This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02004F0757-20171122
Council Framework Decision 2004/757/JHA of 25 october 2004 laying down minimum provisions on the constituent elements of criminal acts and penalties in the field of illicit drug trafficking
Consolidated text: Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal- 25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi
Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal- 25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2004/757/2017-11-22
02004F0757 — MT — 22.11.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DEĊIŻJONI KWADRU TAL-KUNSILL 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 (ĠU L 335 11.11.2004, p. 8) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DIRETTIVA (UE) 2017/2103 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Novembru 2017 |
L 305 |
12 |
21.11.2017 |
ID-DEĊIŻJONI KWADRU TAL-KUNSILL 2004/757/ĠAI
tal-25 ta' Ottubru 2004
li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru:
1. “droga” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a) sustanza koperta mill-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata mill-Protokoll tal-1972, jew mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971;
(b) kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness;
2. “prekursuri” għandha tfisser kwalunkwe sustanza mdaħħla fil-leġislazzjoni Komunitarja li tagħti effett lill-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-20 ta' Diċembru 1988 kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u f'Sustanzi Psikotropiċi;
3. “persuna ġuridika” għandha tfisser kwalunkwe entita ġuridika li għandha tali status skond il-liġi nazzjonali applikabbli, għajr Stati jew korpi pubbliċi oħra li jaġixxu fl-eżerċizzju tad-drittijiet sovrani tagħhom u organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi;
4. “sustanza psikoattiva ġdida” tfisser sustanza f'forma pura jew fi preparazzjoni li mhijiex koperta mill-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata mill-Protokoll tal-1972, jew mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971 iżda tista' toħloq riskji għas-saħħa jew fil-livell soċjali simili għal dawk maħluqa mis-sustanzi koperti minn dawk il-Konvenzjonijiet;
5. “preparazzjoni” tfisser taħlita li fiha sustanza psikoattiva ġdida waħda jew aktar.
Artikolu 1a
Proċedura biex id-definizzjoni ta' “droga” tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda
1. Abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju jew valutazzjoni tar-riskju kombinata mwettqa skont l-Artikolu 5c tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), u f'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni mingħajr dewmien bla bżonn, għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 8a li jemenda l-Anness għal din id-Deċiżjoni Kwadru sabiex tiżdied is-sustanza jew sustanzi psikoattivi ġodda u sabiex jiġi pprovdut li s-sustanza jew sustanzi psikoattivi ġodda joħolqu riskji gravi għas-saħħa pubblika u, fejn applikabbli riskji gravi soċjali fil-livell tal-Unjoni, u li hija jew huma jiġu inklużi fid-definizzjoni ta' “droga”.
2. Waqt il-konsiderazzjoni dwar jekk għandhiex tadotta att delegat kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis jekk il-firxa jew it-tendenzi tal-użu tas-sustanza psikoattiva ġdida u d-disponibbiltà tagħha u l-potenzjal ta' diffużjoni fl-Unjoni humiex sinifikanti, u jekk il-ħsara għas-saħħa kkawżata mill-konsum tas-sustanza psikoattiva ġdida, flimkien mat-tossiċità akuta jew kronika tagħha u r-riskju ta' abbuż jew il-potenzjal li toħloq dipendenza fuqha, tkunx ta' theddida għall-ħajja. Il-ħsara għas-saħħa hija kkunsidrata bħala theddida għall-ħajja jekk is-sustanza psikoattiva ġdida x'aktarx tikkawża mewt jew korriment fatali, mard gravi, indeboliment fiżiku jew mentali gravi jew tixrid sinifikanti ta' mard, inkluż it-trasmissjoni ta' viruses li jinxterdu permezz tad-demm.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tqis jekk il-ħsara fil-livell soċjali kkawżata mis-sustanza psikoattiva ġdida lill-individwi u lis-soċjetà hijiex gravi, u, b'mod partikolari, jekk l-impatt tas-sustanza psikoattiva ġdida fuq il-funzjonament soċjali u l-ordni pubbliku ikunx tali li jfixkel l-ordni pubbliku, jew jikkawża imġiba vjolenta jew antisoċjali, li tirriżulta f'dannu lill-utent jew lil persuni oħra jew ħsara lil proprjetà, jew jekk attivitajiet kriminali, inkluż il-kriminalità organizzata, assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida humiex sistematiċi, jinvolvux profitti illeċiti sinifikanti jew jikkawżawx spejjeż ekonomiċi sinifikanti.
3. Jekk, fi żmien sitt ġimgħat mid-data meta jasal ir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju jew ir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju kkombinat skont l-Artikolu 5c(6) tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006, il-Kummissjoni tqis li mhuwiex neċessarju li jiġi adottat att delegat biex id-definizzjoni ta' “droga” tinkludi s-sustanza jew sustanzi psikoattivi ġodda, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega r-raġunijiet għalfejn ma għamlitx dan.
4. Rigward is-sustanzi psikoattivi ġodda inklużi fl-Anness għal din id-Deċiżjoni Kwadru, l-Istati Membri li ma jkunux għadhom għamlu hekk għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru għal dawk is-sustanzi psikoattivi ġodda malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat li jemenda l-Anness. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Deċiżjoni Kwadru jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 1b
Miżuri nazzjonali ta' kontroll
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi imposti fuq l-Istati Membri skont din id-Deċiżjoni Kwadru, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fit-territorji tagħhom, fir-rigward ta' sustanzi psikoattivi ġodda, kwalunkwe miżura nazzjonali ta' kontroll li jqisu xierqa.
Artikolu 2
Reati marbuta mat-traffikar ta' drogi u ta' prekursuri
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li meta mġieba minn dawn li ġejjin issir bil-ħsieb u tkun infondata fid-dritt din għandha tkun punibbli:
(a) il-produzzjoni, il-manifattura, l-estrazzjoni, il-preparazzjoni, l-offerta, l-offerta għall-bejgħ, id-distribuzzjoni, il-bejgħ, il-kunsinna fuq kwalunkwe kondizzjoni hi x'inhi, is-senserija, id-dispaċċ, id-dispaċċ fi transitu, it-trasport, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' drogi;
(b) il-kultivazzjoni tal-peprin ta' l-oppju, il-pjanta tal-koka u l-pjanta tal-kannabis;
(ċ) il-pussess jew ix-xiri ta' drogi bil-ħsieb li tiġi mwettqa waħda mill-attivitajiet mniżżla f'(a);
(d) il-manifattura, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta' prekursuri, meta wieħed ikun jaf li dawn ser jintużaw fi jew għall-produzzjoni jew manifattura illeċita ta' drogi.
2. L-imġieba deskritta fil-paragrafu 1 m' għandiex tiġi inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru meta din tiġi mwettqa mill-awturi tagħha esklussivament għall-konsum personali tagħhom kif definit mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 3
Tħajjir, għajnuna u assistenza u tentattiv
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jitqiesu bħala reat kriminali, t-tħajjir biex wieħed iwettaq, l-għajnuna u l-assistenza jew it-tentattiv ta' wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2.
2. Stat Membru jista' jeżenta minn responsabbiltà kriminali t-tentattiv ta' offerta jew preparazzjoni ta' drogi msemmi fl-Artikolu 2(1)(a) u t-tentattiv ta' pussess ta' drogi msemmi fl-Artikolu 2(1)(ċ).
Artikolu 4
Pieni
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li r-reati definiti fl-Artikoli 2 u 3 jkunu punibbli b'pieni kriminali li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 2 huma punibbli b'pieni kriminali ta' massimu ta' minn ta' l-inqas bejn sena u 3 snin ħabs.
2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (ċ) huma punibbli b'pieni kriminali ta' massimu ta' minn ta' l-inqas bejn 5 u 10 snin ħabs f'kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) ir-reat jinvolvi kwantitajiet kbar ta' drogi;
(b) ir-reat jew jinvolvi dawk id-drogi li jikkawżaw l-ikbar dannu għas-saħħa, jew jirriżulta f'dannu sinifikattiv għas-saħħa ta' għadd ta' persuni.
3. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li r-reati msemmija fil-paragrafu 2 huma punibbli b'pieni kriminali ta' massimu ta' minn ta' l-inqas 10 snin ta' privazzjoni tal-liberta', fejn ir-reat kien twettqet fil-kuntest ta' organizzazzjoni kriminali kif definit fl-Azzjoni Konġunta 98/733/ĠAI tal-21 ta' Diċembru 1998 dwar li tkun magħmula reat kriminali l-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea ( 2 ).
4. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 2(1)(d) huma punibbli b'pieni kriminali ta' massimu ta' minn ta' l-inqas bejn 5 u 10 snin ta' privazzjoni tal-libertà, fejn ir-reat twettaq fil-kuntest ta' organizzazzjoni kriminali kif definit fl-Azzjoni Konġunta 98/733/ĠAI, u l-prekursuri jkunu maħsuba li jiġu wżati fi jew għall-produzzjoni jew manifattura ta' drogi skond iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 2(a) jew (b).
5. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' vittmi u ta' partijiet terzi oħra in bona fide, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex tkun tista' ssir il-konfiska ta' sustanzi li jiffurmaw l-oġġett materjali ta' reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3, l-għodda użati jew maħsuba biex jiġu użati għal dawn ir-reati u qligħ minn dawn ir-reati jew il-konfiska ta' proprjetà li l-valur tagħha jikkorrispondi ma' dak ta' tali qligħ, sustanzi jew għodda.
It-termini “konfiska”, “għodda”, “qligħ” u “proprjetà” għandhom ikollhom l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' l-1990 dwar il-Laundering, it-Tfittxija, il-Qbid u l-Konfiska tal-Qligħ minn Kriminalità.
Artikolu 5
Ċirkostanzi partikolari
Minkejja l-Artikolu 4, kull Stat Membru jista' jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-pieni msemmija fl-Artikolu 4 jistgħu jiġu mnaqqsa jekk il-ħati:
(a) jirrinunzja l-attività kriminali relatata mat-traffikar ta' drogi u ta' prekursuri u
(b) jipprovdi lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji informazzjoni li huma kieku ma kienux xort' oħra jkunu jistgħu jakkwistaw, filwaqt li jgħinhom biex:
(i) jiġu prevenuti jew imnaqqsa l-effetti tar-reat,
(ii) jiġu identifikati jew imressqa quddiem il-ġustizzja l-ħatja l-oħra,
(iii) jinstabu provi jew
(iv) jiġu prevenuti reati ulterjuri msemmija fl-Artikoli 2 u 3.
Artikolu 6
Responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe mir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 2 u 3 mwettqa għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li jaġixxi jew waħdu jew bħala membru ta' organu tal-persuna ġuridika in kwistjoni, li għandu pożizzjoni ta' tmexxija fil-persuna ġuridika, ibbażata fuq waħda minn dawn li ġejjin:
(a) setgħa ta' rappreżentazzjoni tal-persuna ġuridika;
(b) awtorità li jieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika;
(ċ) awtorità li jeżerċita kontroll fil-persuna ġuridika.
2. Minbarra l-każijiet previsti fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli fejn in-nuqqas ta' superviżjoni jew kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 għamlet possibbli l-għemil ta' kwalunkwe mir-reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3 għall-benefiċċju ta' dik il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.
3. Ir-responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi skond il-paragrafi 1 u 2 m' għandhiex teskludi proċeduri kriminali kontra persuni fiżiċi li huma awturi, istigaturi jew kompliċi fi kwalunkwe waħda mir-reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3.
Artikolu 7
Sanzjonijiet għal persuni ġuridiċi
1. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skond l-Artikolu 6(1) hija punibbli b'sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra, bħal:
(a) esklużjoni minn dritt għal eżenzjoni mit-taxxa jew benefiċċji oħra jew għajnuna pubblika;
(b) skwalifika temporanja jew permanenti mit-twettiq ta' attivitajiet kummerċjali;
(ċ) tqegħid taħt superviżjoni ġudizzjarja;
(d) ordni ġudizzjarja ta' stralċ;
(e) għeluq temporanju jew permanenti ta' l-istabbilimenti użati biex jiġi mwettaq ir-reat;
(f) skond l-Artikolu 4(5), il-konfiska ta' sustanzi li jiffurmaw l-oġġett materjali ta' reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3, għodda wżati jew maħsuba biex jiġu wżati għal dawn ir-reati u qligħ minn dawn ir-reati jew il-konfiska ta' proprjetà li l-valur tagħha jikkorrispondi ma' dak ta' tali qligħ, sustanzi jew għodda.
2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skond l-Artikolu 6(2) tkun punibbli b'sanzjonijiet jew miżuri li huma effettivi, proporzjonali u dissważivi.
Artikolu 8
Ġurisdizzjoni u prosekuzzjoni
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3 fejn:
(a) parti mir-reat jew ir-reat kollu kemm hu jsir fit-territorju tiegħu;
(b) il-ħati huwa wieħed miċ-ċittadini tiegħu; jew
(ċ) ir-reat isir għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.
2. Fejn ir-reat isir ‘il barra mit-territorju tiegħu, Stat Membru jista' jiddeċiedi li mhux ser japplika r-regoli ta' ġurisdizzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1(b) u 1(ċ), jew li ser japplikahom biss f'każijiet jew ċirkostanzi speċifiċi.
3. Stat Membru li, taħt il-liġijiet tiegħu, ma jagħmilx estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi, fejn xieraq, il-ġurisdizzjoni tiegħu fuq reat imsemmi fl-Artikoli 2 u 3, u biex jieħu azzjoni kriminali, meta dan ir-reat isir minn wieħed miċ-ċittadini tiegħu ‘l barra mit-territorju tiegħu.
4. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw il-paragrafu 2 dawn għandhom jinfurmaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni, fejn xieraq b'indikazzjoni tal-każijiet jew taċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom tapplika d-deċiżjoni.
Artikolu 8a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 1a għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-22 ta' Novembru 2017. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1a tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta'April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 3 ).
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 1a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 9
Implimentazzjoni u rapporti
1. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru sa mhux aktar tard mit-12 ta' Mejju 2006.
2. Sat-terminu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ta' traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tagħhom ta' l-obbligi imposti fuqhom taħt din id-Deċiżjoni Kwadru. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mit-12 ta' Mejju 2009, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-twettiq ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, inkluż l-effetti tagħha fuq il-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ta' l-ittraffikar illeċitu tad-drogi. Wara dan ir-rapport, il-Kunsill għandu jistma, sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport, jekk l-Istati Membri ħadux il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni Kwadru.
Artikolu 10
Applikazzjoni territorjali
Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika għal Ġibiltà.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
ANNESS
Lista ta' sustanzi msemmija fil-punt (b) tal-punt (1) tal-Artikolu 1
1. P-Methylthioamphetamine jew 4-Methylthioamphetamine, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/615/ĠAI ( 4 ).
2. Paramethoxymethylamphetamine jew N-methyl-1-(4-methoxyphenyl) -2-aminopropane, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/188/ĠAI ( 5 ).
3. 2,5-dimethoxy-4-iodophenethylamine, 2,5-dimethoxy-4-ethylthiophenethylamine, 2,5-dimethoxy-4- (n)-propylthiophenethylamine u 2,4,5-trimethoxyamphetamine, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/847/ĠAI ( 6 ).
4. 1-benzylpiperazine jew 1-benzyl-1,4-diazacyclohexane jew N-benzylpiperazine jew benzylpiperazine, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/206/ĠAI ( 7 ).
5. 4-metilmetkatinon, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/759/UE ( 8 ).
6. 4-metil-5-(4-metilfenil)-4,5-diidroossażol-2-ammina (4,4′-DMAR) u 1-ċikloesil-4-(1,2-difeniletil)piperażina (MT-45), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1873 ( 9 ).
7. 4-metilamfetammina, kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1874 ( 10 ).
8. 4-iodjo-2,5-dimetossi-N-(2-metossibenzil)fenetilamina (25I-NBOMe), 3,4-dikloro-N-[[1- (dimetilamino)ċikloessil]metil]benzamida (AH-7921), 3,4-metilenediossipirovaleron (MDPV) u 2-(3-metossifenil)-2-(etilamino) ċikloessanon (metossetamina), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1875 ( 11 ).
9. 5-(2-amminopropil)indol, kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1876 ( 12 ).
10. 1-phenyl-2-(pyrrolidin-1-yl)pentan-1-one (α-pyrrolidinovalerophenone, α-PVP, kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1070 ( 13 ).
11. Metil-2-[[1-(ċikloħeksilmetil)-1H-indol-3-karbonil]amino]-3,3-dimetilbutanoat (MDMB-CHMICA), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/369 ( 14 ).
12. N-(1-fenetilpiperidin-4-il)-N-fenilakrilammid (akriloilfentanil), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1774 ( 15 ).
( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1).
( 1 ) ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1.
( 2 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/615/ĠAI tat-13 ta' Settembru 1999 li tiddefinixxi 4-MTA bħala droga sintetika ġdida li għandha ssir suġġetta għall-miżuri ta' kontroll u penalitajiet kriminali (ĠU L 244, 16.9.1999, p. 1).
( 4 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/188/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 dwar miżuri ta' kontroll u sanzjonijiet kriminali fuq id-droga sintetika l-ġdida PMMA (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 14).
( 5 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/847/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna miżuri ta' kontroll u sanzjonijiet kriminali rigward drogi sintetiċi ġodda 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2 (ĠU L 321, 6.12.2003, p. 64).
( 6 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/206/ĠAI tat-3 ta' Marzu 2008 dwar id-definizzjoni ta' 1-benzylpiperazine (BZP) bħala droga psikoattiva ġdida li għandha tiġi suġġetta għal miżuri ta' kontroll u dispożizzjonijiet kriminali (ĠU L 63, 7.3.2008, p. 45).
( 7 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/759/UE tat-2 ta' Diċembru 2010 biex il-4-metilmetkatinon (mefredron) jiġi sottomess għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 44).
( 8 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1873 tat-8 ta' Ottubru 2015 li tissottoponi 4-metil-5-(4-metilfenil)-4,5-diidroossażol-2-ammina) (4,4′-DMAR) u 1-ċikloesil-4-(1,2- difeniletil) piperażina (MT-45) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 275, 20.10.2015, p. 32).
( 9 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1874 tat-8 ta' Ottubru 2015 li tissottoponi lill-4-metilamfetammina għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 275, 20.10.2015, p. 35).
( 10 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1875 tat-8 ta' Ottubru 2015 li tissottoponi 4-iodjo-2,5-dimetossi-N-(2-metossibenzil)fenetilamina (25I-NBOMe), 3,4-dikloro-N-[[1-(dimetilamino)ċikloessil]metil]benzamida (AH-7921), 3,4-metilenediossipirovaleron (MDPV) u 2-(3-metossifenil)-2-(etilamino)ċikloessanon (metossetamina) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 275, 20.10.2015, p. 38).
( 11 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1876 tat-8 ta' Ottubru 2015 li tissottoponi 5-(2-amminopropil)indol għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 275, 20.10.2015, p. 43).
( 12 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1070 tas-27 ta' Ġunju 2016 li tissottoponi l-1-phenyl-2-(pyrrolidin-1-yl)pentan-1-one (α-pyrrolidinovalerophenone, α-PVP) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 178, 2.7. 2016, p. 18).
( 13 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/369 tas-27 ta' Frar 2017 li tissottoponi il-metil-2-[[1-(ċikloħeksilmetil)-1H-indol-3-karbonil]amino]-3,3-dimetilbutanoat (MDMB-CHMICA) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 210).
( 14 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1774 tal-25 ta' Settembru 2017 li tissottoponi N-(1-fenetilpiperidin-4-il)-N-fenilakrilammid (akriloilfentanil) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 251, 29.9.2017, p. 21).