This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02004L0037-20190726
Directive 2004/37/EC of the European Parliament and of the Council of 29 April 2004 on the protection of workers from the risks related to exposure to carcinogens or mutagens at work (Sixth individual Directive within the meaning of Article 16(1) of Council Directive 89/391/EEC) (codified version) (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Direttiva 2004/37/KE tal-parlament ewropew u l-kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (Test relevanti għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2004/37/KE tal-parlament ewropew u l-kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (Test relevanti għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02004L0037 — MT — 26.07.2019 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA 2004/37/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (ĠU L 158 30.4.2004, p. 50) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DIRETTIVA 2014/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014 |
L 65 |
1 |
5.3.2014 |
|
L 345 |
87 |
27.12.2017 |
||
L 30 |
112 |
31.1.2019 |
||
L 164 |
23 |
20.6.2019 |
||
REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
241 |
25.7.2019 |
DIRETTIVA 2004/37/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
tad-29 ta' April 2004
dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata)
(Test relevanti għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Oġġettiv
1. Din id-Direttiva għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra riskji għas-saħħa u sigurtà tagħhom, inkluż il-prevenzjoni ta' dawn ir-riskji, li jinqalgħu jew li jistgħu jinqalgħu minn esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol.
Tistabbilixxi ħtieġijiet minimi partikolari f'dan il-qasam, inklużi valuri limitu.
2. Din id-Direttiva m'għandiex tapplika għal ħaddiema esposti biss għal radjazzjoni kopruta mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
3. Direttiva 89/391/KEE għandha tapplika bi sħiħ għal erja kollha msemija fil-paragrafu 1, mingħajr pregudizzju għal disposizzjonijiet iktar stretti u/jew speċifiċi li jinsabu f'din id-Direttiva.
4. Fir-rigward tal-asbestos, li huwa ttrattat mid-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw kull meta jkunu aktar favorevoli għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva,
(a) “karċinoġenu” tfisser:
(i) sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu tal-kategorija 1 A jew 1B stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(ii) sustanza, taħlita jew proċess imsemmi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva kif ukoll sustanza jew taħlita rilaxxata minn proċess imsemmi f’dak l-Anness;
(b) “mutaġenu” tfisser:
sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala mutaġen għaċ-ċelloli ġerminali tal-kategorija 1 A jew 1B stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
(ċ) “valur limitu” tfisser, jekk mhux imkien ieħor speċifikat, il-medja kkunsidrat fil-funzjoni tal-ħin tal-limitu tal-konċentrazzjoni għal-“karċinoġenu jew mutaġenu” fl-arja ġewwa iż-żona ta' respirazzjoni ta' ħaddiem imqabbla mal-perjodu ta' referenza speċifiku kif iddikjarat fl-Anness III ta' din id-Direttiva.
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni – determinazzjoni u stima ta' riskji
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li fihom il-ħaddiema huma jew jistgħu jiġu esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni b'riżultat tax-xogħol tagħhom.
2. Fil-każ ta' kull attività li tista' tinvolvi riskju ta' esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni, n-natura, grad u dewmien ta' l-esposizzjoni tal-ħaddiema għandhom jiġu determinati sabiex jagħmluha possibbli li jistmaw kull riskju għas-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema u biex tistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu.
L-istima għandha tiġi mġedda regolarment u f'każ meta xi tibdil occurs fil-kondizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw l-esposizzjoni tal-ħaddiema għal karċinoġeni jew mutaġeni.
Il-prinċipal għandu jipprovdi l-awtoritajiet responsabbli fuq talba tagħhom bl-informazzjoni użata biex jagħmel l-istima.
3. Meta r-riskju qed jiġi stmat, qies għandu jiġi meħud tar-rotot ta' esposizzjoni kollha, bħal assorbiment ġewwa u/jew minn ġol-ġilda.
4. Meta l-istima ta' riskju tiġi esegwita, min iħaddem għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-effetti kollha li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li qegħdin f'riskju partikolari, inter alia, jieħdu qies tax-xewqa li ma jimpjiegawx dawn il-ħaddiema f'oqsma fejn jistgħu jiġu f'kuntatt ma' karċinoġeni jew mutaġeni.
KAPITOLU II
OBBLIGAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM
Artikolu 4
Riduzzjoni u sostituzzjoni
1. Min iħaddem għandu jnaqqas l-użu ta' karċinoġenu jew mutaġenu fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikolari billi tibdlu, sa fejn hu teknikament possibbli, b' sustanza, ►M1 taħlita ◄ jew proċess li, taħt il-kondizzjonijiet ta' l-użu tagħhom, ma' jkunux perikolużi jew inqas perikolużi għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, skond kif ikun il-każ.
2. Il-prinċipal għandu, fuq talba, jagħti s-sejbiet ta' l-investigazzjonijiet tiegħu lill-awtoritajiet relevanti.
Artikolu 5
Prevenzjoni u riduzzjoni ta' l-esposizzjoni
1. Meta r-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, l-esposizzjoni tal-ħaddiema għandha tiġi prevenuta.
2. Meta ma jkunx teknikament possibbli li jinbidel il-karċinoġenu jew il-mutaġenu minn sustanza, ►M1 taħlita ◄ jew proċess li, skond il-kondizzjonijiet ta' l-użu, mhuwiex perikoluż jew inqas perikoluż għas-saħħa u s-sigurtà, l-prinċipal għandu jiżgura li l-karċinoġenu jew il-mutaġenu huwa, sa fejn hu teknikament possibbli, mmanifatturat u użat f'sistema magħluqa.
3. Meta sistema magħluqa mhijiex teknikament possibbli, l-prinċipal għandu jiżgura li l-livell ta' esposizzjoni tal-ħaddiema jiġi mnaqqas għal livell kemm jista' jkun baxx kemm hu teknikament possibbli.
4. Esposizzjoni m'għandix tkun iktar mill-valur limitu tal-karċinoġenu kif iddikjarat fl-Anness III.
5. Kull meta karċinoġenu jew mutaġenu huwa użat, il-prinċipal għandu japplika l-miżuri li ġejjin:
(a) jillimita il-kwantitajiet ta' karċinoġenu jew mutaġenu fuq il-post tax-xogħol;
(b) iżomm baxx kemm jista' jkun in-numru ta' ħaddiema esposti jew li jista' jkunu esposti;
(ċ) jiddisinja proċessi ta' ħidma u miżuri ta' kontroll ta' l-inġinerija sabiex jevita jew inaqqas il-ħruġ ta' karċinoġeni jew mutaġeni fil-post tax-xogħol;
(d) jevakwa il-karċinoġeni jew mutaġeni mis-sors, mis-sistema ta' estrazzjoni lokali jew mill-ventilazzjoni ġenerali, dawn il-metodi kollha jkunu addattati u kompatibbli bil-ħtieġa li jipproteġu s-saħħa pubblika u l-ambjent;
(e) juża proċeduri addattati eżistenti għat-tkejjiel ta' karċinoġeni jew mutaġeni, b'mod partikolari għall-iskoperta bikrija ta' esposizzjonijiet anormali li jirriżultaw minn avveniment mhux previsti jew aċċident;
(f) applikazzjoni tal-proċeduri u metodi tax-xogħol addattati;
(g) miżuri ta' protezzjoni kollettivi u/jew, meta l-esposizzjoni ma tistax tiġi evitata b'mezzi oħra, miżuri ta' protezzjoni individwali;
(h) miżuri ta' iġene, b'mod partikolari tindif regolari ta' l-artijiet, ħitan u superfiċji oħra;
(i) informazzjoni lil ħaddiema;
(j) demarkazzjoni tal-postijiet ta' riskju u użu ta' sinjali ta' twissija u sigurtà adegwati inklużi sinjali ta' “no smoking” fil-postijiet fejn ħaddiema huma esposti jew jistgħu jkunu esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni;
(k) tfassil ta' pjani li jitratta ma' emerġenzi li jistgħu jirriżultaw f'esposizzjoni anormalment għolja;
(l) mezzi għal ħażna, mmaniġġjar u trasportazzjoni f'kondizzjoni ta' sigurtà, b'mod partikolari bl-użu ta' kontenituri ssiġillatti u tikkettati b' mod ċar u viżibli;
(m) mezzi għal ġbir, ħażna u tneħħija ta' skart mill-ħaddiema f'kondizzjoni ta' sigurtà, inkluż l-użu ta' kontenituri ssiġillatti u tikkettati b' mod ċar u viżibli.
Artikolu 6
Informazzjoni fuq l-awtorità kompetenti
Meta r-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa jew sigurtà tal-ħaddiema, min iħaddem għandu, meta mitlub, jagħmel għad-disposizzjoni lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni adddattata fuq:
(a) l-attivitajiet u/jew proċessi industrijali esegwiti, inklużi r-raġunijiet għal liema l-karċinoġeni jew mutaġeni huma użati;
(b) il-kwantitajiet ta' sustanzi jew ►M1 taħlitiet ◄ immanifatturati jew użati li fihom karċinoġeni jew mutaġeni;
(ċ) in-numru ta' ħaddiema esposti;
(d) il-miżuri preventivi meħuda;
(e) it-tip ta' apparat protettiv użat;
(f) in-natura u l-grad ta' esposizzjoni;
(g) il-każi ta' tibdil.
L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-informazzjoni taħt il-punti (a) sa (g) tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fir-rapporti tagħhom li jissottomettu lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE.
Artikolu 7
Esposizzjoni Mhux Prevista
1. F'każ ta' avveniment mhux previst jew aċċident li jista' jirriżulta f'esposizzjoni anormali tal-ħaddiema, l-prinċipal għandu jinforma l-ħaddiema tiegħu.
2. Sakemm is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal u l-kawżi ta' esposizzjoni anormali ġew eliminati:
(a) dawk il-ħaddiema biss li huma essenzali għal esegwiment ta' riparazzjonijiet u xogħol neċessarju ieħor għandhom jiġu permessi li jaħdmu fl-postijiet affettwati;
(b) il-ħaddiema kkonċernati għandhom jiġu provduti b'ilbies protettiv u apparat individwali għal protezzjoni respiratorja li huma għandhom jilbsu; l-esposizzjoni tista' ma tkunx permanenti u għandha tibqa miżmuma sal-minimu strett tal-ħin neċessarju għal kull ħaddiem;
(ċ) ħaddiema mhux protetti m'għandhomx jitħallew jaħdmu fl-postijiet affettwati.
Artikolu 8
Esposizzjoni Prevista
1. Għal ċerti attivitajiet bħal manutenzzjoni, li dwarhom huwa previst li hemm il-potenzal għal żieda sinjifikanti fl-esposizzjoni tal-ħaddiema, u li dwarhom kull skop għal miżuri preventivi tekniċi ulterjuri biex jillimitaw l-esposizzjoni tal-ħaddiema ġiet diġa eżawrita, l-prinċipal għandu jiddetermina, wara konsultazzjoni tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentattivi tagħhom fl-impriża jew stabbiliment, mingħjr preġudizzju għar-responsabbilità tal-prinċipal, il-miżuri neċessarji biex inaqqsu d-dewmien ta' l-esposizzjoni tal-ħaddiema għal minimu possibbli u biex tiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema waqt li jkunu okkupati b'dawn l-attivitajiet.
Skond l-ewwel subparagrafu, il-ħaddiema konċernati għandhom jiġu provduti b' ilbies protettiv u apparat individwali għal protezzjoni respiratorja li għandhom jilbsu sakemm l-esposizzjoni anormali tippersisti; dik l-esposizzjoni tista' ma tkunx permanenti u għandha tiġi miżmuma għal minimu strett ta' ħin neċessarju għal kull ħaddiem.
2. Miżuri addattati għandhom jiġu meħuda biex jiżguraw li l-postijiet li fihom l-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 1 isiru huma demarkati b'mod ċar u indikati jew li persuni mhux awtorizzati huma prevenuti b' mezzi oħra milli jkollhom aċċess għal dawn postijiet.
Artikolu 9
Aċċess għal postjiet ta' riskju
Miżuri addattati għandhom jiġi meħuda minn min iħaddem biex jiżguraw li l-aċċess għall-postijiet li fihom l-attivitajiet li dwarhom ir-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-sigurtà jew saħħa tal-ħaddiema isiru huma aċċessibli unikament għal ħaddiema li, minħabba x-xogħol jew dmirijiet tagħhom, huma meħtieġa li jidħlu fihom.
Artikolu 10
Iġene u protezzjoni individwali
1. Min iħaddem għandu l-obbligu, f'każ ta' l-attivitajiet kollha għal liema hemm riskju ta' kontaminazzjoni minn karċinoġeni jew mutaġeni, li jieħdu miżuri addattati biex jiżguraw li:
(a) ħaddiema ma jieklux, jixorbux jew ipejjpu fl-postijiet tax-xogħol fejn hemm ir-riskju ta' kontaminazzjoni minn karċinoġeni jew mutaġeni;
(b) ħaddiema huma provduti b'ilbies protettiv addattat jew ilbies speċjali addattat;
(ċ) postijiet ta' ħażna separata huma provduti għall-ilbies protettiv jew tax-xogħol u għal ħwejjeġ ċivili;
(d) ħaddiema huma provduti b'faċilitajiet iġeniċi addattati u adegwati;
(e) apparat protettiv huwa maħżun sew f'post definit ċar u huwa ċċekjat u mnaddaf jekk possibbli qabel, u f'kull każ wara, kull użu;
(f) apparat diffettuż huwa imsewwi jew mibdul qabel użu ulterjuri.
2. Ħaddiema jistgħu ma jkunux mitluba jħallsu l-ispiża tal-miżuri ddikjarati fil-paragrafu 1.
Artikolu 11
Informazzjoni u taħriġ tal-ħaddiema
1. Miżuri addattati għandhom jiġu meħuda mill-prinċipal biex jiżgura li ħaddiema u/jew ir-rapprezentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment jirċievu taħriġ suffiċjenti u addattat, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni għad-disposizzjoni, b'mod partikolari fil-forma ta' informazzjoni u struzzjoni, li jikkonċernaw:
(a) riskji potezjali għas-saħħa, inklużi riskji addizzjonali minħabba konsum ta' tabakk;
(b) prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jipprevjenu esposizzjoni;
(ċ) ħtieġijiet ta' iġene;
(d) ilbies u użu ta' apparat u lbies protettiv;
(e) passi li għandhom jittieħdu mill-ħaddiema, inklużi ħaddiema ta' salvataġġ, fil-każ ta' inċidenti u biex tipprevjeni inċidenti.
It-taħriġ għandu jkun:
— addattat biex jieħu qies tar-riskji ġodda jew mibdula, u
— ripetut perjodikament jekk neċessarju.
2. Min iħaddem għandu jinformaw lil ħaddiema fuq l-installazzjonijiet u kontenituri relatati li fihom karċinoġeni jew mutaġeni, jiżguraw li l-kontenituri kollha, pakketti u installazzjonijet li fihom karċinoġeni jew mutaġeni huma tikkettati b'mod ċar u li jinqara, u juru sinjali ta' twissija u periklu b'mod ċar u viżibli.
Artikolu 12
Informazzjoni għal ħaddiema
Miżuri addattati għandhom jittieħdu biex jiżguraw li:
(a) ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment jistgħu jiċċekjaw li din id-Direttiva hija applikata jew tista' tiġi involuta fl-applikazzjoni tagħha, b'mod partikolari fir-rigward ta':
(i) il-konsegwenzi għas-sigurtà u saħħa tal-ħaddiema konnessi ma' l-għażla, l-ilbies u l-użu ta' lbies u apparat protettiv, mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità tal-prinċipal biex jiddetermina l-effettività ta' l-apparat u l-ilbies protettiv;
(ii) il-miżuri determinati mill-prinċipal li huma msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 8(1), mingħajr preġudizzju lejn ir-responsabbilta tal-prinċipal biex jiddetermina dawn il-miżuri;
(b) ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment huma infurmati malajr kemm jista' jkun dwar esposizzjonijiet anormali, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 8, fuq il-kawżi tiegħu u fuq il-miżuri meħuda jew li ser jiġu meħuda biex tikkoreġġi s-sitwazzjoni;
(ċ) il-prinċipal iżomm lista aġġornata ta' ħaddiema okkupati fl-attivitajiet li dwarhom ir-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema, li tindika, jekk l-informazzjoni qedgħha għad-diposizzjoni, l-esposizzjoni li ġew suġġetti għaliha;
(d) it-tabib u/jew l-awtorità kompetenti kif ukoll l-persuni l-oħra kollha li għandhom responsabbilità għas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandhom aċċess għall-lista msemmija f'punt (ċ);
(e) kull ħaddiem għandu aċċess għall-informazzjoni fuq il-lista li tirrelata miegħu personali;
(f) ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment għandhom aċċess għal informazzjoni kollettiva anonima.
Artikolu 13
Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema
Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew rappreżentanti tagħhom b'konnessjoni ma' materji kopruti minn din id-Direttiva għandhom isiru skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE.
Artikolu 13a
Ftehimiet bejn is-sħab soċjali
Il-ftehimiet bejn is-sħab soċjali possibbilment konklużi fil-qasam ta' din id-Direttiva għandhom ikunu elenkati fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). Dik il-lista għandha tiġi aġġornata b'mod regolari.
KAPITOLU III
DISPOSIZZJONIJIET DIVERSI
Artikolu 14
Sorveljanza tas-saħħa
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, f’konformità mal-liġi jew prattika nazzjonali, arranġamenti għat-twettiq tas-sorveljanza rilevanti tas-saħħa tal-ħaddiema li għalihom ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza. It-tabib jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema jistgħu jindikaw li s-sorveljanza tas-saħħa għandha tkompli wara t-tmiem tal-espożizzjoni sakemm huma jikkunsidraw li tkun meħtieġa għas-salvagwardja tas-saħħa tal-ħaddiem konċernat.
2. L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu tali li kull ħaddiem għandu jkun kapaċi li jgħaddi minn, jekk addattat, sorveljanza tas-saħħa relevanti:
qabel l-esposizzjoni,
f'intervalli regolari wara hekk.
Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu hekk li huwa direttament possibbli biex timplimenta miżuri ta' iġene individwali u fuq il-post tax-xogħol.
3. Jekk ħaddiem jiġi misjub li qed issoffri minn anormalita li hi suspetta li tkun riżulta ta' esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni, t-tabib jew awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema jista' jeħtieġ ħaddiema oħra li ġew esposti bħalu biex jgħaddu minn sorveljanza tas-saħħa.
F'dak il-każ, stima mill-ġdid tar-riskju ta' esposizzjoni għandu jiġi esegwit skond l-Artikolu 3(2).
4. Fil-każi fejn sorveljanza tas-saħħa hija esegwita, record mediku individwali għandu jiġi miżmum u t-tabib jew awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa għandhom jipproponu xi miżuri protettivi jew preventivi li għandhom jittieħdu dwar ħaddiema individwali.
5. Informazzjoni u parir għandhom jiġu mogħtija lil ħaddiema rigward kull sorveljanza ta' saħħa li huma jistgħu jgħaddu minnha wara it-tmiem ta' l-esposizzjoni.
6. Skond liġijiet nazzjonali u/jew prattiki:
ħaddiema għandhom jkollhom aċċess għar-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa li tikkonċerna lilhom, u
il-ħaddiema kkonċernati jew il-prinċipal jistgħu jitolbu reviżjoni tar-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa.
7. Rakkomandazzjonijiet prattiċi għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema huma mogħtija fl-Anness II.
8. Il-każijiet kollha ta’ kanċer identifikati f’konformità mal-liġi jew prattika nazzjonali bħala li jirriżultaw minn espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal karċinoġeni jew mutaġeni għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-informazzjoni taħt dan il-paragrafu fir-rapporti tagħhom li jissottomettu lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE.
Artikolu 15
Żamma ta' Records
1. Il-lista msemmija f'punt (ċ) ta' l-Artikolu 12 u r-record mediku msemmi fl-Artikolu 14(4) għandhom jiġu miżmuma għal mill-inqas 40 sena wara t-tmiem ta' l-esposizzjoni, skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali.
2. Dawk id-dokumenti għandhom jiġu magħmula għad-disposizzjoni lill-awtorità responsabbli f'każi fejn l-impriża itemm l-attività, skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali.
Artikolu 16
Valuri limitu
1. Il-Kunsill għandu, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 137(2) tat-Trattat, iddikjarat valuri limitu fid-Direttivi fuq il-bażi ta' l-informazzjoni għad-disposizzjoni, inkluż data xjentifka u teknika, li dwarha dawk il-karċinoġeni jew mutaġeni kollha għal liema dan huwa possibbli, u, fejn neċessarju, disposizzjonijiet relatati oħra.
2. Valuri limitu u disposizzjonijiet relatati oħra huma ddikjarati fl-Anness III.
Artikolu 17
Emenda tal-Anness II
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness II, sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u s-sejbiet ġodda fir-rigward tal-karċinoġeni jew tal-mutaġeni.
Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien il-proċedura prevista fl-Artikolu 17b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
Artikolu 17a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 3 ).
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 17b
Proċedura ta’ urġenza
1. L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 17a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Artikolu 18
Użu ta' data
Il-Kummisjoni għandu jkollha aċċess għall-użu magħmul mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(8).
Artikolu 18a
Evalwazzjoni
Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-evalwazzjoni li jmiss tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-kuntest tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE, tevalwa wkoll il-ħtieġa li jiġi modifikat il-valur limitu għat-trab tas-silika kristallina respirabbli. Il-Kummissjoni għandha tipproponi, fejn adatt, l-emendi u l-modifiki meħtieġa relatati ma’ dik is-sustanza.
Mhux aktar tard minn matul l-ewwel tliet xhur tal-2019, il-Kummissjoni għandha, b’kont meħud tal-iżvilupp l-aktar reċenti fl-għarfien xjentifiku, tevalwa l-alternattiva li jiġi emendat l-ambitu ta’ din id-Direttiva biex jinkludi sustanzi reprotossiċi. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, kif adatt, u wara konsultazzjoni ma’ min imexxi u l-ħaddiema, proposta leġislattiva.
Mhux aktar tard mill-11 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-għażla li din id-Direttiva tiġi emendata biż-żieda ta’ dispożizzjonijiet dwar kombinazzjoni ta’ limitu ta’ espożizzjoni okkupazzjonali fl-arja u ta’ valur limitu bijoloġiku għall-kadmju u l-komposti inorganiċi tiegħu.
Mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2020 il-Kummissjoni għandha, waqt li tqis l-iżviluppi l-aktar reċenti fl-għarfien xjentifiku, u wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati rilevanti, b’mod partikolari mal-prattikanti u ma’ professjonisti fil-qasam tas-saħħa, tivvaluta jekk temendax din id-Direttiva sabiex tinkludi drogi perikolużi, inkluż drogi ċitotossiċi, jew jekk tipproponix strument aktar xieraq għall-fini li tiżgura s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema esposti għal drogi bħal dawn. Abbażi t’hekk, il-Kummissjoni għandha tressaq, jekk ikun xieraq u wara konsultazzjoni mal-maniġment u l-ħaddiema, proposta leġislattiva.
Artikolu 19
Notifika lill-Kummissjoni
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-futur fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.
Artikolu 20
Abrogazzjoni
Direttiva 90/394/KEE, kif emendat mid-Direttivi msemmija fl-Anness IV, Parti A ta' din id-Direttiva hija abrogata, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw limiti ta' żmien għat-trasposizzjoni ddikjarati fl-Anness IV, Parti B ta' din id-Direttiva.
Referenzi għad-Direttiva mibdula għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 21
Tidħol fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 22
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Lista ta' sustanzi, ►M1 taħlitiet ◄ u proċessi
(Artikolu 2(a)(iii))
1. Manifattura ta' awramin.
2. Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal idrokarbonji poliċikliċi aromatiċi preżenti fin-nugrufun, qatran minerali jew żift.
3. Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal trabijiet, dħaħen u sprejs prodotti waqt xiwi u elettroraffinar ta' materji ta' kuprunikil.
4. Proċess ta' aċidu b'saħħtu fil-manifattura ta' alkoħol isopropiliku.
5. Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal trabijiet ta' injam iebes ( 4 ).
6. Xogħol li jinvolvi espożizzjoni għat-trab tas-silika kristallina respirabbli ġġenerat minn proċess ta’ xogħol.
7. Xogħol li jinvolvi l-espożizzjoni tal-ġilda għal żjut minerali li qabel intużaw f'magni b'kombustjoni interna biex jillubrifikaw u jberrdu l-partijiet li jiċċaqilqu fil-magna.
8. Xogħol li jinvolvi l-espożizzjoni għal emissjonijiet tal-egżost minn magni diżil.
ANNESS II
Rakomandazzjonijiet prattiċi għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema
(Artikolu 14(7))
1. It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni għandhom ikunu familjari mal-kondizzjonijiet jew ċirkostanzi ta' esposizzjoni ta' kull ħaddiem.
2. Sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema għandha tiġi esegwita skond il-prinċipji u l-prattiċi tal-mediċina tal-post tax-xogħol; għandha tinkludi mill-inqas dawn il-miżuri li ġejjin:
iżomm records ta' l-istorja medika u professjoniali tal-ħaddiem,
intervista personali,
meta addattat, sorveljanza bijoloġika, kif ukoll skoperta ta' effetti bikrija u li jistgħu jinqalbu.
Testijiet ulterjuri jistgħu jiġu deċiżi għal kull ħaddiem meta hu jkun s-suġġett tas-sorveljanza tas-saħħa, fid-dawl tat-tagħrif l-iktar reċenti għad-disposizzjoni għal mediċina professjonali.
ANNESS III
VALURI TA' LIMITU U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA RELATATI B'MOD DIRETT (ARTIKOLU 16)
A. VALURI TA' LIMITU GĦALL-ESPOŻIZZJONI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
Isem tal-aġent |
Nru tal-KE (1) |
Nru tas-SAK (2) |
Valuri ta' limitu |
Notazzjoni |
Miżuri tranżizzjonali |
|||||
8 sigħat (3) |
Terminu qasir (4) |
|||||||||
mg/m3 (5) |
ppm (6) |
f/ml (7) |
mg/m3 (5) |
ppm (6) |
f/ml (7) |
|||||
Trab tal-injam iebes |
— |
— |
2 (8) |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
Valur limitu 3 mg/m3 sas-17 ta' Jannar 2023 |
Komposti tal-Kromju (VI) li huma karċinoġeni, fis-sens tal-punt (i) tal-Artikolu 2(a) (bħala kromju) |
— |
— |
0,005 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
Valur limitu 0,010 mg/m3 sas-17 ta' Jannar 2025 Valur limitu: 0,025 mg/m3 għal proċessi għal iwweldjar jew qtugħ bil-plasma jew proċessi ta' xogħol simili li jiġġeneraw dħaħen sas-17 ta' Jannar 2025 |
Fibri taċ-ċeramika refrattarji li huma karċinoġeni fis-sens tal-punt (i) tal-Artikolu 2(a) |
— |
— |
— |
— |
0,3 |
— |
— |
— |
— |
|
Trab tas-silika kristallina respirabbli |
— |
— |
0,1 (9) |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|
Benżen |
200-753-7 |
71-43-2 |
3,25 |
1 |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
Monomeru tal-vinil klorur |
200-831-0 |
75-01-4 |
2,6 |
1 |
— |
— |
— |
— |
— |
|
Ossidu tal-etilen |
200-849-9 |
75-21-8 |
1,8 |
1 |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
1,2-Epossipropan |
200-879-2 |
75-56-9 |
2,4 |
1 |
— |
— |
— |
— |
— |
|
Trikloroetilene |
201-167-4 |
79-01-6 |
54,7 |
10 |
— |
164,1 |
30 |
— |
ġilda (10) |
|
Akrilammid |
201-173-7 |
79-06-1 |
0,1 |
— |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
2-Nitropropan |
201-209-1 |
79-46-9 |
18 |
5 |
— |
— |
— |
— |
— |
|
o-Toluwidina |
202-429-0 |
95-53-4 |
0,5 |
0,1 |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
4,4′-Metilendianilina |
202-974-4 |
101-77-9 |
0,08 |
— |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
Epikloroidrina |
203-439-8 |
106-89-8 |
1,9 |
— |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
Dibromur tal-etilene |
203-444-5 |
106-93-4 |
0,8 |
0,1 |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
1,3-Butadjen |
203-450-8 |
106-99-0 |
2,2 |
1 |
— |
— |
— |
— |
— |
|
Diklorur tal-etilene |
203-458-1 |
107-06-2 |
8,2 |
2 |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
Idrazina |
206-114-9 |
302-01-2 |
0,013 |
0,01 |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
Bromoetilena |
209-800-6 |
593-60-2 |
4,4 |
1 |
— |
— |
— |
— |
— |
|
Emissjonijiet tal-egżost minn magni diżil |
|
|
0,05 (*1) |
|
|
|
|
|
|
Il-valur ta' limitu għandu japplika mill-21 ta' Frar 2023. Għall-estrazzjoni ta' taħt l-art u l-bini tal-mini, il-valur ta' limitu għandu japplika mill-21 ta' Frar 2026. |
Taħlitiet ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, b'mod partikolari dawk li fihom il-benżo[a]piren, li huma karċinoġeni skont it-tifsira ta' din id-Direttiva |
|
|
|
|
|
|
|
|
ġilda (10) |
|
Żjut minerali li qabel intużaw f'magni b'kombustjoni interna biex jillubrifikaw u jberrdu l-partijiet li jiċċaqilqu fil-magna |
|
|
|
|
|
|
|
|
ġilda (10) |
|
Kadmju u l-komposti inorganiċi tiegħu |
— |
— |
0,001 (11) |
— |
— |
— |
— |
— |
|
Valur limitu ta' 0,004 mg/m3 (12) sal-11 ta' Lulju 2027. |
Berillju u l-komposti inorganiċi tal-berillju |
— |
— |
0,0002 (11) |
— |
— |
— |
— |
— |
sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda (13) |
Valur limitu ta' 0,0006 mg/m3 sal-11 ta' Lulju 2026. |
Aċidu arseniku u l-imluħ tiegħu, kif ukoll il-komposti inorganiċi tal-arseniku |
— |
— |
0,01 (11) |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
Għas-settur tat-tidwib tar-ram il-valur limitu għandu japplika mill-11 ta' Lulju 2023. |
Formaldeid |
200-001-8 |
50-00-0 |
0,37 |
0,3 |
— |
0,74 |
0,6 |
— |
sensitizzazzjoni tal-ġilda (14) |
Valur limitu ta' 0,62 mg/m3 jew 0,5 ppm (3) għas-settur tal-kura tas-saħħa, tal-funerali u dak tal-ibbalzmar sal-11 ta' Lulju 2024. |
4,4′-Metilen-bis(2-kloroanilina) |
202-918-9 |
101-14-4 |
0,01 |
— |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
(1) In-Nru tal-KE, jiġifieri EINECS, ELINCS jew NLP, huwa n-numru uffiċjali tas-sustanza fl-Unjoni Ewropea, kif definit fit-Taqsima 1.1.1.2 fl-Anness VI, il-Parti 1 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. (2) Nru tas-SAK: in-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tal-Astratt Kimiku. (3) Imkejla jew ikkalkulati b'rabta ma' perijodu ta' referenza tal-medja kkunsidrata fil-funzjoni tal-ħin ta' tmien sigħat (TWA). (4) Limitu ta' espożizzjoni għal żmien qasir (STEL). Valur ta' limitu li 'l fuq minnu ma għandux ikun hemm espożizzjoni u li huwa relatat ma' perijodu ta' 15-il minuta, sakemm mhux speċifikat mod ieħor. (5) mg/m3 = milligrammi kull metru kubu ta' arja b'20 °C u 101,3 kPa (pressjoni tal-merkurju ta' 760 mm). (6) ppm = partijiet kull miljun b'volum fl-arja (ml/m3). (7) f/ml = fibri kull millilitru. (8) Frazzjoni li tista' tinġibed 'il ġewwa man-nifs: jekk it-trabijiet tal-injam iebes jitħalltu ma' trabijiet ta' njam ieħor, il-valur ta' limitu għandu japplika għat-trabijiet kollha tal-injam li jkunu preżenti f'dik it-taħlita. (9) Frazzjoni respirabbli. (10) Kontribuzzjoni sostanzjali għall-piż totali tal-ġisem mill-espożizzjoni tal-ġilda possibbli. (11) Frazzjoni inalabbli. (12) Frazzjoni inalabbli. Frazzjoni respirabbli f'dawk l-Istati Membri li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jimplimentaw sistema ta' bijomonitoraġġ b'valur limitu bijoloġiku li ma jaqbiżx 0,002 mg Cd/g ta' kreatinina fl-awrina. (13) Is-sustanza tista' tikkawża sensitizzazzjoni tal-ġilda u tas-sistema respiratorja. (14) Is-sustanza tista' tikkawża sensitizzazzjoni tal-ġilda. (*1) Imkejla bħala karbonju elementali. |
B. DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA RELATATI B'MOD DIRETT
p.m.
ANNESS IV
Parti A
Direttiva abrogati u l-emendamenti suċċessivi tagħha
(msemmija bl-Artikolu 20)
Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE |
(ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1) |
Direttiva tal-Kunsill 97/42/KE |
(ĠU L 179, tat-8.7.1997, p. 4) |
Direttiva tal-Kunsill 1999/38/KE |
(ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 66) |
Parti B
Żmien perentorju għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali
(msemmija bl-Artikolu 20)
Direttiva |
Skadenza għat-trasposizzjoni |
90/394/KEE |
fil-31 ta' Diċembru 1992. |
97/42/KE |
fis-27 ta' Ġunju 2000. |
1999/38/KE |
fid-29 ta' April 2003. |
ANNESS V
TABELLA TAL-KORRELAZZJONI
Direttiva 90/394/KE |
Din id-Direttiva |
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 2(a) |
L-Artikolu 2(a) |
L-Artikolu 2(aa) |
L-Artikolu 2(b) |
L-Artikolu 2(b) |
L-Artikolu 2(c) |
L-Artikoli 3 to 9 |
L-Artikolu 3 to 9 |
L-Artikolu 10(1)(a) |
L-Artikolu 10(1)(a) |
L-Artikolu 10(1)(b), l-ewwel sentenza |
L-Artikolu 10(1)(b) |
L-Artikolu 10(1)(b), it-tieni sentenza |
L-Artikolu 10(1)(c) |
L-Artikolu 10(1)(c) |
L-Artikolu 10(1)(d) |
L-Artikolu 10(1)(d), l-ewwel u t-tieni sentenza |
L-Artikolu 10(1)(e) |
L-Artikolu 10(1)(d), it-tielet sentenza |
L-Artikolu 10(1) (f) |
L-Artikolu 10(2) |
L-Artikolu 10(2) |
L-Artikoli 11 sa 18 |
L-Artikoli 11 sa 18 |
L-Artikolu 19(1) l-ewwel subparagrafu |
|
L-Artikolu 19(1) it-tieni subpargrafu |
|
L-Artikolu 19(1) it-tielet subparagrafu |
|
L-Artikolu 19(2) |
L-Artikolu 19 |
|
L-Artikolu 20 |
|
L-Artikolu 21 |
L-Artikolu 20 |
L-Artikolu 22 |
L-Anness I |
L-Anness I |
L-Anness II |
L-Anness II |
L-Anness III |
L-Anness III |
|
L-Anness IV |
|
L-Anness V |
( 1 ) Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28).
( 2 ) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
( 3 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( 4 ) Lista ta' Monographs on the Evaluation of Carcinogenic Risks to Humans“Wood Dust and Formaldehyde” xi injam iebes tista' tinsab fil-Volum 62 tal-Monografi dwar l-Evalwazzjoni ta' Riskji Karċinoġeni għal Bniedem “Trab ta' l-Injam u Formaldehyde”, ippublikat mill-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka fuq il-Kanċer, Lyon, 1995.