EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02006R1925-20210408
Regulation (EC) No 1925/2006 of the European Parliament and of the Council of 20 December 2006 on the addition of vitamins and minerals and of certain other substances to foods
Consolidated text: Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel
Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel
02006R1925 — MT — 08.04.2021 — 009.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (KE) Nru 1925/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel (ĠU L 404 30.12.2006, p. 26) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (KE) NRU 108/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Jannar 2008 |
L 39 |
11 |
13.2.2008 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1170/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 |
L 314 |
36 |
1.12.2009 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1161/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 |
L 296 |
29 |
15.11.2011 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 1169/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Ottubru 2011 |
L 304 |
18 |
22.11.2011 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 119/2014 tas-7 ta’ Frar 2014 |
L 39 |
44 |
8.2.2014 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/403 tal-11 ta' Marzu 2015 |
L 67 |
4 |
12.3.2015 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1203 tal-5 ta' Lulju 2017 |
L 173 |
9 |
6.7.2017 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/649 tal-24 ta' April 2019 |
L 110 |
17 |
25.4.2019 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/650 tal-24 ta' April 2019 |
L 110 |
21 |
25.4.2019 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/468 tat-18 ta’ Marzu 2021 |
L 96 |
6 |
19.3.2021 |
REGOLAMENT (KE) Nru 1925/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta' l-20 ta' Diċembru 2006
dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet speċifiċi mniżżla fil-leġislazzjoni Komunitarja dwar:
ikel għal użi nutrittivi partikolari u, fin-nuqqas ta' disposizzjonijiet speċifiċi, rekwiżiti kompożizzjonali ta' tali prodotti magħmula neċessarji mill-ħtiġiet nutrittivi partikolari tal-persuni li għalihom huma maħsuba;
ikel ġdid u ingredjenti ta' l-ikel ġodda;
ikel modifikat ġenetikament;
additivi u ħwawar ta' l-ikel;
prattiċi u proċessi enoloġiċi awtorizzati.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:
“Awtorità” tfisser l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel u jistabbilixxi proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel ( 1 );
“sustanza oħra” tfisser sustanza apparti minn vitamina jew minerali li għandha effett nutrittiv jew fiżjoloġiku.
KAPITOLU II
ŻIEDA TA' VITAMINI U MINERALI
Artikolu 3
Rekwiżiti għaż-żieda ta' vitamini u minerali
Vitamini u minerali f'forma li hija bijodisponibbli għall-ġisem tal-bniedem jistgħu jiġu miżjuda ma' l-ikel, kemm jekk is-soltu jkun fih minnhom u kemm jekk le, sabiex jittieħed kont b'mod partikolari ta':
defiċjenza ta' vitamina u/jew mineral wieħed jew aktar fil-popolazzjoni jew fi gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni li tista' tintwera permezz ta' evidenza klinika jew sub-klinika ta' defiċjenza jew indikata permezz ta' livelli baxxi stmati ta' inġestjoni ta' nutrijenti; jew
il-potenzjal li jittejjeb l-istatus nutrittiv tal-popolazzjoni jew ta' gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni u/jew jiġu korretti defiċjenzi possibbli fl-inġestjoni djetetika ta' vitamini jew minerali minħabba bidliet fid-drawwiet djetetiċi; jew
għarfien xjentifiku li qed jevolvi u li hu aċċettat b'mod ġenerali dwar ir-rwol tal-vitamini u l-minerali fin-nutrizzjoni u l-effetti fuq is-saħħa b'riżultat ta' dan.
Il-modifiki għal-listi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3), filwaqt li titqies l-opinjoni ta' l-Awtorità.
Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 14(4) biex jitneħħew vitamina jew mineral mil-listi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Qabel tagħmel dawn il-modifiki, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati, b'mod partikulari ma' l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel u mal-gruppi tal-konsumaturi.
Artikolu 4
Restrizzjonijiet fuq iż-żieda ta' vitamini u minerali
Vitamini u minerali ma jistgħux jiġu miżjuda ma':
oġġetti ta' l-ikel mhux proċessati, inklużi, imma mhux biss, frott, ħaxix, laħam, laħam tat-tjur u ħut;
xorb li fih aktar minn 1,2 % b'volum ta' alkoħol, ħlief u b'deroga mill-Artikolu 3(2), għall-prodotti:
imsemmija fl-Artikolu 44(6) u (13) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid ( 2 ); u
li kienu kummerċjalizzati qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament; u
li ġew notifikati lill-Kummissjoni minn Stat Membru skond l-Artikolu 11,
u kemm-il darba ma ssir l-ebda indikazzjoni nutrittiva jew ta' saħħa.
Miżuri li jistabbilixxu l-ikel jew kategoriji ta' ikel addizzjonali li fihom ma jistgħux jiżdiedu vitamini u minerali partikulari u li huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3) fid-dawl ta' evidenza xjentifika u waqt li jitqies il-valur nutrittiv tagħhom.
Artikolu 5
Kriterji ta' purità
Artikolu 6
Kondizzjonijiet għaż-żieda ta' vitamini u minerali
L-ammonti massimi msemmija fil-paragrafu 1 u l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti b'kont meħud ta':
livelli massimi ta' sigurtà ta' vitamini u minerali stabbiliti b'valutazzjoni tar-riskju xjentifika bbażata fuq data xjentifika aċċettabbli b'mod ġenerali, b'kont meħud, skond il-każ, tad-diversi livelli ta' sensittività ta' gruppi differenti ta' konsumaturi; u
inġestjoni ta' vitamini u minerali minn sorsi djetetiċi oħra.
Meta l-ammonti massimi msemmija fil-paragrafu 1 u l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 huma stabbiliti għall-vitamini u l-minerali li l-inġestjoni ta' referenza tagħhom għall-popolazzjoni hija qrib il-livelli massimu ta' sigurtà, għandu jitqies ukoll dan li ġej, kif meħtieġ:
il-kontribut ta' prodotti individwali għad-dieta globali tal-popolazzjoni in ġenerali jew ta' sub-gruppi tal-popolazzjoni;
il-profil nutrittiv tal-prodott stabbilit kif previst mir-Regolament (KE) Nru 1924/2006.
Artikolu 7
Ittikettar, preżentazzjoni u reklamar
KAPITOLU III
ŻIEDA TA' ĊERTI SUSTANZI OĦRA
Artikolu 8
Sustanzi projbiti, ristretti, jew taħt skrutinju Komunitarju
Bl-inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta' informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, wara li f'kull każ issir evalwazzjoni ta' l-informazzjoni disponibbli mill-Awtorità u skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3), biex tinkludi, jekk ikun meħtieġ, is-sustanza jew l-ingredjent fl-Anness III. B'mod partikulari:
jekk ikun ġie identifikat xi effett ta' ħsara għas-saħħa, is-sustanza u/jew l-ingredjent li jkun fih is-sustanza għandhom:
jitpoġġew fl-Anness III, Parti A, u ż-żieda tagħhom fl-ikel jew l-użu tagħhom fil-manifattura ta' l-ikel għandhom ikunu pprojbiti; jew
jitpoġġew fl-Anness III, Parti B, u ż-żieda tagħhom fl-ikel jew l-użu tagħhom fil-manifattura ta' l-ikel għandhom jitħallew biss bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dak ir-rigward;
jekk tkun ġiet identifikata l-possibilità ta' xi effett ta' ħsara għas-saħħa imma tibqa’ l-inċertezza xjentifika, is-sustanza għandha titpoġġa fl-Anness III, Parti C.
Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 14(4) sabiex is-sustanza jew l-ingredjent jiġu inklużi fl-Anness III, Parti A jew B.
Fi żmien erba' snin mid-data li fiha xi sustanza tkun ġiet elenkata fl-Anness III, Parti C, għandha tittieħed deċiżjoni mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3) u wara li titqies l-opinjoni ta' l-Awtorità fuq kull fajl li jitressaq għall-evalwazzjoni kif imsemmi fil-Paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, biex jitħalla li jsir użu ġenerali ta' sustanza elenkata fl-Anness III, Parti C, jew biex tiġi elenkata fl-Anness III, Parti A jew B, kif xieraq.
Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' l-urġenza msemmija fl-Artikolu 14(4) sabiex is-sustanza jew l-ingredjent jiġu inklużi fl-Anness III, Parti A jew B.
KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 9
Reġistru Komunitarju
Ir-Reġistru għandu jinkludi dan li ġej:
il-vitamini u l-minerali li jistgħu jiġu miżjuda ma' l-ikel kif elenkat fl-Anness I;
il-formulazzjonijiet ta' vitamini u sustanzi minerali li jistgħu jiġu miżjuda ma' l-ikel kif elenkat fl-Anness II;
l-ammonti massimi u minimi ta' vitamini u minerali li jistgħu jiġu miżjuda ma' l-ikel u kwalunkwe kondizzjonijiet assoċjati stabbiliti skond l-Artikolu 6;
l-informazzjoni fir-rigward ta' disposizzjonijiet nazzjonali dwar iż-żieda obbligatorja ta' vitamini u minerali msemmija fl-Artikolu 11;
kwalunkwe restrizzjoni fuq iż-żieda ta' vitamini u minerali kif stabbilit fl-Artikolu 4;
is-sustanzi li għalihom ġew preżentati inkartamenti kif imsemmi fl-Artikolu 17(1)(b);
informazzjoni dwar is-sustanzi msemmija fl-Anness III u r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom hemmhekk;
informazzjoni dwar is-sustanzi elenkati fl-Anness III, Parti Ċ, li l-użu tagħhom huwa ġeneralment permess kif imsemmi fl-Artikolu 8(5).
Artikolu 10
Moviment liberu ta' merkanzija
Mingħajr preġudizzju għat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikoli 28 u 30 tiegħu, l-Istati Membri m' għandhomx joħolqu restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq il-kummerċ fl-ikel li huwa konformi ma' dan ir-Regolament u atti Komunitarji adottati għall-implimentazzjoni tiegħu bl-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati li jirregolaw iż-żieda ta' vitamini u minerali ma' l-ikel.
Artikolu 11
Disposizzjonijiet nazzjonali
Jekk Stat Membru, fin-nuqqas ta' disposizzjonijiet Komunitarji, jikkunsidra li huwa meħtieġ li tiġi adottata leġislazzjoni ġdida:
dwar iż-żieda obbligatorja ta' vitamini u minerali ma' ikel jew kategoriji ta' ikel speċifikati; jew
dwar il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni fuq l-użu ta' ċerti sustanzi oħra fil-manifattura ta' ikel speċifikat,
hu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12.
Artikolu 12
Proċedura ta' notifika
Jekk l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun waħda negattiva, għandha tiddetermina, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2) u qabel l-iskadenza tal-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, jekk il-miżuri maħsuba jistgħux jiġu implimentati. Il-Kummissjoni tista' titlob li jsiru ċerti emendi għall-miżuri maħsuba.
Artikolu 13
Miżuri ta' salvagwardja
Huwa għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
Il-Kummissjoni tista' tibda din il-proċedura fuq inizjattiva tagħha stess.
Artikolu 14
Il-proċedura tal-Kumitat
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
Artikolu 15
Monitoraġġ
Sabiex ikun faċilitat il-monitoraġġ effiċjenti ta' ikel li miegħu ġew miżjuda vitamini u minerali, u ta' l-ikel li fih is-sustanzi elenkati fl-Anness III, Partijiet B u Ċ, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-manifattur jew il-persuna li jqiegħed tali ikel fuq is-suq fit-territorju tagħhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b'dak it-tqegħid fuq is-suq billi jipprovdu mudell tat-tikketta użata għall-prodott. F'tali każijiet, tista' tkun meħtieġa wkoll informazzjoni dwar l-irtirar tal-prodott mis-suq.
Artikolu 16
Valutazzjoni
Sa ta' l-1 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-effetti ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-evoluzzjoni tas-suq fl-ikel li miegħu ġew miżjuda vitamini u minerali, il-konsum tagħhom, l-inġestjoni ta' sustanzi nutrittivi mill-popolazzjoni u t-tibdil fid-drawwiet ta' dieta, u ż-żieda ta ċerti sustanzi oħra, flimkien ma' kwalunkwe proposta għal emenda għal dan ir-Regolament li l-Kummissjoni tqis meħtieġa. F'dan il-kuntest l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti meħtieġa lill-Kummissjoni sa ta' l-1 ta' Lulju 2012. Regoli għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu speċifikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 17
Miżuri transitorji
B'deroga mill-Artikolu 3(1) u sa tad-19 ta' Jannar 2014, l-Istati Membri jistgħu jippermettu fit-territorju tagħhom l-użu ta' vitamini u minerali li mhumiex elenkati fl-Anness I, jew f'forom li mhumiex elenkati fl-Anness II, kemm-il darba:
is-sustanza in kwistjoni hija wżata għal żieda ma' ikel kummerċjalizzat fil-Komunità fi tad-19 ta' Jannar 2007, u
l-Awtorità ma tatx opinjoni mhux favorevoli fir-rigward ta' l-użu ta' dik is-sustanza, jew l-użu tagħha f'dik il-forma, fil-manifattura ta' l-ikel, abbażi ta' inkartament li jsostni l-użu tas-sustanza in kwistjoni li għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Istat Membru sa mhux aktar tard minn tad-19 ta' Jannar 2010.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika minn ta' l-1 ta' Lulju 2007.
Ikel imqiegħed fuq is-suq jew li ġie tikkettat qabel ta' l-1 ta' Lulju 2007 li ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament jista' jiġi kummerċjalizzat sad-data ta' l-iskadenza tiegħu, iżda mhux aktar tard minn tal-31 ta' Diċembru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
VITAMINI U MINERALI LI JISTGĦU JIĠU MIŻJUDA MA' L-IKEL
1. Vitamini
Vitamina A
Vitamina D
Vitamina E
Vitamina K
Vitamina B1
Vitamina B2
Niaċina
Aċidu Pantoteniku
Vitamina B6
Aċidu Foliku
Vitamina B12
Bijotina
Vitamina Ċ
2. Minerali
Kalċju
Manjesju
Ħadid
Ram
Jodju
Zingu
Manganiż
Sodju
Potassju
Silenju
Kromju
Molibdenu
Fluworidu
Klorur
Fosforu
Boron
ANNESS II
Formulazzjonijiet ta’ vitamini u sustanzi minerali li jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel
1. Formulazzjonijiet ta’ Vitamini
VITAMINA A
retinol
aċetat tar-retinil
palmitat tar-retinil
beta-karoten
VITAMINA D
kolekalċiferol
ergokalċiferol
VITAMINA E
D-alfa-tokoferol
DL-alfa-tokoferol
aċetat ta’ D-alfa-tokoferil
aċetat ta’ DL-alfa-tokoferil
suċċinat aċidu ta’ D-alfa-tokoferil
VITAMINA K
fillokinona (fitomenadjona)
menakinona ( *1 )
VITAMINA B1
idroklorur tat-tijamina
mononitrat tat-tijamina
VITAMINA B2
riboflavin
riboflavin 5′-fosfat, sodju
NIJAĊINA
aċidu nikotiniku
nikotinamida
AĊIDU PANTOTENIKU
D-pantotenat, kalċju
D-pantotenat, sodju
dekspantenol
VITAMINA B6
idroklorur tal-piridossina
piridossina 5′-fosfat
dipalmitat tal-piridossina
AĊIDU FOLIKU
aċidu pterojlmonoglutamiku
L-metilfolat tal-kalċju
VITAMINA B12
ċjanokobalamina
idrossokobalamina
BIJOTINA
D-bijotina
VITAMINA Ċ
aċidu L-assorbiku
L-assorbat tas-sodju
L-assorbat tal-kalċju
L-assorbat tal-potassju
L-assorbil 6-palmitat
2. Sustanzi minerali
karbonat tal-kalċju
klorur tal-kalċju
malat ċitrat tal-kalċju
imluħ tal-kalċju tal-aċidu ċitriku
glukonat tal-kalċju
gliċerofosfat tal-kalċju
lattat tal-kalċju
imluħ tal-kalċju tal-aċidu ortofosforiku
idrossidu tal-kalċju
malat tal-kalċju
ossidu tal-kalċju
sulfat tal-kalċju
oligosakkaridi tal-kalċju fosforil
aċetat tal-manjeżju
karbonat tal-manjeżju
klorur tal-manjeżju
imluħ tal-manjeżju tal-aċidu ċitriku
glukonat tal-manjeżju
gliċerofosfat tal-manjeżju
imluħ tal-manjeżju tal-aċidu ortofosforiku
laktat tal-manjeżju
idrossidu tal-manjeżju
ossidu tal-manjeżju
ċitrat tal-potassju tal-manjeżju
sulfat tal-manjeżju
bisglikinat ferruż
karbonat ferruż
ċitrat ferruż
ċitrat ferriku tal-ammonju
glukonat ferruż
fumarat ferruż
difosfat ferriku tas-sodju
laktat ferruż
sulfat ferruż
fosfat ferruż tal-ammonju
EDTA ferriku tas-sodju
difosfat ferriku (pirofosfat ferriku)
sakkarat ferriku
ħadid elementali (karbonil + elettrolitiku + idroġenu imnaqqas)
karbonat tar-ram
ċitrat tar-ram
glukonat tar-ram
sulfat tar-ram
kumpless ram lisin
jodur tas-sodju
jodat tas-sodju
jodur tal-potassju
jodat tal-potassju
aċetat taż-żingu
bisglikinat taż-żingu
klorur taż-żingu
ċitrat taż-żingu
glukonat taż-żingu
laktat taż-żingu
ossidu taż-żingu
karbonat taż-żingu
sulfat taż-żingu
karbonat tal-manganiż
klorur tal-manganiż
ċitrat tal-manganiż
glukonat tal-manganiż
gliċerofosfat tal-manganiż
sulfat tal-manganiż
il-bikarbonat tas-sodju
karbonat tas-sodju
ċitrat tas-sodju
glukonat tas-sodju
laktat tas-sodju
idrossidu tas-sodju
imluħ tas-sodju tal-aċidu ortofosforiku
ħmira arrikkita bis-selenju ( *2 )
selenat tas-sodju
idroġenu selenit tas-sodju
selenit tas-sodju
fluworidu tas-sodju
florur tal-potassju
bikarbonat tal-potassju
karbonat tal-potassju
klorur tal-potassju
ċitrat tal-potassju
glukonat tal-potassju
gliċerofosfat tal-potassju
laktat tal-potassju
idrossidu tal-potassju
imluħ tal-potassju tal-aċidu ortofosforiku
klorur tal-kromju (III) u l-eżaidrat tiegħu
sulfat tal-kromju (III) u l-eżaidrat tiegħu
pikolinat tal-kromu
lattat tal-kromu (III) triidrat
molibdat tal-ammonju (molibdenu (VI))
molibdat tas-sodju (molibdenu (VI))
aċidu boriku
borat tas-sodju
ANNESS III
SUSTANZI LI L-UŻU TAGĦHOM FL-IKEL HUWA PROJBIT, RISTRETT JEW TAĦT SKRUTINJU KOMUNITARJU
Parti A — Sustanzi projbiti
L-aloe-emodina u l-preparati kollha li fihom din is-sustanza
Id-dantron u l-preparati kollha li fihom din is-sustanza
L-emodina u l-preparati kollha li fihom din is-sustanza
Il-ħaxixa tal-Ephedra u l-preparati magħmula minnha li joriġinaw mill-ispeċi tal-Ephedra
Preparati mill-weraq tal-ispeċijiet tal-Aloe li fihom derivati tal-idrossiantraċen
Il-qoxra tas-siġra tal-Yohimbe u l-preparati magħmula minnha li joriġinaw mill-Yohimbe (Pausinystalia yohimbe (K. Schum) Pierre ex Beille)
PARTI B
Sustanzi ristretti
Sustanza ristretta |
Kundizzjonijiet għall-użu |
Rekwiżiti addizzjonali |
Xaħam trans minbarra x-xaħam trans li jinsab b'mod naturali fix-xaħam li joriġina mill-annimali |
Massimu ta' 2 grammi għal kull 100 gramma ta' xaħam fl-ikel intiż għall-konsumaturi finali u fl-ikel intiż għall-forniment lill-bejjiegħa bl-imnut |
L-operaturi tan-negozju tal-ikel li jfornu lil operaturi oħrajn tan-negozju tal-ikel b'ikel li mhuwiex intiż għall-konsumaturi finali jew li mhuwiex intiż għall-forniment lill-bejjiegħa bl-imnut, għandhom jiżguraw li, lill-operaturi tan-negozju tal-ikel, tingħatalhom l-informazzjoni dwar l-ammont ta' xaħam trans, minbarra x-xaħam trans li jinstab b'mod naturali fix-xaħam li joriġina mill-annimali, meta dak l-ammont ikun ikbar minn 2 grammi għal kull 100 gramma ta' xaħam. |
Parti Ċ — Sustanzi taħt skrutinju Komunitarju
Preparati magħmulin mill-qoxra tas-siġar tal-ispeċijiet Rhamnus frangula L., Rhamnus purshiana DC. li fihom derivati tal-idrossiantraċen
Preparati mill-weraq u mill-frott ta’ Cassia senna L. li fihom derivati tal-idrossiantraċen
Preparati magħmulin mill-għerq u mir-riżoma ta’ Rheum palmatum L., Rheum officinale Baillon u l-ibridi tagħhom li fihom derivati tal-idrossiantraċen
▼M9 —————
( 1 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
( 2 ) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).
( 3 ) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18
( *1 ) Menakinona li sseħħ prinċipalment bħala menakinona-7 u, sa ċertu ammont żgħir, menakinona-6.
( *2 ) Ħmira arrikkita bis-selenju prodotta mit-tkabbir fil-preżenza ta’ selenat tas-sodju bħala sors tas-selenju u li jkun fih, fil-forma mnixxfa kif imqiegħed fis-suq, mhux iktar minn 2,5 mg Se/g. L-ispeċi predominanti tas-selenju organiku preżenti fil-ħmira hija selenomethionine (bejn 60 u 85 % tat-total tas-selenju estratt fil-prodott). Il-kontenut tal-komponenti ta’ selenju organiku inkluż selenoċisteina m’għandux jaqbeż l-10 % tat-total ta’ selenju estratt. Il-livelli ta’ selenju organiku normalment m’għandhomx jaqbżu 1 % tat-total ta’ selenju estratt.