Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02002R1040-20050101

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1040/2002 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni tad-disposizzjonijiet relattivi għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kontroll fitosanitarju u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2051/97

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1040/2005-01-01

2002R1040 — MT — 01.01.2005 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1040/2002

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2002

li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni tad-disposizzjonijiet relattivi għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kontroll fitosanitarju u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2051/97

(ĠU L 157, 15.6.2002, p.38)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 738/2005 tat-13 ta' Mejju 2005

  L 122

17

14.5.2005




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1040/2002

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2002

li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni tad-disposizzjonijiet relattivi għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kontroll fitosanitarju u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2051/97



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 rigward il-miżuri ta’ protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom fil-Komunità ( 1 ), kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/36/KE ( 2 ), u b’mod partikolari l-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 23(5) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE, kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista’ tingħata lill-Istati Membri sabiex ikopru l-ispejjeż maħluqa mill-miżuri meħuda jew previsti li jittieħdu fil-ġlieda kontra l-organiżmi li jagħmlu ħsara li ġejjin minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni oħra tal-Komunità, sabiex jiġu eliminati jew, jekk dan mhux possibbli, li titwaqqaf il-firxa tagħhom.

(2)

L-Istati Membri jistgħu jitolbu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri speċifiċi li huma jkunu adottaw jew li bi ħsiebhom jadottaw fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet maħluqa mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara li jkunu ġew introdotti fit-territorju tagħhom. Il-parti l-aktar għolja ta’ din il-kontribuzzjoni hi ta’ 50 % ta’ l-ispiża eliġibbli.

(3)

It-twettiq tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2051/97 ta’ l-20 ta’ Ottubru 1997 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet relattivi għall-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-“ġlieda fitosanitarja” ( 3 ), wera n-neċessità li regoli aktar dettaljati huma meħtieġa, u b’mod partikolari r-rekwiżiti li jikkonċernaw l-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jissottomettu sabiex jiġġustifikaw it-talba tagħhom għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, liema talba għandha ssir b’mod aktar preċiż.

(4)

Ir-regoli l-ġodda għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-Istati Membri għat-talbiet ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, b’mod partikolari xhieda tal-programm ta’ qerda ta’ l-organiżmu li jagħmel ħsara li għalih kontribuzzjoni finanzjarja fil-qafas tal-ġlieda fitosanitarja hi mitluba,

(5)

Skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 ( 4 ), il-miżuri veterinarji u fitosanitarji meħuda skond id-disposizzjonijiet komunitarji għandhom ikunu ffinanzjati mill-Fond Ewropew ta’ Gwida u Garanzija Agrikola taħt is-sezzjoni “Garanzija”. Il-kontroll finanzjarju ta’ dawn il-miżuri jissemma fl-Artikoli 8 u 9 ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 2051/97 għandu jiġi rrevokat.

(7)

Il-miżuri pprovduti għal dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Fitosanitarju Permanenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



L-Artikolu 1

1.  Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23(4), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2000/29/KE, it-talbiet ta’ l-Istati Membri rigward l-attribuzzjoni, skond l-Artikolu 23(5) tad-Direttiva 2000/29/KE, ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fil-qafas tal-ġlieda fitosanitarja huma sottomessi bil-miktub, mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena, mill-awtorità li tissemma fl-Artikolu 1(4), tad-Direttiva msemmija sabiex jiġu eżaminati matul dik l-istess sena, u indirizzati lill-Kummissjoni Ewropea, Direzzjoni Ġenerali “Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumaturi”, B-1049 Brussel, il-Belġju.

2.  It-talbiet għandhom jinkludu l-informazzjoni relattiva għall-programm ta’ qerda ta’ l-organiżmu li jagħmel ħsara li għalih kontribuzzjoni finanzjarja fil-qafas tal-ġlieda fitosanitarja hi mitluba, b’mod partikolari:

(a) informazzjoni ġenerali rigward id-dehra ta’ l-organiżmu li jagħmel ħsara msemmi, b’mod partikolari d-data li fiha din il-preżenza ġiet issUspettata jew ikkonfermata kif ukoll il-preżunta kawża għad-dehra tiegħu,

(b) il-miżuri meħuda jew previsti li jittieħdu sabiex issir ġlieda kontra l-organiżmu li jagħmel ħsara msemmi, it-tul ta’ żmien tagħhom probabbli u, fejn hu possibbli, ir-riżultati miksuba, l-ammont reali jew stmat ta’ l-ispejjeż li jkunu saru jew li jridu jsiru, kif ukoll il-parti ta’ l-ispejjeż iffinanzjati jew li se jkunu ffinanzjati mill-fondi pubbliċi. Dawn il-miżuri m’għandhomx idumu aktar minn sentejn li jibdew jgħoddu mill-mument li fih id-dehra ta’ l-organiżmu li jagħmel ħsara tkun skoperta, minbarra f’ċerti każi ġustifikati kif suppost li għalihom żewġ talbiet ġodda kull sena jistgħu jkunu ppreżentati.

L-Artikolu 2

1.  Għall-fini ta’ l-eżami li jissemma fl-Artikolu 1(1) l-Istati Membri għandhom jippreżentaw dossier, li jinkludi għal kull sena tal-programm:

(a) kopja tan-notifika tal-preżenza jew tad-dehra ta’ organiżmu li jagħmel il-ħsara kkonċernat, skond l-Artikolu 16(1) jew (2), tad-Direttiva 2000/29/KE;

(b) l-informazzjoni rigward spezzjonijiet, testijiet jew miżuri oħra meħuda sabiex tiġi ddeterminata n-natura ta’ l-organiżmu li jagħmel il-ħsara kkonċernat, kif ukoll il-metodoloġija użata għal dawn il-miżuri;

(ċ) in-notifika statutorja li tirrikjedi trattamenti bħall-qerda, id-disinfezzjoni, id-disinfestazzjoni, l-isterilizzazzjoni u trattamenti oħra li għandhom isiru, kif ukoll deskrizzjoni uffiċjali u valutazzjoni uffiċjali tar-riżultati miksuba, b’mod partikolari tad-deskrizzjoni tal-metodi wżati għal dawn it-trattamenti;

(d) f’każ ta’ għoti ta’ kumpens għat-telf finanzjarju, minbarra n-nuqqas ta’ profitt, irrelatati ma’ l-interdizzjonijiet u/jew ir-restrizzjonijiet definiti fl-Artikolu 23(2), punt (ċ), tad-Direttiva 2000/29/KE, dikjarazzjoni uffiċjali tal-pagamenti magħmula jew li għandhom jingħataw u l-metodi tal-kalkolazzjoni;

(e) informazzjoni fuq l-identità tal-lott skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23(4), tad-Direttiva 2000/29/KE jew, skond il-każ, fuq ir-raġunijiet li għalihom ma setgħetx tkun identifikata.

2.  L-Istati Membri għandhom jissottomettu wkoll lista ta’ l-ammonti (VAT u taxxi esklużi) mħallsa jew li għandhom jitħallsu sabiex jittieħdu l-miżuri neċessarji biex jinqered l-organiżmu li jagħmel il-ħsara kkonċernat kif ukoll il-parti ta’ dawn l-ammonti koperta minn fondi pubbliċi. Għal kull tip ta’ tali miżuri, jaqbel li jingħata:

(a) għall-ispezzjonijiet u l-analiżi, lista li tippreċiża b’mod partikolari d-data, il-post u l-ispiża unitarja;

(b) għat-trattamenti li jissemmew fil-paragrafu 1(ċ), il-lista ta’ oqsma/postijiet ittrattati kif ukoll il-kwantità ta’ pjanti/żoni ttrattati;

(ċ) għall-pagamenti li jissemmew fil-paragrafu 1(d), il-lista tal-benefiċjarji.

L-Artikolu 3

1.  Għal kull talba li taslilha, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-miżuri fitosanitarji meħuda kinux adattati u jekk l-ispejjeż ta’ dawn il-miżuri kienux raġonevoli.

2.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħaddi lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, kull informazzjoni oħra li hi tixtieq teżamina.

L-Artikolu 4

1.  Kull sena, mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru, il-Kummissjoni għandha tagħmel lista tal-programmi li għandhom jiġu kkunsidrati u li għalhekk jistgħu jibbenefikaw minn kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità. Bl-għan li tiżgura kontribuzzjoni effikaċi u konsistenti, u tieħu in konsiderazzjoni l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fitosanitarja fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-programmi.

Prijorità għandha tingħata f’din il-klassifikazzjoni lil dawk il-programmi li jissodisfaw kemm jistgħu l-kriterji li ġejjin:

 li jipproteġu l-interessi tal-Komunità kollha,

 li juru probabbiltà kbira ta’ effikaċja

 li jikkomunikaw l-informazzjoni mitluba rigward l-identità tal-lott.

2.  Il-lista li għandha tippreċiża l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità proposta għal kull programm, għandha tiġi sottomessa għad-diskussjoni tal-Kumitat Fitosanitarju Permanenti. Jekk applikabbli, ir-rata ta’ nuqqas tal-kontribuzzjoni finanzjarja wkoll għandha tissemma.

3.  Kull programm li jidher fil-lista msemmija fil-punt 2 għandu jiġi approvat individwalment skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2000/29/KE. Tali approvazzjoni għandha tinkludi r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, xi kondizzjonijiet li għalihom tista’ tkun sottomessa u l-limitu massimu tagħha. ►M1  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità mhux se tingħata fejn l-ammont totali ta’ l-infiq eliġibbli fis-sena, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), huwa inqas minn EUR 25 000. ◄

L-Artikolu 5

Biex jirċievi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità f’każ ta’ programm approvat, l-Istat Membru għandu jissottometi lill-Kummissjoni talba għall-ħlas ta’ din il-kontribuzzjoni finanzjarja, f’euros lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara l-approvazzjoni tal-programm.

L-Istat Membru fit-talba tiegħu għandu jinkludi l-provi jew xhieda tal-ħlas, permezz ta’ dokumentazzjoni xierqa, per eżempju permezz ta’ fatturi jew irċevuti.

L-Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 2051/97 hu rrevokat.

L-Artikolu 7

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jgħodd għat-talbiet maħsuba sabiex tinkiseb kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità mill-2003 ’il quddiem.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 169 ta’ l-10.7.2000, p. 1.

( 2 ) ĠU L 116 tat-3.5.2002, p. 16.

( 3 ) ĠU L 287 tal-21.10.1997, p. 13.

( 4 ) ĠU L 160 tas-26.6.1999, p. 103.

Top