This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02005R0111-20210113
Council Regulation (EC) No 111/2005 of 22 December 2004 laying down rules for the monitoring of trade between the Union and third countries in drug precursors
Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi
02005R0111 — MT — 13.01.2021 — 004.004
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn ►M1 l-Unjoni ◄ u pajjiżi terzi (ĠU L 022 26.1.2005, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) Nru 1259/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Novembru 2013 |
L 330 |
30 |
10.12.2013 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1443 tad-29 ta' Ġunju 2016 |
L 235 |
6 |
1.9.2016 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/729 tas-26 ta' Frar 2018 |
L 123 |
4 |
18.5.2018 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1737 tal-14 ta’ Lulju 2020 |
L 392 |
1 |
23.11.2020 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 111/2005
tat-22 ta’ Diċembru 2004
li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn ►M1 l-Unjoni ◄ u pajjiżi terzi
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ bejn ►M1 l-Unjoni ◄ u pajjiżi terzi f'ċerti sustanzi li jintużaw spiss għall-manufattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi (minn issa 'l quddiem imsejħin “prekursuri ta' drogi”) bil-għan li jipprevjeni d- devjazzjoni ta' tali sustanzi. Huwa japplika għall-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u l-attivitajiet intermedjarji.
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal regoli speċjali f'oqsma oħra relatati ma' kummerċ ta' merkanzija bejn ►M1 l-Unjoni ◄ u terzi pajjiżi.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
“sustanza skedata” tfisser kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness li tista’ tintuża għall-manifattura illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi, inklużi taħlitiet u prodotti naturali li fihom sustanzi bħal dawn, iżda jeskludu taħlitiet u prodotti naturali li fihom sustanzi skedati u li huma magħmula b’tali mod li s-sustanzi skedati ma jkunux jistgħu jintużaw jew jiġu estratti faċilment permezz ta’ mezzi li huma applikabbli faċilment jew ekonomikament vijabbli, prodotti mediċinali kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u prodotti mediċinali veterinarji kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), ħlief prodotti mediċinali u prodotti mediċinali veterinarji elenkati fl-Anness;
“sustanza mhux klassifikata” tfisser kwalunkwe sustanza li, għalkemm mhux imniżżla fl-Anness, hija identifikata bħala li ġiet użata għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi;
“importazzjoni” tfisser kwalunkwe dħul ta’ sustanzi skedati li għandhom l-istatus ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni, inklużi ħażna temporanja, it-tqegħid f’żona ħielsa jew maħżen ħieles, it-tqegħid taħt proċedura ta’ sospensjoni u r-rilaxx għal ċirkulazzjoni ħielsa skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 ( 3 );
“esportazzjoni” tfisser kwalunkwe ħruġ ta' sustanzi klassifikati mit-territorju doganali ►M1 tal-Unjoni ◄ , inkluż il-ħruġ ta' sustanzi klassifikati li jeħtieġ dikjarazzjoni doganali u l-ħruġ ta' sustanzi klassifikati wara l-ħażna tagħhom f'żona ħielsa taħt kontroll ta' tip I jew maħżen ħieles fis-sens tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;
“attivitajiet intermedjarji” tfisser kwalunkwe attività bil-għan li jsir xiri u bejgħ jew fornitura ta' sustanzi klassifikati li ssir minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmira li tilħaq ftehim bejn żewġ partijiet jew taġixxi f'isem mill-anqas waħda minn dawn il-partijiet mingħajr ma tieħu pussess ta' dawn is-sustanzi jew mingħajr ma tassumi l-kontroll tat-twettiq ta' tali operazzjoni; din id-definizzjoni għandha wkoll tinkludi kwalunkwe attività li ssir minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilta ►M1 fl-Unjoni ◄ li tinvolvi xiri u bejgħ jew fornitura ta' sustanzi klassifikati mingħajr ma dawn is-sustanzi jiġu introdotti ►M1 fit-territorju doganali tal-Unjoni ◄ ;
“operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika involuta f'importazzjoni, esportazzjoni ta' sustanzi klassifikati jew attivitajiet intermedjarji relatati magħhom, inklużi persuni li għandhom il-kompitu li jagħmlu dikjarazzjonijiet doganali għal klijenti fuq bażi ta' self-employed jew bħala attività prinċipali jew bħala attività sekondarja relatata ma' attività oħra;
“esportatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli prinċipalment għall-attivitajiet ta' esportazzjoni bis-saħħa tar-relazzjoni ekonomika u legali mas-sustanzi klassifikati u mad-destinatarju li, fejn hu xieraq, jippreżenta d-dikjarazzjoni doganali jew tkun ippreżentata f'ismu;
“importatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli prinċipalment għall-attivitajiet ta' importazzjoni bis-saħħa tar-relazzjoni ekonomika u legali mas-sustanzi klassifikati u ma’ minn jikkonsena u li jippreżenta d-dikjarazzjoni doganali jew li f'ismu tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali;
“destinatarju finali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għand min twasslu s-sustanzi klassifikati; din il-persuna tista' tkun differenti mill-utent aħħari;
“prodott naturali” tfisser organiżmu jew parti minnu, fi kwalunkwe forma, jew kwalunkwe sustanzi li tinstab fin-natura kif definit fil-punt 39 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
“Bord Internazzjonali tal-Kontroll tan-Narkotiċi” tfisser il-Bord stabbilit mill-Konvenzjoni Unika dwar Drogi Narkotiċi, 1961, kif emedata mill-Protokoll ta' l-1972.
KAPITOLU II
MONITORAĠĠ TA' KUMMERĊ
TAQSIMA 1
Dokumentazzjoni u tikkettar
Artikolu 3
L-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u l-attivitajiet kollha intermedjarji li jinvolvu sustanzi skedati, bl-eċċezzjoni ta’ sustanzi elenkati fil-Kategorija 4 tal-Anness, għandhom jiġu dokumentati mill-operatur permezz ta’ dokumenti doganali u kummerċjali, bħal dikjarazzjonijiet sommarji, dikjarazzjonijiet doganali, fatturi, manifesti ta’ merkanzija, dokumenti ta’ trasport u dokumenti oħra tal-vjeġġi.
Dawk id-dokumenti għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:
l-isem tas-sustanza klassifikata kif imniżżla fl-Anness, jew fil-każ ta' taħlita jew prodott naturali, l-isem u l-isem ta' kwalunkwe sustanza klassifkata, kif imniżżla fl-Anness, li tinsab fit-taħlita jew fil-prodott naturali, segwit bit-terminu “PREKURSURI TAD-DROGI”;
il-kwantità u l-piż tas-sustanza klassifikata u, fil-każ ta' taħlita jew prodott naturali, il-kwantità, il-piż, u jekk disponibbli, il-perċentwali ta' kwalunkwe sustanza klassifikata li hemm fiha, u
l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-esportatur, l-importatur, id-destinatarju finali u, fejn applikabbli, il-persuna involuta fl-attivitajiet intermedjarji.
Artikolu 4
Id-dokumentazzjoni mniżżla fl-Artikolu 3 għandha tinżamm mill-operaturi għal perijodu ta' tliet snin mit-tmiem tas-sena kalendarja li fiha twettqet l-operazzjoni. Id-dokumentazzjoni għandha tkun organizzata b'tali mod, f'forma elettronika jew fuq karta, li tkun immedjatament disponibbli għal spezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fuq talba. Id-dokumentazzjoni tista' tkun fornuta permezz ta' twassil ta' immaġini jew data oħra, sakemm id-data, meta tinqara, taqbel mad-dokumentazzjoni kemm fil-preżentazzjoni kif ukoll fil-kontenut, tkun disponibbli l-ħin kollu, tista' tinqara mingħajr dewmien u tista' tkun analizzata permezz ta' mezzi awtomatizzati.
Artikolu 5
L-operaturi għandhom jiżguraw li tikketti jitwaħħlu fuq kwalunkwe imballaġġ li fih sustanzi skedati, ħlief sustanzi elenkati fil-Kategorija 4 tal-Anness, bl-indikazzjoni ta’ isimhom kif iddikjarati fl-Anness, jew, fil-każ ta’ taħlita jew prodott naturali, isimha u l-isem ta’ kwalunkwe sustanza skedata, ħlief sustanzi elenkati fil-Kategorija 4 tal-Anness, kif iddikjarat fl-Anness, li jinsabu fit-taħlita jew fil-prodott naturali. L-operaturi jistgħu, barra minn hekk, iwaħħlu t-tikketti tradizzjonali tagħhom.
TAQSIMA 2
Liċenzjar u reġistrazzjoni ta' operaturi
Artikolu 6
Meta tikkunsidra jekk tagħtix liċenzja, l-awtorità kompetenti għandha tqis il-kompetenza u l-integrità tal-applikant, b’mod partikolari li ma jkun hemm ebda ksur serju jew ksur ripetut tal-leġislazzjoni fil-qasam tal-prekursuri tad-droga u ebda rekord ta’ kwalunkwe reat kriminali gravi.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30b biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ liċenzji u biex tiddetermina ta’ każijiet fejn liċenzja ma tkunx meħtieġa.
Artikolu 7
Meta tikkunsidra jekk tagħtix reġistrazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tqis il-kompetenza u l-integrità tal-applikant, b’mod partikolari li ma jkun hemm ebda ksur serju jew ksur ripetuttal-leġislazzjoni fil-qasam tal-prekursuri tad-droga u ebda rekord ta’ kwalunkwe reat kriminali gravi.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30b biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ reġistrazzjonijiet u biex tiddetermina każijiet fejn reġistrazzjoni ma tkunx meħtieġa.
Artikolu 8
TAQSIMA 3
Għoti ta' informazzjoni
Artikolu 9
Għal dak il-għan, l-operaturi għandhom jipprovdu kull informazzjoni disponibbli, bħal:
l-isem tas-sustanza skedata;
il-kwantità u l-piż tas-sustanza skedata;
l-ismijiet u l-indirizzi tal-esportatur, l-importatur, id-destinatarju finali u, fejn applikabbli, il-persuna involuta fl-attivitajiet intermedjarji.
Dik l-informazzjoni għandha tinġabar biss għall-għanijiet ta’ prevenzjoni tad-devjazzjoni ta’ sustanzi skedati.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30b biex tiddetermina l-informazzjoni li hija meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu jistgħu jimmonitorjaw dawk l-attivitajiet.
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli proċedurali dwar l-għoti ta’ tali informazzjoni, inkluż, fejn xieraq, fil-forma elettronika lid-Database Ewropea dwar prekursuri tad-droga stabbilita taħt ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) (“id-Database Ewropea”). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).
Artikolu 10
Dawn il-linji gwida għandhom jipprovdu, b'mod partikolari:
informazzjoni dwar kif jiġu identifikati u notifikati operazzjonijiet suspettużi;
lista aġġornata regolarment ta' sustanzi mhux klassifikati biex l-industrija tkun tista' tissorvelja fuq bażi volontarja l-kummerċ f'tali sustanzi.
TAQSIMA 4
Notifika ta' qabel l-esportazzjoni
Artikolu 11
Il-pajjiż ta' destinazzjoni għandu jingħata perijodu ta' 15-il jum tax-xogħol biex iwieġeb, li fit-tmiem tiegħu, l-operazzjoni ta' esportazzjoni tista' tiġi awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' esportazzjoni, jekk huma ma jkunux irċevew l-ebda avviż mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' destinazzjoni li jindika li din l-operazzjoni ta' esportazzjoni tista' tkun maħsuba għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi.
L-awtorità li tissupplixxi tali informazzjoni għandha tesiġi lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz li jirċievi l-informazzjoni biex iżżomm kunfidenzjali kwalunkwe sigriet kummerċjali, tan-negozju jew professjonali jew kwalunkwe proċess ta' kummerċ imsemmi fiha.
TAQSIMA 5
Awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni
Artikolu 12
Fejn sustanzi klassifikati jkunu esportati mill-ġdid fi żmien 10 ijiem mid-data tat-tqegħid tagħhom taħt proċedura ta' sospensjoni jew taħt żona ħielsa taħt kontroll ta' tip II, m'għandhiex tkun meħtieġa awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni.
Madankollu, l-esportazzjoni ta’ sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 3 tal-Anness għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni biss fejn notifiki ta’ qabel l-esportazzjoni huma meħtieġa.
Artikolu 13
L-applikazzjoni għal awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 għandha jkun fiha mill-anqas dawn li ġejjin:
l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-esportatur, l-importatur fil-pajjiż terz, kwalunkwe operatur ieħor involut fl-operazzjoni ta' esportazzjoni jew spedizzjoni, u d-destinatarju finali;
l-isem tas-sustanza klassifikata kif imniżżla fl-Anness, jew fil-każ ta' taħlita jew prodott naturali, isimha u l-kodiċi NM bi 8 numri u l-isem ta' kwalunkwe sustanza klassifikata, kif imniżżla fl-Anness, li tinsab fit-taħlita jew fil-prodott naturali;
il-kwantità u l-piż tas-sustanza klassifikata u, fil-każ ta' taħlita jew prodott naturali, il- kwantità, il-piż, u jekk disponibbli, il-perċentwali ta' kwalunkwe sustanza klassifikata li hemm fiha;
dettalji ta' l-arranġamenti tat-trasport, bħad-data prevista ta' dispaċċ, il-metodu tat- trasport, l-isem ta' l-uffiċċju doganali fejn id-dikjarazzjoni doganali għandha ssir u, fejn disponibbli f'dan l-istadju, l-identifikazzjoni tal-mezzi ta' trasport, itenerarju, punt ta' ħruġ previst ►M1 mit-territorju doganali tal-Unjoni ◄ u l-punt ta' dħul fil-pajjiż ta' importazzjoni;
fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 17, kopja ta' l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni maħruġa mill-pajjiż ta' destinazzjoni; u
in-numru tal-liċenza jew reġistrazzjoni msemmi fl-Artikoli 6 u 7.
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni ta’ sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 4 tal-Anness għandu jkun fiha l-informazzjoni li tinsab fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu.
Dak il-perijodu għandu jiġi estiż jekk, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 17, l-awtoritajiet kompetenti huma obbligati li jagħmlu aktar stħarriġ skond it-tieni subparagrafu ta' dak l-Artikolu.
Artikolu 14
Fejn l-awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni hija ppreżentata lil uffiċċju doganali fi Stat Membru li mhux l-istess wieħed ta' l-awtorità ta' ħruġ, l-esportatur għandu, fuq talba, jagħmel disponibbli kwalunkwe traduzzjoni ċċertifikata ta' partijiet mill-informazzjoni jew ta' l-informazzjoni kollha fl-awtorizzazzjoni.
L-uffiċċju doganali ta' ħruġ jew awtoritajiet kompetenti oħrajn fil-punt ta' ħruġ ►M1 mit-territorju doganali tal-Unjoni ◄ għandhom idaħħlu d-dettalji meħtieġa msemmija fl-Artikolu 13(1)(d) fl-awtorizzazzjoni u jagħmlu t-timbru tagħhom fuqha.
Artikolu 15
Mingħajr preġudizzju għal miżuri adottati b'konformità ma' l-Artikolu 26(3), l-għoti ta' awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni għandu jiġi miċħud jekk:
dettalji fornuti b'konformità ma' l-Artikolu 13(1) mhumiex kompluti;
hemm raġunijiet tajba biex jiġi suspettat li d-dettalji fornuti b'konformità ma' l-Artikolu 13(1) huma foloz jew mhux korretti;
fil-każijiet msemmijin fl-Artikolu 17, huwa stabbilit li l-importazzjoni tas-sustanzi klassifikati ma ġietx awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' destinazzjoni, jew
hemm raġunijiet tajba biex ikun suspettat li s-sustanzi in kwistjoni huma maħsuba għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi.
Artikolu 16
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jissospendu jew jirrevokaw awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni kull meta jkun hemm raġunijiet tajba biex ikun suspettat li s-sustanzi huma maħsuba għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi.
Artikolu 17
Kull meta, skond ftehim bejn ►M1 l-Unjoni ◄ u pajjiż terz, esportazzjonijiet m'għandhomx ikunu awtorizzati sakemm ma tkunx inħarġet awtorizzazzjoni ta' importazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz għas-sustanzi in kwistjoni, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni operattiva miksuba minnu.
L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jaċċertaw li tali awtorizzazzjoni ta' importazzjoni hija awtentika, jekk meħtieġ billi jitolbu konferma mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz.
Artikolu 18
Il-perijodu ta' validità ta' l-awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni li fih il-merkanzija kellha tiltaq ►M1 mit-territorju Doganali tal-Unjoni ◄ m'għandux jaqbeż is-sitt xhur mid-data tal-ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-perijodu ta' validità jista' jiġi estiż, fuq talba.
Artikolu 19
Proċeduri ssimplifikati biex tingħata awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni jistgħu jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti fejn huma jkunu sodisfatti li dan mhux ser jirriżulta f’xi riskju ta’ devjazzjoni ta’ sustanzi skedati. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30b biex tiddetermina tali proċeduri u tistabbilixxi l-kriterji komuni li għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti.
TAQSIMA 6
Awtorizzazzjoni ta' importazzjoni
Artikolu 20
Importazzjonijiet ta' sustanzi klassifikati elenkati fil-Kategorija 1 ta' l-Anness għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni ta' importazzjoni. Awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tista' tingħata biss lil operatur stabbilit ►M1 fl-Unjoni ◄ . L-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni għandha toħroġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-esportatur huwa stabbilit.
Madankollu, fejn is-sustanzi msemmija fl-ewwel paragrafu 1 jinħattu jew jiġu trasbordati, f’ħażna temporanja, jinħażnu f’żona ħielsa tat-tip ta’ kontroll I jew f’maħżen ħieles, jew mqiegħda taħt il-proċedura ta’ transitu estern tal-Unjoni, tali awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni ma tkunx meħtieġa.
Artikolu 21
L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 għandha jkun fiha mill-anqas dawn li ġejjin:
l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-importatur, l-esportatur fil-pajjiż terz, kwalunkwe operatur ieħor involut u d-destinatarju finali;
l-isem tas-sustanza klassifikata kif imniżżla fl-Anness, jew fil-każ ta' taħlita jew prodott naturali, isimha u l-kodiċi NM bi 8 numri u l-isem tas-sustanza klassifikata, kif imniżżla fl- Anness, fit-taħlita jew fil-prodott naturali;
il-kwantità u l-piż tas-sustanza klassifikata u, fil-każ ta' taħlita jew prodott naturali, il-kwantità, il-piż, u jekk disponibbli, il-perċentwali ta' kwalunkwe sustanza klassifikata li hemm fiha;
jekk disponibbli, dettalji ta' l-arranġamenti ta' trasport, bħal metodi u mezzi ta' trasport, u data u post ta' attivitajiet previsti ta' importazzjoni, u
in-numru tal-liċenza jew reġistrazzjoni msemmi fl-Artikoli 6 u 7.
Artikolu 22
L-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni għandha takkumpanja l-konsenja mill-punt ta' dħul ►M1 fit-territorju doganali tal-Unjoni ◄ sa l-uffiċċji ta' l-importatur jew destinatarju finali.
L-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-uffiċċju doganali meta s-sustanzi klassifikati huma dikjarati għal proċedura doganali.
Fejn l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni hija ppreżentata lil uffiċċju doganali fi Stat Membru li mhux l-istess wieħed ta' l-awtorità ta' ħruġ, l-importatur għandu, fuq talba, jagħmel disponibbli kwalunkwe traduzzjoni ċċertifikata ta' partijiet mill-informazzjoni jew l-informazzjoni kollha fl-awtorizzazzjoni.
Artikolu 23
Mingħajr preġudizzju għal miżuri adottati b'konformità ma' l-Artikolu 26(3), l-għoti ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni għandu jiġi miċħud jekk:
dettalji fornuti b'konformità ma' l-Artikolu 21(1) mhumiex kompluti;
hemm raġunijiet tajba biex jiġi suspettat li d-dettalji fornuti b'konformità ma' l-Artikolu 21(1) fl-applikazzjoni huma foloz jew mhux korretti, jew
hemm raġunijiet tajba biex ikun suspettat li s-sustanzi klassifikati huma maħsuba għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi.
Artikolu 24
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jissospendu jew jirrevokaw l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni kull meta jkun hemm raġunijiet tajba biex ikun suspettat li s-sustanzi huma maħsuba għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi.
Artikolu 25
Il-perijodu ta' validità ta' l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni li fih is-sustanzi klassifikati ddaħħlu fit-territorju doganali ►M1 tal-Unjoni ◄ m'għandux jaqbeż is-sitt xhur mid-data tal-ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-perijodu ta' validità jista' jiġi estiż, fuq talba.
KAPITOLU III
SETGĦAT TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI
Artikolu 26
Kull Stat Membru għandu jadotta l-miżuri meħtieġa li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti biex, b'mod partikolari:
jiksbu informazzjoni dwar kwalunkwe ordni għal jew operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi klassifikati;
jidħlu fl-uffiċċji tan-negozju ta' l-operaturi sabiex tinkiseb evidenza dwar irregolaritajiet;
jistabbilixxu li twettqet devjazzjoni jew twettaq tentattiv ta' devjazzjoni ta' sustanzi klassifikati.
L-awtorità kompetenti għandha immedjatament tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni dwar dan, billi tuża l-proċedura msemmija fl-Artikolu 27.
Dawk is-sustanzi għandhom jiġu kkunsidrati bħala li huma proposti biex jiżdiedu mal-lista ta’ sustanzi mhux skedati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 10(2).
Kull Stat Membru jista’ jadotta l-miżuri meħtieġa biex l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu f’pożizzjoni li jikkontrollaw u jimmonitorjaw transazzjonijiet suspettużi li jinvolvu sustanzi mhux skedati, b’mod partikolari:
biex jakkwistaw informazzjoni rigward kwalunkwe ordnijiet għal sustanzi mhux skedati jew operazzjonijiet li jinvolvuhom;
li jidħlu fil-bini tan-negozju sabiex jiksbu evidenza ta’ transazzjonijiet suspettużi li jinvolvu sustanzi mhux skedati.
KAPITOLU IV
KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA
Artikolu 27
Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 515/97 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni l-isem ta' l-awtoritajiet kompetenti maħtura biex jaġixxu bħala korrispondenti b'konformità ma' l-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament.
KAPITOLU V
ATTI DDELEGATI U TA’ IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 28
B’żieda mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 26, il-Kummmissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi, fejn meħtieġ, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri biex tiżgura l-monitoraġġ effettiv ta’ kummerċ tal-prekursuri tad-droga bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, b’mod partikolari fir-rigward tad-disinn u l-użu ta’ formoli għall-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni u l-importazzjoni, għall-għan tal-prevenzjoni tad-devjazzjoni tal-prekursuri tad-droga. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).
▼M1 —————
Artikolu 30
Artikolu 30a
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30b ta’ dan ir-Regolament sabiex tadatta l-Anness tiegħu għal xejriet ġodda fid-devjazzjoni tal-prekursuri tad-drogi, b’mod partikolari sustanzi li jistgħu faċilment jiġu ttrasformati f’sustanzi skedati, u biex issegwi kwalunkwe emenda għat-tabelli fl-Anness għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.
Artikolu 30b
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 31
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali li japplikaw għal ksur tad- dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li huma jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 32
Artikolu 32a
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jużaw id-database Ewropea skont il-kundizzjonijiet għall-użu tagħha għall-funzjonijiet li ġejjin:
l-iffaċilitar tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni skont l-Artikolu 32(1), kif ukoll ir-rappurtaġġ lill-Bord Internazzjonali ta’ Kontroll tan-Narkotiċi skont Artikolu 32(2);
il-ġestjoni tar-reġistru Ewropew tal-operaturi, li ngħataw liċenzja jew reġistrazzjoni;
biex l-operaturi ikunu jistgħu jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni dwar l-esportazzjoni, l-importazzjoni jew attivitajiet intermedjarji tagħhom skont l-Artikolu 9(2), f’forma elettronika.
Artikolu 33
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE, id-data personali li tinkiseb jew tiġi pproċessata skont dan ir-Regolament għandha tintuża għall-fini tal-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta’ sustanzi skedati.
Artikolu 34
Ir-Regolament (KEE) Nru 3677/90 huwa rrevokat b’effett mit-18 ta’ Awwissu 2005.
Ir-referenzi għar-Regolament revokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 35
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mit-18 ta’ Awwissu 2005. Madankollu, l-Artikoli 6(1), 7(2), 8(2), 9(2), 11(1) u (3), 12(1), 19, 28 u 30 għandhom japplikaw sa mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex jippermettu l-adozzjoni tal-miżuri previsti f'dawk l-Artikoli. Tali miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ l-aktar kmieni fit-18 ta’ Awwissu 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha
ANNESS
Lista ta’ sustanzi skedati
Kategorija 1
Sustanza |
Denominazzjoni NM (jekk differenti) |
Kodiċi NM (1) |
Nru SAK (2) |
1-Fenil-2-propanon |
Fenilaċeton |
2914 31 00 |
103-79-7 |
Metil alfa-fenilaċetoaċetat (MAPA) |
|
2918 30 00 |
16648-44-5 |
Metil 2-metil-3-fenilossiran-2-karbossilat (Metilgliċidat tal-BMK) |
|
2918 99 90 |
80532-66-7 |
2-metil-3-fenilossiran-2-aċidu karbossiliku (Aċidu gliċidiku tal-BMK) |
|
2918 99 90 |
25547-51-7 |
Aċidu N-aċetilantraniku |
Aċidu 2-Aċetamidobenżojku |
2924 23 00 |
89-52-1 |
Alfa-fenilaċetoaċetammid (APAA) |
|
2924 29 70 |
4433-77-6 |
Alfa-fenilaċetoaċetonitril (APAAN) |
|
2926 40 00 |
4468-48-8 |
Isosafrol (cis + trans) |
|
2932 91 00 |
120-58-1 |
3,4-Metilendiossifenilpropan-2-on |
1-(1,3-Benżodiossol-5-yl)propan-2-on |
2932 92 00 |
4676-39-5 |
Piperonal |
|
2932 93 00 |
120-57-0 |
Safrol |
|
2932 94 00 |
94-59-7 |
Metil 3-(1,3-benżodijossol-5-il)-2-metilossiran-2-karbossilat (metilgliċidat tal-PMK) |
|
2932 99 00 |
13605-48-6 |
3-(1,3-benżodijossol-5-il)-2-metilossiran-2-aċidu karbossiliku (aċidu gliċidiku tal-PMK) |
|
2932 99 00 |
2167189-50-4 |
4-anilino-N-fenetilpiperidina (ANPP) |
|
2933 39 99 |
21409-26-7 |
N-fenetil-4-piperidon (NPP) |
|
2933 39 99 |
39742-60-4 |
Efedrin |
|
2939 41 00 |
299-42-3 |
Pseudofedrin |
|
2939 42 00 |
90-82-4 |
Norefedrin |
|
►M1 2939 44 00 ◄ |
14838-15-4 |
Ergometrin |
|
2939 61 00 |
60-79-7 |
Ergotamin |
|
2939 62 00 |
113-15-5 |
Aċidu liserġiku |
|
2939 63 00 |
82-58-6 |
(1R,2S)-(-)-kloroefedrina |
|
►M4 2939 79 90 ◄ |
110925-64-9 |
(1S,2R)-(+)-kloroefedrina |
|
►M4 2939 79 90 ◄ |
1384199-95-4 |
(1S,2S)-(+)-kloropsewdoefedrina |
|
►M4 2939 79 90 ◄ |
73393-61-0 |
(1R,2R)-(-)-kloropsewdoefedrina |
|
►M4 2939 79 90 ◄ |
771434-80-1 |
Il-forom stereoiżomeriċi tas-sustanzi mniżżla f'din il-Kategorija li mhumiex katina (3) kull meta l-preżenza ta' tali forom hija possibbli. |
|||
L-imluħa tas-sustanzi mniżżla f'din il-Kategorija kull meta l-preżenza ta' tali mluħa hija possibbli u li mhumiex l-imluħa ta' katina. |
|||
(1)
ĠU L 290, 28.10.2002, p. 1.
(2)
In-Nru SAK “Chemical Abstracts Service Registry Number” huwa numru ta' identifikazzjoni uniku speċifiku għal kwalunkwe sustanza u għall-istruttura tagħha. In-Nru KAS huwa speċifiku għal kwalunkwe iżomeru u għal kwalunkwe melħ ta' kwalunkwe iżomeru. Għandu jiġi mifhum li n-Nri KAS għall-imluħa tas-sustanzi mniżżlin hawn fuq ser ikunu differenti minn dawk mogħtija.
(3)
Imsejħa wkoll (+)-norpseudoefedrin, Kodiċi NM 2939 43 00 , Nru SAK 492-39-7. |
Kategorija 2
Sustanza |
Denominazzjoni NM (jekk differenti) |
Kodiċi NM (1) |
Nru SAK (2) |
Fosforu aħmar |
|
2804 70 00 |
7723-14-0 |
Anidride Aċetiku |
|
2915 24 00 |
108-24-7 |
Aċidu fenilaċetiku |
|
2916 34 00 |
103-82-2 |
Aċidu antraniliku |
|
118-92-3 |
|
Piperidin |
|
2933 32 00 |
110-89-4 |
Permanganat tal-potassju |
|
2841 61 00 |
7722-64-7 |
L-imluħa tas-sustanzi mniżżla f'din il-Kategorija kull meta l-preżenza ta' tali mluħa hija possibbli. |
|||
(1)
ĠU L 290, 28.10.2002, p. 1.
(2)
In-Nru SAK “Numru tar-Reġistru tas-Servizz Astratt Kimiku” huwa numru ta' identifikazzjoni uniku speċifiku għal kull sustanza u għall-istruttura tagħha. In-Nru SAK huwa speċifiku għal kull iżomeru u għal kull melħ ta' kull iżomeru. Għandu jiġi mifhum li n-Nri SAK għall-imluħa tas-sustanzi mniżżlin hawn fuq ser ikunu differenti minn dawk mogħtija. |
Kategorija 3
Sustanza |
Denominazzjoni NM (jekk differenti) |
Kodiċi NM (1) |
Nru SAK (2) |
Aċidu idrokloriku |
Klorur ta’ l-idroġenu |
2806 10 00 |
7647-01-0 |
Aċidu sulforiku |
|
►M4 2807 00 00 ◄ |
7664-93-9 |
Toluwen |
|
2902 30 00 |
108-88-3 |
Etere etiliku |
Etere dietiliku |
2909 11 00 |
60-29-7 |
Aċetun |
|
2914 11 00 |
67-64-1 |
Metiletilketon |
Butanon |
2914 12 00 |
78-93-3 |
L-imluħa tas-sustanzi mniżżla f'din il-Kategorija kull meta l-preżenza ta' tali mluħa hija possibbli u li mhumiex l-imluħa ta' aċidu idrokloriku u aċidu sulforiku. |
|||
(1)
ĠU L 290, 28.10.2002, p. 1.
(2)
In-Nru SAK “Chemical Abstracts Service Registry Number” huwa numru ta' identifikazzjoni uniku speċifiku għal kwalunkwe sustanza u għall-istruttura tagħha. In-Nru KAS huwa speċifiku għal kwalunkwe iżomeru u għal kwalunkwe melħ ta' kwalunkwe iżomeru. Għandu jiġi mifhum li n-Nri KAS għall-imluħa tas-sustanzi mniżżlin hawn fuq ser ikunu differenti minn dawk mogħtija. |
Kategorija 4
Sustanza |
Desinjazzjoni NM (jekk hi differenti) |
Kodiċi NM |
Prodotti mediċinali u prodotti mediċinali veterinarji li fihom l-efedrina jew l-imluħ tagħha |
Fihom l-efedrina jew l-imluħ tagħha |
►M4 3003 41 00 ◄ ►M4 3004 41 00 ◄ |
Prodotti mediċinali u prodotti mediċinali veterinarji li fihom il-psewdoefedrina jew l-imluħ tagħha |
Fihom il-psewdoefedrina (INN) jew l-imluħ tagħha |
►M4 3003 42 00 ◄ ►M4 3004 42 00 ◄ |
( 1 ) Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
( 2 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).
( 3 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
( 4 ) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
( 5 ) Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1).
( 6 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
( 7 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
( 8 ) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).