Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004R0912-20080101

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 912/2004 tad-29 ta'April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 dwar l-istabbiliment ta' stħarriġ tal-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/912/2008-01-01

2004R0912 — MT — 01.01.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 912/2004

tad-29 ta'April 2004

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 dwar l-istabbiliment ta' stħarriġ tal-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 163, 30.4.2004, p.71)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 973/2007 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007

  L 216

10

21.8.2007




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 912/2004

tad-29 ta'April 2004

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 dwar l-istabbiliment ta' stħarriġ tal-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar l-istabbiliment ta' stħarriġ tal-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

R-Regolament (KEE) Nru 3924/91 jipprovdi biex miżuri għall-aġġustament għall-progress tekniku li jikkonċernaw il-ġabra ta' data u l-ipproċessar ta' riżultati li jiġu preskritti mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta l-Kumitat tal-Programm Statistiku.

(2)

Il-progress tekniku u leġislazzjoni sussegwenti, b'mod partikolari atti li jirrelataw mas-Sistema Ewropea Statistika tal-Kummerċ, jitolbu biex isiru aġġustamenti għall-kopertura u l-karatteristiċi ta'l-istħarriġ.

(3)

Dawn l-aġġustamenti għandhom itejjbu l-kopertura ta' l-istatistika provduta mill-Istati Membri mingħajr ma jiżdied il-piż fuq l-operaturi ekonomiċi.

(4)

Id-data statistika kompilata fi ħdan is-sistema tal-Komunità għandha tkun ta' kwalità sodisfaċenti u li tista' titqabbel minn Stat Membru għall-ieħor.

(5)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Programm Statistiku stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE. Euratom ( 2 ).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



▼M1

Artikolu 1

Il-qasam kopert bl-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91 għandu jiġi identifikat b’referenza għall-popolazzjoni ta’ l-istħarriġ u għall-unità ta’ l-osservazzjoni.

Il-popolazzjoni ta’ l-istħarriġ tal-perjodu ta’ referenza għandha tikkonsisti f’intrapriżi li l-attività prinċipali tagħhom jew waħda mill-attivitajiet sekondarji tagħhom hija mniżżla fit-taqsimiet B jew Ċ tal-klassifikazzjoni ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 2), stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

L-unità ta’ l-osservazzjoni għandha tkun l-intrapriża kif iddefinita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 dwar l-unitajiet ta’ l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema tal-produzzjoni fil-Komunità. L-Istati Membri jistgħu jiġbru d-data billi jużaw unità oħra ta’ l-istatistika bħala unità ta’ l-osservazzjoni sakemm huma jittrasmettu d-data ta’ l-intrapriża lill-Eurostat.

▼B

Artikolu 2

L-obbligu ta' l-unitajiet tal-popolazzjoni ta'l-istħarriġ li jipprovdu informazzjoni korretta u sħiħa fejn jintalbu mill-Istati membri msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 għandu jkun limitat għall-osservazzjoni tal-popolazzjoni ta' l-istħarriġ elenkat fil-lista PRODCOM.

▼M1

Artikolu 3

L-obbligu ta’ l-Istati Membri li jadottaw metodi ta’ stħarriġ maħsuba biex jiffaċilitaw il-ġbir ta’ data minn unitajiet li jirrappreżentaw mill-inqas 90 % tal-produzzjoni nazzjonali għal kull klassi tan-NACE imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91 għandha tiġi implimentata bħala adozzjoni mill-Istati Membri ta’ metodi ta’ stħarriġ maħsuba biex jippermettu l-ġbir ta’ data, li tirrappreżenta mill-inqas 90 % tal-produzzjoni nazzjonali għal kull klassi tat-taqsimiet B u Ċ tan-NACE Rev. 2.

▼B

Artikolu 4

L-eżenzjoni ta' l-Istati Membri mill-ġbir ta' data msemmija fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 għandha tkun iċċarata b'referenza għall-produzzjoni nazzjonali ta' prodott.

L-Istati Membri ma humiex meħtieġa li jiġbru data dwar prodott, jekk it-total tal-produzzjoni nazzjonali ta' dak il-prodott tkun anqas minn 1 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott fis-sena li tiġi qabel. Id-data fuq prodotti li ma tinġabarx minħabba din l-eżnezjoni għandha tkun rapportata bħala zero. L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni meħtieġa.

Artikolu 5

Il-ħelsien mill-obbligu ta' l-Istati membri li jwettqu l-istħarriġ PRODCOM imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 għandu jiġi estiż fil-każi fejn l-Istati Membri jkunu jistgħu jakkwistaw id-data meħtieġa, bl-użu ta' taħlita ta' sorsi u metodi differenti.

Artikolu 6

B'żieda ma' l-obbligu li jipprovdu informazzjoni fuq it-talba ta' l-Eurostat kif stipulat fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3921/91l-Istati membri għandhom ukoll jipprovdu lill-Ewrostat l-informazzjoni meħtieġa dwar il-metodi tagħhom ta' stħarriġ, kampjuni u kopertura għall-finijiet tad-dokumentazzjoni ta' konformità mal-prinċipji tal-metodoloġija PRODCOM kif preskritti fil-ktejjeb dwar il-metodoloġija PRODCOM.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 1.

( 2 ) ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

( 3 ) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

Top