This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02006R0936-20070101
Commission Regulation (EC) No 936/2006 of 23 June 2006 opening an invitation to tender for the refund on common wheat exports to certain third countries
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/2006 tat- 23 ta' Ġunju 2006 dwar il-ftuħ tas-sejħa għall-offerti għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tal-qamħ komuni lejn ċerti pajjiżi terzi
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/2006 tat- 23 ta' Ġunju 2006 dwar il-ftuħ tas-sejħa għall-offerti għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tal-qamħ komuni lejn ċerti pajjiżi terzi
2006R0936 — MT — 01.01.2007 — 001.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 936/2006 tat-23 ta' Ġunju 2006 (ĠU L 172, 24.6.2006, p.6) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1996/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 |
L 398 |
1 |
30.12.2006 |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 936/2006
tat-23 ta' Ġunju 2006
dwar il-ftuħ tas-sejħa għall-offerti għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tal-qamħ komuni lejn ċerti pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali ( 1 ), u b'mod partikolari l-ewwel subparagarfu tal-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti tas-swieq fiċ-ċereali, għandha ssir sejħa għall-offerti għar-rifuzjoni fuq l-esportazzjoni tal-qamħ komuni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali ( 2 ). |
(2) |
Ir-regoli tal-proċedura tal-offerti li għandhom jiġu segwiti għall-iffissar tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1501/95. Ir-rekwiżiti skont dik il-proċedura jinkludu obbligu għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni u s-sottomissjoni ta' garanzija. Ir-rata ta' dik il-garanzija għandha tiġi stabbilita. |
(3) |
Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perjodu speċifiku ta' validità tal-liċenzji maħruġin fil-kuntest ta' din is-sejħa għall-offerti. Dak il-perjodu ta’ validità għandu jkun proporzjonat mar-rekwiżiti tas-suq dinji għas-sena tas-suq 2006/2007. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat trattament indaqs għall-partijiet kollha, il-liċenzji kollha maħruġin għandu jkollhom l-istess perjodu ta' validità. |
(5) |
Sabiex ma titħalliex isseħħ l-importazzjoni mill-ġdid, l-esportazzjonijiet skont din is-sejħa għall-offerti għandhom ikunu llimitati għal ċerti pajjiżi terzi. |
(6) |
It-tħaddim sodisfaċenti tal-proċeduri tas-sejħa għall-offerti għall-esportazzjonijiet jitlob li tiġi stipulata kwantità minima, u li jiġu stabbiliti l-iskadenza u l-mezz tat-trażmissjoni tal-offerti ssottomessi għand l-awtorità kompetenti. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B’dan qed tinfetaħ is-sejħa għall-offerti għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1501/95.
2. Is-sejħa għat-tender tkopri l-qamħ komuni li ser jiġi esportat lejn pajjiżi terzi, ħlief għall-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnija-Herzegovina, il-Liechtenstein, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, tas-Serbja u tal-Montenegro ( 3 ) u ta’ l-Iżvizzera.
3. Is-sejħa għall-offerti ser tibqa' miftuħa sat-28 ta' Ġunju 2007. Matul dak il-perjodu, għandhom isiru għotjiet kull ġimgħa. Il-kwantitajiet u d-dati għas-sottomissjoni tal-offerti għandhom jiġu stipulati fl-avviż tas-sejħa għall-offerti.
Minkejja l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1501/95, l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti għandha tkun is-6 ta' Lulju 2006.
Artikolu 2
Biex offerta tkun valida trid tkun tkopri tal-anqas 1 000 tunnellata.
Artikolu 3
Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 5(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1501/95 għandu tkun ta' 12-il EUR għal kull tunnellata.
Artikolu 4
1. Minkejja l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 ( 4 ), il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġin skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1501/95 għandhom, għall-iffissar tal-perjodu tal-validità tagħhom, jitqiesu bħala maħruġin dakinhar li tintefa' l-offerta.
2. Il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġin skont is-sejħa għall-offerti pprovduta f'dan ir-Regolament għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ tagħhom fis-sens tal-paragrafu 1 sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, b’mod elettroniku, l-offerti sottomessi sa mhux aktar tard minn siegħa u nofs wara l-iskadenza tal-perjodu għas-sottomissjoni tal-offerti ta’ kull ġimgħa, kif stipulat fl-avviż tas-sejħa għall-offerti, permezz tal-formola stipulata fl-Anness.
F'każ li ma jkun hemm l-ebda offerta, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-iskadenza msemmija fl-ewwel paragrafu.
Il-ħinijiet stipulati għas-sottomissjoni tal-offerti għandhom jikkorrispondu mal-ħin Belġjan.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f‘Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Għoti ta’ kull ġimgħa tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tal-qamħ komuni lejn ċerti pajjiżi terzi
Formola (1)
(Ir-Regolament (KE) Nru 936/2006)
(Skadenza għas-sottomissjoni tal-offerti)
1 |
2 |
3 |
In-numerazzjoni tal-offerenti |
Il-kwantità (f’tunnellati) |
Ir-rata tar-rifużjoni għall-esportazzjoni (f’EUR għal kull tunnellata) |
1 |
||
2 |
||
3 |
||
eċċ. |
||
(1) Għandha tintbagħat lid-DĠ AGRI (l-Unità D.2). |
( 1 ) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).
( 2 ) ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).
( 3 ) Inkluż il-Kosovo, hekk kif definit mir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.
( 4 ) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).