Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02005R1688-20111219

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni  (KE) Nru 1688/2005 ta’ l- 14 ta’ Ottubru 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ garanziji speċjali li jikkonċernaw is-salmonella għall-konsenji lejn il-Finlandja u l-Iżvezja ta’ ċertu laħam u bajd (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1688/2011-12-19

    2005R1688 — MT — 19.12.2011 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1688/2005

    ta’ l-14 ta’ Ottubru 2005

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ garanziji speċjali li jikkonċernaw is-salmonella għall-konsenji lejn il-Finlandja u l-Iżvezja ta’ ċertu laħam u bajd

    (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 271, 15.10.2005, p.17)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1223/2011 tat-28 ta’ Novembru 2011

      L 314

    12

    29.11.2011




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1688/2005

    ta’ l-14 ta’ Ottubru 2005

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ garanziji speċjali li jikkonċernaw is-salmonella għall-konsenji lejn il-Finlandja u l-Iżvezja ta’ ċertu laħam u bajd

    (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipola regoli speċifiċi dwar l-iġjene ta’ l-ikel idderivat mill-annimali ( 1 ) u b’ mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fiż-żmien ta’ l-adeżjoni tagħhom, il-Finlandja u l-Iżvezja ġew mogħtija garnaziji addizzjonali tas-salmonella li jkopru l-kummerċ ta’ laħam frisk minn annimali bovini u porċini, laħam tat-tjur frisk u bajd ta’ l-ikel li ġew estiżi għall-laħam ikkapuljat mid-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE ( 2 ). Dawk il-garanziji ġew stipolati f’ ċerti Direttivi, kif emendati mill-Att ta’ l-Adeżjoni għall-Awstrija, l-Finlandja u l-Iżvezja, l-iktar fir-rigward ta’ l-ikel fid-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE ( 3 ), fir-rigward ta’ laħam frisk, fid-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE ( 4 ) fir-rigward ta’ laħam tat-tjur frisk u fid-Direttiva 92/118/KEE ( 5 ) fir-rigward tal-bajd.

    (2)

    Mill-1 ta’ Jannar 2006, id-Direttivi 64/443/KEE, 71/118/KEE u 94/65/KE għandhom jiġu rrevokati mid-Direttiva tal-Kunsill 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tirrevoka ċerti Direttivi dwar l-iġjene ta’ l-ikel u l-kundizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti dderivati mill-annimali u maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE ( 6 ). Id-Direttiva 92/118/KEE għandha tiġi emendata bid-Direttiva 2004/41/KE.

    (3)

    L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/41/KE jistipola li sakemm jiġu adotatti d-dispożizzjonijiet meħtieġa fuq il-bażi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 ( 7 ), (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 ( 8 ) jew id-Direttiva 2002/99/KE ( 9 ), ir-regoli ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tad-Direttivi 71/118/KEE u 94/65/KE u dawk adottati fuq il-bażi ta’ l-Anness II mad-Direttiva 92/118/KEE, bl-eċċezzjoni tad-Deċiżjoni 94/371/KE ( 10 ), għandhom ikomplu japplikaw mutatis mutandis.

    (4)

    Mill-1 ta’ Jannar 2006, regoli ġodda li jikkonċernaw garanziji speċjali għall-ikel fir-rigward tas-salmonella għandhom japplikaw skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

    (5)

    Hemm għalhekk il-ħtieġa ta’ aġġornar u kumplimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li huma stipolati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/168/KE tat-8 ta’ Mejju 1995 li tistabbilixxi fir-rigward tas-salmonella garanziji addizzjonali għall-konsenji lejn l-Iżvezja u l-Finlandja għal ċertu tip ta’ bajd li huwa intenzjonat għall-konsum mill-bniedem ( 11 ), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/409/KE tat-22 ta’ 1995 li tistipola regoli għat-testjar permezz tal-kampjunar taċ-ċanga tal-vitella u tal-majjal frisk intenzjonati għall-Finlandja u għall-Iżvezja ( 12 ), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/411/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 li tistipola regoli għat-testjar għas-salmonella permezz tal-kampjunar tal-laħam tat-tjur frisk intenzjonati għall-Finlandja u għall-Iżvezja ( 13 ), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/470/KE ta’ l-24 ta’ Ġunju 2003 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti metodi oħrajn li għandhom jintużaw fit-testjar mikrobijoloġiku tal-laħam li huwa intenzjonat għall-Finlandja u l-Iżvezja ( 14 ), skond id-dispożizzjonijiet ġodda tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Huwa xieraq ukoll li jinġabru d-dispożizzjonijiet kollha f’ Regolament tal-Kummissjoni wieħed u li jirrevokaw id-Deċiżjonijiet 95/168/KE, 95/409/KE, 95/411/KE u 2003/470/KE.

    (6)

    Id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati wkoll għal garanziji speċjali ġodda stipolati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward laħam ikkapuljat minn tjur.

    (7)

    Ir-regoli dwar testjar mikrobijoloġiku permezz tal-kampjunar għandhom jitfasslu bil-metodu ta’ kampjunar, in-numru ta’ kampjuni li għandu jittieħed u l-metodu mikrobijoloġiku li għandu jintuża għall-eżaminazzjoni tal-kampjuni.

    (8)

    Fir-regoli ta’ kampjunar, huwa xieraq li ssir distinzjoni, fir-rigward ta’ laħam minn annimali bovini u porċini, bejn karkassi u nofs karkassi, minn naħa waħda u kwarti, biċċiet u l-oħra, u, fir-rigward ta’ laħam minn tjur, bejn karkassi sħaħ, minn naħa waħda, u partijiet ta’ karkassi u l-ġewwieni minn naħa l-oħra.

    (9)

    Huwa xieraq li jittieħdu in konsiderazzjoni metodi internazzjonali ta’ kampjunar u ta’ testjar mikrobijoloġiku tal-kampjuni, bħala metodi ta’ referenza, filwaqt li jiġu permessi ċerti metodi alternattivi li kienu ġew validati u ċċertifikati li jipprovdu garanziji ekwivalenti.

    (10)

    Huwa meħtieġ li jiġu aġġornati jew stabbiliti fejn huwa xieraq il-mudelli ta’ kummerċ u dokumenti ta’ ċertifikazzjoni I jakkumpanjaw il-konsennji u jiddikkjaraw jew jiċċertifikaw li l-garanziji huma rispettati.

    (11)

    Skond l-Artikolu 8(2)(c) u (d) tar-Regolament Nru (KE) 853/2004, il-garanziji speċjali m’ għandhomx ikunu applikabbli għal kull konsennja li hija soġġetta għall-programm li huwa rikonoxxut bħal ekwivalenti għal dak li huwa implimentat mill-Finlandja u l-Iżvezja, jew għall-konsenji ta’ laħam minn annimali bovini u porċini u bajd destinati għall-trattamenti speċjali.

    (12)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    Kampjunar ta’ laħam minn annimali bovini

    Il-kampjunar minn annimali bovini, inkluż laħam ikkapuljat iżda li jeskludi preparazzjonijiet ta’ laħam u laħam isseparaty mekkanikament, intenzjonat għall-Finlandja u l-Iżvezja, u li huwa soġġett għat-testjar mikrobijoloġiku għandu jsir skond l-Anness I.

    Artikolu 2

    Kampjunar ta’ laħam minn annimali porċini

    Il-kampjunar minn annimali porċini, inkluż laħam ikkapuljat iżda li jeskludi preparazzjonijiet ta’ laħam u laħam isseparaty mekkanikament, intenzjonat għall-Finlandja u l-Iżvezja, u li huwa soġġett għat-testjar mikrobijoloġiku għandu jsir skond l-Anness I.

    Artikolu 3

    Kampjunar ta’ laħam tat-tjur

    Il-kampjunar minn tiġieġ domestiku, dundjani, fargħun, papri u wiż, inkluż il-laħam ikkapuljat iżda li jeskludi preparazzjonijiet ta’ laħam u laħam isseparat mekkanikament, intenzjonat għall-Finlandja u l-Iżvezja, u li huwa soġġett għat-testjar mikrobijoloġiku għandu jsir skond l-Anness II.

    ▼M1

    Artikolu 4

    Kampjunar ta' qatgħat ta’ oriġini mill-bajd

    Il-kampjunar tal-qatgħat tal-oriġini mill-bajd intenzjonat għall-Finlandja u għall-Isvezja u li hu soġġett għall-ittestjar mikrobijoloġiku kif previst fl-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu jitwettaq skont:

    (a) ir-rekwiżiti minimi tal-kampjuni għal qatgħat tal-bajd stabbiliti fit-tabella stipulata fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003;

    (b) ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ għal qatgħat li jbidu stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 517/2011.

    Artikolu 5

    Metodi mikrobijoloġiċi għall-eżami tal-kampjuni

    1.  Testjar mikrobijoloġiku għas-Salmonella tal-kampjuni meħuda skont l-Artikoli 1 sa 4 għandu jsir skont il-metodi deskritti fid-dokumenti li ġejjin:

    (a) f’każ ta’ kampjuni ta’ laħam kif imsemmi fl-Artikoli 1, 2 u 3:

    (i) EN/ISO 6579: Mikrobijoloġija tal-ikel u tal-għalf tal-annimali – Metodu orizzontali għall-individwazzjoni tas-Salmonella spp.

    (ii) NMKL (Nordic Committee on Food Analysis – Kumitat Nordiku tal-Analiżi dwar l-Ikel) metodu Nru 71: Salmonella. Individwazzjoni fl-ikel; jew

    (iii) metodi vvalidati għal-laħam kontra l-metodi msemmija f'(i) u (ii) jew protokolli oħra li huma aċċettati internazzjonalment, sakemm ikunu:

     jintużaw fuq laħam minn annimali bovini u porċini u mit-tjur, u

     iċċertifikati minn parti terza bi qbil mal-protokoll stipulat fl-istandard EN/ISO 16140 Mikrobijoloġija tal-ikel u l-għalf tal-annimali — il-Protokoll għall-validazzjoni ta' metodi alternattivi (EN/ISO 16140).

    (b) fil-każ ta' kampjuni ta' qatgħat kif imsemmi fl-Artikolu 4: EN/ISO 6579-2002/Amd1: 2007 Anness D: L-individwazzjoni tas-Salmonella spp. fir-rawt tal-annimali u fil-kampjuni ambjentali mill-istadju primarju ta’ produzzjoni”.

    2.  Meta r-riżultati tat-testijiet mikrobijoloġiċi msemmija fil-paragrafu 1(a) huma kkontestati bejn l-Istati Membri, l-edizzjoni l-iktar reċenti tal-EN/ISO 6579 għandha titqies bħala l-metodu ta’ referenza.

    ▼B

    Artikolu 6

    Dokumentazzjoni

    1.  Konsenji ta’ laħam li jissemmew fl-Artikoli 1, 2 u 3 għandhom jiġu akkumpanjati minn dokument tal-kummerċ li huwa konformi ml-mudell stipolat fl-Anness IV.

    2.  Konsennji ta’ bajd li jissemmew fl-Artikolu 4 ħandhom jiġu akkompanjati minn ċertifikat li huwa konformi mal-mudell stipolat fl-Anness V.

    Artikolu 7

    Id-Deċiżjonijiet 95/168/KE, 95/409/KE u 95/411/KE huma rrevokati.

    Artikolu 8

    Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2006.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbl fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Regoli ta’ kampjunar li huma applikabbli għal-laħam jew laħam ikkapuljat minn annimai bovini u porċini meta jkun intenzjonati għall-Finlandja u għall-Iżvezja.

    Taqsima A

    METODU TA’ KAMPJUNAR

    1.   Karkassi, nofs karkassi u kwarti li jinġiebu mill-biċċerija oriġinarja (“teknika ta’ l-imselħa”)

    Il-metodu li mhux distruttiv kif imfassal fl-istandard ISO 17604, inklużi r-regoli ta’ ħażna u ta’ trasportazzjoni tal-kampjuni għandu jintuża.

    Il-karkassi taċ-ċanga, għandhom jittieħdu l-kampjuni minn tliet postijiet (sieq, ġenb u għonq). Il-karkassi tal-majjal, għandhom jittieħdu l-kampjuni minn żewġ postijiet (sieq u sidra). Għandu jintuża metodu ta’ kampjunar bi sponża abrażiva. L-erja tal-kampjunar għandha tkopri minimu ta’ 100 cm2 għal kullpost li jintagħżel. Il-kampjuni minn postijiet ta’ kampjunar differenti fuq il-karkassa għandhom jinġabru qabel l-eżaminazzjoni.

    Kull kampjun għandu jiġi mmarkat u identifikat kif suppost.

    2.   Biċċiet maqtugħin miksuba minn stabbiliment li mhux il-biċċerija minn fejn oriġinat il-karkassa, biċċiet maqtugħin u biċċiet iżgħar (“metodu distruttiv”)

    Biċċiet tat-tessut għandhom jinġiebu permezz ta’ strument ta’ perforazzjoni sterilizzat fil-wiċċ tal-laħam jew billi tinqatgħa biċċa tessut ta’ bejn wieħed u ieħor 25 cm2 permezz ta’ strumenti sterilizzati. Il-kampjuni għandhom jiġu trasferiti f’kundizzjonijiet sterili għal ġo kontenitur għall-kampjuni jew f’ borża tal-plastik għad-dilwizzjoni imbagħad jiġu omoġenizzati (peristaltic stomacher jew rotary blender (omoġenizzatur)). Il-kampjuni ta’ laħam iffriżat għandhom jibqgħu iffriżati matul it-trasport lejn il-laboratorju. Il-kampjuni minn laħam imkessaħ m’għandhomx ikunu ffriżati iżda għandhom jinżammu f’ refriġerazzjoni. Kampjuni separati mill-istess konsennja għandhom jintgħażlu kif inhu stabbilit fl-istandard EN/ISO 6579, sa massimu ta’ 10.

    Kull kampjun għandu jiġi mmarkat u identifikat kif suppost.

    3.   Laħam ikkapuljat (“metodu distruttiv”)

    Biċċiet tal-laħam għandhom jinġiebu permezz ta’ kampjunar ta’ bejn wieħed u ieħor 25 g permezz ta’ strumenti sterilizzati. Il-kampjuni għandhom jiġu trasferiti aseptikament f’ kontenitur għall-kampjuni jew f’ borża tal-plastik għad-dilwizzjoni imbagħad jiġu omoġenizzati (peristaltic stomacher jew rotary blender (omoġenizzatur)). Il-kampjuni ta’ laħam iffriżat għandhom jibqgħu iffriżati matul it-trasport lejn il-laboratorju. Il-kampjuni minn laħam imkessaħ m’għandhomx ikunu ffriżati iżda għandhom jinżammu f’ refriġerazzjoni. Kampjuni separati mill-istess konsennja għandhom jintgħażlu kif inhu stabbilit fl-istandard EN/ISO 6579, sa massimu ta’ 10.

    Kull kampjun għandu jiġi mmarkat u identifikat kif suppost.

    Taqsima B

    NUMRU TA’ KAMPJUNI LI GħANDHOM JINTUżAW

    1.   Karkassi, nofs karkassi, nofs karkassi maqtugħin f’ massimu ta’ tliet biċċiet u kwarti li jissemmew taħt A (1)

    In-numru ta’ karkassi jew nofs karkassi (unitajiet) f’ konsennja li minnhom kampjuni randomizzati separati għadhom jittieħdu għandu jkun kif ġej:



    Kunsinja (numru ta’ unitajiet ta’ ppakkjar)

    Numru ta’ unitajiet ta’ ppakkjarli għandhom jiġu kkampjunati

    1 – 24

    Numru li huwa l-istess bħalma huwa dak ta’ l-unitajiet ta’ ppakkjar b’ massimu ta’ 20

    25 – 29

    20

    30 – 39

    25

    40 – 49

    30

    50 – 59

    35

    60 – 89

    40

    90 – 199

    50

    200 – 499

    55

    500 jew iktar

    60

    2.   Kwarti, biċċiet maqtugħin u biċċiet iżgħar kif jissemmew taħt A (2) u laħam ikkapuljat kif jissemma taħt A (3)

    In-numru ta’ unitajiet ta’ ppakkjar f’ kunsinja li minnhom kampjuni randomizzati separati għadhom jittieħdu għandu jkun kif ġej:



    Kunsinja (numru ta’ unitajiet ta’ ppakkjar)

    Numru ta’ unitajiet ta’ ppakkjarli għandhom jiġu kkampjunati

    1 – 24

    Numru li huwa l-istess bħalma huwa dak ta’ l-unitajiet ta’ ppakkjar b’ massimu ta’ 20

    25 – 29

    20

    30 – 39

    25

    40 – 49

    30

    50 – 59

    35

    60 – 89

    40

    90 – 199

    50

    200 – 499

    55

    500 jew iktar

    60

    Skond il-piż ta’ l-unitajiet ta’ ppakkjar, in-numru ta’ unitajiet ta’ ppakkjar li għandu jiġi kkampjunat jista’ jitnaqqas permezz tal-fatturi ta multiplikazzjoni li ġejjin:



    Piż ta’ unitajiet ta’ ppakkjar

    > 20 kg

    10 – 20 kg

    < 10 kg

    Fatturi ta’ multiplikazzjoni

    × 1

    × 3/4

    × 1/2




    ANNESS II

    Regoli ta’ kampjunar li huma applikabbli għal-laħam jew laħam ikkapuljat u minn tjur meta jkunu intenzjonati għall-Finlandja u għall-Iżvezja.

    Taqsima A

    METODU TA’ KAMPJUNAR

    1.   Karkassi (bil-ġilda ta’ l-għonqli għadha mwaħħla)

    Kampjuni randomizzati għandhom jinxerrdu indaqs matul l-istess kunsinja. Il-kampjunar għandu jikkonsisti f’ biċċiet ta’ madwar 10g ta’ ġilda ta’ l-għonq li għandha tinqala’ b’mod aseptiku permezz ta’ skalpell jew pinzetti. Il-kampjuni għandhom jinżammu fil-kesħa sa’ l-eżaminazzjoni. Kampjuni jistgħu jintgħażlu kif stabbilit fl-istandard EN/ISO 6579, sa massimu ta’ 10.

    Kampjuni għandhom jiġu mmarkati u identifikati kif suppost.

    2.   Karkassi minghajr gilda ta’ l-ghonq, partijiet ta’ karkassi u offal (“Metodu distruttiv”)

    Biċċiet tat-tessut ta’ madwar 25 g għandhom jinġiebu permezz ta’ strument ta’ perforazzjoni sterilizzat li jiddaħħal fil-wiċċ tal-laħam jew billi tinqatgħa biċċa tessut permezz ta’ strumenti sterilizzati. Il-kampjuni għandhom jinżammu fil-kesħa sa’ l-eżaminazzjoni. Kampjuni jistgħu jintgħażlu kif stabbilit fl-istandard EN/ISO 6579, sa massimu ta’ 10.

    Kampjuni għandhom jiġu mmarkati u identifikati kif suppost.

    3.   Laħam ikkapuljat (“Metodu distruttiv”)

    Biċċiet tal-laħam għandhom jinġiebu permezz ta’ kampjunar ta’ bejn wieħed u ieħor 25 g permezz ta’ strumenti sterilizzati. Il-kampjuni għandhom jinżammu fil-kesħa sa’ l-eżaminazzjoni. Kampjuni jistgħu jintgħażlu kif stabbilit fl-istandard EN/ISO 6579, sa massimu ta’ 10.

    Kampjuni għandhom jiġu mmarkati u identifikati kif suppost.

    Taqsima B

    NUMRU TA’ KAMPJUNI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU

    In-numru ta’ unitajiet ta’ ppakkjar f’ kunsinja li minnhom li minnhom għandhom jittieħdu kampjuni randomizzati separati għandu jkun kif ġej:



    Kunsinja (numru ta’ unitajiet ta’ ppakkjar)

    Numru ta’ unitajiet ta’ ppakkjar li għandhom jittieħdu bħala kampjuni

    1 – 24

    Numru li huwa l-istess bħalma huwa dak ta’ l-unitajiet ta’ ppakkjar b’ massimu ta’ 20

    25 – 29

    20

    30 – 39

    25

    40 – 49

    30

    50 – 59

    35

    60 – 89

    40

    90 – 199

    50

    200 – 499

    55

    500 jew iktar

    60

    Skond il-piż ta’ l-unitajiet ta’ ppakkjar, in-numru ta’ kampjuni li għandhom jista’ jitnaqqas permezz tal-fatturi ta multiplikazzjoni li ġejjin:



    Piż ta’ unitajiet ta’ ppakkjar

    > 20 kg

    10 – 20 kg

    < 10 kg

    Fatturi ta’ multiplikazzjoni

    × 1

    × 3/4

    × 1/2

    ▼M1 —————

    ▼B




    ANNESS IV

    Noti

    a) Dokumenti kummerċjali għandhom isiru skond il-mudell li jidher f’dan l-Anness. Għandu jinkludi, fl-ordni numeriku li jidher fil-mudell, l-attestazzjonijiet li huma meħtieġa għat-trasportazzjoni tal-laħam minn annimali bovini u porċini jew laħam minn tjur- inkluż laħam ikkapuljat.

    b) Għandu jsir f’wieħed mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ l-UE destinatarju Iżda, jista’ jsir ukoll bil-lingwi l-oħrajn ta’ l-UE, jekk ikun akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali jew jekk isir ftehim minn qabel mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru destinatarju.

    c) Id-dokument kummerċjali għandu jsir għall-inqas fi tliet kopji (wieħed oriġinali u żewġ kopji). L-oriġinali għandu jakkumpanja l-konsenja lejn id-destinazzjoni finali tagħha. Min jirċievi l-konsenja għandu jżommu. Il-produttur għandu jżomm waħda mill-kopji u min iwassal il-konsenja għandu jżomm l-oħra.

    d) L-oriġinal ta’ kull dokument kummerċjali għandu jikkonsisti minn paġna waħda, żewġ naħat, jew, fejn hemm bżonn ta’ iktar test, għandu jkun taħt forma li l-paġni kollha meħtieġa huma parti minn biċċa sħiħa u li ma jistgħux jinfirdu.

    e) Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni ta’ l-oġġetti tal-konsenja, jiġu inklużi paġni addizzjonali mad-dokument, dawn il-paġni għandhom jiġu kkunsidrati li jagħmlu parti mid-dokument oriġinali permezz ta’ l-applikar tal-firma u t-timbru tal-persuna responsabbli, fuq kull paġna.

    f) Meta d-dokument, inklużi l-paġni addizzjonali li jissemmew f’ e), ikun fih iktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tingħata numru – (numru tal-paġna) minn (numru totali ta’ paġni) – fin-naħa ta’ isfel u jinkludi l-kodiċi tad-dokument li kien ġie ddeżinjat mill-awtorità kompetenti, fuq in-naħa ta’ fuq.

    g) Id-dokument oriġinali għandu jiġi komplut u ffirmat mill-persuna risponsabbli.

    h) Il-kulur tal-firma tal-persuna risponsabbli għandu jkun differenti minn dik ta’ l-istampar.

    Mudell tad-dokument kummerċjali għall-konsenja lejn il-Finlandja u l-Iżvezja ta’ laħam minn annimali bovini jew porċini jew laħam ta’ tjur, inkluż il-laħam, ikkapuljat1. Kunsinnatur (isem ta’ l-istabbiliment kunsinnatur u indirizz komplut u, jekk xieraq numru ta’ approvazzjoni ta’ l-istabbiliment kunsinnatur)Numru ta’ referenza tad-dokument (1):Numru totali ta’ paġni ta’ dan id-dokument:Data (meta inġabar il-materjal mill-post):2. Destinatarju (isem u indirizz komplut tad-destinatarju u, jekk hu xieraq numru ta’ approvazzjoni ta’ l-istabbiliment destinatarju tal-prodott)3. Post ta’ tagħbija għall-kunsinja (indirizz komplut jekk huwa differenti minn dak ta’ punt 1)4. Trasportatur, mezz tat-trasport, kwantità u identifikazzjoni tal-kunsinja4.1. Trasportatur (isem u indirizz sħiħ):4.2. Trakk, Ferrovija, Bastiment jew Ajruplan (2)4.3. Numru(i) ta’ reġistrazzjoni, isem tal-bastiment jew numru tat-titjira:5. Deskrizzjoni tal-prodotti5.1. Tip ta’ prodotti (3):5.2. Kondizzjoni ta’ prodotti (4):4.5. Tip ta’ ppakkjar4.6. Numru ta’ pakketti għal kull kategorija ta’ prodotti:4.7. Piż nett (kg):4.8. Numru tal-kontejner jekk applikabbli6. Dikjarazzjoni mill-KunsinnaturJien, hawn iffirmat, niddikkjara li:Il-kontrolli li jisemmew fir-Regolament tal-Kummissjoni […] saru b’riżultati negattivi u stqarrija mil-laboratorju dwar l-analiżi li saret fuq il-kVunsinnja jew ir-riżultati ta’ tali analiżi hija mehmuża ma’ dan id-dokument (2).Il-laħam minn animali bovini jew porċini, inkluż il-laħam ikkapuljat tiegħu, huwa intenzjonat għal stabbiliment għall-finijiet ta’ pasturizzazzjoni, sterilizzazzjoni jew trattament li għandu effetti simili (2).Il-laħam, li jinkludi laħam ikkpuljat, ġej minn stabbiliment li huwa soġġett għal programm ta’ kontroll li huwa rikonoxxut bħala ekwivalenti għal dak approvat għall-Iżvezja u l-Finlandja (2).FirmaMagħmul fi … fil-(post)(data)(firma tal-persuna risponsabbli/kunsinnatur) (5)(isem, b’ ittri kbar)Noti(1) Numru ta’ referenza maħruġ mill-persuna risponsabbli għar-rintraċċabbiltà.(2) Ħassar kif xieraq.(3) Iddeskrivi t-tip ta’ prodott (eż laħam minn annimali bovini, laħam minn annimali porċini, laħam minn tjur, laħam ikkapuljat).(4) Iddeskrivi l-kondizzjoni tal-prodott: imkessaħ jew iffriżat.(5) Il-firma għandha tkun lewn differenti minn ta’ l-istampar.




    ANNESS V

    Mudell taċ-ċertifikat għall-kunsinnja lejn il-Finlandja u l-Iżvezja ta’ bajd li huwa intenzjonat għall-konsum mill-bniedem

    KOMUNITA’ EWROPEACertifikat għall-kummerc Intra KomunitarjuParti I: Dettalji tal-kunsinna pprezentataI.1. KunsinnaturI.2. Numru ta’ Certifikat ta’ riferenzaI.2.a. Numru lokali ta’ riferenzaIsemIndirizzI.3. Awtorita Centrali kompetentiKodiċi PostaliI.4. Awtorita lokali kompetentiI.5. DestinatarjuI.6. Numru/i ta’ certifikati originali *IsemNumru/i ta’ dokumenti li jakkumpanjawhom *IndirizzI.7. Negozjant *Kodiċi PostaliIsemNumru approvatI.8. Pajjiz ta’ originiKodiċi ISOI.9. Regjun ta’ originiKodiċiI.10. Pajjiz ta’ destinazzjoniKodiċi ISOI.11. Regjun ta’ destinazzjoniKodiċiI.12. Pajjiz ta’ origini/Pajjiz ta’ hsadI.13. Post ta’ destinazzjoni* Fond* Centru ta’ assemblagg* Premessa tan-negozjant* Fond* Centru ta’ assemblagg* Premessa tan-negozjant* Korp approvat* Centru ta’ semen* Fond ta’ aquakultura approvat* Korp approvat* Centru ta’ semen* Fond ta’ aquakultura approvat* Tim embrijoniku* Stabiliment* Ohrajn* Tim embrijoniku* Stabiliment* OhrajnIsemNumru approvatIsemNumru approvatIndirizzIndirizzKodiċi PostaliKodiċi PostaliI.14. Post ta’ tghabija *I.15. Data u hin ta’ tluq *Kodiċi PostaliI.16. Mezz ta’ trasportI.17. Trasportatur *AjruplanVaxxelVagunIsemNumru approvatVejikolu tat-triqOhrajnIndirizzIdentifikazzjoniKodiċi PostaliStat MembruI.18. Speci ta’ annimal/ProdottI.19. Kodiċi tal-Komodita (Kodiċi CN)I.20. Numru/KwantitaI.21. Temperatura ta’ prodottiI.22. Numru ta’ pakkettiAmbjentMkessahFrizatI.23. Identifikazzjoni tal-kontenitur/Numru ta’ sigillI.24. Tip ta’ ippakkettarI.25. Annimali certifikati/prodotti certifikati ghal:* Tghammir* Simna* Qatla* Transhumance* Korp approvat* Riproduzzjoni artificjali* Equidae registrati* Restocking tal-priza* PetsKonsum uman* Ikel ta’ l-annimali* Uzu farmaceutiku* Uzu tekniku* OhrajnI.26. Tranzitu minn pajjiz terzI.27. Tranzitu minn Pajjizi MembriPajjiz terzKodiċi ISOStat MembruKodiċi ISOPost ta’ hrugKodiċiStat MembruKodiċi ISOPost ta’ dhulNumru tal-BIP unit:Stat MembruKodiċi ISOI.28. EsportazzjoniI.29. Hin estimat tal-vjaggPajjiz terzKodiċi ISOPost ta’ hrugKodiċiI.30. Pjan tar-rotta *IvaLeI.31. Identifikazzjoni tal-prodotti ta’ l-annimaliNumru ta’ approvazzjoni ta’ l-istabbilimenti/vetturiSpeci (Isem xjentifiku)KategorijaImpjant ta’ processarKwantitàPiż Net* M’ghandux jitkompla

    KOMUNITA’ EWROPEABajd li huwa intenzjonat għall-konsum mill-bniedem mibgħut lill-Finlandja u l-IżvezjaParti II: ĊertifikazzjoniII. Informazzjoni sanitarjaII.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikatII.b. Numru tar-referenza lokaliAttestazzjoniJien hawn iffirmat niddikkjara li:i) Il-bajd deskritt hawn fuq joriġina minn qatgħat li ġew soġġetti, b’riżultati negattivi, għall-kontrolli pprovduti fid-dispożizzjonijiet stipolati mir-Regolament tal-Kummissjoni […] (4).ii) Il-bajd hu destinat li jintuża fil-manufattura ta’ prodotti pproċessati bi proċess li jiggarantixxi l-eliminazzjoni tas-salmonella (4).Noti(1) Kaxxa ta’ referenza Nru. I.16: in-numru(i) ta’ reġistrazzjoni tal-ferrovija jew tat-trakk u l-isem tal-bastiment għandhom jiġu inklużi kif xieraq. Jekk hu magħruf, in-numru tat-titjira.(2) Kaxxa ta’ referenza Nru. 123; fil-każ ta’ trasport f’kontejners jew f’kaxxi, in-numru totali, in-numru ta’ reġistrazzjoni u tas-siġilli tagħhom jekk huma preżenti, għandhom jiġu indikati.(3) Kaxxa ta’ referenza Nru. I.31: “għall-kategorija”, indika klassi A jew B kif fir-Regolament tal-Kunsill 1907/90 rivedut.(4) Ħassar kif xieraq.(5) Il-firma u t-timbru jridu jkunu b’kulur differenti minn dak ta’ l-istampar.Veterinarju uffiċjali jew spettur uffiċjaliIsem (b’Ittri kbar):Unità Veterinarja Lokali:Data:Timbru (5):Kwalifika u titlu:Nru tal-UVL relatat:Firma (5):



    ( 1 ) ĠU L 226, tal-25.6.2004, p. 22.

    ( 2 ) ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 10. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    ( 3 ) ĠU L 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni 2005.

    ( 4 ) ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni 2005.

    ( 5 ) ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 445/2004 (ĠU L 72, tal-11.3.2004, p. 60).

    ( 6 ) ĠU L 195, tat-2.6.2004, p. 12.

    ( 7 ) ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

    ( 8 ) ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.

    ( 9 ) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    ( 10 ) ĠU L 168, 2.7.1994, p. 34.

    ( 11 ) ĠU L 109, tas-16.5.1995, p. 44; Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 97/278/KE (ĠU L 110, tas-26.4.1997, p. 77).

    ( 12 ) ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 21; Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 98/227/KE (ĠU L 87, tal-21.3.1998, p. 14).

    ( 13 ) ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 29; Deċiżjonikif emendata mid-Deċiżjoni 98/227/KE.

    ( 14 ) ĠU L 157, tas-26.6.2003, p. 66.

    Top