Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02005R1236-20180214

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1236/2018-02-14

02005R1236 — MT — 14.02.2018 — 012.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1236/2005

tas-27 ta’ Ġunju 2005

dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

(ĠU L 200 30.7.2005, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

COMMISSION REGULATION (EC) No 1377/2006 of 18 September 2006 (*)

  L 255

3

19.9.2006

 M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

 M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 675/2008 tas-16 ta' Lulju 2008

  L 189

14

17.7.2008

 M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1226/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010

  L 336

13

21.12.2010

 M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1352/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011

  L 338

31

21.12.2011

 M6

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

 M7

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 585/2013 tal-20 ta’ Ġunju 2013

  L 169

46

21.6.2013

►M8

REGOLAMENT (UE) Nru 37/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Jannar 2014

  L 18

1

21.1.2014

►M9

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 775/2014 tas-16 ta' Lulju 2014

  L 210

1

17.7.2014

►M10

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1113 tas-6 ta' Mejju 2015

  L 182

10

10.7.2015

►M11

REGOLAMENT (UE) 2016/2134 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta' Novembru 2016

  L 338

1

13.12.2016

►M12

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/181 tat-18 ta’ Ottubru 2017

  L 40

1

13.2.2018


Ikkoreġut bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 157, 20.6.2017, p.  22 (2016/2134)

►C2

Rettifika, ĠU L 197, 28.7.2017, p.  20 (2016/2134)

►C3

Rettifika, ĠU L 302I, 28.11.2018, p.  3 (2016/2134)



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1236/2005

tas-27 ta’ Ġunju 2005

dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra



KAPITOLU I

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

▼M11

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli tal-Unjoni li jirregolaw il-kummerċ ma' pajjiżi terzi ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali jew għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u r-regoli li jirregolaw il-provvista ta' servizzi ta' senserija, assistenza teknika, taħriġ u pubbliċita' relatati ma' oġġetti bħal dawn.

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

▼M11

(a) “tortura” tfisser kwalunkwe att li bih l-uġigħ jew it-tbatija gravi, fiżiċi jew mentali, jiġu kkawżati intenzjonalment fuq persuna għal tali finijiet bħall-ksib ta' informazzjoni jew konfessjoni min dik il-persuna jew minn terza persuna, l-ikkastigar ta' dik il-persuna għal att li jew dik il-persuna jew terza persuna tkun wettqet jew tkun issuspettata li wettqet, jew biex tbeżża' jew iġġiegħel lil dik il-persuna jew lil terza persuna, jew għal kwalunkwe raġuni bbażata fuq id-diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip, meta tali wġigħ jew tbatija jiġu kkawżati bl-istigazzjoni jew bil-kunsens ta' uffiċjal pubbliku jew persuna oħra li taġixxi f'kapaċità uffiċjali. Madankollu, din ma tinkludix uġigħ jew tbatija li jirriżultaw biss minn penalitajiet leċiti. Il-piena kapitali taħt l-ebda ċirkostanza mhija meqjusa bħala penali leċita;

(b) “trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra” tfisser kwalunkwe att li bih jiġu kkawżati uġigħ jew tbatija li jilħaq livell minimu ta' gravità sew jekk fiżika kif ukoll mentali, fuq persuna, meta tali wġigħ jew tbatija jiġu kkawżati bl-istigazzjoni jew bil-kunsens jew qbil ta' uffiċjal pubbliku jew ta' persuna oħra li taġixxi f'kapaċità uffiċjali. Madankollu, din ma tinkludix uġigħ jew tbatija li jirriżultaw biss minn penalitajiet leċiti. Il-piena kapitali taħt l-ebda ċirkostanza mhija meqjusa bħala penali leċita;

(c) “awtorità tal-infurzar tal-liġi” tfisser kwalunkwe awtorità responsabbli għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni, il-ġlieda kontra u l-ikkastigar ta' reati, inkluż, iżda mhux limitat għall-pulizija, kwalunkwe prosekutur, kwalunkwe awtorità ġudizzjarja, kwalunkwe awtorità ta' ħabs pubbliku jew privat u, fejn adatt, kwalunkwe waħda mill-forzi tas-sigurtà tal-istat u l-awtoritajiet militari;

(d) “esportazzjoni” tfisser kwalunkwe ħruġ ta' oġġetti mit-territorju doganali tal-Unjoni, inkluż il-ħruġ ta' oġġetti li jeħtieġu dikjarazzjoni doganali u l-ħruġ ta' oġġetti wara l-ħżin tagħhom f'żona ħielsa fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(e) “importazzjoni” tfisser kwalunkwe dħul ta' oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni, inkluż il-ħżin temporanju tagħhom, it-tqegħid f'żona ħielsa, it-tqegħid taħt proċedura speċjali u r-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

▼B

(f) “assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat mat-tiswija, l-iżvilupp, il-manifattura, it-testjar, il-manutenzjoni, l-armar jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien dwar it-tħaddim jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza. L-assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza u assistenza pprovduta b'mezzi elettroniċi;

(g) “mużew” tfisser istituzzjoni permanenti mingħajr qligħ fis-servizz tas-soċjetà u tal-iżvilupp tagħha, u miftuħa għall-pubbliku, li tikseb, tikkonserva, tirriċerka, tikkomunika u tesebixxi, għall-finijiet tal-istudju, l-edukazzjoni u d-divertiment, evidenza materjali tan-nies u l-ambjent tagħhom;

▼M11

(h) “awtorità kompetenti” tfisser awtorità ta' wieħed mill-Istati Membri, kif elenkata fl-Anness I, li, f'konformità mal-Artikolu 8, għandha d-dritt tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew tipprojbixxi lil esportatur milli juża l-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni għall-esportazzjoni;

(i) “applikant” tfisser:

1. l-esportatur, fil-każ tal-esportaturi msemmija fl-Artikoli 3, 5 jew 7b;

2. il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jittrasportaw l-oġġetti fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni, fil-każ tat-tranżitu msemmi fl-Artikolu 4a;

3. il-fornitur tal-assistenza teknika, fil-każ ta' provvisti ta' assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 3;

4. il-mużew li se jpoġġi l-oġġetti għall-wiri fil-każ ta' importazzjonijiet u provvisti ta' assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 4; u

▼C3

5. il-fornitur tal-assistenza teknika jew is-sensar, fil-każ ta' provvisti ta' assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 7a jew servizzi ta' senserija msemmija fl-Artikolu 7e;

▼M11

(j) “territorju doganali tal-Unjoni” tfisser it-territorju skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(k) “servizzi ta' senserija” tfisser:

(1) in-negozjar jew l-organizzazzjoni ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-provvista ta' oġġetti rilevanti minn pajjiż terz għal kwalunkwe pajjiż terz ieħor, jew

(2) il-bejgħ jew ix-xiri ta' oġġetti rilevanti li jkunu jinsabu f'pajjiż terz għat-trasferiment tagħhom lejn pajjiż terz ieħor.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament id-dispożizzjoni unika ta' servizzi anċillari hija eskluża minn din id-definizzjoni. Is-servizzi anċillari huma t-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali;

(l) “sensar” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, residenti jew stabbilita fi Stat Membru li jipprovdu s-servizzi definiti skont il-punt (k), minn fi ħdan l-Unjoni; kwalunkwe persuna fiżika b'ċittadinanza ta' Stat Membru, indipendentement mir-residenza, li tipprovdi tali servizzi minn fi ħdan l-Unjoni; u kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp inkorporati jew ikkostitwiti skont id-dritt ta' Stat Membru, indipendentement minn fejn ikunu stabbiliti, li jipprovdu tali servizzi minn fi ħdan l-Unjoni;

(m) “fornitur tal-assistenza teknika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, residenti jew stabbilita fi Stat Membru li jipprovdu l-assistenza teknika definita skont il-punt (f), minn fi ħdan l-Unjoni; kwalunkwe persuna fiżika b'ċittadinanza ta' Stat Membru, indipendentement mir-residenza, li tipprovdi tali assistenza minn fi ħdan l-Unjoni; u kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp inkorporati jew ikkostitwiti skont id-dritt ta' Stat Membru, indipendentement mis-sede, li jipprovdu tali assistenza minn fi ħdan l-Unjoni;

(n) “esportatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, li f'isimhom issir dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, jiġifieri l-persuna, l-entità jew il-korp, li, fil-mument li fih id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tiġi aċċettata, jintrabtu b'kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz ikkonċernat u jkollhom is-setgħa li jibagħtu l-oġġetti 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Jekk l-ebda tali kuntratt ma jkun ġie konkluż jew jekk id-detentur ta' dak il-kuntratt ma jkunx aġixxa għan-nom tiegħu, l-'esportatur' tfisser il-persuna, l-entità jew il-korp li jkollhom is-setgħa meħtieġa li jibagħtu l-oġġetti ikkonċernati 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Meta l-benefiċċju ta' dritt li wieħed jiddisponi mill-oġġetti jappartjeni lil persuna, entità jew korp residenti jew stabbiliti barra mill-Unjoni skont dak il-kuntratt, l-esportatur jiġi kkunsidrat bħala l-parti kontraenti residenti jew stabbilita fl-Unjoni;

(o) “awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni kif definit fil-punt (d) għall-ċerti pajjiżi li hi disponibbli għall-esportaturi kollha li jirrispettaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu tagħha kif elenkat fl-Anness IIIb;

(p) “awtorizzazzjoni individwali” tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil:

1. esportatur speċifiku wieħed għall-esportazzjonijiet, kif definit fil-punt (d) lejn utent aħħari jew destinatarju wieħed f'pajjiż terz u li tkopri oġġett wieħed;

2. sensar speċifiku għall-provvista ta' servizzi ta' senserija kif definit fil-punt (k) lejn utent aħħari jew destinatarju wieħed f'pajjiż terz u li tkopri oġġett wieħed; jew

3. persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jittrasportaw oġġetti fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni għal tranżitu kif definit fil-punt (s);

(q) “awtorizzazzjoni globali” tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur jew sensar speċifiku wieħed fir-rigward ta' tip ta' oġġetti elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IIIa, li tista' tkun valida għal:

1. esportazzjonijiet kif definit fil-punt (d) lil utent aħħari speċifikat wieħed jew aktar f'pajjiż terz speċifikat wieħed jew aktar;

2. esportazzjonijiet kif definit fil-punt (d) lil distributur speċifikat wieħed jew aktar f'pajjiż terz speċifikat wieħed jew aktar, meta l-esportatur ikun dak li jimmanifattura l-oġġetti inklużi fil-punti 3.2 jew 3.3 tal-Anness III jew it-Taqsima 1 tal-Anness IIIa;

3. provvista ta' servizzi ta' senserija marbuta mat-trasferimenti ta' oġġetti li jinsabu f'pajjiż terz, lil utent aħħari speċifikat wieħed jew aktar f'pajjiż terz speċifikat wieħed jew aktar;

4. is-servizzi ta' senserija marbuta mat-trasferimenti ta' oġġetti li jinsabu f'pajjiż terz, lil distributur speċifikat wieħed jew aktar f'pajjiż terz speċifikat wieħed jew aktar, meta s-sensar ikun dak li jimmanifattura l-oġġetti inklużi fil-punti 3.2 jew 3.3 tal-Anness III jew it-taqsima 1 tal-Anness IIIa;

(r) “distributur” tfisser operatur ekonomiku li jwettaq attivitajiet ta' bejgħ bl-ingrossa b'rabta mal-oġġetti elenkati fil-punt 3.2 jew 3.3 tal-Anness III jew fit-taqsima 1 tal-Anness IIIa, bħal pereżempju l-akkwist ta' tali oġġetti mill-manifatturi jew iż-żamma, il-provvista jew l-esportazzjoni ta' tali oġġetti; l-attivitajiet ta' bejgħ bl-ingrossa ta' tali oġġetti ma jinkludux l-akkwist min-naħa ta' sptar, spiżjar jew professjonist mediku għall-iskop waħdieni li jforni tali oġġetti lill-pubbliku;

(s) “tranżitu” tfisser trasport fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni ta' oġġetti mhux tal-Unjoni li jgħaddu mit-territorju doganali tal-Unjoni b'destinazzjoni li tinsab barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.

▼B



KAPITOLU II

Oġġetti li m'għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-fini tal-piena kapitali, tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

Artikolu 3

Projbizzjoni tal-esportazzjonijiet

▼M11

1.  Kwalunkwe esportazzjoni ta' oġġetti elenkati fl-Anness II, hija pprojbita, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti.

L-Anness II għandu jinkludi oġġetti li ma għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-fini tal-piena kapitali jew għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

Fornitur ta' assistenza teknika għandu jiġi pprojbit milli jipprovdi assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness II lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, kemm jekk għal kunsiderazzjoni kif ukoll jekk le.

▼B

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness II, u l-provvista tal-assistenza teknika relatata, jekk jintwera li, fil-pajjiż li lejh ser jiġu esportati l-oġġetti, tali oġġetti ser jintużaw għall-fini esklużiv ta' wirja pubblika f'mużew fid-dawl tas-sinifikat storiku tagħhom.

Artikolu 4

Projbizzjoni tal-importazzjoni

▼M11

1.  Kwalunkwe importazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness II, għandha tiġi pprojbita, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti.

L-aċċettazzjoni minn persuna, entità jew korp fl-Unjoni tal-assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness II, ipprovduta minn pajjiż terz, kemm jekk għal kunsiderazzjoni kif ukoll jekk le, minn persuna, entità jew korp hija pprojbita.

▼B

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza importazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness II, u l-provvista tal-assistenza teknika relatata, jekk jintwera li, fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, tali oġġetti ser jintużaw għall-fini esklużiv ta' wirja pubblika f'mużew fid-dawl tas-sinifikat storiku tagħhom.

▼M11

Artikolu 4a

Projbizzjoni ta' tranżitu

1.  Kwalunkwe tranżitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness II għandu jiġi pprojbit.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tranżitu tal-oġġetti elenkati fl-Anness II, jekk jintwera li, fil-pajjiż ta' destinazzjoni, tali oġġetti se jintużaw għall-fini esklużiv ta' wiri pubbliku f'mużew fid-dawl tas-sinifikat storiku tagħhom.

Artikolu 4b

Projbizzjoni ta' servizzi ta' senserija

Sensar għandu jiġi pprojbit milli jipprovdi servizzi ta' senserija lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness II, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti.

Artikolu 4c

Projbizzjoni ta' taħriġ

Fornitur ta' assistenza teknika jew sensar huwa pprojbit li jipprovdi jew joffri, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, taħriġ dwar l-użu tal-oġġetti elenkati fl-Anness II.

Artikolu 4d

Fieri kummerċjali

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, sew jekk residenti jew stabbiliti fi Stat Membru sew jekk le, għandhom jiġu pprojbiti, milli juru jew joffru għall-bejgħ kwalunkwe oġġett minn dawk elenkati fl-Anness II f'wirja jew f'fiera li tittella' fl-Unjoni, sakemm ma jintweriex li, fid-dawl tan-natura tal-wirja jew tal-fiera, tali wiri jew offerta għall-bejgħ la hija strumentali għall-bejgħ jew għall-provvista tal-oġġetti rilevanti lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz u lanqas ma tippromwovi dan il-bejgħ u din il-provvista.

Artikolu 4e

Reklamar

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, residenti jew stabbilita fi Stat Membru li jbigħu jew jixtru spazju pubbliċitarju jew ħin pubbliċitarju minn fi ħdan l-Unjoni, lil kwalunkwe persuna fiżika b'ċittadinanza ta' Stat Membru li tbigħ jew tixtri spazju pubbliċitarju jew ħin pubbliċitarju minn fi ħdan l-Unjoni, u lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp inkorporati jew ikkostitwiti skont id-dritt ta' Stat Membru, li jbigħu jew jixtru spazju pubbliċitarju jew ħin pubbliċitarju minn fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu pprojbiti milli jbigħu lil jew jixtru minn kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz spazju pubbliċitarju fl-istampa jew fl-Internet jew ħin pubbliċitarju fit-televiżjoni jew fir-radju fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness II.

Artikolu 4f

Miżuri nazzjonali

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-Unjoni, fosthom il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi taċ-ċittadinanza, l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu miżuri nazzjonali li jillimitaw it-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness II.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1. Il-miżuri fis-seħħ huma nnotifikati sas-17 ta' Frar 2017. Il-miżuri, l-emendi u r-revoki l-ġodda huma nnotifikati qabel ma jidħlu fis-seħħ.

▼B



KAPITOLU III

Oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini ta' tortura jew t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

Artikolu 5

Rekwiżit tal-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni

▼M11

1.  Għal kwalunkwe esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, tkun meħtieġa awtorizzazzjoni, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti. Madankollu, l-ebda awtorizzazzjoni ma għandha tkun meħtieġa għall-oġġetti li jgħaddu biss mit-territorju doganali tal-Unjoni, jiġifieri dawk li ma jkunux assenjati trattament jew użu approvat mid-dwana, għajr il-proċedura ta' tranżitu estern skont l-Artikolu 226 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, inkluż il-ħażna ta' oġġetti mhux tal-Unjoni f'żona ħielsa.

L-Anness III għandu jinkludi biss l-oġġetti segwenti, li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra:

(a) l-oġġetti li huma primarjament użati għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi; u

(b) l-oġġetti li, meta jittieħdu f'kunsiderazzjoni d-disinn u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom, jippreżentaw riskju materjali ta' użu għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

L-Anness III ma jinkludix:

(a) l-armi tan-nar irregolati mir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(b) l-oġġetti b'użu doppju rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 ( 3 ); u

(c) l-oġġetti rregolati f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK ( 4 ).

▼B

2.  Il-Paragrafu 1 m'għandux japplika għall-esportazzjonijiet lejn dawk it-territorji tal-Istati Membri li huma kemm elenkati fl-Anness IV u li mhumiex parti mit-territorju doganali tal-Komunità, dment li l-oġġetti huma użati minn awtorità responsabbli għall-infurzar tal-liġi kemm fil-pajjiż jew fit-territorju tad-destinazzjoni kif ukoll fil-parti metropolitana tal-Istat Membru li għalih jappartjeni dak it-territorju. Id-dwana jew l-awtoritajiet rilevanti oħra għandu jkollhom id-dritt li jivverifikaw jekk din il-kondizzjoni hijiex sodisfatta u jistgħu jiddeċiedu li, sakemm issir tali verifika, l-esportazzjoni m'għandiex isseħħ.

3.  Il-Paragrafu 1 m'għandux japplika għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, dment li l-oġġetti jintużaw mill-persunal militari jew ċivili ta' Stat Membru, jekk tali persunal ikun qed jieħu sehem f'operazzjoni tal-UE jew tan-NU għaż-żamma tal-paċi jew tal-maniġġar tal-kriżijiet fil-pajjiż terz ikkonċernat jew f'operazzjoni bbażata fuq qbil bejn Stati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tad-difiża. Id-dwana jew awtoritajiet rilevanti oħra għandu jkollhom id-dritt li jivverifikaw jekk din il-kondizzjoni hijiex sodisfatta. Sakemm issir tali verifika, l-esportazzjoni m'għandiex isseħħ.

Artikolu 6

Kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet tal-esportazzjoni

▼M11

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, filwaqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet rilevanti kollha, inkluż b'mod partikolari jekk applikazzjoni fir-rigward ta' esportazzjoni essenzjalment identika tkun ġietx miċħuda minn Stat Membru ieħor fit-tliet snin ta' qabel, u l-kunsiderazzjonijiet dwar l-użu aħħari maħsub u r-riskju ta' devjazzjoni.

▼B

2.  L-awtorità kompetenti m'għandha tagħti l-ebda awtorizzazzjoni meta jkun hemm raġunijiet tajba biex wieħed jemmen li l-oġġetti elenkati fl-Anness III jistgħu jintużaw għat-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, inkluża l-piena korporali ġudizzjarja, minn awtorità tal-infurzar tal-liġi jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika f'pajjiż terz.

L-awtorità kompetenti għandha tieħu kont ta':

 sentenzi disponibbli tal-qorti internazzjonali,

 sejbiet mill-korpi kompetenti tan-NU, il-Kunsill tal-Ewropa u l-UE, u rapporti tal-Kumitat Ewropew tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti u tar-Relatur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

Jista' jittieħed kont ta' informazzjoni rilevanti oħra, inklużi sentenzi disponibbli tal-qorti nazzjonali, rapporti jew informazzjoni oħra mħejjija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u informazzjoni dwar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet tal-oġġetti elenkati fl-Annessi II u III applikati mill-pajjiż tad-destinazzjoni.

▼M11

3.  Ir-regoli li ġejjin japplikaw għall-verifika tal-użu aħħari mixtieq u tar-riskju ta' devjazzjoni:

3.1. Jekk il-manifattur ta' oġġett elenkat fl-punt 3.2 jew 3.3 tal-Anness III jitlob li jingħata awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' tali oġġetti lejn distributur, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-arranġamenti kuntrattwali magħmula mill-manifattur u mid-distributur u l-miżuri li jkunu qed jieħdu biex jiġi żgurat li dawn l-oġġetti u, jekk applikabbli, il-prodotti li fihom se jkunu inkorporati, ma jintużawx għat-tortura jew għat-trattamenti jew għall-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

3.2. Jekk tintalab awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fil-punt 3.2 jew 3.3 tal-Anness III lejn utent aħħari, l-awtorità kompetenti tista', meta tivvaluta r-riskju ta' devjazzjoni, tikkunsidra l-arranġamenti kuntrattwali li japplikaw u d-dikjarazzjoni tal-użu aħħari ffirmata mill-utent aħħari, jekk tiġi pprovduta dikjarazzjoni bħal din. Jekk ma tiġi pprovduta l-ebda dikjarazzjoni tal-użu aħħari, għandu jkun l-esportatur li jindika min se jkun l-utent aħħari u għal xiex se jintużaw l-oġġetti. Jekk l-esportatur ma jipprovdix biżżejjed informazzjoni dwar l-utent aħħari u l-użu aħħari, l-awtorità kompetenti għandha titqies li jkollha bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li l-oġġetti jistgħu jintużaw għat-tortura jew għat-trattamenti jew għall-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

4.  Barra l-kriterji mniżżlin fil-paragrafu 1, meta jkunu qed jivvalutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni globali, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-applikazzjoni mill-esportatur ta' mezzi u proċeduri proporzjonati u adegwati biex tkun żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet u l-objettivi ta' dan ir-Regolament u mal-patti u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 6a

Projbizzjoni ta' tranżitu

Persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, sew jekk residenti jew stabbiliti fi Stat Membru sew jekk le, għandha tiġi pprojbita li teżegwixxu t-tranżitu tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, jekk tkun taf li kwalunkwe parti ta' kunsinna ta' tali oġġetti hija ddestinata għall-użu f'tortura jew fi trattamenti jew f'pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f'pajjiż terz.

▼B

Artikolu 7

Miżuri nazzjonali

1.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 6, Stat Membru jista' jadotta jew iżomm projbizzjoni fuq l-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta' manetti tas-saqajn, ktajjen għall-grupp ta' priġunieri u tagħmir tax-xokk elettriku li jista' jinġarr.

2.  Stat Membru jista' jimponi rekwiżit ta' awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni ta' manetti li għandhom qies ġenerali inklużi l-ktajjen, imkejlin mix-xifer ta' barra ta' ħolqa sax-xifer ta' barra tal-ħolqa l-oħra, li jeċċedu l-240 mm meta jinqaflu. L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika l-Kapitolu III u IV għal tali manetti.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafi 1 u 2. Il-miżuri eżistenti għandhom jiġu nnotifikati sat-30 ta’ Lulju 2006. Il-miżuri sussegwenti għandhom jiġu nnotifikati qabel jidħlu fis-seħħ.

▼M11

Artikolu 7a

Rekwiżit ta' awtorizzazzjoni ta' ċerti servizzi

1.  Għandha tiġi rikjesta awtorizzazzjoni għal kwalunkwe provvista, minn fornitur ta' assistenza teknika jew sensar, rispettivament, ta' wieħed mis-servizzi segwenti lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, kemm jekk għal kunsiderazzjoni kif ukoll jekk le:

(a) assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness III, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti; u

(b) servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti elenkati fl-Anness III, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti.

2.  Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, l-Artikolu 6 għandu japplika mutatis mutandis.

Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6, għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tas-segwenti:

(a) jekk l-assistenza teknika tkunx ipprovduta lil persuna, entità jew korp li jistgħu jużaw l-oġġetti li għalihom l-assistenza teknika hija ddestinata għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra; u

(b) jekk l-assistenza teknika tkunx użata għal finijiet ta' tiswija, żvilupp, manifattura, ittestjar, manutenzjoni jew assemblaġġ tal-oġġetti elenkati fl-Anness III lil, jew tipprovdi assistenza teknika lil, persuna, entità jew korp li jistgħu jużaw l-oġġetti li l-assistenza teknika hija ddestinata għalihom għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra;

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplikax għall-provvista tal-assistenza teknika jekk

(a) l-assistenza teknika tkun ipprovduta lil awtorità tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru jew lil persunal militari jew ċivili ta' Stat Membru kif deskritt fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(3);

(b) l-assistenza teknika tikkonsisti fl-għoti ta' informazzjoni li hija ta' dominju pubbliku; jew

(c) l-assistenza teknika hija l-minimu neċessarju għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta' dawk l-oġġetti elenkati fl-Anness III li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata minn awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament.

4.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, Stat Membru jista' jżomm il-projbizzjoni tal-provvista ta' servizzi ta' senserija fir-rigward tal-manetti tas-saqajn, tal-ktajjen għall-grupp ta' priġunieri u tat-tagħmir tax-xokk elettriku li jista' jinġarr. Fil-każijiet li fihom Stat Membru jżomm tali projbizzjoni, huwa għandu jinnotifika l-miżura li adotta lill-Kummissjoni sas-17 ta' Frar 2017 u jinforma lill-Kummissjoni jekk dawk il-miżuri jiġu emendati jew revokati.



KAPITOLU IIIa

Oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali

Artikolu 7b

Rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni

1.  Għal kwalunkwe esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, għandha tiġi rikjesta l-awtorizzazzjoni, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti. Madankollu, l-ebda awtorizzazzjoni ma għandha tkun meħtieġa għall-oġġetti li jgħaddu biss mit-territorju doganali tal-Unjoni, jiġifieri dawk li ma jkunux assenjati trattament jew użu approvat mid-dwana, għajr il-proċedura ta' tranżitu estern skont l-Artikolu 226 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, inkluż il-ħażna ta' oġġetti mhux tal-Unjoni f'żona ħielsa.

L-Anness IIIa għandu jinkludi biss l-oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali u li ġew approvati jew effettivament użati għall-piena kapitali minn pajjiż terz wieħed jew aktar li ma abolixxewx il-piena kapitali. Huwa ma jinkludix:

(a) l-armi tan-nar irregolati mir-Regolament (UE) Nru 258/2012;

(b) l-oġġetti b'użu doppju rregolati mir-Regolament (KE) Nru 428/2009 u

(c) l-oġġetti rregolati f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK.

2.  F'każ li l-esportazzjoni tal-prodotti mediċinali tirrikjedi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni skont dan ir-Regolament u l-esportazzjoni tkun ukoll soġġetta għar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni f'konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali li tikkontrolla d-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi, bħall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971, l-Istati Membri jistgħu jużaw proċedura unika biex iwettqu l-obbligi imposti fuqhom mir-Regolament u mill-konvenzjoni rilevanti.

Artikolu 7c

Kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, filwaqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet rilevanti kollha, inkluż b'mod partikolari jekk applikazzjoni fir-rigward ta' esportazzjoni essenzjalment identika tkun ġietx miċħuda minn Stat Membru ieħor fit-tliet snin ta' qabel, u l-kunsiderazzjonijiet dwar l-użu aħħari maħsub u r-riskju ta' devjazzjoni.

2.  L-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti l-ebda awtorizzazzjoni meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli li jwasslu sabiex wieħed jemmen li l-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa jistgħu jintużaw għall-piena kapitali f'pajjiż terz.

3.  Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-verifika tal-użu aħħari mixtieq u tar-riskju ta' devjazzjoni:

3.1. Jekk il-manifattur tal-oġġetti elenkati fit-taqsima 1 tal-Anness IIIa jitlob li jingħata awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' tali prodott lejn distributur, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-arranġamenti kuntrattwali magħmula mill-manifattur u mid-distributur u tal-miżuri li jkunu qed jieħdu biex jiġi żgurat li l-oġġetti ma jintużawx għall-piena kapitali.

3.2. Jekk tintalab awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fit-taqsima 1 tal-Anness IIIa lejn utent aħħari, l-awtorità kompetenti tista', meta tivvaluta r-riskju ta' devjazzjoni, tikkunsidra l-arranġamenti kuntrattwali li japplikaw u d-dikjarazzjoni tal-użu aħħari ffirmata mill-utent aħħari, jekk tiġi pprovduta dikjarazzjoni bħal din. Jekk ma tiġi pprovduta l-ebda dikjarazzjoni tal-użu aħħari, l-esportatur huwa dak li jrid jindika min se jkun l-utent aħħari u għal xiex se jintużaw l-oġġetti. Jekk l-esportatur ma jipprovdix biżżejjed informazzjoni dwar l-utent aħħari u l-użu aħħari, l-awtorità kompetenti għandha titqies li jkollha bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li l-oġġetti jistgħu jintużaw għall-piena kapitali.

3.3. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tista' tadotta linji gwida dwar l-aħjar prassi rigward il-valutazzjoni tal-użu aħħari u tivvaluta l-iskop li għalih l-assistenza teknika tintuża.

4.  Barra l-kriterji mniżżlin fil-paragrafu 1, meta jkunu qed jivvalutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni globali, l-awtorità kompetenti għandhom jikkunsidraw l-applikazzjoni mill-esportatur ta' mezzi u proċeduri proporzjonati u adegwati biex tkun żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet u l-objettivi ta' dan ir-Regolament u mal-patti u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 7d

Projbizzjoni ta' tranżitu

Persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, inkluża sħubija, sew jekk residenti jew stabbiliti fi Stat Membru sew jekk le, għandha tkun pprojbita li teżegwixxi t-tranżitu tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, jekk tkun taf li kwalunkwe parti ta' kunsinna ta' tali oġġetti hija ddestinata għall-użu f'piena kapitali f'pajjiż terz.

Artikolu 7e

Rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għal ċerti servizzi

1.  Għandha tiġi rikjesta awtorizzazzjoni għal kwalunkwe provvista, minn fornitur ta' assistenza teknika jew minn sensar, rispettivament, ta' wieħed mis-servizzi segwenti lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz kemm jekk għal kunsiderazzjoni kif ukoll jekk le:

(a) assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti; u

(b) servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti.

2.  Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, l- Artikolu 7c għandu japplika mutatis mutandis.

Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7c, għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tas-segwenti:

(a) jekk l-assistenza teknika tkunx ipprovduta lil persuna, entità jew korp li jistgħu jużaw l-oġġetti li għalihom l-assistenza teknika hija ddestinata għall-piena kapitali; u

(b) jekk l-assistenza teknika tkunx użata biex issewwi, tiżviluppa, timmanifattura, tittestja, tmantni jew tassembla oġġetti elenkati fl-Anness IIIa għal, jew tipprovdi assistenza teknika lil, persuna, entità jew korp li jistgħu jużaw l-oġġetti li għalihom l-assistenza teknika hija ddestinata għall-piena kapitali.

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-provvista tal-assistenza teknika jekk

(a) l-assistenza teknika tikkonsisti fl-għoti ta' informazzjoni li hija ta' dominju pubbliku; jew

(b) l-assistenza teknika hija l-minimu neċessarju għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta' dawk l-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata minn awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament.

▼B



KAPITOLU IV

Proċeduri ta' awtorizzazzjoni

▼M11

Artikolu 8

It-tipi ta' awtorizzazzjonijiet u l-awtoritajiet emittenti

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni għal ċerti esportazzjonijiet kif stipulat fl-Anness IIIb.

L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun residenti jew stabbilit l-esportatur, tista' tipprojbixxi lill-esportatur milli juża din l-awtorizzazzjoni, jekk ikun hemm suspetti raġonevoli dwar il-kapaċità tiegħu li jikkonforma mat-termini tal-awtorizzazzjoni jew ma' xi dispożizzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-esportaturi kollha miċħuda mid-dritt li jużaw l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni, sakemm ma jiddeterminawx li esportatur speċifiku mhux se jipprova jesporta l-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa billi jgħaddihom minn Stat Membru ieħor. Għal dan il-fini għandha tintuża sistema sikura u kriptata għall-iskambju tal-informazzjoni.

2.  Awtorizzazzjoni għall-esportazzjonijiet l-oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, li għalihom tkun tenħtieġ awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament, għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun residenti jew stabbilit l-esportatur, kif elenkat fl-Anness I. Tali awtorizzazzjoni tista' tkun awtorizzazzjoni individwali jew waħda globali, jekk tikkonċerna l-oġġetti elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IIIa. Kwalunkwe awtorizzazzjoni dwar l-oġġetti elenkati fl-Anness II tkun awtorizzazzjoni individwali.

3.  Awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness II għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew stabbiliti l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jittrasportaw l-oġġetti fit-territorju doganali, kif elenkat fl-Anness I. Jekk dik il-persuna, dik l-entità jew dak il-korp mhumiex stabbiliti fi Stat Membru, għandha tingħata awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-oġġetti jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Tali awtorizzazzjoni tkun awtorizzazzjoni individwali.

4.  Awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet li għalihom tkun tenħtieġ awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament, għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-mużew, kif elenkat fl-Anness I. Kwalunkwe awtorizzazzjoni dwar l-oġġetti elenkati fl-Anness II għandha tkun awtorizzazzjoni individwali.

5.  Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness II għandha tingħata:

(a) mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun residenti jew stabbilit il-fornitur tal-assistenza teknika, kif elenkat fl-Anness I, jew, jekk ma jkunx hemm tali Stat Membru, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-fornitur tal-assistenza teknika jkun ċittadin tiegħu jew li jkun ġie inkorporat jew kostitwit skont il-liġi tiegħu, jekk l-għajnuna tkun trid tingħata lil xi mużew f'pajjiż terz; jew

(b) mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-mużew, kif elenkat fl-Anness I, jekk l-għajnuna tkun trid tingħata lil xi mużew fl-Unjoni.

6.  Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IIIa għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun residenti jew stabbilit il-fornitur tal-assistenza teknika, kif elenkat fl-Anness I, jew, jekk ma jkunx hemm tali Stat Membru, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-fornitur tal-assistenza teknika jkun ċittadin tiegħu jew li jkun ġie inkorporat jew kostitwit skont il-liġi tiegħu.

7.  Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IIIa għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-sensar ikun residenti jew stabbilit, kif elenkat fl-Anness I, jew, jekk ma jkunx hemm tali Stat Membru, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li s-sensar ikun ċittadin tiegħu jew li jkun ġie inkorporat jew kostitwit skont il-liġi tiegħu. Tali awtorizzazzjoni għandha tingħata għal kwantità stabbilita ta' oġġetti speċifiċi li qed jiġu trasferiti bejn żewġ pajjiżi terzi jew aktar. Il-post fejn jinsabu l-oġġetti fil-pajjiż terz ta' oriġini, l-utent aħħari u l-post eżatt fejn jinsab għandhom ikunu identifikati b'mod ċar.

8.  L-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-applikazzjonijiet tagħhom għal awtorizzazzjoni individwali jew globali għal esportazzjonijiet jew għal servizzi ta' senserija, għal awtorizzazzjoni għal assistenza teknika, għal awtorizzazzjoni għall-importazzjoni individwali jew għal awtorizzazzjoni individwali għal tranżitu.

Fir-rigward tal-esportazzjonijiet l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirċievu l-informazzjoni kompluta b'mod partikolari dwar l-utent aħħari, il-pajjiż ta' destinazzjoni u l-użu aħħari tal-oġġetti.

Fir-rigward tas-servizzi ta' senserija, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirċievu, b'mod partikolari, dettalji dwar il-post fejn jinsabu l-oġġetti fil-pajjiż terz ta' oriġini, deskrizzjoni ċara tal-oġġetti u l-kwantità involuta, il-partijiet terzi involuti fit-tranżazzjoni, il-pajjiż terz ta' destinazzjoni, l-utent aħħari f'dak il-pajjiż u l-post eżatt fejn jinsab.

L-għoti tal-awtorizzazzjoni tista' tkun soġġetta għal dikjarazzjoni ta' użu finali, jekk ikun xieraq.

9.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 8, meta manifattur jew rappreżentant ta' manifattur ikun se jesporta jew ibigħ u jittrasferixxi oġġetti inklużi fil-punt 3.2 jew 3.3 tal-Anness III jew fit-taqsima 1 tal-Anness IIIa lil distributur f'pajjiż terz, il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat li l-oġġetti inklużi fil-punt 3.2 jew 3.3 tal-Anness III jintużaw għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra jew biex jiġi evitat li l-oġġetti inklużi fit-taqsima 1 tal-Anness IIIa jintużaw għall-piena kapitali, dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni u, jekk tkun disponibbli, informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-utenti aħħarija tal-oġġetti.

10.  Fuq talba ta' mekkaniżmu nazzjonali ta' prevenzjoni stabbilit skont il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tal-1984 Kontra t-Tortura u t-Trattament jew Kastig Krudili, Inuman jew Degradanti Ieħor, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-mekkaniżmu nazzjonali ta' prevenzjoni rikjedenti l-informazzjoni li jkunu rċevew minn applikant dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni, id-destinatarju, l-użu aħħari u l-utenti aħħarin jew, meta jkun rilevanti, id-distributur u l-arranġamenti u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 9. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jisimgħu lill-applikant qabel l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni u jistgħu jimponu restrizzjonijiet fuq l-użu li jista' jsir mill-informazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom skont il-liġijiet u l-prassi nazzjonali.

11.  L-Istati Membri għandhom jipproċessaw talbiet għal awtorizzazzjonijiet individwali jew globali f'perijodu ta' żmien li għandu jiġi ddeterminat mil-liġi jew mill-prattika nazzjonali.

Artikolu 9

Awtorizzazzjonijiet

1.  L-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni, l-importazzjoni jew it-tranżitu jinħarġu fuq formola konsistenti mal-mudell stabbilit fl-Anness V. L-awtorizzazzjonijiet li jikkonċernaw servizzi ta' senserija għandhom jinħarġu fuq formola konsistenti mal-mudell stabbilit fl-Anness VI. L-awtorizzazzjonijiet li jikkonċernaw assistenza teknika għandhom jinħarġu fuq formola konsistenti mal-mudell stabbilit fl-Anness VII. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha. Il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni għandu jkun minn tliet xhur sa tnax-il xahar b'estensjoni possibbli sa 12-il xahar. Il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni globali għandu jkun minn sena għal tliet snin b'estensjoni possibbli sa sentejn.

2.  Awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 7c timplika awtorizzazzjoni biex l-esportatur jagħti assistenza teknika lill-utent aħħari sakemm tali assistenza tkun meħtieġa għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta' dawk l-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom tkun awtorizzata.

3.  L-awtorizzazzjonijiet jistgħu jinħarġu permezz ta' mezzi elettroniċi. Il-proċeduri speċifiċi jiġu stabbiliti fuq bażi nazzjonali. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din l-għażla jinfurmaw lill-Kummissjoni.

4.  L-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni, l-importazzjoni, it-tranżitu, il-provvista ta' assistenza teknika jew il-provvista ta' servizzi ta' senserija għandhom ikunu soġġetti għal kwalunkwe rekwiżit u kundizzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li huma adatti.

5.  L-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jaġixxu skont dan ir-Regolament, jistgħu jirrifjutaw li jagħtu awtorizzazzjoni u jistgħu jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw awtorizzazzjoni li jkunu diġà taw.

▼B

Artikolu 10

Formalitajiet doganali

1.  Meta jimla l-formalitajiet doganali, l-esportatur jew l-importatur għandu jibgħat il-formola mimlija kif dovut stabbilita fl-Anness V bħala prova li l-awtorizzazzjoni meħtieġa għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni kkonċernata nkisbet. Jekk id-dokument ma jimteliex b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-formalitajiet doganali jkunu qed jimtlew, l-esportatur jew l-importatur jista' jintalab jipprovdi traduzzjoni f'dik il-lingwa uffiċjali.

▼M11

2.  Jekk issir dikjarazzjoni doganali dwar l-oġġetti elenkati fl-Annessi II, III jew IIIa, u jkun ikkonfermat li ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni intiżi, l-awtoritajiet doganali għandhom jżommu l-oġġetti ddikjarati u għandhom jagħmlu l-esportatur jew l-importatur konxji ta' possibbiltà li ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament. Jekk sitt xhur wara li jinżammu l-oġġetti ma ssir l-ebda applikazzjoni, jew jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta tali applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jiddisponu mill-oġġetti miżmumin f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 11

Rekwżiti ta' notifika u konsultazzjoni

1.  Stat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni jekk l-awtoritajiet kompetenti, tiegħu kif elenkati fl-Anness I, jieħdu deċiżjoni li jirrifjutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament jew jekk jannullaw awtorizzazzjoni li jkunu taw. Tali notifika għandha ssir mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data tad-deċiżjoni jew tal-annullament.

2.  L-awtorità kompetenti, b'mezzi diplomatiċi meta jkun meħtieġ jew xieraq, għandha tikkonsulta lill-awtorità jew lill-awtoritajiet li, fit-tliet snin preċedenti, irrifjutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni, tranżitu, il-provvista ta' assistenza teknika lil persuna, entità jew korp f'pajjiż terz jew il-provvista ta' servizzi ta' senserija skont dan ir-Regolament, jekk tirċievi applikazzjoni dwar esportazzjoni, tranżitu, il-provvista ta' assistenza teknika lil persuna, entità jew korp f'pajjiż terz jew il-provvista ta' servizzi ta' senserija li jinvolvu tranżazzjoni essenzjalment identika msemmija f'tali applikazzjoni preċedenti u tqis li, madankollu, għandha tingħata awtorizzazzjoni.

3.  Jekk, wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi li tagħti awtorizzazzjoni, l-Istat Membru rilevanti jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu u jispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, filwaqt li jippreżenta informazzjoni ġustifikattiva kif adatt.

4.  Fejn ir-rifjut li tingħata awtorizzazzjoni ikun ibbażat fuq projbizzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 7a(4), dan ma għandux jikkostitwixxi deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni fit-tifsira tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

5  In-notifiki kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom jsiru permezz ta' sistema sikura u kriptata għall-iskambju ta' informazzjoni.

▼B



KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

▼M11

Artikolu 12

Emenda tal-Annessi

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a, biex temenda l-Annessi I, II, III, IIIa, IIIb, IV, V, VI u VII. Id-data li hemm fl-Anness I dwar l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandha tiġi emendata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Meta, fil-każ tal-emenda tal-Annessi II, III, IIIa jew IIIb, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jirrikjedu li jsir dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 15b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

▼M11

Artikolu 12a

Talbiet biex jiġu miżjuda xi oġġetti f'waħda mil-listi tal-oġġetti

1.  Kull Stat Membru jista' jindirizza talba debitament sostanzjata lill-Kummissjoni biex din iżżid oġġetti ddisinjati jew kummerċjalizzati għall-infurzar tal-liġi fl-Anness II, fl-Anness III jew fl-Anness IIIa. Talba bħal din għandha tinkludi informazzjoni dwar:

(a) id-disinn u l-karatteristiċi tal-oġġetti inkwistjoni;

(b) l-iskopijiet kollha li għalihom jistgħu jintużaw l-oġġetti; u

(c) ir-regoli internazzjonali jew domestiċi li jkunu ġew miksura li kieku l-oġġetti kellhom jintużaw għall-infurzar tal-liġi.

Meta jressaq it-talba tiegħu lill-Kummissjoni, l-Istat Membru rikjedenti għandu jressaq dik it-talba wkoll lill-Istati Membri l-oħra.

2.  Il-Kummissjoni tista', fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-talba, titlob lill-Istat Membru rikjedenti jipprovdi informazzjoni supplimentari, jekk tikkunsidra li t-talba tkun tonqos milli tindirizza punt wieħed rilevanti jew aktar jew jekk tara li hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali fuq punt wieħed rilevanti jew aktar. Hi għandha tgħarraf lill-Istat Membru inkwistjoni bil-punti li dwarhom ikun hemm bżonn li tiġi pprovduta informazzjoni supplimentari. Il-Kummissjoni għandha tressaq il-mistoqsijiet tagħha lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri l-oħra jistgħu wkoll jagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni addizzjonali għall-valutazzjoni tat-talba.

3.  Jekk tqis li ma jkunx hemm bżonn titlob għal informazzjoni supplimentari jew, fejn applikabbli, malli tirċievi l-informazzjoni supplimentari li tkun talbet, il-Kummissjoni għandha, fi żmien għoxrin ġimgħa minn meta tirċievi t-talba jew minn meta tirċievi l-informazzjoni supplimentari, rispettivament, tagħti bidu għall-proċedura biex tiġi adottata l-emenda mitluba jew inkella tinforma lill-Istati Membri rikjedenti bir-raġunijiet għalfejn ma tkunx se tagħmel dan.

▼B

Artikolu 13

Skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jinformaw lil xulxin dwar il-miżuri meħudin skont dan ir-Regolament u jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati.

2.  L-informazzjoni rilevanti dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati għandha tinkludi mill-inqas it-tip ta' deċiżjoni, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni jew sommarju tagħha, l-ismijiet tad-destinatarji u, jekk ma jkunux l-istess, tal-utenti finali kif ukoll tal-oġġetti kkonċernati.

3.  L-Istati Membri, jekk possibbli f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jagħmlu rapport pubbliku dwar l-attivitajiet annwali, li jipprovdi informazzjoni dwar in-numru ta' applikazzjonijiet riċevuti, dwar l-oġġetti u l-pajjiżi kkonċernati f'dawn l-applikazzjonijiet, u dwar id-deċiżjonijiet li jkunu ħadu dwar dawn l-applikazzjonijiet. Dan ir-rapport m'għandux jinkludi informazzjoni li l-iżvelar tagħha huwa meqjus minn Stat Membru li jmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

▼M11

3a.  Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali li jkun magħmul mir-rapporti annwali tal-attività msemmija fil-paragrafu 3. Dak ir-rapport annwali għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

▼B

4.  Ħlief għall-provvista tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet tal-Istat Membru l-ieħor u lill-Kummissjoni, dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali.

5.  Ir-rifjut għall-għoti ta' awtorizzazzjoni, jekk ikun ibbażat fuq projbizzjoni nazzjonali adottata f'konformità mal-Artikolu 7(1), m'għandux jikkostitwixxi awtorizzazzjoni rrifjutata fit-tifsira tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

▼M11

Artikolu 13a

L-ipproċessar ta' data personali

Id-data personali għandha tiġi pproċessata u skambjata f'konformità mar-regoli stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

▼B

Artikolu 14

Użu tal-informazzjoni

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 7 ) u l-leġislazzjoni nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti, l-informazzjoni riċevuta skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-fini li saret it-talba għaliha.

▼M8 —————

▼M11

Artikolu 15a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-16 ta' Diċembru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 8 ).

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b' xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M11

Artikolu 15b

Proċedura ta' urġenza

1.  L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.

2.  Il-Parlament Ewropew jew l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15a(6). F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 15c

Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura

1.  Għandu jiġi stabbilit Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru jaħtar rappreżentant f'dan il-grupp.

2.  Il-grupp għandu jeżamina kwalunkwe kwistjonijiet li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi, bla limitazzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni dwar prattiki amministrattivi u kwalunkwe kwistjoni li tista' titqajjem jew mill-president inkella minn rappreżentant ta' Stat Membru.

3.  Il-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura, kull meta jqis li huwa meħtieġ, jista' jikkonsulta lill-esportaturi, is-sensara, il-fornituri ta' assistenza teknika u partijiet interessati rilevanti oħra li huma konċernati minn dan ir-Regolament.

4.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali bil-miktub lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet, l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura.

Ir-rapport annwali għandu jitfassal b'kunsiderazzjoni partikolari tal-ħtieġa li ma jiġux kompromessi l-interessi kummerċjali ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Id-diskussjonijiet fil-grupp jinżammu kunfidenzjali.

Artikolu 15d

Rieżami

1.  Sal-31 ta' Lulju 2020, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jistgħu jinkludu proposti biex ir-Regolament jiġi emendat. Ir-rieżami jivvaluta l-ħtieġa li jiġu inklużi l-attivitajiet ta' ċittadini tal-UE li jgħixu barra. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni adatta kollha għat-tħejjija tar-rapport.

2.  Taqsimiet speċjali tar-rapport għandhom jittrattaw:

(a) il-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura u l-attivitajiet tiegħu. Ir-rapport jitfassal b'kunsiderazzjoni partikolari tal-ħtieġa li ma jiġux kompromessi l-interessi kummerċjali ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Id-diskussjonijiet fil-grupp jinżammu kunfidenzjali; u

(b) l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-l-Artikolu 17(1) u nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2).

▼M8 —————

▼B

Artikolu 17

Penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad- dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli sad-29 ta’ Awwissu 2006 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

Artikolu 18

Ambitu territorjali

▼M11

1.  Dan ir-Regolament għandu jkollu l-istess kamp ta' applikazzjoni territorjali bħat-Trattati, ħlief għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1), l-Artikoli 4a, 5, 6a, 7, 7b u 7d, l-Artikolu 8(1) sa (4) u l-Artikolu 10, li japplikaw għal:

 it-territorju doganali tal-Unjoni,

 it-territorji Spanjoli ta' Ceuta u Melilla,

 it-territorju Ġermaniż ta' Helgoland.

▼B

2.  Għall-fini ta' dan ir-Regolament, Ceuta, Helgoland u Melilla għandhom jiġu ttrattati bħala parti mit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M10




L-ANNESS I

Lista tal-awtoritajiet msemmija fl-Artikoli 8 u 11, u l-indirizzi għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

A.    L-awtoritajiet tal-Istati Membri

IL-BELĠJU

Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O., Middenstand en Energie

Algemene Directie Economische Analyses en Internationale Economie

Dienst Vergunningen

Vooruitgangstraat 50

B-1210 Brussel

BELGIË

Service public fédéral économie, PME, classes moyennes et énergie

Direction générale des Analyses économiques et de l'Economie internationale

Service licences

Rue du Progrès 50

B-1210 Bruxelles

BELGIQUE

Tel. +32 22776713, +32 22775459

Faks: +32 22775063

Posta elettronika: frieda.coosemans@economie.fgov.be

johan.debontridder@economie.fgov.be

IL-BULGARIJA

Министерство на икономиката

ул.“Славянска” № 8

1052 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Ministry of Economy

8, Slavyanska Str.

1052 Sofia

BULGARIA

Tel. +359 29407771

Faks: +359 29880727

Posta elettronika: exportcontrol@mi.government.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

110 15 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Tel. +420 224907638

Faks: +420 224214558

Posta elettronika: dual@mpo.cz

ID-DANIMARKA

L-Anness III, Nru 2 u 3

Justitsministeriet

Slotsholmsgade 10

DK-1216 København K

DANMARK

Tel. +45 72268400

Faks: +45 33933510

Posta elettronika: jm@jm.dk

L-Anness II u l-Anness III, Nru 1 u 4

Erhvervs- og Vækstministeriet

Erhvervsstyrelsen

Eksportkontrol

Langelinie Allé 17

DK-2100 København Ø

DANMARK

Tel. +45 35291000

Faks: +45 35291001

Posta elettronika: eksportkontrol@erst.dk

IL-ĠERMANJA

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

Frankfurter Straße 29—35

D-65760 Eschborn

DEUTSCHLAND

Tel. +49 6196 908 2217

Faks: +49 6196 908 1800

Posta elettronika: ausfuhrkontrolle@bafa.bund.de

L-ESTONJA

Strateegilise kauba komisjon

Islandi väljak 1

15049 Tallinn

EESTI/ESTONIA

Tel. +372 6377192

Faks: +372 6377199

Posta elettronika: stratkom@vm.ee

L-IRLANDA

Licensing Unit

Department of Jobs, Enterprise and Innovation

23 Kildare Street

Dublin 2

ÉIRE

Tel. +353 16312121

Faks: +353 16312562

Posta elektronika: exportcontrol@djei.ie

IL-GREĊJA

Υπουργείο Ανάπτυξης, ανταγωνιστικότητας, υποδομών, Μεταφορών και δικτύων

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών, Εμπορικής Άμυνας

Ερμού & Κορνάρου 1,

GR-105 63 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

Ministeru tal-Iżvilupp, il-Kompetittività, l-Infrastruttura, it-Trasport u n-Netwerks

General Directorate for International Economic Policy

Directorate of Import-Export Regimes, Trade Defence Instruments

Ermou and Kornarou 1,

GR-105 63 Athens

GREECE

Tel. +30 2103286021-22, +30 2103286051-47

Faks: +30 2103286094

Posta elettronika: e3a@mnec.gr, e3c@mnec.gr

SPANJA

Subdirección General de Comercio Internacional de Material de Defensa y Doble Uso

Secretaría de Estado de Comercio

Ministerio de Economía y Competitividad

Paseo de la Castellana 162, planta 7

E-28046 Madrid

ESPAÑA

Tel.: +34 913492587

Faks: +34 913492470

E-mail: sgdefensa.sscc@comercio.mineco.es.

FRANZA

Ministère des finances et des comptes publics

Direction générale des douanes et droits indirects

Bureau E2

11 Rue des Deux Communes

F-93558 Montreuil Cedex

FRANCE

Tel.: +33 1 57 53 43 98

Faks: + 33 1 57 53 48 32

E-mail: dg-e2@douane.finances.gouv.fr.

IL-KROAZJA

Ministarstvo vanjskih i europskih poslova

Samostalni sektor za trgovinsku politiku i gospodarsku multilateralu

Trg Nikole Šubića Zrinskog 7-8

10 000 Zagreb

Repubblika Hrvatska

Tel. +385 1 6444 625 (626)

Faks + 385 1 6444 601

L-ITALJA

Ministero dello Sviluppo Economico

Direzione Generale per la Politica Commerciale Internazionale

Divisione IV

Viale Boston, 25

00144 Roma

ITALIA

Tel. +39 0659932439

Faks: +39 0659647506

Posta elettronika: polcom4@mise.gov.it

ĊIPRU

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγών/Εξαγωγών

Ανδρέα Αραούζου 6

CY-1421 Λευκωσία

ΚΥΠΡΟΣ/CYPRUS

Ministry of Commerce, Industry and Tourism

Trade Service

Import/Export Licensing Unit

6 Andreas Araouzos Street

CY-1421 Nicosia

CYPRUS

Tel. +357 22867100, +357 22867197

Faks: +357 22375443

Posta elettronika: pevgeniou@mcit.gov.cy

IL-LATVJA

Ārlietu ministrija

K. Valdemāra iela 3

LV-1395 Rīga

LATVIJA

Tel. +371 67016426

Faks: +371 67828121

Posta elettronika: mfa.cha@mfa.gov.lv

IL-LITWANJA

L-Anness II u l-Anness III, Nri 1,2, 3 u 5:

Policijos departamento prie Vidaus reikalų ministerijos

Viešosios policijos valdybos Licencijavimo skyrius

Saltoniškių g. 19

LT-08105 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Tel.: +370 82719767

Faks: +370 52719976

E-mail: leidimai.pd@policija.lt

Anness III, Nru 4

Valstybinė vaistų kontrolės tarnyba prie Lietuvos Respublikos sveikatos apsaugos ministerijos

Žirmūnų g. 139 A,

LT-09120 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Tel.: +370 852639264

Faks: +370 852639265

E-mail: vvkt@vvkt.lt.

IL-LUSSEMBURGU

Ministère de l'Economie

Office des Licences

19-21, boulevard Royal

L-2449 Luxembourg

BP 113/L-2011 Luxembourg

Luxembourg

Tel.: +352 22 61 62

Faks: +352 46 61 38

E-mail: office.licences@eco.etat.lu.

L-UNGERIJA

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Németvölgyi út 37-39

H-1124 Budapest

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Tel. +36 14585599

Faks: +36 14585885

Posta elettronika: armstrade@mkeh.gov.hu

MALTA

Dipartiment tal-kummerċ

Servizzi ta' Kummerċ

Lascaris

Valletta VLT 2000

MALTA

Commerce Department

Trade Services

Lascaris

Valletta VLT 2000

MALTA

Tel. +356 21242270

Faks; +356 25690286

IN-NETHERLANDS

Ministerie van Buitenlandse Zaken

Directoraat-Generaal Buitenlandse Economische Betrekkingen

Directie Internationale Marktordening en Handelspolitiek

Bezuidenhoutseweg 67

Postbus 20061

2500 EB Den Haag

NEDERLAND

Tel. +31 703485954, +31 703484652

L-AWSTRIJA

Bundesministerium für Wissenschaft, Forschung und Wirtschaft

Abteilung “Außenwirtschaftskontrolle” C2/9

Stubenring 1

A-1011 Wien

ÖSTERREICH

Tel. +43 1711008341

Faks +43 1711008366

Posta elettronika: post.c29@bmwfw.gv.at

IL-POLONJA

Ministerstwo Gospodarki

Departament Handlu i Usług

Plac Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warszawa

POLSKA/POLAND

Tel. +48 226935553

Faks: +48 226934021

Posta elettronika: SekretariatDHU@mg.gov.pl

IL-PORTUGALL

Ministério das Finanças

AT- Autoridade Tributária e Aduaneira

Direcção de Serviços de Licenciamento

Rua da Alfândega, n.5, r/c

P-1149-006 Lisboa

PORTUGAL

Tel. +351 218813843

Faks: +351 218813986

Posta elettronika: dsl@at.gov.pt

IR-RUMANIJA

Ministerul Economiei, Comerțului și Turismului

Departamentul pentru Comerț Exterior și Relații Internaționale

Direcția Politici Comerciale

Calea Victoriei nr. 152

București, sector 1

Cod poștal 010096

ROMÂNIA

Tel. 0040214010552, 0040214010504, 0040214010507

Faks: 0040214010568, 0040213150454

Posta elettronika: adrian.berezintu@dce.gov.ro

IS-SLOVENJA

Ministrstvo za gospodarski razvoj in tehnologijo

Direktorat za turizem in internacionalizacijo

Kotnikova 5

1000 Ljubljana

Repubblika Slovenija

Tel. +386 14003521

Faks: +386 14003611

IS-SLOVAKKJA

Ministerstvo hospodárstva Slovenskej republiky

Odbor výkonu obchodných opatrení

Mierová 19

827 15 Bratislava

SLOVENSKO

Tel. +421 248542163

Faks: +421 243423915

Posta elettronika: lucia.filipkova@economy.gov.sk

IL-FINLANDJA

Sisäministeriö

Poliisiosasto

PL 26

FI-00023 VALTIONEUVOSTO

FINLAND

Inrikesministeriet

Polisavdelningen

PB 26

FI-00023 STATSRÅDET

SUOMI/FINLAND

Tel. +358 295 480 171

Faks: +358 9 160 44635

Posta elettronika: kirjaamo@intermin.fi

L-IŻVEZJA

Kommerskollegium

PO Box 6803

SE-113 86 Stockholm

SVERIGE

Tel. +46 86904800

Faks: +46 8306759

Posta elettronika: registrator@kommers.se

IR-RENJU UNIT

Importazzjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness II:

Department for Business, Innovation and Skills (BIS)

Import Licensing Branch (ILB)

E-mail: enquiries.ilb@bis.gsi.gov.uk

Esportazzjoni ta' prodotti elenkati fl-Annessi II jew III, u forniment ta' assistenza teknika relatata ma' prodotti elenkati fl-Anness II kif imsemmi fl-Artikoli 3(1) u 4(1):

Department for Business, Innovation and Skills (BIS)

Export Control Organisation

1 Victoria Street

London

SW1H 0ET

UNITED KINGDOM

Tel.: +44 2072154594

Faks: +44 2072152635

E-mail: eco.help@bis.gsi.gov.uk.

B.    Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments

Office EEAS 02/309

B-1049 Bruxelles/Brussel

BELGIUM

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu

▼M9




ANNESS II

Lista ta' prodotti msemmijin fl-Artikoli 3 u 4

Nota Introduttorja:

Il-'kodiċi tan-NM' f'dan l-Anness jirreferu għall-kodiċi speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( 9 ).

Fejn “ex” tippreċedi l-kodiċi tan-NM, il-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jikkostitwixxu biss parti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f'dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM.

Noti:

1. Il-punti 1.3 u 1.4 fit-taqsima 1 dwar oġġetti mfasslin għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin ma jkoprux oġġetti tekniċi mediċi.

2. L-għan tal-kontrolli msemmija f'dan l-Anness m'għandux ikun megħlub mill-esportazzjoni ta' oġġetti mhux ikkontrollati (inklużi pjanti) li fihom komponent ikkontrollat wieħed jew aktar meta l-komponent jew il-komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal skopijiet oħrajn.

NB:  Meta jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jintiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxi l-komponent jew komponenti kkontrollati bħala l-element prinċipali tal-oġġetti li jkun qed jiġu akkwistati.



Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

 

1.  Prodotti maħsubin għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin, kif ġej:

▼M11

ex 4421 90 97

ex 8208 90 00

1.1.  Forok, giljottini u xfafar għall-giljottini

▼M9

ex 8543 70 90

ex 9401 79 00

ex 9401 80 00

ex 9402 10 00

1.2.  Siġġijiet elettriċi għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin

ex 9406 00 38

ex 9406 00 80

1.3.  Kmamar mingħajr arja, magħmulin pereżempju mill-azzar u mill-ħġieġ, maħsubin għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta' gass jew sustanza letali

ex 8413 81 00

ex 9018 90 50

ex 9018 90 60

ex 9018 90 84

1.4.  Sistemi awtomatiċi għall-injezzjoni tad-drogi maħsubin għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta' sustanza kimika letali

 

2.  Oġġetti li mhumiex xierqa għall-użu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex irażżnu l-bnedmin, kif ġej:

ex 8543 70 90

2.1.  Apparat għax-xokkijiet tal-elettriku li hu maħsub biex jintlibes fuq il-ġisem minn individwu mrażżan, bħal ċintorini, kmiem u manetti, maħsubin biex irażżnu l-bnedmin bl-amministrazzjoni ta' xokkijiet elettriċi

ex 7326 90 98

ex 7616 99 90

ex 8301 50 00

ex 3926 90 97

ex 4203 30 00

ex 4203 40 00

ex 4205 00 90

2.2.  Manetti tas-saba' l-kbir u skrejjen tas-saba' l-kbir, u tas-swaba'

Nota:

Din il-partita tinkludi manetti u skrejjen kemm bis-snien u kemm mingħajrhom

ex 7326 90 98

ex 7616 99 90

ex 8301 50 00

ex 3926 90 97

ex 4203 30 00

ex 4203 40 00

ex 4205 00 90

ex 6217 10 00

ex 6307 90 98

2.3.  Felq bl-iżbarra, strumenti ta' trażżin tar-riġlejn bil-piż u ktajjen tal-gruppi li jkopru felq bl-izbarra jew istrumenti ta' trażżin tar-riġlejn bil-piż

Noti:

1.  Felq bl-iżbarra huma qajd jew ċrieki tal-għaksa b'mekkaniżmu li jsakkar, marbuta ma' żbarra riġida li tipikament hija tal-metall

2.  Dan il-punt jinkludi felq bl-izbarra u strumenti ta' trażżin tar-riġlejn bil-piż li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina

ex 7326 90 98

ex 7616 99 90

ex 8301 50 00

ex 3926 90 97

ex 4203 30 00

ex 4203 40 00

ex 4205 00 90

ex 6217 10 00

ex 6307 90 98

2.4.  Manetti mfassla biex jiġu ankrati mal-ħajt, l-art jew is-saqaf

ex 9401 61 00

ex 9401 69 00

ex 9401 71 00

ex 9401 79 00

ex 9401 80 00

ex 9402 10 00

2.5.  Siġġijiet għat-trażżin mgħammra b'qajd jew apparat ieħor biex irażżan il-bnedmin.

Nota:

Din il-partita ma tipprojbix is-siġġijiet mgħammra biss b'ċineg jew ċintorini

ex 9402 90 00

ex 9403 20 20

ex 9403 20 80

ex 9403 50 00

ex 9403 70 00

ex 9403 81 00

ex 9403 89 00

2.6.  Twavel tal-qajd u sodod tal-qajd: twavel u sodod bil-qajd jew apparat ieħor li jrażżan il-bnedmin

Nota:

Din il-partita ma tipprojbix twavel u sodod mgħammra biss b'ċineg jew ċintorini

ex 9402 90 00

ex 9403 20 20

ex 9403 50 00

ex 9403 70 00

ex 9403 81 00

ex 9403 89 00

2.7.  Sodod bil-gaġġa: sodod li jinkludu gaġġa (erba' ġnub u saqaf) jew struttura simili li tagħlaq bniedem fil-konfini tas-sodda, bis-saqaf jew ġenb wieħed jew aktar tas-sodda li jkollhom twavel tal-metall jew oħrajn, u li jkunu jistgħu jinfetħu biss minn barra

ex 9402 90 00

ex 9403 20 20

ex 9403 50 00

ex 9403 70 00

ex 9403 81 00

ex 9403 89 00

2.8.  Sodod bix-xibka (erba' ġnub u saqaf) jew struttura simili li tagħlaq bniedem fil-konfini tas-sodda, bis-saqaf jew ġenb wieħed jew aktar tas-sodda li jkollhom xibka, u li jkunu jistgħu jinfetħu biss minn barra

 

3.  Apparat li jista' jinġarr li mhuwiex addattat għall-użu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża, kif ġej:

ex 9304 00 00

3.1.  Lembubi jew bsaten magħmulin mill-metall jew materjal ieħor li jkollhom lasta b'ponot tal-metall

ex 3926 90 97

ex 7326 90 98

3.2.  Tarki b'ponot tal-metall

 

4.  Frosti kif ġej:

ex 6602 00 00

4.1.  Frosti oħra b'aktar minn siegla jew strixxa waħda, bħal sawwatiet jew cats o'nine tails

ex 6602 00 00

4.2.  Frosti li jkollhom siegla jew strixxa waħda jew aktar li magħhom ikollhom snanar, ganċijiet, takki bil-ponta, wajer tal-metall jew oġġetti simili li jsaħħu l-impatt tas-siegla jew ġilda




ANNESS III

Lista ta' prodotti msemmijin fl-Artikolu 5

Nota Introduttorja:

Il-“kodiċi tan-NM” f'dan l-Anness jirreferu għall-kodiċi speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.

Fejn “ex” tippreċedi l-kodiċi tan-NM, il-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jikkostitwixxu biss parti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f'dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM.

Noti:

1. L-għan tal-kontrolli msemmija f'dan l-Anness m'għandux ikun megħlub mill-esportazzjoni ta' oġġetti mhux ikkontrollati (inklużi pjanti) li fihom komponent ikkontrollat wieħed jew aktar meta l-komponent jew il-komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal skopijiet oħrajn.

NB:  Meta jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jintiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxi l-komponent jew komponenti kkontrollati bħala l-element prinċipali tal-oġġetti li jkun qed jiġu akkwistati.

2. F'xi każijiet il-kimiki huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal kimiki tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri CAS huma murija sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta' kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tal-kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom kimika elenkata jista' jkollhom ukoll numri CAS differenti.



Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

 

1.  Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:

ex 7326 90 98

ex 7616 99 90

ex 8301 50 00

ex 3926 90 97

ex 4203 30 00

ex 4203 40 00

ex 4205 00 90

ex 6217 10 00

ex 6307 90 98

1.1.  Qajd u ktajjen tal-gruppi

Noti:

1.  Qajd huma strumenti ta' trażżin li jikkonsistu minn żewġ manetti jew ċrieki b'mekkaniżmuli jsakkar b'katina jew żbarra li tgħaqqadhom

2.  Din il-partita ma tikkontrollax l-istrumenti ta' trażżin tar-riġlejn jew il-ktajjen tal-gruppi pprojbiti bil-partita 2.3 tal-Anness II.

3.  Dan il-punt ma jikkontrollax “manetti ordinarji”. Il-manetti ordinarji huma manetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

— id-dimensjoni globali tagħhom inkluża l-katina, imkejla mix-xifer ta' barra ta' manetta waħda sax-xifer ta' barra tal-manetta l-oħra, bejn 150 u 280 mm meta ż-żewġ manetti jkunu msakkra;

— iċ-ċirkonferenza ta' ġewwa ta' kull manetta hija massimu ta' 165 mm meta r-rota bis-snien tkun issikkata sal-aħħar sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar;

— iċ-ċirkonferenza ta' ġewwa ta' kull manetta hija minimu ta' 200 mm meta r-rota bis-snien tkun issikkata fuq l-ewwel sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar; kif ukoll

— il-manetti ma jkunux ġew modifikati biex jikkawżaw uġigħ jew tbatija fiżika.

ex 7326 90 98

ex 7616 99 90

ex 8301 50 00

ex 3926 90 97

ex 4203 30 00

ex 4203 40 00

ex 4205 00 90

ex 6217 10 00

ex 6307 90 98

1.2.  Manetti individwali jew ċrieki b'mekkaniżmu li jsakkar li għandhom ċirkonferenza li taqbeż il-massimu ta' 165 mm meta r-rota bis-snien tkun issakkata fuq l-aħħar sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar

Nota:

Dan il-partita tinkludi strumenti ta' trażżin tal-għonq u manetti jew ċrieki individwali oħra b'mekkaniżmu li jsakkar li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina

ex 6505 00 10

ex 6505 00 90

ex 6506 91 00

ex 6506 99 10

ex 6506 99 90

1.3.  Barnużi tal-bżieq: inklużi barnużi magħmula minn xibka, li għandhom għata għall-ħalq li tipprevjeni li wieħed jobżoq

Nota:

Din il-partita tinkludi barnużi tal-bżieq li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina

 

2.  Armi u apparat maħsuba għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża, kif ġej:

ex 8543 70 90

ex 9304 00 00

2.1.  Armi ta' skariku elettriku li jistgħu jinġarru li jistgħu jimmiraw biss lejn individwu wieħed kull darba li jkun amministrat xokk elettriku, inkluż iżda mhux limitat għal-lembubi tax-xokkijiet elettriċi, tarki tax-xokkijiet elettriċi, pistoli tax-xokkijiet u pistoli tad-darts tax-xokkijiet

Noti:

1.  Dan il-punt ma jikkontrollax ċinturini tax-xokkijiet elettriċi skont il-partita 2.1 tal-Anness II.

2.  Dan il-punt ma jikkontrollax it-tagħmir individwali tax-xokkijiet elettroniċi meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess

ex 8543 90 00

ex 9305 99 00

2.2.  Kits li fihom il-komponenti essenzjali kollha għall-armar ta' armi tal-iskariku elettriku li jinġarru, ikkontrollati minn punt 2.1

Nota:

L-oġġetti li ġejjin huma meqjusa li jkunu komponenti essenzjali:

— l-unità li tipproduċi xokk elettriku,

— l-iswiċċ, kemm jekk fuq remote control kemm jekk le, u

— l-elettrodi jew, fejn applikabbli, il-wajers li permezz tagħhom għandhom jiġu amministrati x-xokkijiet elettriċi

ex 8543 70 90

ex 9304 00 00

2.3.  Armi tal-iskariku elettriku fissi jew li jiġu mmuntati li jkopru żona wiesgħa u jistgħu jimmiraw lejn individwi multipli b'xokkijiet elettriċi

 

3.  Armi u apparat għat-tferrix ta' sustanzi kimiċi inkapaċitanti u irritanti għall-finijiet tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża u sustanzi relatati, kif ġej:

ex 8424 20 00

ex 8424 89 00

ex 9304 00 00

3.1.  Armi u tagħmir li jistgħu jinġarru li jew jamministraw doża ta' sustanza kimika inkapaċitanti jew irritanti li jimmiraw lejn individwu wieħed jew iferrxu doża ta' tali sustanza fil-forma ta' daħna ta' sprej ċpar jew sħaba li taffettwa żona żgħira, meta s-sustanza kimika hija amministrata jew imferrxa.

Noti:

1.  Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partita ML7(e) tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (1)

2.  Dan il-punt ma jikkontrollax tagħmir individwali li jista' jinġarr, anki jekk ikun fih sustanza kimika, meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

3.  Minbarra sustanzi kimiċi rilevanti, bħal aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet jew PAVA, l-oġġetti kkontrollati bil-partiti 3.3 u 3.4 għandhom jitqiesu li huma sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti

ex 2924 29 98

3.2.  Vanillilamide tal-aċidu pelargoniku (PAVA) (CAS RN 2444-46-4)

ex 3301 90 30

3.3.  Oleoreżina tal-kapsiku (OC) (CAS RN 8023-77-6)

ex 2924 29 98

ex 2939 99 00

ex 3301 90 30

ex 3302 10 90

ex 3302 90 10

ex 3302 90 90

ex 3824 90 97

3.4.  Taħlitiet li fihom mill-inqas 0.3 % bil-piż ta' PAVA jew OC u solvent (bħall-etanol, 1-propanol jew hexane), li jistgħu jiġu amministrati bħala aġenti inkapaċitanti jew irritanti, b'mod partikolari f'aerosols u f'forma likwida, jew użati għall-manifattura ta' aġenti inkapaċitanti jew irritanti

Noti:

1.  Din il-partita ma tikkontrollax zlazi u preparati għalihom, sopop jew preparati għalihom u kondimenti mħallta jew taħwir, sakemm il-PAVA jew l-OC ma jkunux l-uniku togħma kostitwenti fihom.

2.  Din il-partita ma tikkontrollax prodotti mediċinali li għalihom ingħatat awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq skont il-liġi tal-Unjoni (2)

ex 8424 20 00

ex 8424 89 00

3.5.  Tagħmir fiss għat-tifrix ta' sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti, li jista' jitwaħħal mal-ħajt jew ma' saqaf ġo bini, jinkludi ċilindru tal-landa ta' aġenti kimiċi irritanti jew inkapaċitanti u jiġu attivati permezz ta' sistema ta' kontroll mill-bogħod

Nota:

Minbarra sustanzi kimiċi rilevanti, bħal aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet jew PAVA, l-oġġetti kkontrollati bil-partiti 3.3 u 3.4 għandhom jitqiesu li huma sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti

ex 8424 20 00

ex 8424 89 00

ex 9304 00 00

3.6.  Apparat fiss jew li jiġi mmuntat għat-tifrix ta' aġenti kimiċi inkapaċitanti jew irritanti li jkopri firxa wiesgħa u mhux maħsub biex jitwaħħal ma' ħajt jew ma' saqaf ġewwa bini

Noti:

1.  Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partita ML7(e) tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea

2.  Din il-partita tikkontrolla wkoll kanuni tal-ilma

3.  Minbarra sustanzi kimiċi rilevanti, bħal aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet jew PAVA, l-oġġetti kkontrollati bil-partiti 3.3 u 3.4 għandhom jitqiesu li huma sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti

▼M11 —————

(1)   L-aħħar verżjoni adottata mill-Kunsill fil-11 ta' Marzu 2013 (ĠU C 90, 27.3.2013, p. 1).

(2)   Ara b'mod partikolari r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004 tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1) u d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 fuq il-kodiċi tal-Komunità marbut mal-prodotti mediċiali għall-użu uman (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67)

▼M11




ANNESS IIIa

OĠĠETTI LI JISTGĦU JINTUŻAW GĦALL-PIENA KAPITALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7b



Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

 

1.  Il-prodotti li jistgħu jintużaw għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin permezz ta' injezzjoni letali, huma s-segwenti:

 

1.1.  Aġenti anestetiċi barbiturati li jaġixxu fuq perijodu qasir u intermedju jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

ex 2933 53 90 [minn (a) sa (f)]

ex 2933 59 95 [(g) u (h)]

(a)  amobarbital (CAS RN 57-43-2)

(b)  melħ tas-sodju tal-amobarbital (CAS RN 64-43-7)

(c)  pentobarbital (CAS RN 76-74-4)

(d)  melħ tas-sodju tal-pentobarbital (CAS 57-33-0)

(e)  sekobarbital (CAS RN 76-73-3)

(f)  melħ tas-sodju tas-sekobarbital (CAS RN 309-43-3)

(g)  tijopental (CAS RN 76-75-5)

(h)  melħ tas-sodju tijopental (CAS RN 71-73-8), magħruf ukoll bħala tijopenton sodiku

ex 3003 90 00

ex 3004 90 00

ex 3824 90 96

Nota:

Dan il-punt ikopri wkoll il-prodotti li fihom wieħed mill-aġenti anestetiċi elenkati taħt l-aġenti anestetiċi barbituriċi li jaġixxu fuq perijodu qasir u intermedju.




ANNESS IIIb

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI EU GEA 1236/2005

Parti 1 — Oġġetti

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-oġġetti kollha elenkati fl-entrati tal-Anness IIIa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 ( 10 ).

Tkopri wkoll il-provvisti ta' assistenza teknika lill-utent aħħari sakemm tali assistenza tkun meħtieġa għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta' dawk l-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom tkun awtorizzata, jekk tali assistenza tkun ipprovduta mill-esportatur.

Parti 2 — Destinazzjonijiet

Mhijiex meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 għall-provvisti ddestinati lejn pajjiż jew territorju li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Unjoni, li għall-finijiet ta' dan ir-Regolament jinkludi lil Ceuta, Helgoland u Melilla (l-Artikolu 18(2)).

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet segwenti:

It-territorji Daniżi li mhumiex inklużi fit-territorju doganali:

 Il-Groenlandja

 Il-Gżejjer Faeroe

It-territorji Franċiżi li mhumiex inklużi fit-territorju doganali:

 Il-Kaledonja Ġdida u d-Dipendenzi,

 Il-Polineżja Franċiża,

 Saint Barthélemy,

 Saint Pierre u Miquelon,

 It-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u Antartiċi,

 Wallis u l-Gżejjer Futuna

It-territorji Olandiżi li mhumiex inklużi fit-territorju doganali:

 Aruba,

 Bonaire,

 Curaçao,

 Saba,

 Sint Eustatius,

 Sint Maarten

It-territorji Brittaniċi rilevanti li mhumiex inklużi fit-territorju doganali:

 Anguilla,

 Il-Bermuda,

 Ġibiltà,

 Il-Ġeorġja tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar,

 Il-Gżejjer Falkland,

 Il-Gżejjer Turks u Kajkos,

 Montserrat,

 Sant'Elena u d-Dipendenzi

L-Afrika t'Isfel

L-Albanija

L-Andorra

L-Arġentina

L-Awstralja

Il-Benin

Il-Bolivja

Il-Bosnja-Ħerzegovina

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

L-Ekwador

Il-Filippini

Il-Ġeorġja

Ġibuti

▼M12

Ir-Repubblika Domenicana

▼M11

Il-Gabon

Il-Ginea Bissaw

Il-Honduras

L-Iżlanda

L-Iżvizzera (inklużi Büsingen u Campione d'Italia)

Il-Kirgiżistan

Il-Kolombja

Il-Kanada

Il-Kap Verde

Il-Kosta Rika

Il-Liberja

Il-Liechtenstein

Il-Messiku

Il-Moldova

Il-Mongolja

Il-Montenegro

Il-Możambik

In-Namibja

In-Nepal

In-New Zealand

In-Nikaragwa

In-Norveġja

Il-Panama

Il-Paragwaj

Ir-Rwanda

San Marino

▼M12

São Tomé u Príncipe

▼M11

Is-Serbja

Is-Seychelles

Timor Leste

▼M12

It-Togo

▼M11

It-Turkija

It-Turkmenistan

L-Ukraina

L-Urugwaj

L-Uzbekistan

Il-Venezwela

Parti 3 — Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti biex tintuża din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni

(1) Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni ma tistax tintuża:

(a) jekk l-esportatur ikun ġie pprojbit milli juża din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005;

(b) jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun residenti jew stabbilit, ikunu infurmaw lill-esportatur li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu maħsuba, totalment jew parzjalment, jew biex jiġu esportati mill-ġdid lejn pajjiż terz jew inkella biex jintużaw għall-finijiet ta' piena kapitali f'pajjiż terz;

(c) jekk l-esportatur ikun jaf jew ikollu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li l-oġġetti inkwistjoni huma maħsuba, totalment jew parzjalment, jew biex jiġu esportati mill-ġdid lejn pajjiż terz jew biex jintużaw għall-finijiet ta' piena kapitali f'pajjiż terz;

(d) jekk l-oġġetti rilevanti jkunu esportati lejn żona ħielsa mid-dazju jew lejn maħżen ħieles mid-dazju li jkun jinsab f'destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni;

(e) jekk l-esportatur ikun il-manifattur tal-prodotti mediċinali inkwistjoni u ma jkunx ikkonkluda ftehim legalment vinkolanti mad-distributur, li jkun jobbliga lil dan tal-aħħar jissottometti l-provvisti u t-trasferimenti kollha għall-konklużjoni ta' ftehim legalment vinkolanti li jimponi fuq il-klijent, preferibbilment soġġett għal penali kuntrattwali dissważiva, il-kundizzjonijiet segwenti:

(i) li ma jagħmilx użu mill-oġġetti li jkunu waslu mingħand id-distributur għall-piena kapitali;

(ii) li ma jipprovdix jew li ma jittrasferixxix dawn l-oġġetti lil xi parti terza, jekk il-klijent ikun jaf jew ikollu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li l-oġġetti huma maħsuba biex jintużaw għall-finijiet ta' piena kapitali; u

(iii) li jimponi l-istess rekwiżiti fuq kwalunkwe parti terza li tista' tkun id-destinatarju ta' provvista jew trasferiment ta' xi oġġetti minn dawn min-naħa tal-klijent.

(f) jekk l-esportatur ma jkunx il-manifattur tal-prodotti mediċinali inkwistjoni u ma jkunx ġab dikjarazzjoni tal-utent aħħari ffirmata mill-utent aħħari fil-pajjiż ta' destinazzjoni;

(g) jekk l-esportatur ta' prodotti mediċinali ma jkunx ikkonkluda ftehim legalment vinkolanti mad-distributur jew mal-utent aħħari, preferibbilment soġġett għal penali kuntrattwali dissważiva, li jkun jobbliga lid-distributur jew li jkun jobbliga lill-utent aħħari f'każ li l-ftehim ikun ġie konkluż mill-utent aħħari, biex jikseb awtorizzazzjoni minn qabel mingħand l-esportatur għal:

(i) kwalunkwe trasferiment jew provvista ta' kwalunkwe parti mill-konsenja li tkun diretta lejn awtorità ta' infurzar tal-liġi f'pajjiż jew territorju li ma abolixxiex il-piena kapitali;

(ii) kwalunkwe trasferiment jew provvista ta' kwalunkwe parti mill-konsenja li tkun diretta lejn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li takkwista/jakkwista l-oġġetti rilevanti jew li tipprovdi/jipprovdi servizzi li jinvolvu l-użu ta' dawn l-oġġetti, lil tali awtorità ta' infurzar tal-liġi, u

(iii) kwalunkwe riesportazzjoni jew trasferiment ta' kwalunkwe parti mill-konsenja li tkun diretta lejn pajjiż jew territorju li ma abolixxiex il-piena kapitali; jew

(h) jekk l-esportatur ta' oġġetti għajr prodotti mediċinali ma jkunx ikkonkluda ftehim legalment vinkolanti msemmi fil-punt (g), mal-utent aħħari.

(2) L-esportaturi li jagħmlu użu minn din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni EU GEA 1236/2005 għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu residenti jew stabbiliti meta jużaw din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni għall-ewwel darba sa mhux aktar tard minn 30 jum mid-data ta' meta sseħħ l-ewwel esportazzjoni.

L-esportaturi għandhom jirrapportaw ukoll fid-dikjarazzjoni doganali il-fatt li qed jużaw din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni EU GEA 1236/2005 billi fil-kaxxa 44 jindikaw il-kodiċi rilevanti li jinsab fil-bażi ta' data TARIC.

(3) L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti ta' rappurtar marbuta mal-użu ta' din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni kif ukoll kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista' jirrikjedi f'dak li jirrigwarda l-oġġetti esportati skont din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni.

Stat Membru jista' jobbliga lill-esportaturi residenti jew stabbiliti f'dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel ma jużaw din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni għall-ewwel darba. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005, ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-esportatur dwar dan mingħajr dewmien u f'kull każ, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tiġi rċevuta.

▼B




ANNESS IV

Lista tat-territorji tal-Istati Membri msemmijin fl-Artikolu 5(2)

DANIMARKA:

 Il-Groenlandja

FRANZA:

 Il-Kaledonja l-ġdida u d-Dipendenzi tagħha,

 Il-Polineżja Franċiża,

 It-Territorji Franċiżi tan-Nofs in-Nhar u Antartiċi,

 Il-Gżejjer Wallis u Futuna,

 Mayotte,

 St Pierre u Miquelon.

ĠERMANJA:

 Büsingen




ANNESS V

Formola ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni jew tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)

Speċifikazzjoni teknika:

Il-formola li ġejja għandu jkollha daqs ta’ 210 × 297 mm b'tolleranza massima ta’ 5 mm inqas u 8 mm aktar. Il-kaxxi huma bbażati fuq unità ta’ kejl ta’ wieħed minn għaxra ta’ pulzier orizzontalment u wieħed minn sitta ta’ pulzier vertikalment. Is-suddiviżjonijiet huma bbażati fuq unità ta’ kejl ta’ wieħed minn għaxra ta’ pulzier orizzontalment.

image

image

Noti ta’ spjegazzjoni għall-formola

“Awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta’ oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura (Regolament (KE) Nru 1236/2005)”

Din il-formola ta’ awtorizzazzjoni għandha tintuża għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għal esportazzjoni jew importazzjoni ta’ oġġetti f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti. Din m'għandhiex tintuża biex tiġi awtorizzata l-provvista ta’ assistenza teknika.

L-awtorità tal-ħruġ hija l-awtorità ddefinita fl-Artikolu 2(h) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1236/2005 li huwa mniżżel fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu fuq din il-formola ta’ paġna waħda, li għandha tkun stampata fuq iż-żewġ naħat. L-uffiċċju doganali kompetenti jnaqqas il-kwantitajiet tal-esportazzjoni mill-kwantità totali disponibbli. Għandu jiżgura li l-oġġetti differenti soġġetti għall-awtorizzazzjoni jkunu separati b'mod ċar għal-din il-fini.

Fejn il-proċeduri nazzjonali tal-Istati Membri jeħtieġu kopji addizzjonali tal-formola (bħal pereżempju għall-applikazzjoni) din il-formola ta’ awtorizzazzjoni tista' tiġi inkluża f'sett ta’ formoli li fihom il-kopji meħtieġa skont ir-regoli nazzjonali applikabbli. Fil-kaxxa ta’ fuq kaxxa 3 ta’ kull kampjun fil-marġni fuq ix-xellug għandu jiġi indikat b'mod ċar għal-liema fini (eż. applikazzjoni, kopja għall-applikant) huma intiżi l-kopji rilevanti. Kampjun wieħed biss għandu jkun il-formola ta’ awtorizzazzjoni mniżżla fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005.



Kaxxa 1:

Applikant:

Jekk jogħġbok indika isem l-applikant u l-indirizz sħiħ.

In-numru doganali tal-applikant jista' wkoll jiġi indikat (fakultattiv fil-biċċa l-kbira tal-każijiet).

It-tip ta’ applikant għandu jiġi indikat (fakultattiv) fil-kaxxa rilevanti, billi jintużaw in-numri 1, 2 jew 4 li jirreferu għall-punti stabbiliti fid-definizzjoni tal-Artikolu 2(i) tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005.

Kaxxa 3:

Nru tal-Awtorizzazzjoni:

Jekk jogħġbok imla n-numru u ttikkja jew il-kaxxa tal-esportazzjoni jew dik tal-importazzjoni. Ara l-Artikolu 2(d) u 2(e) u l-Artikolu 18 tar-Regolament għad-definizzjonijiet tat-termini “esportazzjoni” u “importazzjoni”.

Kaxxa 4:

Data ta’ skadenza:

Jekk jogħġbok niżżel id-data (żewġ numri), ix-xahar (żewġ numri) u s-sena (erba' numri).

Kaxxa 5:

Aġent/rappreżentant

Jekk jogħġbok indika l-isem ta’ rappreżentant debitament awtorizzat jew aġent (doganali) li jaġixxi f'isem l-applikant, jekk l-applikazzjoni ma tkunx ippreżentata mill-applikant. Ara wkoll l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.

Kaxxa 6:

Pajjiż fejn jinsabu l-oġġetti:

Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/1995, ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10. Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1779/2002, ĠU L 296, 5.10.2002, p. 6.

Kaxxa 7:

Pajjiż destinatarju:

Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/1995, ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10. Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1779/2002, ĠU L 296, 5.10.2002, p. 6.

Kaxxa 10:

Deskrizzjoni tal-oġġett:

Jekk jogħġbok qis li tinkludi d-data fuq il-pakkett tal-oġġetti kkonċernati. Innota li l-valur tal-oġġetti jista' wkoll jiġi indikat f'kaxxa 10.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju f'kaxxa 10, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, waqt li ssemmi n-numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n-numru ta’ annessi f'kaxxa 16.

Din il-formola hija maħsuba għall-użu ta’ mhux aktar minn tliet tipi differenti ta’ oġġetti (ara l-Annessi II u III għar-Regolament). Jekk ikun meħtieġ li tiġi awtorizzata l-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta’ aktar minn tliet tipi ta’ oġġetti, jekk jogħġbok agħti żewġ awtorizzazzjonijiet.

Kaxxa 11

Nru tal-Oġġett:

Din il-kaxxa jeħtieġ li timtela fuq wara tal-formola biss. Jekk jogħġbok żgura li n-Nru tal-Oġġett jikkorrispondi man-numru tal-oġġett stampat f'Kaxxa 11 li jinsab maġenb id-deskrizzjoni tal-oġġett rilevanti fuq in-naħa fejn trid tara.

Kaxxa 14:

Rekwiżiti u kondizzjonijiet speċifiċi:

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju f'kaxxa 14, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, waqt li ssemmi n-numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n-numru ta’ annessi f'kaxxa 16.

Kaxxa 16:

Numru ta’ annessi:

Jekk jogħġbok indika n-numru ta’ annessi, jekk ikun hemm (ara l-ispjegazzjonijiet għal kaxxi 10 u 14).

▼M11




ANNESS VI

FORMOLA TA' AWTORIZZAZZJONI GĦALL-PROVVISTA TA' SERVIZZI TA' SENSERIJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(1)

Speċifikazzjoni teknika:

Il-formola li ġejja għandu jkollha daqs ta' 210 × 297 mm b'tolleranza massima ta' 5 mm inqas u 8 mm aktar. Il-kaxxi huma bbażati fuq unità ta' kejl ta' wieħed minn għaxra ta' pulzier orizzontalment u wieħed minn sitta ta' pulzier vertikalment. Is-suddiviżjonijiet huma bbażati fuq unità ta' kejl ta' wieħed minn għaxra ta' pulzier orizzontalment.

image

image

Noti ta' spjegazzjoni dwar il-formola

“Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija relatati ma' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għall-piena kapitali (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 ( 11 ))”

Din il-formola ta' awtorizzazzjoni tintuża għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għal servizzi ta' senserija skont ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005.

L-awtorità emittenti hija l-awtorità ddefinita fil-punt (h) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. Hija awtorità li hija inkluża fil-lista ta' awtoritajiet kompetenti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.



Kaxxa 1

Sensar rikjedenti

Jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz sħiħ tas-sensar rikjedenti. Sensar huwa definit fil-punt (l) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005.

Kaxxa 3

Nru tal-Awtorizzazzjoni

Jekk jogħġbok niżżel in-numru u mmarka l-kaxxa adatta li tindika jekk l-awtorizzazzjoni hijiex waħda individwali jew globali (ara l-punti (p) u (q) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 għad-definizzjonijiet).

Kaxxa 4

Data ta' skadenza

Jekk jogħġbok niżżel il-jum (żewġ numri), ix-xahar (żewġ numri) u s-sena (erba' numri). Il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni individwali hija minn tliet xhur sa tnax-il xahar u dak ta' awtorizzazzjoni globali minn sena sa tliet snin. Meta l-perijodu ta' validità jintemm, tista' tintalab estensjoni jekk tkun meħtieġa.

Kaxxa 5

Destinatarju

Jekk jogħġbok indika, minbarra l-isem u l-indirizz, jekk id-destinatarju fil-pajjiż terz ta' destinazzjoni huwiex utent aħħari, distributur kif imsemmija fil-punt (r) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jew parti li jkollha rwol ieħor fit-tranżazzjoni.

Jekk id-destinatarju jkun distributur iżda juża wkoll parti mill-kunsinna għal użu aħħari speċifiku, jekk jogħġbok immarka kemm “Distributur” kif ukoll “Utent aħħari” u semmi l-użu aħħari f'kaxxa 11.

Kaxxa 6

Pajjiż terz fejn jinsabu l-oġġetti

Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 (2).

Kaxxa 7

Pajjiż terz ta' destinazzjoni

Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009. Ara r-Regolament (UE) Nru 1106/2012.

Kaxxa 9

Stat Membru emittenti

Jekk jogħġbok niżżel fil-linja xierqa kemm l-isem tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009. Ara r-Regolament (UE) Nru 1106/2012.

Kaxxa 11

Użu aħħari

Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni preċiża tal-użu li se jsir mill-oġġetti u indika wkoll jekk l-utent aħħari huwiex awtorità tal-infurzar tal-liġi kif definita fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jew fornitur ta' taħriġ dwar l-użu tal-oġġetti soġġetti għal senserija.

Ħalli vojt jekk is-servizzi ta' senserija jiġu pprovduti lil distributur, sakemm id-distributur innifsu ma jużax parti mill-oġġetti għal użu aħħari speċifiku.

Kaxxa 12

Il-post preċiż fejn jinsabu l-oġġetti fil-pajjiż terz li se jiġu esportati minnu.

Jekk jogħġbok iddeskrivi fejn jinsabu l-oġġetti fil-pajjiż terz li minnu se jiġu fornuti lill-persuna, lill-entità jew lill-korp imsemmija fil-kaxxa 2. Il-post irid ikun indirizz fil-pajjiż imsemmi fil-kaxxa 6 jew informazzjoni simili li tiddeskrivi fejn jinsabu l-oġġetti. Innota li mhuwiex permess li tniżżel numru ta' kaxxa postali jew indirizz postali simili.

Kaxxa 13

Deskrizzjoni tal-oġġett

Id-deskrizzjoni tal-oġġetti tinkludi referenza għal oġġett speċifiku fl-Anness III jew IIIa tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. Jekk jogħġbok ikkunsidra li tinkludi data dwar l-imballaġġ tal-oġġetti kkonċernati.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju f'kaxxa 13, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, u niżżel in-numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' annessi f'kaxxa 20.

Kaxxa 14

Nru tal-Oġġett

Din il-kaxxa trid timtela fuq wara tal-formola biss. Jekk jogħġbok żgura li n-Nru tal-Oġġett jikkorrispondi għan-numru tal-oġġett stampat f'Kaxxa 14 li jinsab ħdejn id-deskrizzjoni tal-oġġett rilevanti fuq il-view side.

Kaxxa 15

Kodiċi SA

Il-kodiċi SA huwa kodiċi doganali assenjat lill-oġġetti fis-Sistema Armonizzata. Meta l-kodiċi min-Nomenklatura Magħquda tal-UE jkun magħruf, dak il-kodiċi jista' jintuża minflok. Ara r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 (3) għall-verżjoni kurrenti tan-Nomenklatura Magħquda.

Kaxxa 17

Munita u valur

Jekk jogħġbok indika l-valur u l-munita billi tuża l-prezz pagabbli (mingħajr ma tikkonvertih). Jekk dak il-prezz ma jkunx magħruf, jiġi ddikjarat il-valur stmat, preċedut bl-akronimu EV. Il-munita trid tiġi indikata bl-użu tal-kodiċi alfabetiku ISO 4217:2015).

Kaxxa 18

Rekwiżiti u kundizzjonijiet speċifiċi

Kaxxa 18 tikkonċerna l-oġġetti 1, 2 jew 3 (jekk jogħġbok speċifika meta jkun xieraq) deskritti f'kaxxi 14 sa 16 li jippreċeduha. Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju f'kaxxa 18, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, u niżżel in-numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' annessi f'kaxxa 20.

Kaxxa 20

Numru ta' annessi

Jekk jogħġbok indika n-numru ta' annessi, jekk ikun hemm (ara l-ispjegazzjonijiet għal kaxxi 13 u 18).

(1)   Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23).

(2)   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).

(3)   Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 tas-6 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 285, 30.10.2015, p. 1).




ANNESS VII

FORMOLA TA' AWTORIZZAZZJONI GĦALL-PROVVISTA TA' ASSISTENZA TEKNIKA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(1)

Speċifikazzjoni teknika:

Il-formola li ġejja għandu jkollha daqs ta' 210 × 297 mm b'tolleranza massima ta' 5 mm inqas u 8 mm aktar. Il-kaxxi huma bbażati fuq unità ta' kejl ta' wieħed minn għaxra ta' pulzier orizzontalment u wieħed minn sitta ta' pulzier vertikalment. Is-suddiviżjonijiet huma bbażati fuq unità ta' kejl ta' wieħed minn għaxra ta' pulzier orizzontalment.

▼C2

image

▼M11

Noti ta' spjegazzjoni dwar il-formola

“Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika relatata ma' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għall-piena kapitali (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 ( 12 ))”

Din il-formola ta' awtorizzazzjoni għandha tintuża biex tawtorizza provvista ta' assistenza teknika skont ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005. Jekk l-assistenza teknika takkumpanja esportazzjoni li tingħata awtorizzazzjoni għaliha bir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jew skont dan ir-Regolament, din il-formola ma tintużax, ħlief fil-każijiet li ġejjin:

 l-assistenza teknika tikkonċerna oġġetti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 (ara l-Artikolu 3(2)); jew

 l-assistenza teknika relatata ma' oġġetti elenkati fl-Anness III jew fl-Anness IIIa għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija tal-oġġetti esportati (ara l-Artikolu 9(2) u, fir-rigward ta' oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, Parti 1 tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni EU GEA 1236/2005 fl-Anness IIIb għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005).

L-awtorità emittenti hija l-awtorità ddefinita fil-punt (h) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005. Hija awtorità li hija inkluża fil-lista ta' awtoritajiet kompetenti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

L-awtorizzazzjonijiet jinħarġu f'din il-formola ta' paġna waħda b'annessi kif meħtieġ.



Kaxxa 1

Fornitur ta' assistenza teknika rikjedenti

Jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-applikant. Fornitur ta' assistenza teknika huwa definit fil-punt (m) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005.

Jekk l-assistenza teknika takkumpanja esportazzjoni li tkun ingħatat awtorizzazzjoni, jekk jogħġbok indika wkoll in-numru doganali tal-applikant, jekk ikun possibbli, u indika n-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni relatata f'kaxxa 14.

Kaxxa 3

Nru tal-Awtorizzazzjoni

Jekk jogħġbok niżżel in-numru u mmarka l-kaxxa adatta li tindika l-Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 li l-awtorizzazzjoni hija bbażata fuqu.

Kaxxa 4

Data ta' skadenza

Jekk jogħġbok niżżel il-jum (żewġ numri), ix-xahar (żewġ numri) u s-sena (erba' numri). Il-perijodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni huwa minn tliet xhur sa tnax-il xahar. Meta l-perijodu ta' validità jintemm, tista' tintalab estensjoni jekk tkun meħtieġa.

Kaxxa 5

L-attività tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-punt 2

Jekk jogħġbok indika l-attività ewlenija tal-persuna, l-entità jew il-korp li l-assistenza teknika se tiġi pprovduta lilhom. It-terminu awtorità tal-infurzar tal-liġi huwa definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005.

Jekk l-attività ewlenija mhijiex fil-lista, immarka “Ebda minn dawn” u ddeskrivi l-attività ewlenija bl-użu ta' kliem ġeneriku (eż. bejjiegħ bl-ingrossa, bejjiegħ bl-imnut, sptar).

Kaxxa 6

Il-pajjiż terz jew l-Istat Membru li l-assistenza teknika se tiġi pprovduta lilu.

Jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 (2).

Innota li f'kaxxa 6 Stat Membru jitniżżel biss jekk l-awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005.

Kaxxa 7

Tip ta' awtorizzazzjoni

Jekk jogħġbok indika jekk il-provvista ta' assistenza teknika tingħatax matul perijodu partikolari u, jekk iva, iddikjara l-perijodu f'jiem, ġimgħat jew xhur li matulu l-fornitur ta' assistenza teknika jrid iwieġeb għal talbiet għal pariri, appoġġ jew taħriġ. Provvista unika ta' assistenza teknika tikkonċerna talba speċifika waħda għal pariri jew appoġġ jew taħriġ speċifiku (anke jekk jikkonċerna kors li jingħata tul diversi ġranet).

Kaxxa 8

Stat Membru emittenti

Jekk jogħġbok niżżel fil-linja xierqa kemm l-isem tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009. Ara r-Regolament (UE) Nru 1106/2012.

Kaxxa 9

Deskrizzjoni tat-tip ta' oġġetti li l-assistenza teknika hija ddestinata għalihom.

Jekk jogħġbok iddeskrivi t-tip ta' oġġetti li l-assistenza teknika hija ddestinata għalihom. Id-deskrizzjoni tinkludi referenza għal oġġett speċifiku fl-Anness II, III jew IIIa tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005.

Kaxxa 10

Deskrizzjoni tal-assistenza teknika li hija awtorizzata

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-assistenza teknika b'mod ċar u preċiż. Daħħal referenza għad-data u n-numru ta' ftehim konkluż mill-fornitur tal-assistenza teknika jew ehmeż tali ftehim, meta jkun xieraq.

Kaxxa 11

Mod ta' provvista

Kaxxa 11 ma timteliex jekk l-awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005.

Jekk l-assistenza teknika tkun ipprovduta minn pajjiż terz għajr il-pajjiż terz fejn ir-riċevitur ikun residenti jew stabbilit, jekk jogħġbok niżżel kemm l-isem tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti meħud mill-kodiċijiet stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 471/2009. Ara r-Regolament (UE) Nru 1106/2012.

Kaxxa 12

Deskrizzjoni tat-taħriġ dwar l-użu ta' oġġetti li l-assistenza teknika hija ddestinata għalihom

Jekk jogħġbok indika jekk l-appoġġ tekniku jew is-servizz tekniku kopert bid-definizzjoni ta' assistenza teknika fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 jinkludix taħriġ għall-utenti tal-oġġetti rilevanti. Jekk jogħġbok iddikjara x'tip ta' utenti se jirċievu tali taħriġ u speċifika l-objettivi u l-kontenuti tal-programm ta' taħriġ.

Kaxxa 14

Rekwiżiti u kundizzjonijiet speċifiċi

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju f'kaxxa 14, jekk jogħġbok kompli fuq folja vojta mehmuża, u niżżel in-numru tal-awtorizzazzjoni. Jekk jogħġbok indika n-numru ta' annessi f'kaxxa 16.

Kaxxa 16

Numru ta' annessi

Jekk jogħġbok indika n-numru ta' annessi, jekk ikun hemm (ara l-ispjegazzjonijiet għal kaxxi 10 u 14).

(1)   Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23).

(2)   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabrikar illeċitu ta' u l-ittraffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjoni tagħhom, li tissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).

( 4 ) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).

( 5 ) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

( 7 ) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

( 8 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 9 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

( 10 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1).

( 11 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1).

( 12 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1).

Top