EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007D0441-20200101

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2007 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2007/441/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/441/2020-01-01

02007D0441 — MT — 01.01.2020 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2007

li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2007/441/KE)

(ĠU L 165 27.6.2007, p. 33)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2010/748/UE tad-29 ta’ Novembru 2010

  L 318

45

4.12.2010

 M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/679/UE tal-15 ta’ Novembru 2013

  L 316

37

27.11.2013

 M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1982 tat-8 ta' Novembru 2016

  L 305

30

12.11.2016

►M4

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/2138 tal-5 ta’ Diċembru 2019

  L 324

7

13.12.2019




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2007

li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2007/441/KE)



Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Italja hija b’dan awtorizzata sabiex tillimita għal 40 % id-dritt tat-tnaqqis tal-VAT imposta fuq l-infiq marbut mal-vetturi bil-mutur li ma jintużawx esklussivament għal skopijiet kummerċjali.

Artikolu 2

B’deroga mill-Artikolu 26(1)(a) tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Italja hija wkoll meħtieġa li ma tqisx bħala provvisti intaxxabbli ta’ servizzi bi ħlas l-użu għal skopijiet privati ta’ vetturi inklużi fl-assi ta’ negozju ta’ persuna taxxabbli fejn il-vettura kkonċernata tkun suġġetta għal restrizzjoni tad-dritt tat-tnaqqis taħt din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-infiq marbut ma’ vetturi huwa eskluż mir-restrizzjoni tad-dritt tat-tnaqqis kif awtorizzata minn din id-Deċiżjoni jekk il-vettura kkonċernata taqa’ fi kwalunkwe waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

— 
il-vettura tifforma parti mill-istokk ta’ merkanzija tal-persuna taxxabbli fl-eżerċizzju ta’ l-attività tagħha;
— 
il-vettura tintuża bħala taxi;
— 
il-vettura tintuża għat-tagħlim minn skola tas-sewqan;
— 
il-vettura tintuża għall-kiri jew leasing;
— 
il-vettura tintuża minn rappreżentanti kummerċjali.

Artikolu 4

L-infiq relatat għandu jkopri x-xiri ta’ vettura, inklużi kuntratti ta’ muntaġġ u simili, il-manifattura, l-akkwist intra-Komunitarju, l-importazzjoni, il-leasing jew il-kiri, il-modifika, it-tiswija jew il-manutenzjoni, u l-infiq fuq provvisti jew servizzi mogħtija relattivament għal vetturi u għall-użu tagħhom, inklużi l-lubrikanti u l-karburant.

Artikolu 5

L-Artikolu 1 u 2 għandhom japplikaw għal kull vettura bil-mutur, minbarra t-tratturi li jintużaw fl-agrikoltura jew fil-forestrija, li tintuża normalment għall-ġarr ta’ persuni jew merkanzija fit-toroq b’massa massima awtorizzata ta’ mhux aktar minn 3 500 kilogramma u li jkollha mhux aktar minn tmien postijiet addizzjonalment għal dak tas-sewwieq.

▼M4

Artikolu 6

Kwalunkwe talba ta’ awtorizzazzjoni għall-estensjoni tal-miżuri ta’ deroga prevista f’din id-Deċiżjoni għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta’ April 2022. It-talba għandu jkollha magħha rapport li jinkludi rieżami tar-restrizzjoni tal-perċentwal applikata fuq id-dritt tat-tnaqqis tal-VAT abbażi ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022.

▼B

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Top