This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02004R0551-20091204
Regulation (EC) N o 551/2004 of the European Parliament and of the Council of 10 March 2004 on the organisation and use of the airspace in the single European sky (the airspace Regulation) (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament ta' l-ispazju ta' l-arja) (Test b'relevanza għaż-ŻEE)
Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament ta' l-ispazju ta' l-arja) (Test b'relevanza għaż-ŻEE)
2004R0551 — MT — 04.12.2009 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 551/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament ta' l-ispazju ta' l-arja) (ĠU L 096, 31.3.2004, p.20) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT (KE) Nru 1070/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Ottubru 2009 |
L 300 |
34 |
14.11.2009 |
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 551/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta' l-10 ta' Marzu 2004
dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-arja fl-ajru uniku Ewropew
(ir-Regolament ta' l-ispazju ta' l-arja)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikularment l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 4 ), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni tal-11 ta' Diċembru 2003,
Billi:
(1) |
Il-ħolqien ta' l-ajru uniku Ewropew jirrikjedi trattament armonizzat biex ikunu rregolati l-organizzazzjoni u l-użu ta' spazju ta' l-ajru. |
(2) |
Fir-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-ajru uniku Ewropew f'Novembru 2000 huwa kkunsidrat li spazju ta' l-ajru għandu jkun iddisinjat, irregolat u amministrat b'mod stratiġiku fuq bażi Ewropea. |
(3) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħolqien ta' l-ajru uniku Ewropew tat-30 ta' Novembru 2001 jitlob għal riforma strutturali li tippermetti l-ħolqien ta' l-ajru uniku Ewropew permezz ta' amministrazzjoni progressivament aktar integrata ta' spazju ta' l-ajru u l-iżvilupp ta' konċetti u proċeduri ġodda ta' amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 (ir-Regolament qafas) ( 5 ) jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-ajru uniku Ewropew. |
(5) |
L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili ta' l-1944, l-Istati Kontrajenti jirrikonoxxu li “kull Stat għandu sovranità komplut u esklussiv fuq l-ispazju ta' l-ajru fuq it-territorju tiegħu”. Huwa fil-qafas ta' sovranità tali li l-Istati Membri tal-Komunità, suġġetti għal konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, jeżerċitaw is-setgħat ta' awtorita pubblika meta jikkontrollaw it-trafiku ta' l-ajru. |
(6) |
L-ispazju ta' l-ajru huwa riżorsa komuni għall-kategoriji kollha ta' utenti li jeħtieġ tkun użata b'mod flessibbli minnhom kollha, biex ikunu żgurati ġustizzja u trasparenza filwaqt li jitqiesu l-ħtiġiet ta' sigurta u difiża ta' Stati Membri u l-impenji tagħhom f'organizzazzjonijiet internazzjonali. |
(7) |
Amministrazzjoni effiċjenti ta' spazju ta' l-ajru hija fundamentali biex tiżdied il-kapaċità tas-sistema ta' servizzi ta' traffiku ta' l-ajru. |
(8) |
L-attivitajiet ta' l-Eurocontrol jikkonfermaw li x-xibka ta' rotot u struttura ta' spazju ta' l-ajru ma jistgħux realistikament ikunu żviluppati f'iżolazzjoni, għax kull Stat Membru huwa element integrali tax-Xibka Ewropea ta' amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru (XEATA), kemm ġewwa kif ukoll barra l-Komunità. |
(9) |
Spazju ta' l-ajru li jopera aktar integrat progressivament għandu jkun stabbilit għal traffiku ta' l-ajru en-route ġenerali fl-ispazju ta' l-ajru ta' aktar 'il fuq; il-konfini bejn spazju ta' l-ajru ta' aktar 'il fuq u ta' aktar 'l isfel għandha tkun identifikata skond dan. |
(10) |
Reġjun Ewropew ta' Informazzjoni għal Titjir Aktar 'il Fuq (AEIF) li jikkomprendi l-ispazju ta' l-ajru ta' aktar 'il fuq taħt ir-responsabbilita ta' l-Istati Membri fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandu jiffaċilita l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni komuni dwar ippjanar u aeronawtika biex jingħelbu konġestjonijiet reġjonali. |
(11) |
Utenti ta' spazju ta' l-ajru jiffaċċjaw kondizzjonijiet diversi ta' aċċess għal, u ħelsien ta' moviment fi, l-ispazju ta' l-ajru Komunitarju. Dan hu dovut għan-nuqqas ta' armonizzazzjoni fil-klassifika ta' spazju ta' l-ajru. |
(12) |
Il-konfigurazzjoni mill-ġdid ta' l-ispazju ta' l-ajru għandu jkun ibbażat fuq rekwiżiti operazzjonali mingħajr ma jittieħed każ ta' konfini eżistenti. Prinċipji komuni ġenerali biex jinħolqu blokki ta' spazju ta' l-ajru funzjonali uniformi għandhom ikunu żviluppati f'konsultazzjoni ma' u fuq il-bażi ta' parir tekniku minn Eurocontrol. |
(13) |
Huwa essenzjali li tinkiseb struttura komuni, armonizzata f'termini ta' rotot u setturi, biex tkun bażi ta' organizzazzjoni preżenti u futura ta' spazju ta' l-ajru fuq prinċipji komuni, u spazju ta' l-ajru jkun iddisinjat u amministrat skond regoli armonizzati. |
(14) |
Il-konċett ta' l-użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-ajru għandu jkun applikat b'mod effettiv; huwa meħtieġ li jsir l-aħjar użu mis-setturi ta' l-ispazju ta' l-ajru, speċjalment matul perjodi fl-aqwa tat-traffiku ta' l-ajru u fl-ispazju ta' l-ajru ta' traffiku intens, permezz ta' koperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward ta' l-użu ta' setturi tali għal operazzjonijiet militari u ta' taħriġ. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li jkunu allokati r-riżorsi xierqa għal implimentazzjoni effettiva tal-konċett ta' l-użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-ajru, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti kemm ċivili kif ukoll militari. |
(15) |
Stati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jikkoperaw ma' l-Istati Membri ġirien biex japplikaw il-konċett ta' l-użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-ajru min-naħa għall-oħra tal-konfini nazzjonali. |
(16) |
Differenzi fl-organizzazzjoni ta' koperazzjoni ċivili-militari fil-Komunità jirrestrinġu l-amministrazzjoni uniformi u f'waqtha ta' l-ispazju ta' l-ajru u l-implimentazzjoni ta' bidliet. Is-suċċess ta' l-ajru uniku Ewropew jiddependi fuq il-koperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet ċivili u militari, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi u responsabbilitajiet ta' l-Istati Membri fil-qasam tad-difiża. |
(17) |
Operazzjonijiet u taħriġ militari għandhom ikunu ssalvagwardjati kull meta l-applikazzjoni tal-pronċipji u kriterji komuni jkun detrimentali għat-twettiq salv u effiċjenti tagħhom. |
(18) |
Miżuri adegwati għandhom ikunu introdotti biex itejbu l-effikaċita ta' l-amministrazzjoni tal-fluss tat-traffiku ta' l-ajru biex jassistu unitajiet operazzjonali eżistenti, inkluża l-Unita Ċentrali Amministrattiva tal-Fluss ta' l-Eurocontrol, jiżguraw operazzjonijiet ta' titjir effiċjenti. |
(19) |
Huwa mixtieq li jkun hemm riflessjoni fuq l-estensjoni tal-konċetti ta' l-ispazju ta' l-ajru ta' aktar 'il fuq għall-ispazju ta' l-ajru ta' aktar 'l isfel, skond skeda ta' żmien u studji xierqa, |
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
IL-KAPITLU I
ĠENERALI
Artikolu 1
Għanijiet u ambitu
1. Fl-ambitu tar-Regolament qafas, dan ir-Regolament jikkonċerna l-organizzazzjoni u l-użu ta' spazju ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew. L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jsostni l-konċett ta' spazju ta' l-ajru li jopera progressivament aktar integrat fil-kuntest tal-politika ta' trasport komuni u jistabbilixxi proċeduri komuni għal iddisinjar, ippjanar u amministrazzjoni li jiżguraw it-twettiq effiċjenti u salv ta' l-amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru.
2. L-użu ta' spazju ta' l-ajru għandu jsostni l-operazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni ta' l-ajru bħala entita koerenti u konsistenti skond ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-proviżjoni ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-proviżjon tas-servizz) ( 6 ).
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, dan ir-Regolament għandu japplika għall-ispazju ta' l-ajru fir-reġjuni ta' l-OIAĊ EUR u AFI fejn Stati Membri huma responsabbli għall-proviżjoni ta' servizzi ta' traffiku ta' l-ajru skond ir-Regolament tal-proviżjoni tas-servizz. Stati Membri jistgħu wkoll japplikaw dan ir-Regolament għal spazju ta' l-ajru taħt ir-responsabbilta tagħhom f'reġjuni oħra ta' l-OIAĊ, bil-kondizzjoni li jinformaw b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
4. Ir-Reġjuni ta' Informazzjoni dwar Titjir li jidħlu fl-ispazju ta' l-ajru li għalih dan ir-Regolamentr japplika għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
IL-KAPITLU II
ARKITETTURA TA' L-SPAZJU TA' L-AJRU
▼M1 —————
Artikolu 3
Ir-Reġjun Ewropew għall-Informazzjoni dwar it-Titjiriet Aktar ‘il Fuq (EUIR)
1. Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jimmiraw għat-twaqqif u r-rikonoxximent min-naħa tal-ICAO ta’ EUIR uniku. Għal dak l-iskop, minħabba kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha, tippreżenta rakkomandazzjoni lill-Kunsill skont l-Artikolu 300 tat-Trattat sal-4 ta’ Diċembru 2011.
2. L-EUIR għandu jitfassal biex jikkomprendi l-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont l-Artikolu 1(3) u jista’ wkoll jinkludi spazju tal-ajru ta’ pajjiżi terzi Ewropej.
3. L-istabbiliment tal-EUIR għandu jkun bla ħsara għar-responsabbiltà ta’ Stati Membri għad-deżinjazzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ traffiku tal-ajru għall-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-forniment ta’ servizzi.
4. L-Istati Membri għandhom iżommu ir-responsabbiltajiet tagħhom lejn l-ICAO fil-limiti ġeografiċi tar-reġjuni ta’ informazzjoni ta’ titjir ta’ aktar ‘il fuq fdata lilhom mill-ICAO fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3a
Informazzjoni ajrunawtika elettronika
1. Bla ħsara għall-pubblikazzjoni mill-Istati Membri tal-informazzjoni areonawtika, u b’mod konsistenti ma’ din il-pubblikazzjoni il-Kummissjoni, f’ħidma b’kooperazzjoni mal-Eurocontrol, għandha tiżgura d-àdisponibbiltà tal-informazzjoni ajrunawtika ta’ kwalità għolja, ippreżentata b’mod armonizzat u li sservi l-ħtiġijiet tal-utenti rilevanti kollha f’termini tal-àkwalità tad-data u fiż-żamma tal-ħin.
2. Għall-għan ta’ paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha:
(a) tiżgura l-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ informazzjoni ajrunawtika fuq livell Komunitarju taħt forma ta’ portal elettroniku ta’ informazzjoni integrata b’aċċess għall-partijiet interessati. L-infrastruttura għandha tintegra l-aċċess u l-forniment tal-elementi meħtieġa għad-data, iżda mhux limitati għall-informazzjoni ajrunawtika, informazzjoni tal-uffiċjal tar-rapportaġġ tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ARO), informazzjoni meterjoloġika u informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-fluss;
(b) Issostni l-immodernizzar u l-armonizzazzjoni għall-forniment tal-informazzjoni ajrunawtika fl-aktar sens wiesa’ tiegħu b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Eurocontrol u l- ICAO.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli implimentattivi dettaljati għal dan l-Artikolu skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas.
Artikolu 4
Regoli ta’ klassifikazzjoni tal-ajru u l-ispazju tal-ajru
Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċeduri regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas, tadotta regoli implimentattivi sabiex:
(a) tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa dwar ir-regoli tal-ajru fuq il-bażi tal-istandards tal-ICAO u l-prattiki rakkomandati;
(b) tarmonizza l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru tal-ICAO, b’adattament xieraq, sabiex ikun żgurat forniment mingħajr intoppi ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru sikuri u effiċjenti fi ħdan l-ajru uniku Ewropew.
▼M1 —————
Artikolu 6
Il-ġestjoni u t-tfassil tan-netwerk
1. Il-funzjonijiet tan-netwerk ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) għandhom jippermettu l-aqwa użu tal-ispazju tal-ajru u jiżguraw li l-utenti tal-ispazju tal-ajru jkunu jistgħu joperaw fuq it-trajettorji ppreferuti, filwaqt li jippermettu aċċess massimu għall-ispazju tal-ajru u s-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru. Dawn il-funzjonijiet tan-netwerk għandhom ikunu mmirati biex jiġu appoġġjati l-inizjattivi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali u għandhom jitwettqu b’mod li jirrispetta s-separazzjoni tal-ħidmiet regolatorji u operattivi.
2. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet msemmija fil-paragrafu 1, u bla ħsara għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tar-rotot nazzjonali u l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jitwettqu l-funzjonijiet li ġejjin:
(a) it-tfassil tan-netwerk Ewropew tar-rotot;
(b) il-koordinazzjoni tar-riżorsi skarsi, ġewwa l-faxex ta’ frekwenza tal-avjazzjoni użati mit-traffiku tal-ajru, b’mod partikolari il-frekwenzi tar-radju u l-kodiċi tar-radar transponder.
Il-funzjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu m’għandhomx jinvolvu l-adozzjoni ta’ miżuri vinkolanti ta’ ambitu ġenerali jew l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni politika. Huma għandhom iqisu l-proposti stabbiliti fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali. Dawn għandhom jitwettqu f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet militari skont il-proċeduri miftiehma li jikkonċernaw l-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.
Il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Ajru Uniku u f’konformità mar-regoli implimentattivi msemmija fil-paragrafu 4, tinkariga lill-Eurocontrol jew lil korp ieħor kompetenti u imparzjali bil-kompiti neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu. Dawn il-kompiti għandom jitwettaqu b’mod imparzjali, ekonomikament effettiv; u għandhom jitwettqu f’isem l-Istati Membri u l-partijiet interessati. Huma għandhom ikunu soġġetti għal governanza xierqa, li tirrikonoxxi r-responsabilitajiet separati għall-provvediment tas-servizzi u għar-regolamentazzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati il-ħtiġijiet tan-netwerk sħiħ tal-ATM u bl-involviment sħiħ tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru.
3. Il-Kummissjoni tista’ żżid mal-lista ta’ funzjonijiet fil-paragrafu 2 wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati tal-industrija. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentah, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikoli 5(4) tar-Regolament qafas.
4. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu, apparti għal dawk imsemmija fil-paragrafi 6 sa 9, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas. Dawk ir-regoli implimentattivi għandhom jindirizzaw b’mod partikulari:
(a) il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċessi u l-proċeduri biex titjieb l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-frekwenza ajrunawtika inkluż l-iżvilupp ta’ prinċipji u kriterji;
(b) il-funzjoni ċentrali biex jiġu kkoordinati l-identifikazzjoni bikrija u r-riżoluzzjoni tal-ħtiġijiet ta’ frekwenza fil-faxex allokati għat-traffiku tal-ajru ġenerali Ewropew biex jiġu appoġġjati d-disinn u l-operat tan-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni;
(c) il-funzjonijiet addizzjonali tan-netwerk kif definit fil-Pjan Ġenerali tal-ATM;
(d) l-arranġamenti dettaljati għat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod koperattiv bejn l-Istati Membri, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-funzjoni tal-ġestjoni tan-netwerk għall-ħidmiet imsemmija fil-paragrafu 2;
(e) l-arranġamenti għall-konsultazzjoni tal-partijiet interessati relevanti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew; u
(f) fi ħdan l-ispektrum tar-radju allokat għat-traffiku tal-ajru ġenerali mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni, qsim tal-ħidmiet u r-responsabbilitajiet bejn il-funzjoni tal-ġestjoni tan-netwerk u l-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, filwaqt li jiġi żgurat li l-funzjonijiet tal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali jkomplu jwettqu dawk il-kompiti ta’ frekwenza li m’għandhom l-ebda impatt fuq in-netwerk. Fir-rigward ta’ dawk il-każijiet li m’għandhom l-ebda impatt fuq in-netwerk, il-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali għandhom jikkooperaw ma’ dawk responsabbli għall-funzjoni tal-ġestjoni tan-netwerk biex jiġi ottimizzat l-użu tal-frekwenzi.
5. Aspetti ta’ tfassil tal-ispazju tal-ajru minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu kkunsidrati fuq livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali. Dan il-proċess tat-tfassil għandu jikkunsidra t-talbiet u l-kumplessità tat-traffiku, il-pjani tal-prestazzjoni tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali jew nazzjonali u għandu jinkludi konsultazzjoni sħiħa mal-utenti tal-ispazju tal-ajru relevanti jew mal-gruppi relevanti li jirrappreżentaw l-utenti tal-ispazju tal-ajru u mal-awtoritajiet militari skont kif ikun xieraq.
6. L-Istati Membri għandhom jinkarigaw lill-Eurocontrol jew lil korp ieħor kompetenti u imparzjali bil-prestazzjoni tal-amministrazzjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, u dan soġġett għal arranġamenti ta’ sorveljanza xierqa.
7. Ir-regoli implimentattivi għall-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, inklużi l-arranġamenti ta’ sorveljanza neċessarji, għandhom jiġu żviluppati f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament qafas u adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas, bil-għan li tiġi ottimizzata l-kapaċità disponibbli fl-użu tal-ispazju tal-ajru u jitjiebu l-proċessi tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru. Dawn ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq trasparenza u effiċjenza, filwaqt li jiġi żgurat li tiġi pprovduta kapaċità b’mod flessibbli u f’waqtha, konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Pjan Reġjonali ta’ Navigazzjoni tal-Ajru tal-ICAO, Reġjun Ewropew.
8. Ir-regoli implimentattivi għall-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru għandhom isostnu d-deċiżjonijiet operattivi meħuda mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, mill-operaturi ta’ ajruporti u mill-utenti tal-spazju tal-ajru u għandhom ikopru l-oqsma li ġejjin:
(a) l-ippjanar tat-titjiriet;
(b) l-użu tal-kapaċità tal-ispazju tal-ajru disponibbli matul il-fażijiet kollha tat-titjir, inkluż l-assenjazzjoni tas-slots; u
(c) l-użu ta’ rotot mit-traffiku tal-ajru ġenerali, inklużi
— il-ħolqien ta’ pubblikazzjoni unika għall-orjentazzjoni tar-rotot u tat-traffiku;
— possibilitajiet għad-devjazzjoni tat-traffiku tal-ajru ġenerali minn żoni ta’ konġestjoni, u
— regoli ta’ prijorita dwar l-aċċess għall-ispazju tal-ajru għat-traffiku tal-ajru ġenerali, b’mod partikulari matul perjodi ta’ konġestjoni u kriżi.
9. Meta tkun qed tiżviluppa u tadatta ir-regoli ta’ implimentazzjoni il-Kummissjoni għandha, kif ikun xieraq u mingħajr preġudizzju għas-sikurezza, tieħu kont tal-konsistenza bejn il-pjani tat-titjiriet u l-islots tal-ajruporti u l-koordinazzjoni meħtieġa ma reġjuni qrib.
IL-KAPITLU III
UŻU FLESSIBBLI TA' L-ISPAZJU TA' L-AJRU FL-AJRU UNIKU EWROPEW
Artikolu 7
Użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-ajru
1. Filwaqt li jqisu l-organizzazzjoni ta' l-aspetti militari taħt ir-responsabbilta tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-applikazzjoni uniformi fl-ajru uniku Ewropew tal-konċett ta' l-użu flessibbli ta' spazju ta' l-ajru kif deskritt mill-OIAĊ u kif żviluppat minn Eurocontrol, biex jiffaċilitaw l-amministrazzjoni ta' spazju ta' l-ajru u amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru fil-kuntest tal-politika komuni ta' trasport.
2. Stati Membri għandhom jirrapportaw ta' kull sena lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, fil-kuntest tal-politika komuni ta' trasport, tal-konċett ta' l-użu flessibbli ta' spazju ta' l-ajru fir-rigward ta' spazju ta' l-ajru taħt ir-responsabbilta tagħhom.
3. Fejn, b'mod partikulari wara r-rapporti ssottomessi minn Stati Membri, isir meħtieġ li tkun irrinforzata u armonizzata l-applikazzjoni tal-konċett ta' l-użu flessibbli ta' spazju ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew, regoli li jimplimentaw fil-kuntest tal-politika komuni ta' trasport għandhom ikunu addottati skond il-proċedura taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament qafas.
Artikolu 8
Sospensjoni temporanja
1. F'każijiet fejn l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 tqajjem diffikultajiet operazzjonali sinifikanti, Stati Membri jistgħu jissospendu temporanjament applikazzjoni tali fuq kondizzjoni li jinformaw b'dan mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra.
2. Wara l-introduzzjoni ta' sospensjoni temporanja, aġġustamenti għar-regoli addottati taħt l-Artikolu 7(3) għandhom jinħadmu għall-ispazju ta' l-ajru taħt ir-responsabbilta ta' l-Istat(i) Membru(i) kkonċernat, skond il-proċedura taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament qafas.
▼M1 —————
IL-KAPITLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 10
Reviżjoni
Fil-kuntest tar-reviżjoni perjodika li jirreferi għaliha l-Artikolu 12(2) tar-Regolament qafas, il-Kummissjoni għandha tiffinalizza studju prospettiv dwar il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni futura tal-konċetti li jirreferi għalihom l-Artikolu 3, 5 u 6 għall-ispazju ta' l-ajru ta' aktar 'l isfel.
Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta' l-istudju u fid-dawl tal-progress miksub, il-Kummissjoni għandha tissottometti l-aktar tard sal-31 ta' Diċembru 2006 rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkompanjat, jekk xieraq, bi proposta biex jestendu l-applikazzjoni ta' dawn il-konċetti għall-ispazju ta' l-ajru ta' aktar 'l isfel, jew jiddeterminaw xi passi oħra. Fil-każ li tkun prevista estensjoni tali, id-deċiżjoni relevanti għandha preferibilment tittieħed qabel il-31 ta' Diċembru 2009.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU C 103 E, tat-30.4.2002, p. 35
( 2 ) ĠU C 241, tas-7.10.2002, p. 24
( 3 ) ĠU C 278, ta' l-14.11.2002, p. 13
( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2002 (ĠU C 272 E, tat-13.11.2003, p. 316), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2003 (ĠU C 129 E, tat-3.6.2003, p. 11) u pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2003 (għandha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Riżoluzzjoni leġislatttiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Jannar 2004 u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Frar 2004.
( 5 ) ĠU L 96, tal-31.3.2004, p. 1.
( 6 ) ĠU L 96, tal-31.3.2004, p. 10.