This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02003D0490-20161217
Commission Decision of 30 June 2003 pursuant to Directive 95/46/EC of the European Parliament and of the Council on the adequate protection of personal data in Argentina (Text with EEA relevance) (2003/490/EC)
Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2003 bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adekwata tad-data personali fl-Arġentina (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2003/490/KE)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2003 bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adekwata tad-data personali fl-Arġentina (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2003/490/KE)
02003D0490 — MT — 17.12.2016 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Ġunju 2003 bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adekwata tad-data personali fl-Arġentina (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 168 5.7.2003, p. 19) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 344 |
83 |
17.12.2016 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Ġunju 2003
bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adekwata tad-data personali fl-Arġentina
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2003/490/KE)
Artikolu 1
Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 95/46/KE, l-Arġentina hija meqjusa bħala li tipprovdi livell adekwat ta’ protezzjoni għal data personali ttrasferita mill-Komunità.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha x’taqsam biss ma’ l-adekwatezza tal-protezzjoni pprovduta fl-Arġentina bil-għan li jiġu sodisfatti l-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 95/46/KE u ma taffettwax xi kondizzjonijiet oħra restrizzjonijiet jew li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħra ta’ dik id-Direttiva li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ipproċessar tad-data personali fi ħdan l-Istati Membri.
Artikolu 3
Kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 95/46/KE li twassal għas-sospensjoni jew il-projbizzjoni definittiva ta' flussi ta' dejta lejn l-Arġentina sabiex jipproteġu individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni li tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 3a
1. Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi kontinwa, timmonitorja żviluppi fl-ordni ġuridiku Arġentin li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament ta' din id-Deċiżjoni, inklużi l-iżviluppi dwar l-aċċess għal dejta personali minn awtoritajiet pubbliċi, bl-għan li jiġi evalwat jekk l-Arġentina tkompli tiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-dejta personali.
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin b'każijiet fejn l-azzjoni tal-korpi responsabbli li jiżguraw il-konformità mal-istandards ta' protezzjoni tal-Arġentina tonqos milli tiżgura t-tali konformità.
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinformaw lil xulxin bi kwalunkwe indikazzjoni li l-interferenzi mill-awtoritajiet pubbliċi Arġentini responsabbli għas-sigurtà nazzjonali, l-infurzar tal-liġi jew interessi pubbliċi oħra mad-dritt tal-individwi għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom imorru lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju, jew li ma hemm l-ebda protezzjoni legali effettiva kontra tali interferenzi.
4. Jekk l-evidenza turi li livell adegwat ta' protezzjoni m'għadux żgurat, inkluż f'sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità Arġentina kompetenti u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi abbozz ta' miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 95/46/KE bil-għan li din id-Deċiżjoni tiġi rrevokata jew sospiża jew li jiġi llimitat l-iskop tagħha.
Artikolu 4
1. Din id-Deċiżjoni tista’ tiġi emendata fi kwalunkwe ħin fid-dawl ta’ l-esperjenza dwar it-tħaddim tagħha jew ta’ bidliet fil-leġislazzjoni Arġentina, l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni tagħha.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja t-tħaddim ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tirrapporta kwalunkwe tisjib relevanti lill-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE, inkluż kull evidenza li tista’ taffettwa t-tisjib fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni li l-protezzjoni fl-Arġentina mhiex adekwata fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/4/6/KE u kull evidenza li din id-Deċiżjoni tkun qegħda tiġi implimentata b’mod diskriminatorju.
2. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun hemm bżonn, tippreżenta abbozz ta’ miżuri bi qbil mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 95/46/KE.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni mhux aktar tard mit-tmiem tal-perjodu ta’ 120 ġurnata mid-data tan-notifikazjoni tagħha lill-Istati Membri.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.