This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02003L0091-20180901
Commission Directive 2003/91/EC of 6 October 2003 setting out implementing measures for the purposes of Article 7 of Council Directive 2002/55/EC as regards the characteristics to be covered as a minimum by the examination and the minimum conditions for examining certain varieties of vegetable species (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas- 6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix (Test b’relevanza għaż- ŻEE)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas- 6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix (Test b’relevanza għaż- ŻEE)
02003L0091 — MT — 01.09.2018 — 012.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/91/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix (ĠU L 254 8.10.2003, p. 11) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/127/KE Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-7 ta' Diċembru 2006 |
L 343 |
82 |
8.12.2006 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/49/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-26 ta’ Lulju 2007 |
L 195 |
33 |
27.7.2007 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/83/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-13 ta' Awwissu 2008 |
L 219 |
55 |
14.8.2008 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/97/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-3 ta' Awwissu 2009 |
L 202 |
29 |
4.8.2009 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/46/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-2 ta’ Lulju 2010 |
L 169 |
7 |
3.7.2010 |
|
L 175 |
17 |
2.7.2011 |
||
L 327 |
37 |
27.11.2012 |
||
L 312 |
38 |
21.11.2013 |
||
L 349 |
44 |
5.12.2014 |
||
L 188 |
39 |
16.7.2015 |
||
L 296 |
7 |
1.11.2016 |
||
L 17 |
34 |
23.1.2018 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/91/KE
tas-6 ta’ Ottubru 2003
li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix
(Test b’relevanza għaż- ŻEE)
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal din l-inklużjoni f’katalgu nazzjonali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ Direttiva 2002/55/KE ta’varjetajiet ta’speċji ta’ħaxix li jaderixxu l-ħtiġijiet imniżżla fil-paragrafu 2.
2. Rigward preċiżjoni, stabilitá u uniformitá:
(a) l-ispeċi mniżżla fl-Anness I għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-‘Protokoll għall-provi ta’preċiżjoni, stabilitá u uniformitá’ tal-Kunsill Amministrattiv ta’l-Ufficċju tal-Pjanti Varji fil-Komunità (CPVO) imniżżla f’dak l-Anness;
(b) l-ispeċi mniżżla fl-Anness II għandhom iħarsu l-linji gwida ta’ prova għas-seħħ ta’provi ta’ preċiżjoni, stabbilitá u uniformitá ta’l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Varjetajiet Ġodda ta’Pjanti (UPOV) mniżżla f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Il-karatteristiċi ta’varjetá fi ħdan it-tifsira mogħtija fl-Artikolu 1(2)(a), u kwalunkwe karatteristiċi markati b’ asterisk (*) fil-linji gwida ta’prova msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom jiġu użati, sakemm l-osservazzjoni ta’ karatteristika ma tkunx tħalliet minħabba fl-espressjoni ta’ kwalunkwe karatteristici oħrajn, u sakemm l-espressjoni ta’ karatteristika m’hix ostakolata mill-kondizzjonijiet ambjentali li fihom tkun qed isseħħ il-prova.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fil-każ ta’l-ispeċi mniżżla f’L-Annessi I u II, il-ħtiġijiet minimi biex iseħħu l-eżamijiet tad-disinn ta’prova u tal-kondizzjonijiet ta’tkabbir, kif stabbiliti fil-linji gwida ta’prova msemmijja f’dawk l-Annessi jiġu mħarsa fil-ħin ta’l-eżamijiet.
Artikolu 4
Direttiva 72/168/KEE hija mħassra.
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma meħtieġa biex tiġi mħarsa din id-Direttiva sal-31 ta’ Marzu 2004 l-aktar tard. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom fil-pront.
Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew din ir-riferenza għandha tiġi mhemża fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom.L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jaddottaw fl-oqsma li jaqghu taħt din id-Direttiva..
Artikolu 6
1. Meta, mad-dħul fis-seħħ ta’din id-Direttiva, ċerti varjetajiet ma ġewx aċċettati għall-inklużjoni fil-Katalogu Komuni tal-varjetajiet ta’l-ispeċi tal-ħaxix, u l-eżamijiet uffiċjali nbdew qabel dik id-data skond id-dispożizzjonijiet ta’ jew
(a) Direttiva 72/168/KEE jew
(b) il-linji gwida tal-CPVO mniżżla f’L-Anness I jew il-linji gwida tal-UPOV imniżżla f’L-Anness II, skond l-ispeċi,
il-varjetajiet konċernati jiġu meqjusa li jaderixxu l-ħtiġijiet ta’din id-Direttiva.
2. Paragrafu 1 japplika biss fejn il-provi jwasslu għall-konklużjoni li l-varjetajiet iħarsu r-regoli mniżżla jew f’
(a) Direttiva 72/168/KEE jew fil-
(b) linji gwida tal-CPVO kif mniżżla f’L-Anness I jew fil-linji gwida tal-UPOV kif imniżżla f’L-Anness II, skond l-ispeċi.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tal-ittestjar tas-CPVO ( 1 )
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
Protokoll tas-CPVO |
Allium cepa L. (Grupp Cepa) |
Basal u Ekaljun |
TP 46/2 tal-1.4.2009 |
Allium cepa L. (Grupp Aggregatum) |
Shallot |
TP 46/2 tal-1.4.2009 |
Allium fistulosum L. |
Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion) |
TP 161/1 tal-11.3.2010 |
Allium porrum L. |
Kurrat |
TP 85/2 tal-1.4.2009 |
Allium sativum L. |
Tewm |
TP 162/1 tal-25.3.2004 |
Allium schoenoprasum L. |
Kurrat salvaġġ |
TP 198/2 tal-11.3.2015 |
Apium graveolens L. |
Karfus |
TP 82/1 tat-13.3.2008 |
Apium graveolens L. |
Celeriac (Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi) |
TP 74/1 tat-13.3.2008 |
Asparagus officinalis L. |
Asparagu |
TP 130/2 tas-16.2.2011 |
Beta vulgaris L. |
Pitravi inkluża l-pitrava ta' Cheltenham |
TP 60/1 tal-1.4.2009 |
Beta vulgaris L. |
Pitravi tal-ispinaċi jew Chard |
TP 106/1 tal-11.3.2015 |
Brassica oleracea L. |
Kaboċċa mberfla |
TP 90/1 tas-16.2.2011 |
Brassica oleracea L. |
Pastard |
TP 45/2 rev. tal-15.3.2017 |
Brassica oleracea L. |
Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż |
TP 151/2 rev. tal-15.3.2017 |
Brassica oleracea L. |
Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk |
TP 54/2 rev. tal-15.3.2017 |
Brassica oleracea L. |
Ġidra |
TP 65/1 rev. tal-15.3.2017 |
Brassica oleracea L. |
Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra |
TP 48/3 rev. tal-15.3.2017 |
Brassica rapa L. |
Kaboċċa ċiniża |
TP 105/1 tat-13.3.2008 |
Capsicum annuum L. |
Bżar aħmar jaħraq jew Bżar |
TP 76/2 rev. tal-15.3.2017 |
Cichorium endivia L. |
Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi |
TP 118/3 tad-19.3.2014 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra industrijali |
TP 172/2 tal-1.12.2005 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra Witloof |
TP 173/1 tal-25.3.2004 |
Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai |
Dulliegħ |
TP 142/2 tad-19.3.2014 |
Cucumis melo L. |
Bettieħ |
TP 104/2 tal-21.3.2007 |
Cucumis sativus L. |
Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat (Gherkin) |
TP 61/2 tat-13.3.2008 |
Cucurbita maxima Duchesne |
Qargħa tat-tip gourd |
TP 155/1 tal-11.3.2015 |
Cucurbita pepo L. |
Qara' bagħli jew Zukkini |
TP 119/1rev. tad-19.3.2014 |
Cynara cardunculus L. |
Qaqoċċ tond u Kardun |
TP 184/2 tas-27.2.2013 |
Daucus carota L. |
Karrotti u Karrotti għall-għalf |
TP 49/3 tat-13.3.2008 |
Foeniculum vulgare Mill. |
Bużbież |
TP 183/1 tal-25.3.2004 |
Lactuca sativa L. |
Ħass |
TP 13/5 Rev. 2 tal-15.3.2017 |
Solanum lycopersicum L. |
Tadam |
TP 44/4 Rev. 2 tad-19.4.2016 |
Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill |
Tursin |
TP 136/1 tal-21.3.2007 |
Phaseolus coccineus L. |
Fażola ta' Spanja |
TP 9/1 tal-21.3.2007 |
Phaseolus vulgaris L. |
Fażola żgħira ta' Franza u Fażola tixxeblek ta' Franza |
TP 12/4 tas-27.2.2013 |
Pisum sativum L. (partim) |
Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea) |
TP 7/2 Rev. 2 tal-15.3.2017 |
Raphanus sativus L. |
Ravanell, Ravanell iswed |
TP 64/2 rev. tal-11.3.2015 |
Rheum rhabarbarum L |
Rabarbru |
TP 62/1 tad-19.4.2016 |
Scorzonera hispanica L. |
Scorzonera jew Salsafja sewda |
TP 116/1 tal-11.3.2015 |
Solanum melongena L. |
Brunġiel |
TP 117/1 tat-13.3.2008 |
Spinacia oleracea L. |
Spinaċi |
TP 55/5 Rev. 2 tal-15.3.2017 |
Valerianella locusta (L.) Laterr. |
Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf |
TP 75/2 tal-21.3.2007 |
Vicia faba L. (partim) |
Ful |
TP Ful Kbir/1 tal-25.3.2004 |
Zea mays L. (partim) |
Qamħirrum u Popkorn |
TP 2/3 tal-11.3.2010 |
Solanum lycopersicum L. × Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. × Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum lycopersicum L. × Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg |
Selvaġġ tat-tadam |
TP 294/1 Rev. 2 tal-15.3.2017 |
Cucurbita maxima × Cucurbita moschata |
L-ibridi interspeċifiċi tal-Cucurbita maxima Duch. × Cucurbita moschata Duch. għal użu bħala salvaġġ (rootstock) |
TP 311/1 tal-15.3.2017 |
ANNESS II
Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV ( 2 )
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
Linja gwida tal-UPOV |
Brassica rapa L. |
Nevew |
TG/37/10 tal-4.4.2001 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra b'weraq kbir jew Ċikwejra Taljana |
TG/154/4 tal-5.4.2017 |
( 1 ) It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).
( 2 ) It-test ta' dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).