EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02005R0358-20170628

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni Nru 358/2005 tat- 2 ta' Marzu 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet mingħajr limitu ta’ żmien ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda għal addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf (Test b'rilevanza għall-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/358/2017-06-28

02005R0358 — MT — 28.06.2017 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 358/2005

tat-2 ta' Marzu 2005

dwar l-awtorizzazzjonijiet mingħajr limitu ta’ żmien ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda għal addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf

(Test b'rilevanza għall-ŻEE)

(ĠU L 057 3.3.2005, p. 3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 643/2013 tal-4 ta’ Lulju 2013

  L 186

7

5.7.2013

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/429 tal-10 ta' Marzu 2017

  L 66

4

11.3.2017

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/963 tas-7 ta' Ġunju 2017

  L 145

18

8.6.2017




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 358/2005

tat-2 ta' Marzu 2005

dwar l-awtorizzazzjonijiet mingħajr limitu ta’ żmien ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda għal addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf

(Test b'rilevanza għall-ŻEE)



Artikolu 1

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Enżimi” kif elenkati fl-Anness I huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness I

Artikolu 2

Is-sustanzi li jagħmlu parti mill-grupp “Sustanzi li jagħtu l-kulur, inklużi l-pigmenti, sustanzi oħra li jagħtu l-kulur” kif elenkati fl-Anness II huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness II.

Artikolu 3

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Enżimi” kif elenkati fl-Anness III huma awtorizzati proviżorjament għal erba’ snin bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness III.

Artikolu 4

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Mikro-organiżmi” kif elenkati fl-Anness IV huma awtorizzati proviżorjament għal erba’ snin bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness IV.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perijodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enżimi

E 1619

Alpha-amylase EC 3.2.1.1

Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6

Preparazzjoni ta’ alpha-amylase u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mill- Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) li għandha attivitajiet minimi ta’:

Fil-forma miksija:

Alpha-amylase: 200 KNU (1)/g

Endo-1,3-beta-glucanase: 350 FBG (2)/g

Fil-forma likwida:

Alpha-amylase: 130 KNU/ml

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 225 FBG/ml

Tiġieġ għat-tismin

alpha-amylase: 10 KNU

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandata għal kull kg ta’ għalf sħiħ

alpha-amylase: 20-40 KNU

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 35-70 FBG

3.  Għall-użu f’ għalf “compound” li fih ħafna lamtu u beta glucans, eż. li fih aktar minn 40 % ta’ ċereali (eż. barli, ħafur, qamħ, segala, triticale, jew mais).

Mingħajr limitu ta’ żmien

endo-1,3(4)-beta –glucanase: 17 FBG

▼M3 —————

▼M2 —————

▼B

E 1622

Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6

Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotti mit- Trichoderma longibrachiatum (CBS 357.94) li għandha attivitajiet minimi ta’:

Fil-forma granulari:

6 000  BGU (8)/g

8 250  EXU (9)/g

Fil-forma likwida:

2 000 BGU/ml

2 750 EXU/ml

Tiġieġ għat-tismin

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 500 BGU

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 500 BGU

endo-1,4-beta-xylanase: 680 EXU

3.  Għall-użu f’ għalf “compound” li fih ħafna polysaccharides mhux mil-lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 30 % qamħ u 30 % barli jew 20 % segala.

Mingħajr limitu ta’ żmien

endo-1,4-beta-xylanase: 680 EXU

(1)   1 KNU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 672 mikromoles ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn lamtu solubbli fil-minuta f’ pH ta’ 5,6 u 37 °C.

(2)   1 FBG huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn barli beta-glucan fil-minuta f’ pH ta’ 5,0 u 30 °C.

(3)   1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0,0056 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn barli beta-glucan fil-minuta f’ pH ta’ 7,5 u 30 °C.

(4)   1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0,0056 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn carboxymethylcellulose fil-minuta f’ pH ta’ 4,8 u 50.°C.

(5)   1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ glucosidic linkages minn polimeri tal-lamtu “cross-linked” li ma jinħallux fl-ilma fil-minuta f’ pH ta’ 7,5 u 37 °C.

(6)   1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ glucosidic linkages minn polimeri tal-lamtu “cross-linked” li ma jinħallux fl-ilma fil-minuta f’ pH ta’ 7,5 u 37 °C.

(7)   1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0,0067 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan ta’ l-injam tal-betula fil-minuta f’ pH ta’ 5,3 u 50 °C.

(8)   1 BGU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0,278 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn barli beta-glucan fil-minuta f’ pH ta’ 3,5 u 40 °C.

(9)   1 EXU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) mill-arabinoksilan fil-minuta f’ pH ta’ 3,5 u 55 °C.




L-ANNESS II



Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perijodu ta’ awtorizzazzjoni

mg/kg ta’ għalf sħiħ

Sustanzi li jagħtu l-kulur, inklużi l-pigmenti

2.  Sustanzi oħrajn li jagħtu l-kulur

E 102

Tartrazine

C16H9N4O9S2Na3

Għasafar ornamentali li jieklu l-qmuħ

150

Mingħajr limitu ta’ żmien

Gerriema żgħar

150

Mingħajr limitu ta’ żmien

E 110

“Sunset yellow” FCF

C16H10N2O7S2Na2

Għasafar ornamentali li jieklu l-qmuħ

150

Mingħajr limitu ta’ żmien

Gerriema żgħar

150

Mingħajr limitu ta’ żmien

▼M1 —————

▼B

E 141

“Chlorophyll copper complex”

Għasafar ornamentali li jieklu l-qmuħ

150

Mingħajr limitu ta’ żmien

Gerriema żgħar

150

Mingħajr limitu ta’ żmien




ANNESS III



Nru KE jew Nru

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perijodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enżimi

51

Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta mill- Bacillus subtilis (LMG S-15136) i għandha attivitajiet minimi ta’:

Fil-forma solida u likwida:

100 IU (1)/g jew ml

Tiġieġ li jbidu

10 IU

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ: 10 IU

3.  Għall-użu f’ għalf “compound” li fih ħafna arabinoksilan eż. li fih minimu ta’ 40 % qamħ jew barli.

Data [din għandha timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament]

28

3-Phytase EC 3.1.3.8

Preparazzjoni ta’ 3-phytase prodotta permezz ta’ Trichoderma reesei (CBS 528.94) li fiha attività minima ta’:

Forma solida: 5 000  PPU (2)/g

Forma likwida: 1 000  PPU/g

Dundjani għat-tismin

250 PPU

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ 250 – 1 000  PPU.

3.  Għall-użu f’ għalf “compound” li fih aktar minn 0,22 % phosphorus li huwa “phytin bound”

Data [din għandha timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament]

Ħnieżer nisa

250 PPU

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ 500 – 1 000  PPU.

3.  Għall-użu f’ għalf “compound” li fih aktar minn 0,22 % phosphorus li huwa “phytin bound”

Data [din għandha timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament]

(1)   1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan ta’ l-injam tal-betula fil-minuta f’ pH ta’ 4.5 u 30 °C.

(2)   1 PPU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f’ pH ta’ 5 u 37 °C.




L-ANNESS IV



Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perijodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikro-organiżmi

10

Enterococcus faecium NCIMB 10415

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fiha minimu ta’ forma microenkapsulata: 5 × 109 CFU/g

Klieb

4,5 × 106

2 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Data [din għandha timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament]

Qtates

5 × 106

8 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Data [din għandha timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament]

Top