Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02002R0831-20100707

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta' Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi (Test b'rilevanza għall-FEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/831/2010-07-07

2002R0831 — MT — 07.07.2010 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 831/2002

tas-17 ta' Mejju 2002

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi

(Test b'rilevanza għall-FEE)

(ĠU L 133, 18.5.2002, p.7)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/104/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2006

  L 197

3

19.7.2006

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1000/2007 tad-29 ta’ Awwissu 2007

  L 226

7

30.8.2007

 M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 606/2008 tas-26 ta' Ġunju 2008

  L 166

16

27.6.2008

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 520/2010 tas-16 ta’ Ġunju 2010

  L 151

14

17.6.2010


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 071M, 17.3.2009, p. 420  (1104/2006)




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 831/2002

tas-17 ta' Mejju 2002

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi

(Test b'rilevanza għall-FEE)



IL-KUMMISSJONl TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 20(1) tiegħu, u b'mod partikulari l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Hemm domanda dejjem tikber minn riċerkaturi u l-komunità tax-xjenza in ġenerali biex ikun hemm fakoltà ta' użu għal skopijiet ta' xjenza ta'data kunfidenzjali mibgħuta lill-awtorità tal-Komunità.

(2)

Fakoltà ta' użu għal skopijiet ta' xjenza f'data kunfidenzjali tista' tingħata jew billi tingħata fakoltà ta' użu fuq il-post ta' l-awtorità tal-Komunità jew billi toħroġ data anonimizzata lil riċerkaturi skond kondizzjonijiet speċifiċi (fakoltà ta' użu ikkontrollat).

(3)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikulari bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(4)

Dan ir-Regolament jiżgura, b'mod partikulari, rispett sħiħ għad-dritt għal ħajja privata u għall-protezzjoni ta' data personali (L-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea).

(5)

Dan ir-Regolament għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 Ottubru 1995 fuq il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali u l-moviment liberu ta' din id-data ( 2 ) u għar-Regolament (KE) Nru. 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 fuq il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u l-moviment liberu ta' din id-data ( 3 ).

(6)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-Kumitat fuq il-Kunfidenzjalità ta' l-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għan

Il-fini ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi, għall-fini li jippermetti konklużjonijiet statistiċi li jinsiltu għal skopijiet xjentifiċi, il-kondizzjonijiet li bihom fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali mgħoddija lill-awtorità tal-Komunità tista' tingħata u r-regoli ta' koperazzjoni bejn il-Komunità u l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiffaċilitaw din il-fakoltà ta' użu.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

 “Awtorità tal-Komunità”, kif imfissra fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97, għandha tfisser id-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli li jwettaq il-ħidmiet li jingħataw lill-Kummissjoni rigward il-produzzjoni ta' l-istatistika tal-Komunità (Eurostat),

 “Statistika tal-Komunità”, kif imfissra fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97, għandha tfisser informazzjoni kwantitattiva, kollettiva u rappreżentattiva li tittieħed mill-ġbir u l-ipproċessar sistematiku ta' data, ippreżentata mill-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità tal-Komunità fil-qafas ta' l-implimntazzjoni tal-programm dwar l-istatistika tal-Komunità,

 “Data kunfidenzjali” għandha tfisser data li tippermetti biss identifikazzjoni indiretta tal-units ta' statistika relatata,

 “fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali” għandha tfisser jew aċċess fuq il-premessi ta' l-awtorità tal-Komunità jew il-ħruġ ta' mikrodata anonimizzata,

 “mikrodata anonimizzata” għandha tfisser records ta' statisitka individwali li jkunu ġew modifikati sabiex jimminimizzaw, skond l-aqwa prattika preżenti, ir-riskju ta' identifikazzjoni tal-units statistiċi li jirrelataw magħhom,

 “awtoritajiet nazzjonali”, kif imfissra fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97, għandhom ifissru istituti ta' statistika nazzjonali u korpi oħra responsabbli f'kull Stat Membru biex jifformulaw statistiċi tal-Komunità.

Artikolu 3

Ilqugħ ta' rikjesti “ratione personae”

▼M2

1.  L-aċċess għal data kunfidenzjali jista’ jingħata mill-awtorità Komunitarja lil riċerkaturi ta’ korpi li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin:

(a) universitajiet u organizzazzjonijiet oħra ta’ edukazzjoni ogħla stabbiliti skond il-liġi Komunitarja jew il-liġi ta’ Stat Membru;

(b) organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet għal riċerka xjentifika stabbiliti skond il-liġi Komunitarja jew il-liġi ta’ Stat Membru;

(ċ) istituti nazzjonali ta’ l-istatistika ta’ l-Istati Membri;

(d) il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri;

(e) aġenziji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet oħra, wara li jkunu rċevew l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità ta’ l-Istatistika, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 322/97.

▼B

2.  Fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali tista' tingħata wkoll mill-awtorità tal-Komunità lil riċerkaturi ta' korpi kummisjonati biex jagħmlu riċerka għal skopijiet ta' xjenza. L-ikkummissjonar u l-korpi kummissjonati għandhom jaqgħu fil-kategoriji tal-korpi speċifikati fil-paragrafu 1. Il-korpi kummissjonati jistgħu jkunu wkoll organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet li jkunu ġew kummissjonati minn dipartimenti tal-Kummissjoni jew ta' l-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri biex jagħmlu riċerka speċifika. Dawn l-organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet għandu jkollhom personalità legali.

Artikolu 4

Kondizzjonijiet Ġenerali

1.  Bla ħsara għat-twettiq ta' rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Artikoli 5 u 6, kif jista' jkun il-każ, l-awtorità tal-Komunità tista' tagħti fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali kemm-il darba jiġu obduti dawn il-kondizzjonijiet:

(a) rikjesta xierqa flimkien ma' proposta dettaljata għal riċerka b'konformità ma' l-istandards kurrenti tax-xjenza jkunu ntbagħtu;

(b) il-proposta għar-riċerka għandha tindika b'dettall suffiċjenti s-sett ta' data li jridu jkollhom fakoltà li jużaw, il-metodi biex janalizzawhom u indikazzjoni taż-żmien meħtieġ;

(ċ) kuntratt li jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-fakoltà ta' użu, l-obbligi tar-riċerkaturi, il-miżuri biex tiġi rispettata l-kunfidenzjalità ta' data ta' statistika u s-sanzjonijiet fil-każ ta' ksur ta' dawn l-obbligi jkun ffirmat mir-riċerkatur individwali, mill-istituzzjoni tiegħu/tagħha, jew mill-organizzazzjoni li tikkummissjona r-riċerka, kif ikun il-każ, u mill-awtorità tal-Komunità;

(d) l-awtorità nazzjonali, li tkun ipprovdiet id-data, tkun infurmata qabel ma tkun ingħatat il-fakoltà ta' użu.

2.  B'żieda mal-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, l-awtorità tal-Komunità tista' tagħti l-fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali fuq il-post tagħha kif stipulati fl-Artikolu 5 kemm-il darba jiġu obduti dawn il-kondizzjonijiet:

(a) ir-riċerka titwettaq esklussivament fil-post ta' l-awtorità tal-Komunità u taħt is-superviżjoni ta' uffiċjal maħtur ta' dik l-awtorità;

(b) ir-riżultati tar-riċerka m'għandhomx joħorġu mill-post ta' l-awtorità tal-Komunità mingħajr iċċekkjar minn qabel biex jiżguraw li ma jinkludux data kunfidenzjali;

(ċ) riżultati prospettivi li jkunu se jiġu pubblikati jew jinħarġu mod ieħor, għandhom ikunu ċċekkjati mill-awtorità tal-Komunità biex jevitaw svelar ta' data kunfidenzjali.

Artikolu 5

Fakoltà ta' użu tal-post ta' l-awtorità tal-Komunità

▼M4

1.  L-awtorità Komunitarja tista’ tagħti aċċess fl-istabbiliment tagħha għal dejta kunfidenzjali miksuba mill-istħarriġ jew mis-sorsi ta’ dejta statistika li ġejja:

 Bord dwar il-Familji tal-Komunità Ewropea,

 Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol,

 Stħarriġ dwar l-Innovazzjoni Komunitarja,

 Stħarriġ dwar it-Taħriġ Vokazzjonali Kontinwu,

 Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ,

 Statistika tal-Unjoni Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien,

 Stħarriġ dwar l-Edukazzjoni tal-Adulti,

 Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Irziezet,

 Stħarriġ Intervista dwar is-Saħħa Ewropew,

 Statistika Komunitarja dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni - modulu 2 Individwi, familji u s-soċjetà tal-informazzjoni,

 Stħarriġ dwar il-Baġit tal-Familji,

 Riżultati Statistiċi fir-rigward tal-Ġarr tal-Merkanzija bit-Triq.

Madankollu, fuq talba tal-awtorità nazzjonali li pprovdiet id-dejta, l-aċċess għal dejta minn din l-awtorità nazzjonali m’għandux jingħata għal proġett speċifiku ta’ riċerka.

▼B

2.  Bla ħsara għall-approvazzjoni espliċita minn qabel ta' l-awtorità nazzjonali relevanti, l-awtorità tal-Komunità tista' tagħti fakoltà ta' l-użu tal-post tagħha għal data kunfidenzjali barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 6

Ħruġ ta' mikrodata anonimizzata

▼M4

1.  L-awtorità Komunitarja tista’ toħroġ settijiet ta’ mikrodata anonimizzata miksuba mill-istħarriġ jew mis-sorsi ta’ dejta statistiċi li ġejjin:

 Bord dwar il-Familji tal-Komunità Ewropea,

 Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol,

 Stħarriġ dwar l-Innovazzjoni Komunitarja,

 Stħarriġ dwar it-Taħriġ Vokazzjonali Kontinwu,

 Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ,

 Statistika tal-Unjoni Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien,

 Stħarriġ dwar l-Edukazzjoni tal-Adulti,

 Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Irziezet,

 Stħarriġ Intervista dwar is-Saħħa Ewropew,

 Statistika Komunitarja dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni - modulu 2 Individwi, familji u s-soċjetà tal-informazzjoni,

 Stħarriġ dwar il-Baġit tal-Familji,

 Riżultati Statistiċi fir-rigward tal-Ġarr tal-Merkanzija bit-Triq.

Madankollu, fuq talba tal-awtorità nazzjonali li pprovdiet id-dejta, l-aċċess għal dejta minn din l-awtorità nazzjonali m’għandux jingħata għal proġett speċifiku ta’ riċerka.

▼B

2.  Qabel dan il-ħruġ, l-awtorità tal-Komunità għandha tiżgura b'koperazzoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali, li l-metodi ta' anonimizzazzjoni applikati għal dawn is-settijiet ta' mikrodata jimminimizzaw skond l-aqwa prattika preżenti r-riskju ta' identifikazzjoni tal-units statistiċi relatati, skond ir-Regolament (KE) Nru 322/97.

Artikolu 7

Ftehim bilaterali

Kull awtorità nazzjonali u l-awtorità tal-Komunità għandhom jaqblu bilateralment bil-miktub fuq l-arranġamenti u l-kondizzjonijiet ta' prattika msemmija fl-Artikoli 5 u 6. Il-ftehim bilaterali, u kull bdil fihom, għandhom jiġu rapportati lill-Kumitat fuq il-Kunfidenzjalità ta' l-Istatistika.

Artikolu 8

Kwistjonijiet ta' Organizzazzjoni

1.  Il-miżuri amministrattivi, tekniċi u organizzattivi meħtieġa għandhom jittieħdu mill-awtorità tal-Komunità biex tiżgura li aċċess għal data kunfidenzjali la tagħmel ħsara lill-protezzjoni attwali u loġika tad-data kunfidenzjali lanqas tippermetti svelar jew użu barra mill-iskopijiet li għalihom tkun ingħatat fakoltà ta' l-użu.

2.  Kull fejn il-pożizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali tkun meħtieġa, miżuri tekniċi u organizzattivi għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità tal-Komunità biex jiżguraw li koperazzjoni xierqa titmexxa b'mod effiċjenti mingħajr telf ta' żmien bla bżonn waqt li tikkunsidra l-bżonnijiet tal-proġett ta' riċerka. Għandu jsir kull skorz biex jiżgura illi l-pożizzjoni ta' l-awtorità nazzjonali kif meħtieġa bl-Artikolu 5 u 6 tkun provduta mhux aktar minn sitt ġimgħat minn dakinhar li fih ir-rikjesta relevanti tasal għand l-awtorità nazzjonali.

3.  Kemm-il darba li l-faċilitajiet xierqa jkunu kif suppost biex jipproteġu l-kunfidenzjalità tad-data, u li l-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali li jkunu bagħtu d-data lill-awtorità tal-Komunità tkun ingħatat, fakoltà ta' l-użu ta' data kunfidenzjali tista' tkun ukoll permessa f'erja ta' sigurtà fuq il-post ta' awtorità nazzjonali. F'każi bħal dawn, il-miżuri fil-post biex jiżguraw il-protezzjoni attwali u loġika tad-data tkun komparabbli ma' dawk fil-post fil-fond ta' l-awtorità tal-Komunità.

Artikolu 9

Spejjeż

L-ispejjeż relatati mal-fakoltà ta' l-użu ta' data kunfidenzjali skond dan ir-Regolament, u b'mod partikulari, l-użu tal-faċilitajiet tal-Kummissjoni, għandhom jitħallsu mill-applikanti. Biex tistabbilixxi l-ispejjeż, l-awtorità tal-Komunità għandha tiżgura li ma jwasslux għal kompetizzjoni mhux ġusta ma' l-awtoritajiet nazzjonali.

Artikolu 10

Miżuri ta' salvagwardji

1.  L-awtorità tal-Komunità għandha tiżgura li d-data li jkollhom fakoltà li jużaw ma tkunx tinkludi informazzjoni li tippermetti identifikazzjoni diretta tal-units ta' statistika relatata.

2.  L-awtorità tal-Komunità għandha żżomm reġistru pubbliku li jkun fih l-informazzjoni relevanti kollha.

Artikolu 11

Rapporti

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta ta' kull sena lill-Kumitat fuq il-Kunfidenzjalità ta' l-Istatistika, fuq l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport ikun jinkludi informazzjoni bħall-ismijiet u l-indirizzi tar-riċerkaturi u l-istituzzjonijiet tagħhom, id-data li jkollhom fakoltà jużaw, l-ispejjeż imħallsa, id-deskrizzjoni tal-proġetti ta' riċerka u l-pubblikazzjonijiet li jirriżultaw.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1.

( 2 ) ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

( 3 ) ĠU L 8, tat-12.1.2001, p. 1.

Top