet tiegħu fit-TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] (eż. bħala riżultat ta’ għaqda jew akkwist).
(3) Il-parteċipant għandu jadotta kull prekawzjoni u miżura organizzattiva sabiex jiżgura illi ċ-ċertifikati jintużaw biss b’konformità mal-Kundizzjonijiet Armonizzati.
(4) Il-parteċipant għandu jinnotifika mill-ewwel lil [inserixxi isem il-BĊ] b’kull bidla materjali għall-informazzjoni li tinsab fil-formoli ppreż.entati lil [inserixxi isem il-BĊ] b’rabta mal-ħruġ ta’ ċertifikati.
(5) Il-parteċipant jista’ jkollu massimu ta’ ħames ċertifikati attivi għal kull kont PM. Fuq talba, il-[inserixxi isem il-BĊ] jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, japplika għall-ħruġ ta’ aktar ċertifikati mingħand l-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni.
11. L-għoti ta’ ċertifikati mill-parteċipant
(1) Il-parteċipant għandu jiżgura l-konservazzjoni taċ-ċertifikati kollha u jadotta miżuri organizzattivi u tekniċi b’saħħithom sabiex jevita ħsara lil terzi u jiżgura illi kull ċertifikat jintuża biss mid-detentur taċ-ċertifikat speċifiku li lilu jkun inħareġ.
(2) Il-parteċipant għandu jipprovdi fil-pront kull informazzjoni mitluba minn [inserixxi isem il-BĊ] u jiggarantixxi l-affidabbiltà ta’ dik l-informazzjoni. Il-parteċipanti għandhom, f’kull ħin, jibqgħu kompletament responsabbli għall-eż.attezza tal-informazzjoni kollha mogħtija lil [inserixxi isem il-BĊ] b’rabta mal-ħruġ ta’ ċertifikati.
(3) Il-parteċipant għandu jassumi responsabbiltà sħiħa sabiex jiżgura illi d-detenturi ta’ ċertifikat kollha tiegħu jżommu ċ-ċertifikati assenjati separati mill-kodiċi sigriet PIN u PUK.
(4) Il-parteċipant għandu jassumi responsabbiltà sħiħa sabiex jiżgura illi ebda wieħed mid-detenturi ta’ ċertifikat tiegħu ma juża ċ-ċertifikati għal funzjonijiet jew finijiet oħrajn minbarra dawk li għalihom iċ-ċertifikati jkunu nħarġu.
(5) Il-parteċipant għandu jinforma immedjatament lil [inserixxi isem il-BĊ] b’kull talba u raġuni għal sospensjoni, reattivazzjoni, revoka jew tiġdid ta’ ċertifikati.
(6) Il-parteċipant għandu jitlob immedjatament lil [inserixxi isem il-BĊ] sabiex jissospendi kull ċertifikat, jew il-kodiċi li hemm fihom, li huwa difettuż jew li m’għadux aktar fil-pussess tad-detenturi ta’ ċertifikat tiegħu.
(7) Il-parteċipant għandu jinnotifika immedjatament lil [inserixxi isem il-BĊ] b’kull telf jew serq ta’ ċertifikati.
12. Rekwiżiti tas-Sigurtà
(1) Is-sistema tal-kompjuterużata minn parteċipant sabiex jaċċessa t-TARGET2 permezz tal-internet għandha tinsab fi propjetà ta’ jew mikrija mill-parteċipant. L-aċċess għal TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] għandu jkun permess biss minn din il-propjetà, u, sabiex jiġi evitat kull dubju, ebda aċċess minn barra m’għandu jkun permess.
(2) Il-parteċipant għandu jħaddem is-software kollu fuq sistemi tal-kompjuter li huwa installat u mibdul skont standards internazzjonali kurrenti għas-sigurtà fl-IT, li bħala minimu għand jinkludi r-rekwiżiti spjegati fil-paragrafi 12(3) u 13(4). Il-parteċipant għandu jistabbilixxi miżuri xierqa, inkluż b’mod partikolari anti-virus u protezzjoni kontra l-malware, miżuri kontra l-phishing, ebusija, u proċeduri ta’ patch management. Il-miżuri u l-proċeduri kollha bħal dawn għandhom ikunu aġġornati regolarment mill-parteċipant.
(3) Il-parteċipant għandu jistabilixxi mezz ta’ komunikazzjoni bil-kodiċi ma’ TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] għall-aċċess bl-internet.
(4) Il-profili tal-utenti tal-kompjuter fil-postijiet tax-xogħol tal-parteċipant m’għandhomx ikollhom privileġġi amministrattivi. Il-privileġġi għandhom jiġu assenjati skont il-prinċipju tal-“anqas privileġġ”.
(5) Il-parteċipant għandu dejjem jipproteġi s-sistemi tal-kompjuter użati għal aċċess bl-internet għal TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] kif ġej:
(a) Huma għandhom jipproteġu s-sistemi tal-kompjuters u l-postijiet tax-xogħol minn aċċess fiżiku u għan-network li mhuwiex awtorizzat, billi f’kull ħin jużaw firewall sabiex jipproteġi s-sistemi tal-kompjuter u l-postijiet tax-xogħol minn traffiku tal-internet li jkun dieħel, u l-postijiet tax-xogħol minn aċċess mhux awtorizzat permezz tan-netwerk intern. Huma għandhom jużaw firewall li jipproteġi kontra t-traffiku li jkun dieħel, kif ukoll firewall fuq postijiet tax-xogħol li jiżgura li huma biss il-programmi awtorizzati li jikkomunikaw mal-estern.
(b) Il-parteċipanti għandhom ikunu awtorizzati biss sabiex fuq l-istazzjonijiet jinstallaw is-software li huwa meħtieġ għall-aċċess għal TARGET2 u li huwa awtorizzat taħt il-politika dwar is-sigurtà interna tal-parteċipant.
(c) Il-parteċipanti għandhom f’kull ħin jiżguraw illi l-applikazzjonijiet kollha tas-software li jaħdmu fuq l-istazzjonijiet huma aġġornati regolarment u pprogrammati bl-aktar verżjoni riċenti. Dan japplika b’mod partikolari fir-rigward tas-sistema operativa, il-browser tal-internet u plug-ins.
(d) Il-parteċipanti għandhom f’kull ħin jillimitaw it-traffiku li jkun ħiereġ mill-postazzjonijiet tax-xogħol għal siti li jkunu ta’ sensittività għolja għan-negozju, kif ukoll għal siti meħtieġa għall-aġġornamenti tas-software li huma leġittimi u raġjonevoli.
(e) Il-parteċipanti għandhom jiżguraw illi l-flussi kritiċi interni lejn jew mill-postazzjonijiet tax-xogħol huma protetti kontra l-kxif u l-bidliet malizzjużi, speċjalment jekk files huma trasferiti permezz ta’ netwerk.
(6) Il-parteċipant għandu jiżgura illi d-detenturi ta’ ċertifikat tiegħu jsegwu f’kull ħin prattiċi tal-browsing sikuri, li jinkludu:
(a) ir-riżervazzjoni ta’ ċerti stazzjonijiet tax-xogħol għall-aċċess ta’ siti tal-istess livell ta’ sensittività u biex jaċċessaw biss dawk is-siti minn dawk il-postazzjonijiet tax-xogħol;
(b) li dejjem tinbeda mill-ġdid is-sessjoni tal-browser qabel u wara li jkun sar l-aċċess għal TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] bl-internet;
(c) il-verifika tal-awtentiċità taċ-ċertifikat tal-SSL ta’ kull server kull darba li wieħed jaqbad ma’ TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] bl-internet;
(d) is-suspett dwar e-Mails li jidhru li huma mingħand TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż], u li ma tingħata qatt il-password taċ-ċertifikat jekk mitlub għal dik il-password, peress illi TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] qatt ma jitlob il-il-password ta’ ċertifikat f’e-Mail jew mod ieħor.
(7) Il-parteċipant għandu, f’kull ħin jimplimenta l-prinċipji ta’ tmexxija li ġejjin sabiex inaqqas ir-riskji għas-sistema tiegħu:
(a) jistabbilixxi prattiċi ta’ tmexxija għall-utent li jiżguraw illi huma biss l-utenti awtorizzati li jinħolqu u jibqgħu fis-sistema u li tinżamm lista aġġornata u preċiża tal-utenti awtorizzati;
(b) ir-rikonċiljazzjoni tat-traffiku ta’ kuljum tal-pagamanet sabiex jiġu identifikat in-nuqqas ta’ qbil bejn it-traffiku ta’ kuljum tal-pagament awtorizzat u dak attwali, kemm mibgħut kif ukoll riċevut;
(c) li jiżgura illi detentur ta’ ċertifikat ma jkunx jista’ jara xi sit elettroniku ieħor fl-istess ħin li jkun qed jaċċessa TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż].
13. Rekwiżiti addizzjonali għas-sigurtà
(1) Il-parteċipant għandu f’kull ħin jiżgura permezz ta’ miżuri organizzattivi u/jew tekniċi xierqa illi ma jsirx abbuż ta’ IDs tal-utent li jinkixfu għall-finijiet ta’ verifika tad-drittijiet t’aċċess (Reviżjoni tad-Dritt t’Aċċess), u, b’mod partikolari, illi ebda persuni mhux awtorizzati ma jiksbu tagħrif dwarhom.
(2) Il-parteċipant għandu jkollu proċess amministrattiv għall-utent stabbilit sabiex jiżgura t-tħassir immedjat u permanenti tal-ID tal-utent relatat f’każ li impjegat jew utent ieħor ta’ sistema fil-post ta’ parteċipant iħalli l-organizzazzjoni tal-parteċipant.
(3) Il-parteċipant għandu jkollu fi-seħħ proċess amministrattiv għall-utent u għandu b’mod immedjat u permanenti jibblokka IDs tal-utent li hua b’xi mod kompromessi, inkluż f’każijiet fejn ċertifikati ntilfu jew insterqu, jew fejn password ġiet phished.
(4) Jekk parteċipant ma jkunx jista’ jelimina nuqqasijiet marbutin mas-sigurtà jew żbalji fil-konfigurazzjoni (eż. li jirriżultaw minn sistemi infettati minn malware) wara tliet okkażjonijiet, il-BĊi li jipprovdu l-SSP jistgħu jimblukkaw b’mod permanenti l-IDs għall-utent tal-parteċipant.
Appendiċi IIA
SKEDA GĦALL-MIŻATI U L-ĦRUĠ TA’ FATTURI GĦALL-AĊĊESS IBBAŻAT FUQ L-INTERNET
Miżati għall-parteċipanti diretti
1. Il-miżata ta’ kull xahar għall-ipproċessar ta’ ordnijiet għall-ħlas fit-TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] għall-parteċipanti diretti għandha tkun ta’ EUR 70 għall-miżata għall-aċċess għall-Internet ta’ kull PM u EU 100 għal kull kont PM u miżata fissa ta’ EUR 0,80 għal kull tranżazzjoni (ta’ debitu);
2. Għandu jkun hemm miżata addizzjonali ta’ kull xahar ta’ EUR 30 għal parteċipanti diretti li jixtiequ li l-BIC tal-kont tagħhom ma jiġix ippubblikat fid-direttorju TARGET2.
Ħruġ ta’ fatturi
3. Fil-każ ta’ parteċipanti diretti, japplikaw ir-regoli li ġejjin għall-ħruġ ta’ fatturi. Il-parteċipant dirett għandu jirċievi l-fattura għax-xahar preċedenti li tispeċifika l-miżati li għandhom jitħallsu, sa mhux aktar tard mill-ħames jum tan-negozju tax-xahar segwenti. Il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard mill-għaxar jum tan-negozju ta’ dak ix-xahar lill-kont speċifikat mill-[inserixxi l-isem tal-BĊ] u għandu jiġi ddebitat mill-kont PM ta’ dak il-parteċipant.
( 1 ) ĠU L 18, 23.1.2006, p. 1. Il-Linja ta' Gwida kif emendata mil-Linja ta' Gwida BĊE/2006/11 (ĠU L 221, 12.8.2006, p. 17).
( 2 ) Il-politika kurrenti għal-post tal-infrastruttura jidher fl-istqarrijiet li ġejjin, li kollha huma disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu: (a) il-“Policy statement on euro payment and settlements located outside the euro area” [l-Istqarrija tal-politika fuq il-ħlas u s-settlements tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro’] tat-3 ta’ Novembru 1998; (b) “The Eurosystem’s policy line with regard to consolidation in central counterparty clearing” [Il-linja politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali] tas-27 ta’ Settembru 2001; (c) “The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling in euro-denominated payment transactions” [Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema fuq il-post u l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-isettiljar fi trażazzjonijiet ta’ ħlas iddenominati f’euro] tad-19 ta’ Lulju 2007; u (d) “The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling euro-denominated payment transactions: specification of ‘legally and operationally located in the euro area’ ” [Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema fuq il-post u l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-isettiljar fi transazzjonijiet ta’ ħlas iddenominati f’euro: speċifikazzjoni ta’ “il-post ta’ operazzjoni legali fiż-żona tal-euro] tal-20 ta’ Novembru 2008.”
( 3 ) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
( 4 ) ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71.
( 5 ) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
( 6 ) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
( 7 ) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
( 8 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2238/2004 tad-29 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta' l-IASs IFRS 1, IASs Nri 1 sa 10, 12 sa 17, 19 sa 24, 27 sa 38, 40 u 41 u SIC Nri 1 sa 7, 11 sa 14, 18 sa 27 u 30 sa 33 (ĠU L 394, 31.12.2004, p. 1).
( 9 ) ĠU L 332, 31.12.1993, p. 1.
( 10 ) Il-politika kurrenti għal-post tal-infrastruttura jidher fl-istqarrijiet li ġejjin, li kollha huma disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu: (a) il-“Policy statement on euro payment and settlements located outside the euro area” [l-Istqarrija tal-politika fuq il-ħlas u s-settlements tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro’] tat-3 ta’ Novembru 1998; (b) “The Eurosystem’s policy line with regard to consolidation in central counterparty clearing” [Il-linja politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali] tas-27 ta’ Settembru 2001; (c) “The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling in euro-denominated payment transactions” [Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema fuq il-post u l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-isettiljar fi trażazzjonijiet ta’ ħlas iddenominati f’euro] tad-19 ta’ Lulju 2007; u (d) “The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling euro-denominated payment transactions: specification of ‘legally and operationally located in the euro area’” [Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema fuq il-post u l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-isettiljar fi trażazzjonijiet ta’ ħlas iddenominati f’euro: speċifikazzjoni ta’ “il-post ta’ operazzjoni legali fiż-żona tal-euro”] tal-20 ta’ Novembru 2008.
( 11 ) ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39.
( 12 ) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.
( 13 ) ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.
( 14 ) ĠU L 43, 14.2.1997, p. 25.
( 15 ) Is-CET jikkunsidra l-bidla għas-Central European Summer Time.
( 16 ) Tibda 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta’ manutenzjoni tar-riżerva tal-Eurosistema.
( 17 ) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
( 18 ) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
( 19 ) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
( 20 ) ĠU L 332, 31.12.1993, p. 1.
( 21 ) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
( 22 ) ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.
( 23 ) Il-politika kurrenti tal-Eurosistema għall-pożizzjoni ta’ infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) il-“Policy statement on euro payment and settlement systems located outside the euro area” tat-3 ta’ Novembru 1998; (b) “The Eurosystem’s policy line with regard to consolidation in central counterparty clearing” tas-27 ta’ Settembru 2001; (c) “The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling in euro-denominated payment transactions” tad-19 ta’ Lulju 2007; u (d) “The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling euro-denominated payment transactions: specification of ‘legally and operationally located in the euro area’ ”tal-20 ta’ Novembru 2008.