This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02002R1406-20130301
Regulation (EC) No 1406/2002 of the European Parliament and of the Council of 27 June 2002 establishing a European Maritime Safety Agency (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2002R1406 — MT — 01.03.2013 — 004.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1406/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1644/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Lulju 2003 |
L 245 |
10 |
29.9.2003 |
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 724/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Tal-31 ta' Marzu 2004 |
L 129 |
1 |
29.4.2004 |
|
REGOLAMENT (KE) Nru 2038/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Tat-18 ta' Diċembru 2006 |
L 394 |
1 |
30.12.2006 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 100/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Jannar 2013 |
L 39 |
30 |
9.2.2013 |
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1406/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-27 ta' Ġunju 2002
li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWOPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 2 51 tat-Trattat ( 4 ),
Billi:
(1) |
Numru kbir ta' miżuri leġislattivi ġew adottati fil-Komunità sabiex itejbu s-sigurtà u jwaqqfu t-tniġġis fit-trasport fuq il-baħar. Sabiex ikunu effettivi, din il-leġislazzjoni għandha tiġi applikata b'manjiera proprja u uniformi fil-Komunità. Dan għandu jiżgura opportunitajiet indaqs, tnaqqis tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta minn vantaġġi ekonomiċi li jitgawdew minn bastimenti li mhumiex skond ir-regoli u jikkompensa lill-partijiet marittimi serji. |
(2) |
Ċertu xogħlijiet li bħalissa jsiru fuq livell Komunitarju jew nazzjonali jistgħu jiġu eżegwiti minn korp espert u speċjalizzat. Fil-fatt, hemm il-bżonn ta' għajnuna teknika u xjentifika u livell għoli ta' konoxxenza stabbli sabiex tiġi applikata leġislazzjoni Komunitarja fil-kampijiet tas-sigurtà fuq il-baħar u twaqqif ta' tniġġis fuq il-baħar, sabiex ikun hemm monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni u jixtarru kemm huma effettivi il-miżuri eżistenti. Għaldaqstant hemm il-bżonn illi tiġi stabbilita fl-istruttura interna tal-Komunità struttura istituzzjonali u bilanċ ta' poteri sabiex tiġi stabbilita Aġenzija Ewropea ta' Sigurtà fuq il-baħar (“l-Agenzija”). |
(3) |
F'termini ġenerali, l-Aġenzija għandha tirrappreżenta lill-korp tekniku, billi tipprovdi lill-Komunità bil-mezzi neċessarji sabiex taġixxi b'mod effettiv ħalli ttejjeb is-sigurtà fuq il-baħar in ġenerali u regoli tat-tnaqqis ta' tniġġis fuq il-baħar. L-Aġenzija għandha tassisiti lill-Komunità fil-proċess kontinwu fit-tiġdid u l-iżvilupp ta' leġislazzjoni Komunitarja fil-kamp tas-sigurtà fuq il-baħar u t-tnaqqis tat-tniġġis mill-vapuri u għandha tipprovdi wkoll għajnuna neċessarja sabiex tiżgura implimentazzjoni konverġenti u effettiva mal-Komunità billi tassisti fix-xogħlijiet assenjati lilha mil-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti u tal-futur dwar is-sigurtà fuq il-baħar u tnaqqis ta' tniġġis mill-bastimenti. |
(4) |
Sabiex jiġu sodisfatti l-iskopijiet li għalihom l-Aġenzija ġiet iffurmata, huwa meħtieġ illi l-Aġenzija tagħmel dawk ix-xogħlijiet importanti mmirati sabiex itejbu s-sigurtà fuq il-baħar u t-tnaqqis ta' tniġġis fuq il-baħar ta' l-ibħra tal-pajjiżi Membri. F'dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha taħdem ma' l-Istati Membri sabiex torganizza attivitajiet ta' taħriġ approprjat f'materji ta' kontroll tal-portijiet mill-Istat u tal-Pajjiż tal-bandiera u sabiex tipprovdi assistenza teknika rrelatata ma' l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunità. Għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni hekk kif ipprovdut fid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi l-monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità kif ukoll sistema ta' informazzjoni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93175/KEE ( 5 ), billi tiżviluppa u topera sistema ta' informazzjoni neċessarja għall-objettivi ta' dik id-Direttiva, u fl-attivitajiet li jikkonċernaw l-investigazzjoni relatati ma' inċidenti serji fuq il-baħar. Għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u l-Istati Membri b'objettiv, informazzjoni ta' min joqgħod fuqha u paragunabbli u data dwar is-sigurtà marittima u dwar il-prevenzjoni ta' tniġġis tal-vapuri sabiex ikun u jistgħu jieħdu kull inizjattiva neċessarja sabiex jiġu mtejba l-miżuri fis-seħħ u sabiex tiġi vvalutata l-effettività tagħhom. Għandha tqiegħed l-għerf tas-sigurtà marittima Komunitarja għad-disposizzjoni ta' l-Istati li japplikaw għall-adeżjoni. Għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' dawn l-Istati u għal pajjiżi terzi oħrajn li kkonkludew ftehim mal-Komunità li permezz tagħhom jadottaw u jimplimentaw il-leġislazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri |
(5) |
L-Aġenzija għandha tifavorixxi l-istabbiliment ta' kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri u għandha tiżviluppa u xxerred prattiċi aħjar fil-Komunità. Din imbagħad għandha tikkontribwixxi għat-titjib tas-sistema globali ta' sigurtà marittima fil-Komunità kif ukoll li tnaqqas ir-riskju ta' inċidenti marittimi, tniġġis tal-baħar u telf ta' ħajjiet fuq il-baħar. |
(6) |
Sabiex iwettqu kif suppost ix-xogħlijiet fdati lill-Aġenzija, huwa approprjat li l-uffiċjali tagħha jagħmlu viżti lill-Istati Membri sabiex jagħmlu monitoraġġ tal-funzjonament globali tas-sistema Komunitarja ta' sigurtà marittima u prevenzjoni ta' tniġġiż tal-vapuri. Dawn il-viżti għandhom jitwettqu skond politika li għandha tiġi stabbilita mill-Bord Amministrattiv ta' l-Aġenzija u għandha tiġi ffaċilitata mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri. |
(7) |
L-Aġenzija għandha tapplika l-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess pubbliku għad-dokumenti u l-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data personali. Għandha tagħti lill-pubbliku kif ukoll lil kull parti interessata informazzjoni objettiva, ta' min joqgħod fuqha u li tista' tinftiehem faċilment fir-rigward tax-xogħol tagħha. |
(8) |
Fir-rigward tar-responsabbilità kontrattwali ta' l-Aġenzija, li hija rregolata mil-liġi applikabbli għal kuntratti konklużi mill-Aġenzija, il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni li tagħti sentenza skond kull klawżola ta' arbitraġġ kontenuta fil-kuntratt. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha wkoll ġurisdizzjoni f'disputazzjonijiet dwar kumpens għal kull ħsara li toriġina mir-responsabbiltà non-kuntrattwali ta' l-Aġenzija. |
(9) |
Sabiex tizgura b'mod effettiv li jintlaħħqu l-funzjonijiet ta' l-Aġenzija, l-Istat Membri u l-Kummissjoni għandhom jiġu rappreżentati fuq Bord Amministrattiv bil-poteri neċessarji sabiex jistabbilixxu l-budget, jivverifikaw l-eżekuzzjoni tiegħu, jadottaw ir-regoli finanzjarji approprjati jistabbilixxu proċeduri trasparenti ta' xogħol sabiex l-Aġenzija tkun tista' tieħu deċiżjonijiet, japprovaw il-programm ta' xogħol tagħha, jeżaminaw talbiet għal assistenza teknika mill-Istati Membri, jiddefinixxi politika għal żjajjar lill-Istati Membri u jappuntaw id-Direttur Eżekuttiv. Fid-dawl tal-missjoni teknika ħafna u xjentifika u l-kompiti ta' l-Aġenzija, huwa approprjat illi l-Bord Amministrattiv ikun jikkonsisti minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u erba' rappreżentanti mill-Kummissjoni, li jkunu membri ta' livell għoli ta' esperjenza. Barra minn hekk sabiex jiżguraw l-ogħla livell ta' kapaċità u esperjenza fil-Bord Amministrattiv u bl-iskop illi s-setturi l-aktar ikkonċernati mill-qrib fix-xogħlijiet ta' l-Aġenzija jiġu involuti, il-Kummissjoni għandha tinnomina professjonisti indipendenti minn dawn is-setturi bħala membri tal-bord mingħajr dritt għall-vot, a bażi tal-merti personali u l-esperjenza tagħhom fil-qasam tas-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri u mhux bħala rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' professjonisti partikolari. |
(10) |
It-tħaddim tajjeb ta' l-Aġenzija jeħtieġ illi d-Direttur Eżekuttiv tagħha jiġi appuntat fuq bażi tal-merti u kapaċitajiet amministrattivi u maneġerjali dokumentati, kif ukoll il-kompetenza u l-esperjenza rilevanti għas-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis mill-vapuri u li huwa/hija jwettqu d-doveri tagħhom b'indipendenza u flessibilità kompleta fir-rigward ta' l-organizzazzjoni tal-funzjonament intern ta' l-Aġenzija. Għal dan l-iskop, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara u jieħu l-passi kollha neċessarji sabiex jassigura t-twettieq tajjeb tal-programm ta' xogħol ta' l-Aġenzija, għandu jipprepara kull sena abbozz ta' rapport ġenerali li għandu jiġi sottomess lill-Bord Amministrattiv, għandu jfassal estimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija u għandu jimplimenta l-budget. |
(11) |
Sabiex tiġi garantita awtonomija u indipendenza kompleta ta' l-Aġenzija, huwa kkunsidrat neċessarju illi tingħata budget awtonomu li d-dħul tagħha jiġi essenzjalment mill-kontribuzzjonijiet tal-Komunità. |
(12) |
Matul l-aħħar snin, hekk kif aġenziji aktar deċentralizzati nħolqu, l-awtorità tal-budget fittxet illi ttejjeb it-trasparenza u l-kontroll fuq l-amministrazzjoni tal-fondi Komunitarji allokati lilhom, b'mod partikulari f'dak li jirrigwarda l-budgeting tal-piżijiet, il-kontroll finanzjarju, il-poter ta' rilaxx, il-kontribuzzjonijiet ta' skema ta' pensjonijiet, u l-proċedura interna tal-budget (kodiċi ta' kondotta). B'mod simili, ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 li jikkonċerna l-investigazzjonijiet kondotti mill-Uffiċċju Ewropew ta' kontra l-frodi (OLAF) ( 6 ) għandu japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija, li għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f'dak li għandu x'jaqsam mal-investigazzjonijiet intern ital-Uffiċju ta' kontra l-Frodi (OLAF) ( 7 ). |
(13) |
Fi żmien ħames snin mid-data illi l-Aġenzija tkun assumiet ir-responsabbiltajiet tagħha, il-Bord Amministrattiv għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti sabiex jistma l-impatt ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prattiki ta' xogħol dwar l-istabbiliment ta' livell għoli ta' sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis mill-vapuri, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
OBJETTIVI U KOMPITI
Artikolu 1
Objettivi
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (“l-Aġenzija”) għall-finijiet tal-assigurazzjoni ta’ livell għoli, uniformi u effettiv ta’ sigurtà marittima, sikurezza marittima, prevenzjoni, u reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn bastimenti kif ukoll reazzjoni għal tniġġis marin ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass.
2. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Istati Membru u l-Kummissjoni u tagħtihom assistenza teknika, operattiva u xjentifika fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi ħdan il-limiti tal-kompiti ċentrali stabbiliti fl-Artikolu 2 u, kif u meta applikabbli, il-kompiti anċillari stipulati fl-Artikolu 2a, b’mod partikolari sabiex tingħata assistenza lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni japplikaw korrettament l-atti legali rilevanti tal-Unjoni. Fir-rigward tal-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis, l-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza operattiva biss fuq it-talba tal-Istat(i) milqut/a.
3. Bl-għoti tal-assistenza msemmija fil-paragrafu 2, l-Aġenzija għandha, fejn xieraq, tikkontribwixxi għall-effiċjenza tat-traffiku marittimu u trasport marittimu kif stabbilit f’dan ir-Regomanet, sabiex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta’ Żona Ewropea tat-Trasport Marittimu mingħajr Ostakoli.
Artikolu 2
Kompiti ċentrali tal-Aġenzija
1. Sabiex jiġi żgurat li l-objettivi fl-Artikolu 1 ikunu sodisfatti b’mod xieraq, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti ċentrali elenkati f’dan l-Artikolu.
2. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni:
(a) fil-ħidma preparatorja għall-aġġornament u l-iżvilupp tal-atti legali rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari skont l-iżvilupp tal-leġislazzjoni interna;
(b) fl-implimentazzjoni effettiva tal-atti legali vinkolanti rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari billi twettaq żjajjar u spezzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, u billi tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti ta’ spezzjoni assenjati lilha skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet ( 8 ). F’dan ir-rigward, tista’ tindirizza suġġerimenti lill-Kummissjoni għal kwalunkwe titjib possibbli ta’ dawk l-atti legali vinkolanti;
(c) fl-analiżi tal-proġetti li għaddejjin u li tlestew rilevanti għall-objettivi tal-Aġenzija; dawn jistgħu jinkludu l-identifikazzjoni ta’ miżuri ta’ segwitu possibbli li jirriżultaw minn proġetti ta’ riċerka speċifiċi;
(d) fit-twettiq ta’ kwalunkwe kompitu assenjat lill-Kummissjoni f’atti leġislattivi tal-Unjoni fir-rigward tal-objettivi tal-Aġenzija.
3. L-Aġenzija għandha taħdem mal-Istati Membri biex:
(a) torganizza, fejn xieraq, attivitajiet rilevanti ta’ taħriġ f’oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri;
(b) tiżviluppa soluzzjonijiet tekniċi, inkluż il-forniment ta’ servizzi operattivi rilevanti, u tagħti assistenza teknika, għall-bini tal-kapaċità nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ atti legali rilevanti tal-Unjoni;
(c) tipprovdi, fuq it-talba ta’ Stat Membru, informazzjoni xierqa li tirriżulta mill-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 sabiex tappoġġa l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jwettqu kompiti ta’ ċertifikazzjoni f’isem l-Istati Membri skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi ( 9 ) mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istat tal-bandiera;
(d) tappoġġja b’mezzi addizzjonali u b’mod kosteffiċjenti azzjonijiet ta’ reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn bastimenti kif ukoll tniġġis marin ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass, meta tkun tressqet talba mill-Istat Membru affettwat li l-operazzjonijiet ta’ tindif ikunu twettqu taħt l-awtorità tiegħu, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta’ Stati kostali li jkollhom mekkaniżmi adatti ta’ reazzjoni għat-tniġġis fis-seħħ filwaqt li jirrispettaw il-kooperazzjoni eżistenti bejn l-Istati Membri f’dan il-qasam. Kif xieraq, it-talbiet għall-mobbilizzazzjoni ta’ azzjonijiet kontra t-tniġġis għandhom jgħaddu mill-Mekkaniżmu tal-UE tal-Protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom ( 10 ).
4. L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni:
(a) fil-qasam tal-monitoraġġ tat-traffiku kopert mid-Direttiva 2002/59/KE, l-Aġenzija għandha b’mod partikolari tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Istati ta’ xtut ix-xmajjar fiż-żoni ta’ tbaħħir ikkonċernati, kif ukoll tiżviluppa u topera ċ-Ċentru tad-Data tal-Unjoni Ewropea għall-Identifikazzjoni u Traċċar mill-Bogħod ta’ Bastimenti (Ċentru Ewropew tad-Data LRIT) u s-Sistema tal-Unjoni ta’ Informazzjoni u ta’ Skambju Marittimai (SafeSeaNet) kif imsemmija fl-Artikolu 6b u 22a tad-Direttiva kif ukoll is-sistema ta’ skambju ta’ data tal-Identifikazzjoni u l-Ittraċċar Internazzjonali tal-Bastimenti minn Distanza Twila skont l-impenn li ttieħed fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (“IMO”);
(b) billi tagħti, fuq talba u mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, il-pożizzjoni rilevanti tal-bastimenti u d-data dwar l-osservazzjoni tad-Dinja lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-korpi rilevanti tal-Unjoni fil-madnat tagħhom sabiex tiffaċilita miżuri kontra theddid mill-piraterija u minn atti internazzjonali illegali kif previst fil-liġi applikabbli tal-Unjoni jew taħt strumenti legali maqbula internazzjonalment fil-qasam tat-trasport marittimu, soġġett għal regoli ta’ protezzjoni tad-data applikabbli u skont il-proċeduri amministrattivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Bord Amministrattiv jew il-Grupp ta’ Tmexxija ta’ Livell Għoli stabbilit skont id-Direttiva 2002/59/KE, kif xieraq. Il-provvediment ta’ data għall-identifikazzjoni u traċċar mill-bogħod ta’ bastimenti għandha tkun soġġetta għall-kunsens tal-Istat ta’ Bandiera kkonċernat.
(c) fil-qasam tal-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti marittimi skont id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu ( 11 ); l-Aġenzija għandha, jekk mitluba mill-Istati Membri rilevanti u jekk wieħed jassumi li ma jirriżulta l-ebda kunflitt ta’ interess, tagħti appoġġ operattiv lil dawn l-Istati Membri li jikkonċerna investigazzjonijiet relatati ma’ diżgrazzji serji jew serji ħafna u għandha twettaq analiżi ta’ rapporti ta’ investigazzjoni dwar is-sikurezza bil-ħsieb li jiġi identifikat il-valur miżjud fil-livell tal-Unjoni f’termini ta’ kwalunkwe tagħlima rilevanti li għandha tittieħed. Abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri, skont l-Artikolu 17 ta’ dik id-Direttiva, l-Aġenzija għandha tiġbor sintesi ġenerali tal-inċidenti u diżgrazzji aċċidentali marini;
(d) fl-għoti ta’ statistika, informazzjoni u data oġġettiva, affidabbli u paragunabbli, biex il-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu l-passi meħtieġa biex itejbu l-azzjonijiet tagħhom u jevalwaw l-effikaċja u l-kost-effettività tal-miżuri eżistenti. Tali kompiti għandhom jinkludu l-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-evalwazzjoni tad-data teknika, l-użu sistematiku tal-bażijiet tad-data eżistenti, fost l-oħrajn l-iskambju reċiproku u, fejn adatt, l-iżvilupp ta’ bażijiet tad-data addizzjonali. Abbażi tad-data miġbura, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni relatata mal-bastimenti skont id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port ( 12 ).
(e) fil-ġbir u l-analiżi ta’ data dwar baħħara provduta u użata skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara ( 13 );
(f) fit-titjib tal-identifikazzjoni u l-insegwiment tal-bastimenti li jagħmlu rimi illegali skont id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn bastimenti u l-introduzzjoni ta’ pieni għal ksur ( 14 );
(g) rigward tniġġis marin biż-żejt ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass, billi tuża s-Servizz Ewropew ta’ Monitoraġġ għaż-Żejt bis-Satellita (CleanSeaNet), għall-monitoraġġ tal-estent u l-impatt ambjentali ta’ tali tniġġis;
(h) fl-għoti tal-assistenza teknika meħtieġa lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jikkontribwixxu għall-ħidma rilevanti tal-korpi tekniċi tal-IMO, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol sa fejn huwa kkonċernat it-trasport marittimu u l-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port (MtF ta’ Pariġi) u organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti li għalihom aċċediet l-Unjoni, fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ kompetenza tal-Unjoni;
(i) fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri ( 15 ), b’mod partikolari billi tiffaċilita t-trasmissjoni elettronika ta’ data permezz ta’ SafeSeaNet u billi tappoġġa l-iżvilupp tat-tieqa unika.
5. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija tista’ tipprovdi assistenza teknika, inkluża l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ taħriġ rilevanti, fir-rigward tal-atti legali rilevanti tal-UE, lill-Istati li japplikaw biex jissieħbu fl-Unjoni, u fejn applikabbli, lill-pajjiżi kollha sħab tal-Viċinat Ewropew u lill-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-MtF ta’ Pariġi.
L-Aġenzija tista’ wkoll tipprovdi assistenza f’każ ta’ tniġġis ikkawżat minn bastimenti kif ukoll tniġġis marin ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass li jaffettwaw lil dawk il-pajjiżi terzi li jikkondividu baċin tal-baħar reġjonali mal-Unjoni, skont il-Mekkaniżmu tal-UE tal-Protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni 2007/779/KE, Euratom, u b’mod simili għall-kundizzjonijiet applikabbli għall-Istati Membri kif imsemmi fil-paragrafu (3)(d) ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-kompiti għandhom jiġu kkoordinati mal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni reġjonali eżistenti relatati mat-tniġġis marin.
Artikolu 2a
Kompiti anċillari tal-Aġenzija
1. Mingħajr preġudizzju għall-kompiti ċentrali msemmija fl-Artikolu 2, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, kif xieraq, fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni imniżżlin fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikkolu relatati mal-objettivi tal-Aġenzija, safejn l-Aġenzija jkollha għarfien espert u għodod stabbiliti u rikonoxxuti. Il-kompiti anċillari mniżżlin f’dan l-Artikolu għandhom:
(a) joħolqu valur miżjud sostanzjat;
(b) jevitaw dupplikazzjoni tal-isforzi;
(c) ikunu fl-interess tal-politika tal-Unjoni dwar it-trasport marittimu;
(d) ma jkunux detrimentali għall-kompiti ċentrali tal-Aġenzija u
(e) ma jiksrux id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri, b’mod partikolari bħala Stati tal-bandiera, Stati tal-port u Stati kostali.
2. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni:
(a) fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina) ( 16 ), billi tikkontribwixxi għall-objettiv tal-kisba ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini bl-elementi relatati mat-trasport marittimu u fl-użu tar-riżultati ta’ għodod eżistenti bħal SafeSeaNet u CleanSeaNet;
(b) billi tipprovdi assistenza teknika b’rabta mal-emissjonijiet ta’ gas serra minn bastimenti, b’mod partikolari fis-segwitu ta’ żviluppi internazzjonali kurrenti;
(c) f’dak li jikkonċerna l-programm ta’ Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES), fil-promozzjoni tal-użu tad-data u s-servizzi tal-GMES għal finijiet marittimi, fi ħdan il-qafas ta’ governanza tal-GMES;
(d) fl-iżvilupp ta’ Ambjent Komuni għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni għad-dominju marittimu tal-UE;
(e) fir-rigward ta’ installazzjonijiet mobbli offshore taż-żejt u tal-gass, fl-eżami tar-rekwiżiti tal-IMO u fil-ġbir ta’ informazzjoni bażika dwar theddid potenzjali għat-trasport marittimu u l-ambjent marin.
(f) billi tingħata informazzjoni rilevanti fir-rigward tas-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni skont id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni ( 17 ). Din l-informazzjoni għandha wkoll tkun parti mir-rapporti msemmija fl-Artikolu 3(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament.
3. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri:
(a) fl-eżami tal-fattibbiltà u l-implimentazzjoni ta’ politiki u proġetti li jappoġġaw l-istabbiliment ta’ Żona Ewropea tat-Trasport Marittimu mingħajr Ostakoli, bħall-kunċett Blue Belt u l-inizjattiva Marittima elettronika, kif ukoll it-Toroq tal-Baħar. Dan għandu jsir b’mod partikolari billi jiġu esplorati funzjonalitajiet addizzjonali għal SafeSeaNet, mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Grupp ta’ Tmexxija ta’ Livell Għoli stabbilit skont id-Direttiva 2002/59/KE;
(b) billi tiġi esplorata flimkien mal-awtoritajiet kompetenti għas-Sistema ta’ Servizzi ta’ Informazzjoni dwar ix-Xmajjar il-possibbiltà li ssir kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn din is-sistema u s-sistemi ta’ informazzjoni tat-trasport marittimu abbażi tar-rapport previst fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2010/65/UE;
(c) billi jiġi ffaċilitat l-iskambju volontarju tal-aħjar prattiki fit-taħriġ u l-edukazzjoni marittima fl-Unjoni u billi tingħata informazzjoni dwar il-programmi ta’ skambju tal-Unjoni għal taħriġ marittimu filwaqt li jiġi rispettat l-Artikolu 166 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Artikolu 3
Żjajjar lill-Istati Membri u spezzjonijiet
1. Sabiex twettaq il-kompiti fdati lilha u sabiex tgħin lill-Kummissjoni biex twettaq dmirijietha skont it-TFUE, u b’mod partikolari l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-liġi rilevanti tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha twettaq żjajjar lill-Istati Membri skont il-metodoloġija stabbilita mill-Bord Amministrattiv.
2. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat minn kmieni biż-żjara ppjanata, bl-ismijiet tal-uffiċjali awtorizzati, u d-data li fiha tibda ż-żjara u t-tul mistenni tagħha. L-uffiċjali tal-Aġenzija ddelegati biex iwettqu dawn iż-żjajjar għandhom jagħmlu dan bi preżentazzjoni ta’ deċiżjoni bil-miktub mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija li tispeċifika l-iskop u l-miri tal-missjoni tagħhom.
3. L-Aġenzija għandha twettaq spezzjonijiet f’isem il-Kummissjoni kif meħtieġ mill-atti legali vinkolanti tal-Unjoni fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri ( 18 ) u fir-rigward tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni ta’ baħħara f’pajjiżi terzi skont id-Direttiva 2008/106/KE.
4. Fi tmiemi kull żjara jew spezzjoni, l-Aġenzija għandha tfassal rapport u tibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat.
5. Fejn adatt, u fi kwalunkwe każ meta jiġi konkluż ċiklu ta’ żjajjar jew spezzjonijiet, l-Aġenzija għandha tanalizza r-rapporti minn dak iċ-ċiklu sabiex tidentifika sejbiet orizzontali u konklużjonijiet ġenerali dwar l-effettività u l-kost-effettività tal-miżuri fis-seħħ. L-Aġenzija għandha tippreżenta din l-analiżi lill-Kumitat għal aktar diskussjoni mal-Istati Membri sabiex tittieħed kwalunkwe tagħlima rilevanti u jiġi ffaċilitat it-tixrid ta’ prattika ta’ ħidma tajba.
Artikolu 4
It-Trasparenza u l-protezzjoni ta' l-informazzjoni
1. Ir-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 19 ) ghandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.
2. L-Aġenzija tista' tikkomunika fuq l-inizjattiva proprja tagħha fl-oqsma fil-missjoni tagħha. Għandha tassigura b'mod partikolari li l-pubbliku u kull parti interessata jingħataw informazzjoni objettiva, ta' min joqgħod fuqha u li tinftiehem faċilment fir-rigward tax-xogħol tagħha.
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, inkluż, fejn xieraq, arranġamenti fir-rigward tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri qabel il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni.
4. L-informazzjoni miġbura u pproċessata skont dan ir-Regolament mill-Kummissjoni u l-Aġenzija għandha tkun soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u l-korpi u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data ( 20 ) u l-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura t-trattament u l-ipproċessar sigur ta’ informazzjoni kunfidenzjali.
5. Deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija b'mod konformi ma' l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' ilment lill-Ombudsman jew ta' azzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, skond l-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat tal-KE rispettivament.
KAPITOLU II
L-ISTRUTTURA U L-FUNZJONAMENT INTERN
Artikolu 5
L-Istatus legali, ċentri reġjonali
1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Komunità. Għandu jkollha personalità legali.
2. F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi mill-aktar kapaċità legali estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. B'mod partikulari tista', takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti għal proċeduri ġuridiċi.
3. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv jista’ jiddeċiedi, bi qbil ma’ u f’kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati u b’kont debitament meħud tal-implikazzjonijiet baġitarji, inkluż kwalunkwe kontribut li l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jagħtu, li jistabbilixxi ċ-ċentri reġjonali meħtieġa sabiex jitwettqu, bl-aktar mod effiċjenti u effettiv, xi wħud mill-kompiti tal-Aġenzija. Meta tittieħed deċiżjoni bħal din, il-Bord Amministrattiv għandu jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni preċiż tal-attivitajiet taċ-ċentru reġjonali filwaqt li jiġu evitati spejjeż finanzjarji mhux meħtieġa u tittejjeb il-kooperazzjoni man-netwerks reġjonali u nazzjonali eżistenti.
4. L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.
Artikolu 6
Impjegati
1. Ir-Regolamenti dwar uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kondizzjonijiet ta' xogħol ta' ħaddiema ċivili oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati konġuntament mill-Istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti u l-kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' l-Aġenzija. Il-Bord Amministrattiv, bi ftehim mal-Kummissjoni għandu jadotta regoli dettaljati tal-applikazzjoni.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, il-poteri konferiti lill-awtorità li taħtar mir-Regolamenti ta' l-impjieg u l-kondizzjonijiet ta' impjieg tal-ħaddiema ċivili l-oħrajn għandhom jiġu eżerċitati mill-Aġenzija fir-rigward ta' l-impjegati proprji tagħha.
3. L-impjegati ta' l-Aġenzija għandhom ikunu uffiċjali assenjati jew assekondati mill-Kummissjoni jew l-Istati Membri fuq bażi temporanja u ta' ċivili oħra assunti mill-Aġenzija bħala neċessarji sabiex iwettqu l-inkarigi tagħha.
Artikolu 7
Privileġġi u Immunitajiet
Il-Protokoll dwar Privileġġi u Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej japplika għall-Aġenzija u għall-impjegati tagħha.
Artikolu 8
Resposabbiltajiet
1. Ir-responsabbiltà kontrattwali ta' l-Aġenzija għandha tiġi rregolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt in kwistjoni.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni tagħti ġudizzju skond kull klawżola ta' arbitraġġ kontenuta f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.
3. Fil-każ ta' responsabbiltà non-kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull ħsara kkawżata mid-dipartimenti tagħha jew miċ-ċivili tagħha fit-twettieq ta' dmirijiethom.
4. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni f'disputazzjonijiet li jirrelataw għall-kumpens għal dannu msemmi fil-paragrafu 3.
5. Ir-responsabbiltà personali ta' ċivili lejn l-Aġenzija għandha tiġi rregolata mid-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti ta' l-Impjegati jew fil-Kondizzjonijiet ta' l-impjieg applikabbli għalihom.
Artikolu 9
Lingwi
1. Id-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jiddeterminaw il-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea ( 21 ) għandhom japplikaw għall-Aġenzija.
2. Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament ta' l-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni tal-korpi ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10
Il-Ħolqien u l-Poteri tal-Bord Amministrattiv
1. Il-Bord Amministrattiv huwa hawnhekk stabbilit.
2. Il-Bord Amministrattiv għandu:
(a) jappunta Direttur Eżekuttiv skond l-Artikolu 16);
(b) jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jibagħtu kull sena sal-15 ta’ Ġunju lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-Istati Membri.
Kull sena, l-Aġenzija għandha tibgħat l-informazzjoni kollha rigward l-eżitu tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni lill-awtoritajiet baġitarji;
(c) jeżamina u japprova, fil-qafas tal-preparazzjoni tal-programm ta’ ħidma, talbiet għal assistenza lill-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 2(2)(d), talbiet minn Stati Membri għal assistenza teknika, kif imsemmi fl-Artikolu 2(3), u talbiet għal assistenza teknika, kif imsemmi fl-Artikolu 2(5) kif ukoll talbiet għal assistenza msemmija fl-Artikolu 2a;
(ca) jeżamina u jadotta strateġija pluriennali għall-Aġenzija għal perijodu ta’ ħames snin b’kont meħud tal-opinjoni bil-miktub tal-Kummissjoni;
(cb) jeżamina u jadotta l-pjan ta’ politika pluriennali tal-persunal tal-Aġenzija;
(cc) jikkunsidra abbozz ta’ arranġamenti amministrattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2)(ba);
(d) taddotta, sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, waqt li tieħu in konsiderazzjoni l-opinjoni tal-Kummissjoni, il-programm tax-xogħol ta' l-Aġenzija għas-sena li ġejja u tibagħtu lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Kummissjoni; dan il-program tax-xogħol għandu jkun addottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura Komunitarja ta' estimu annwali. F'każ li l-Kummissjoni tesprimi, fi żmien ta' ħmistax il-ġurnata mid-data ta' l-adozzjoni tal-programm tax-xogħol, nuqqas ta' qbil mal-programm partikulari, il-Bord Amministrattiv għandu jeżamina mill-ġdid dak il-programm u jaddottah, possibbilment emendat, f'perjodu ta' żewġ xhur, waqt it-tieni qari b'maġġoranza ta' żewġ terzi, inklużi r-rappreżentanti tal-Kummissjoni, jew b'unanimità tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri;
(e) jadotta l-budget finali ta' l-Aġenzija qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, u jaġġustah, meta neċessarju, skond il-kontribuzzjoni Komunitarja u kull dħul ieħor ta' l-Aġenzija;
(f) jistabbilixxi proċeduri għal teħid ta' Deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv;
(g) jistabbilixxi metodoloġija għaż-żjajjar li għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 3. F’każ li l-Kummissjoni tesprimi, fi żmien ħmistax il-ġurnata mid-data tal-adozzjoni tal-metodoloġija, in-nuqqas ta’ qbil tagħha, il-Bord Amministrattiv għandu jeżaminaha mill-ġdid u jadottaha, possibilment jemenda, fit-tieni qari b’maġġoranza ta’ żewġ terzi, inklużi r-rappreżentanti tal-Kummissjoni, jew b’unanimità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri;
(h) jaqdi dmirijietu fir-rigward tal-baġit tal-Aġenzija skont l-Artikoli 18, 19 u 21 u jissorvelja u jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-varji rapporti u evalwazzjonijiet tal-awditjar, kemm interni kif ukoll esterni;
(i) jeżerċita awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur Eżekuttiv u l-Kapijiet tad-Dipartimenti msemmija fl-Artikolu 16;
(j) jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu;
(k) taddotta, skond il-proċeduri stabbiliti f'(d), pjan dettaljat dwar l-istat ta' preparazzjoni ta' l-Aġenzija għat-tniġġis u attivitajiet ta' rejazzjoni, sabiex isir l-aħjar użu tal-mezzi finanzjarji disponibbli għall-Aġenzija;
(l) jirrevedi l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat imsemmi fil-punt (k) ta’ dan il-paragrafu u l-impenji baġitarji previsti fir-Regolament (KE) Nru 2038/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2006 dwar finanzjament pluriennali għall-azzjonijiet ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti ( 22 );
(m) jaħtar osservatur minn fost il-membri tiegħu biex isegwi l-proċedura ta’ selezzjoni mill-Kummissjoni għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv.
Artikolu 11
Il-Komposizzjoni tal-Bord Amministrattiv
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u erba' rappreżentanti tal-Kummissjoni, kif ukoll erba' professjonisti mis-setturi l-aktar ikkonċernati, innominati mill-Kummissjoni, mingħajr id-dritt għall-vot.
Il-membri tal-Bord Amministrattiv għandhom jinħatru abbażi tal-livell ta’ esperjenza u kompetenza esperta rilevanti fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, it-tnejn li huma, jistinkaw għal rappreżentazzjoni bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord Amministrattiv.
2. Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru l-membri tagħhom tal-Bord Amministrattiv kif ukoll riserva li jirrappreżenta l-membru fl-assenza tiegħu/tagħha.
3. It-tul tal-mandat għandu jkun ta’ erba’ snin. Il-mandat jista’ jiġġedded.
4. Meta approprjat, il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-pajjiżi terzi u l-kondizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' arranġamenti msemmija fl-Artikolu 17(2).
Artikolu 12
Presidenza tal-Bord Amministrattiv
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jeleġġi President u Viċi-President mill-Membri tiegħu. Il-Viċi President għandu awtomatikament jieħu l-post tal-President jekk huwa/hija pprevenuti milli jwettqu d-dmirijiet tiegħu/tagħha.
2. It-termini tal-mandat tal-President u tal-Viċi-President għandhom ikunu ta' tliet snin u jispiċċa meta; ma jibqgħux membri tal-Bord Amministrattiv. It-terminu tal-Uffiċċju jiġġedded darba.
Artikolu 13
Laqgħat
1. Il-laqgħat tal-Bord Amministrattiv għandhom jitlaqqaw mill-President tiegħu.
2. Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija għandha tieħu sehem fid-deliberazzjonijiet.
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jkollu laqgħat ordinarji darbtejn fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq inizjattiva tal-President jew fuq talba tal-Kummissjoni jew terz ta' l-Istati Membri.
4. Meta jkun hemm kwistjoni ta’ kunfidenzjalità jew konflitt ta’ interess, il-Bord Amministrattiv jista’ jiddeċiedi li jeżamina l-punti speċifiċi fuq l-aġenda tiegħu mingħajr il-preżenza tal-membri kkonċernati. Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fir-regoli ta’ proċedura.
5. Il-Bord Amministrattiv jista' jistieden kull persuna li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess sabiex tattendi l-laqgħat tagħha bħala osservatur.
6. Il-membri tal-Bord Amministrattiv jistgħu, soġġetti għad-disposizzjonijiet tar-regoli tiegħu ta' proċedura jiġu assistit minn konsulenti u esperti.
7. Is-Segretarjat għall-Bord Amministrattiv għandu jkun ipprovdut mill-Aġenzija.
Artikolu 14
Il-Votazzjoni
1. Il-Bord Amminstrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha intitolati għall-vot.
2. Kull membru għandu jkollu vot. Id-Direttur Eżekuttiv m'għandux jivvota.
Fl-assenza ta' membru, is-sostitut tiegħu/tagħha għandu jkun intitolat li jeżerċita d-dritt tiegħu/tagħha għal vot.
3. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu, arranġamenti aktar dettaljati ta' votazzjoni, b'mod partikulari, il-kondizzjonijiet għal membru biex jaġixxi f'isem membru ieħor.
Artikolu 15
Id-Dmirijiet u l-poteri tad-Direttur Eżekuttiv
1. L-Aġenzija għandha tiġi amministrata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu/tagħha, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u l-Bord Amminitrattiv.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu d-dmirijiet u l-poteri li ġejjin:
(a) huwa/hija għandu jħejji l-istrateġija pluriennali tal-Aġenzija u jressaqha quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni minn tal-inqas tmien ġimgħat qabel il-laqgħa rilevanti tal-Bord Amministrattiv, b’kont meħud tal-fehmiet u s-suġġerimenti magħmula mill-membri tal-Bord Amministrattiv;
(aa) huwa/hija għandu jipprepara l-pjan ta’ politika pluriennali tal-persunal tal-Aġenzija u jressaqha quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni minn tal-inqas erba’ ġimgħat qabel il-laqgħa rilevanti tal-Bord Amministrattiv;
(ab) huwa/hija għandu jipprepara l-programm ta’ ħidma annwali, b’indikazzjoni tar-riżorsi umani u finanzjarji mistennija allokati għal kull attività, u l-pjan dettaljat għall-attivitajiet tal-istat ta’ tħejjija u tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-Aġenzija, u jressaqhom quddiem il-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni minn tal-inqas tmien ġimgħat qabel il-laqgħa tal-Bord rilevanti, b’kont meħud tal-fehmiet u s-suġġerimenti magħmula mill-membri tal-Bord Amministrattiv. Huwa/hija għandu jieħu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom. Huwa/hija għandu jwieġeb għal kwalunkwe talba għal assistenza mingħand Stat Membru skont l-Artikolu 10(2)(c);
(b) huwa/hija għandu jiddeċiedi li jwettaq iż-żjajjar u l-ispezzjonijiet previsti fl-Artikolu 3, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u b’segwitu għall-metodoloġija għaż-żjajjar stabbilita mill-Bord Amministrattiv skont l-Artikolu 10(2)(g);
(ba) huwa/hija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ korpi oħrajn li jaħdmu fl-oqsma ta’ attivitajiet tal-Aġenzija dment li l-abbozz ta’ arranġament ikun tressaq għal konsultazzjoni quddiem il-Bord Amministrattiv u dment li l-Bord Amministrattiv ma joġġezzjonax fi żmien erba’ ġimgħat;
(ċ) jieħu/tieħu l-passi kollha neċessarji, inkluża l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' notifiki sabiex jiġi assigurat il-finzjonament ta' l-Aġenzija skond id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;
(d) huwa/hija għandu jorganizza sistema effettiva ta’ monitoraġġ sabiex ikun jista’ jqabbel il-kisbiet tal-Aġenzija mal-objettivi u l-kompiti tagħha kif imniżżlin f’dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, huwa/hija għandu jistabbilixxi, bi qbil mal-Kummissjoni u l-Bord Amministrattiv, indikaturi tal-prestazzjoni mfasslin apposta li jippermettu valutazzjoni effettiva tar-riżultati miksuba. Huwa/hija għandu jiżgura li l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija ser tiġi adattata b’mod regolari għall-ħtiġijiet li jevolvu skont ir-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli. Fuq din il-bażi kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara abbozz ta’ rapport ġenerali u jressqu quddiem il-Bord Amministrattiv għal kunsiderazzjoni. Ir-rapport għandu jinkludi sezzjoni apposta dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat għall-attivitajiet tal-istat ta’ tħejjija u tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-Aġenzija u għandu jagħti aġġornament tal-istatus tal-azzjonijiet kollha ffinanzjati taħt dak il-pjan. Huwa/hija għandu jistabbilixxi proċeduri regolari ta’ evalwazzjoni li jilħqu standards professjonali rikonoxxuti;
(e) għandu/ha jeżerċita, fir-rigward tal-personal, il-poteri stabbiliti fl-Artikolu 6(2);
(f) għandu/ha jfassal l-estimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija, skond l-Artikolu 18, u għandu jimplimenta l-budget skond l-Artikolu 19.
▼M4 —————
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, kif xieraq, jirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu/tagħha.
B’mod partikolari, huwa/hija għandu jippreżenta s-sitwazzjoni fir-rigward tat-tħejjija tal-istrateġija pluriennali u l-programm ta’ ħidma annwali.
Artikolu 16
Ħatra u sensja tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Kapijiet tad-Dipartiment
1. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jinħatar u jingħata s-sensja mill-Bord Amministrattiv. Il-ħatra għandha ssir għal perijodu ta’ ħames snin għal raġuni ta’ mertu u kompetenza amministrattiva u maniġerjali dokumentata, kif ukoll esperjenza dokumentata fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 wara li tinstema’ l-opinjoni tal-osservatur kif imsemmi fl-Artikolu 10. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar minn lista ta’ mill-inqas tliet kandidati proposti mill-Kummissjoni wara kompetizzjoni miftuħa, wara l-pubblikazzjoni tal-post f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u f’postijiet oħrajn, għal sejħa għal stqarrijiet ta’interess. Il-kandidat magħżul mill-Bord Amministrattiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. Il-Bord Amministrattiv għandu jiddelibera dwar is-sensja fuq it-talba tal-Kummissjoni jew ta’ terz mill-membri tagħha. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu dwar ħatra jew sensja b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħames membri mill-membri kollha bid-dritt għall-vot.
2. Il-Bord Amministrattiv, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, filwaqt li jieħu kont tar-rapport ta’ evalwazzjoni jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal mhux ikar minn erba’ snin. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħames membri mill-membri kollha bid-dritt għall-vot. Il-Bord Amministrattiv għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bil-ħsieb tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tiegħu, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlu l-membri tiegħu. Jekk il-mandat ma jkunx estiż, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibqa’ fil-kariga tiegħu sakemm jinħatar is-suċċessur tiegħu.
3. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jkun assistit minn Kap ta’ Dipartiment wieħed jew iktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, wieħed mill-Kapijiet tad-Dipartimenti għandu jeħodlu postu.
4. Il-Kapijiet tad-Dipartimenti għandhom jinħatru abbażi ta’ mertu u ħiliet amministrattivi u ta’ tmexxija dokumentati, kif ukoll kompetenza u esperjenza professjonali fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1. Il-Kapijiet tad-Dipartimenti għandhom jinħatru jew jingħataw is-sensja mid-Direttur Eżekuttiv wara li jkun irċieva opinjoni pożittiva mingħand il-Bord Amministrattiv.
Artikolu 17
Il-Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi
1. Pajjiżi terzi, illi daħlu fi ftehim mal-Komunità Ewropea, billi addottaw u qed japplikaw il-liġi tal-Komunità Ewropea fil-qasam tal-protezzjoni u tas-sigurtà marittima, il-prevenzjoni tat-tniġġis u r-rejazzjoni għat-tniġġis minn vapuri jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-Agenzija.
2. Skond id-disposizzjonijiet rilevanti ta' dan il-ftehim, għandhom jiġu żviluppati arranġamenti li għandhom, inter alia, jispeċifikaw in-natura u l-estent tar-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni minn dawn il-pajjiżi fix-xogħol ta' l-Aġenzija, inklużi disposizzjonijiet fuq kontribuzzjonijiet finanzjarji u personal.
KAPITOLU III
ĦTIĠIET FINANZJARJI
Artikolu 18
Budget
1. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti F':
(a) kontribuzzjoni mill-Komunità;
(b) kontribuzzjonijiet possibbli minn kull pajjiż terz li jipparteċipa fix-xogħol ta' l-Aġenzija skond l-Artikolu 17;
(c) il-ħlasijiet u t-tariffi għall-pubblikazzjonijiet, għat-taħriġ u/jew għal kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-Aġenzija.
2. In-nefqa ta' l-Aġenzija għandha tkopri impjegati u spejjez amministrattiv, ta' l-infrastruttura u operazzjonali.
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija għas-sena ta’ wara, abbażi ta’ baġit ibbażat fuq l-attivitajiet, u għandu jibagħtu lill-Bord Amministrattiv, flimkien ma’ abbozz ta’ tabella tal-persunal.
4. Id-dħul u l-infiq se jkunu f'bilanċ.
5. Kull sena l-Bord Amministrattiv, fuq il-bażi ta' abbozz bid-dikjarazzjoni ta' estimi tad-dħul u l-infiq, gϋandu jipproduċi dikjarazzjoni ta' l-estimi tad-dħul u l-infiq għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara.
6. Din id-dikjarazzjoni ta' l-estimi, li għandha tinkludi abbozz bi pjan ta' stabbiliment flimkien mal-programm ta' ħidma proviżorju, ghandha tintbagħat mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu mill-Bord Amministrattiv lill-Kummissjoni u lill-Istati li magħhom il-Komunità ikkonkludiet ftehim skond l-Artikolu 17.
7. Id-dikjarazzjoni tal-istimi għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (“l-awtorità baġitarja”) flimkien mal-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
8. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-istimi, il-Kummissjoni ddaħħal l-istimi fl-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea li hija tqis bħala meħtieġa għat-tabella tal-persunal u l-ammont ta’ sussidju li għandu jittieħed mill-baġit ġenerali, li hija għandha tressaq quddiem l-awtorità baġitarja f’konformità mal-Artikolu 314 TFUE, flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ u ġustifikazzjoni għal kwalunkwe differenza bejn id-dikjarazzjoni tal-istimi tal-Aġenzija u s-sussidju li għandu jittieħed mill-baġit ġenerali.
9. L-awtorità tal-budget għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija.
L-awtorità tal-budget għandha taddotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Aġenzija.
10. Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn xieraq, dan għandu jiġi aġġustat kif adatt, flimkien mal-programm ta’ ħidma annwali.
11. Il-Bord Amministrattiv gϋandu jinnotifika, malajr kemm jista' jkun, lill-awtorità tal-budget dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta xi proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-fondi tal-budget, b'mod partikolari kull proġett relatat ma' proprjeta' bħall-kiri u x-xiri tal-bini. Il-Bord se jinforma lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta fergħa ta' l-awtorità tal-budget tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, din ghandha tgħaddi l-opinjoni tagħha lill-Bord Amministrattiv fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.'
Artikolu 19
Implimentazzjoni u kontroll tal-budget
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplementa l-budgetta' l-Aġenzija.
2. Sa mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-accounting officer ta' l-Aġenzija ghandu jikkomunika l-accounts proviżorji l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport fuq it-tmexxija tal-budget u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-l-uffiċjal tal-kontijiettal-Kummissjoni gϋandu jikkonsolida l-kontijietproviżorji ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
3. Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni gϋandu jgħaddi l-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' rapport fuq it-tmexxija tal-budget u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport fuq it-tmexxija tal-budget u finanzjarja għas-sena finanzjarja għandu jkun mibgħut ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Meta jiġu rċevuti l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri fuq il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija, skond l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija taħt ir-responsabbilta' tiegħu u jissottomettihom lill-Bord Amministrattiv sabiex tinghata opinjoni.
5. Il-Bord Amministrattiv għandu jagħti opinjoni fuq il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija.
6. Id-Direttur Eżekuttiv ghandu jibghat, sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv.
7. Il-kontijiet finali ghandhom jigu ppubblikati.
8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti ta' l-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tiegħu sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru. Gϋandu jibgħat ukoll din it-tweġiba lill-Bord Amministrattiv.
9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill Parlament Ewropew jekk ikun mitlub minnhu, l-informazzjoni kollha neċessarja għall-applikazzjoni bla problemi tal-proċedura tal-ħlas lura ta' djun u rbit finanzjarju ieħor għas-sena finanzjarja ttrattata, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill permezz ta' maġġoranza kwalifikata, ghandu jagħti, qabel it-30 ta' April tas-sena N + 2, ħlas lura ta' djun u rbit finanzjarju ieħor lid-Direttur Eżekuttiv għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni tal-budget għas-sena N.
Artikolu 20
Ġlieda kontra l-frodi
1. Sabiex jiġġieled il-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 10731999 għandhom japplikaw mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija.
2. L-Aġenzija għandha taċċedi għall-Ftehim InterIstituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 li jikkonċerna investigazzjonijiet interni mill-OLAF u għandhom joħorġu mingħajr telf ta' żmien, id-disposizzjonijiet approprjati applikabbli għall-impjegati kollha tagħha.
3. Id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-fondi u l-implimentazzjoni tal-ftehim u l-istrumenti li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti ta' l-Awdituri u l-OLAF jistgħu jwettqu, jekk neċessarju, kontrolli fuq il-post tar-reċipjenti tal-fondi ta' l-Aġenzija u l-aġenti responsabbli mill-allokazzjoni tagħhom.
Artikolu 21
Dispożizzjonijiet finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija ghandhom jigu addottati mill-Bord Amministrattiv wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Dawn għandhom ikunu konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru. 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 fuq il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 23 ) ħlief meta diverġenza ta' dan it-tip ma' tkunx speċifikament mitluba għall-ħidma ta' l-Aġenzija u meta l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.
KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 22
Evalwazzjoni
1. F’intervalli regolari u ta’ mill-inqas kull ħames snin, il-Bord Amministrattiv għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija kwalunkwe informazzjoni li din tal-aħħar tikkunsidra rilevanti għal dik l-evalwazzjoni.
2. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-impatt ta’ dan ir-Regolament kif ukoll l-utilità, ir-rilevanza, il-valur miżjud miksub u l-effettività tal-Aġenzija u l-prattiki ta’ ħidma tagħha. L-evalwazzjoni għandha tieħu kont tal-fehmiet tal-partijiet interessati, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali. Din għandha, b’mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġu modifikati l-kompiti tal-Aġenzija. Il-Bord Amministrattiv għandu joħroġ termini speċifiċi ta’ referenza bi qbil mal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-partijiet involuti.
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jirċievi l-evalwazzjoni u joħroġ ir-rakkomandazzjonijiet dwar bidliet għal dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prattiki tax-xogħol tagħha lill-Kummissjoni. Kemm ir-riżultati tal-evalwazzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jingħataw mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandhom jiġu ppubblikati. Għandu jiġi inkluż pjan ta’ azzjoni bi skeda ta’ żmien, jekk ikun adatt.
Artikolu 22a
Rapport ta’ progress
Sat-2 ta’ Marzu 2018, u b’kont meħud tar-rapport ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 22, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jistabbilixxi kif l-Aġenzija tkun ħadet ir-responsabbiltajiet addizzjonali assenjati mir-Regolament bil-ħsieb li jiġu identifikati aktar kisbiet ta’ effiċjenza u, jekk meħtieġ, il-każ għall-modifikazzjoni tal-objettivi u l-kompiti tagħha.
▼M4 —————
Artikolu 24
Id-Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU Ċ 120 E, ta' l-24.4.2001, p. 83 u ĠU Ċ 103 E, tat-30.4.2002, p. 184.
( 2 ) ĠU Ċ 221, tas-7.8.2001, p. 64.
( 3 ) ĠU Ċ 357, ta' l-14.12.2001, p. 1.
( 4 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Ġunju 2001 (ĠU Ċ 5 3 E, 28.2.2002, p. 312), Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 (ĠU Ċ 119 E, 22.5.2002, p. 27) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2002 (għada mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002.
( 5 ) ĠU L 208, tal-5.8.2002, p. 10.
( 6 ) ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 1.
( 7 ) ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 15.
( 8 ) ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.
( 9 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47.
( 10 ) ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9.
( 11 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p.114.
( 12 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57.
( 13 ) ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.
( 14 ) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11.
( 15 ) ĠU L 283, 29.10.2010, p. 1.
( 16 ) ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.
( 17 ) ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1.
( 18 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11.
( 19 ) ĠU L 145, tal-31.5.2001, p.43.
( 20 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
( 21 ) ĠU 17, tas-6.10.1958, p. 385/58. Regolament hekk kif l-aħħar emendat permezz ta' l-Att ta' l-Adeżjoni 1994.
( 22 ) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1.
( 23 ) ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 72; corrigendum f'ĠU L 2, tas-7.1.2003, p. 39.