Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02002R0494-20160101

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2002 tad-19 ta' Marzu 2002 li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħazniet ta' marlozz fis-sub-żoni ICES III, IV, V, VI u VII u t-taqsimiet ICES VIII a, b, d, e.

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/494/2016-01-01

2002R0494 — MT — 01.01.2016 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 494/2002

tad-19 ta' Marzu 2002

li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħazniet ta' marlozz fis-sub-żoni ICES III, IV, V, VI u VII u t-taqsimiet ICES VIII a, b, d, e.

(ĠU L 077 20.3.2002, p. 8)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1867 tad-19 ta' Ottubru 2015

  L 275

20

20.10.2015




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 494/2002

tad-19 ta' Marzu 2002

li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħazniet ta' marlozz fis-sub-żoni ICES III, IV, V, VI u VII u t-taqsimiet ICES VIII a, b, d, e.



IL- KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja,

Wara li kkunsidrat ir Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 fuq il-konservazzjoni tar-rizorsi ta' l-oqsma tas-sajd permezz ta' mizuri teknici għall-protezzjoni tal-friegħ tal-ħlejjaq tal-baħar ( 1 ), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 973/2001 ( 2 ), u b'mod partikolari fl-Artikolu 45(1) miġjub fih,

Billi:

(1)

F' Novembru 2000, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) indika li l-popolazzjoni tal-marlozz fis-sub-żoni ICES III, IV, V, VI u VII u t-taqsima ICES VIII a, b, d, e qegħdin f'riskju serju li jispiċċaw.

(2)

Il- maġġoranza tal-marlozz jinsta fis-sub-żoni ICES III, IV, V, VI u VII u fit-taqsimiet ICES VIII a, b, d, e.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1162/2001 ta' l-14 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi l-miżuri tekniċi sabiex il-popoplazzjoni tal-marlozz fis-sub-żoni ICES III, IV, V, VI u VII u t-taqsimiet ICES VIII a, b,d,e terġa' tiżdied u l-kundizzjonijiet assoċjati mall-kontroll ta' l-attivitajiet tad-dgħajjes tas-sajd ( 3 ) jistabbilixxi numru ta' miżuri tekniċi oħra relevanti sabiex il-marlozz jiżdied.

(4)

Dawk il-mizuri tekniċi se jibqgħu fis-seħħ sa l-1 ta' Marzu 2002. Madankollu, sa dik id-data, ir-Regolament (KE) Nru 850/98 mhux ser ikun għadu ġie revedut. Interruzzjoni fl-applikazzjoni ta'dawn il-miżuri tikkawza ħsara serja lill-popolazzjoni tal-marlozz.

(5)

Minħabba f'hekk, azzjoni immedjata hija meħtiega biex tassigura li l-miżuri stabbiliti fir- Regolament (KE) Nru 1162/2001 jibqu fis-seħħ sakemm ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 850/98 tkun addottata mill- Kunsill.

(6)

M'hemmx riskju kbir li s-sajd bit-tartarun b'malja iżgħar minn 100 millimertu f'żoni t li f'ċirkustanzi oħra ikunu ristretti għal sajd bi xbiek miġbud ieħor b'malja ta' 100 millimetru jew ikbar jipperikola l-konservazzjoni tal-popolazzjoni tal-marlozz minħabba li permezz ta' dan it-tip ta'sajd bit-tartarun ma jinqabadx ħafna marlozz b'mod sekondarju. Huwa necessarju, iżda, li dan il-livell baxx ta' qbid sekondarju ma jinqabiżx u li l-perjodu ta' zmien u ż-żona ġeografika fejn isir dan it-tip ta'sajd tkun limitata.

(7)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1162/2001 jipprovdi deroga ġustifikata mill-fatt li l-limitu fuq il-qabda tal-marlozz jista' jikkawża problemi ekonomiċi serji għal bastimenti tas-sajd żgħar li jaħdmu bil-ġurnata. Id-deroga għandha konsegwenzi negliġibbli fir-rigward tal-konservazzjoni u ż-żieda tal-popolazzjoni tal-marlozz. Għal din ir-raġuni għandha tinżamm.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tas-Sajd u l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Dan ir-Regolament japplika għad-dgħajjes tas-sajd li joperaw fis-sub-żoni ICES V u VI u VII u fit-taqsima ICES VIII b, ċ, f, g, h, j, k u fl-ICES VIII a, b, d, e.

▼M1

Artikolu 1a

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament “qabdiet mhux intenzjonati” tfisser qabdiet inċidentali ta' organiżmi tal-baħar li, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti, jew għax ikunu taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew inkella għax jaqbżu l-kwantitajiet permessi skont ir-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabdiet u l-qabdiet inċidentali.

▼B

Artikolu 2

1.  Minkejja l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 850/98, il-qabda tal-marlozz (Merluccius merluccius) miżmuma fuq kwalunkwe dgħajsa li ġġorr xi xbiek miġbud minbarra tartarun b'malja ta' 55 sa 99 millimetru m'għandhiex tkun iktar minn 20 % mill-piż totali tal-qabda tal-ħlejjaq tal-baħar miżmuma fid-dgħajsa, u l-qabda tal-marlozz miżmuma abbord kwalunkwe dgħajsa li ġġorr tartarun b'firxa ta' malja ta' minn 55 sa 99 millimetri m'għandiex tkun iktar minn 5 % mill-piż totali tal-qabda tal-ħlejjaq tal-baħar miżmuma fid-dgħajsa.

2.  Il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għal dgħajjes ta' tul ta' anqas minn 12 il-metru li jirritornaw il-port fi żmien 24 siegħa mill-aħħar tluq mill-port.

▼M1

3.  Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika għal qabdiet mhux intenzjonati tal-merluzz soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

▼B

Artikolu 3

Huwa projbit l-użu:

(a) ħlief fl- ICES sub-żoni V u VI, xi cod-end u/jew estensjoni ta' xbiek miġbud ħlief tartarun b'toqob ikbar minn 55 millimetri li mhux magħmula minn ħajt ta' l-insiġ singlu, fejn l-ebda ħajta ma hi eħxen minn 6 millimetri jew minn ħajt ta' l-insiġ doppju, fejn l-ebda ħajta ma hi eħxen minn 4 millimetri.

(b) kwalunkwe xbiek miġbud ghal ħut tal-qiegħ, minbarra tartarun li fih cod-end b'toqob ta' bejn 70 u 89 milimetri, li fih iktar minn 120 ħolqa ta'xbiek f'kull ċirkonferenza ta' l-istess cod-end, apparti l-għoqiedi u ċmus;

(ċ) kull xbiek miġbud għall-ħut tal-qiegħ li jinkludi xi xbiek kwadrilaterali individwali fejn it-truf tax-xbiek mhuwiex l-istess tul;

(d) kull xbiek miġbud għall-ħut tal-qiegħ fejn il-cod-end b'toqob ta' inqas minn 100 millimetru huwa mqabbad bi kwalunkwe mod minbarra li meħjut fuq il-parti tax-xbiek quddiem il-cod-end.

Artikolu 4

Huwa pprojbit li jinġarr abbord jew li jitħejja kwalunkwe xbiek miġbud b'malja ta' 70 millimetru jew aktar, sakemm in-nofs ta'fuq kollu tan-naħa ta' quddiem ta' xibka ta' dan it-tip ma' tkunx magħmula minn faxx ta'malja li l-ebda malja minnhu ma tkun iżgħar minn 180 millimetru meta mwaħħla:

 direttament mal-ħabel prinċipali, jew,

 għal mhux iktar minn tliet fillieri ta' malja b'kull daqs ta' malja mwaħħla direttament mal-ħabel prinċipali.

Il-faxx ta' malja għandu jestendi lejn in-naħa ta' wara tax-xbiek, mill-inqas għan-numru ta' malji determinat permezz ta':

(a) d-diviżjoni tat-tul f'metri tat-travu tax-xbiek bi 12;

(b) il-moltiplikazzjoni tar-riżultat miksub f' (a) b' 5400;

(ċ) d-diviżjoni tar-riżultat miksub f' (b) bid-daqs tal-malja, f'millimetri, ta' l-iżgħar malja f'dik il-parti;

(d) tħalli barra kwalunkwe deċima jew frazzjoni oħra fir-riżultat ta' (ċ).

Artikolu 5

1.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2, dawn iż-żoni ġeografiċi li ġejjin huma definiti:

(a) iż-żoni ta' bejn il-linji dritti jgħaqqdu b'mod sekwenzjali l-koordinati ġeografiċi li ġejjin u jeskludu kull parti ta' dik iż-żona fil-limiti ta' 12-il mil nawtiku mkejla mill-kosta ta' l-Irlanda:

53°30'T, 11°00'P

53°30'T, 12°00'P

53°00'T, 12°00'P

51°00'T, 11°00'P

49°30'T, 11°00'P

49°30'T, 07°00'P

51°00'T, 07°00'P

51°00'T, 10°30'P

51°30'T, 11°00'P

53°30'T, 11°00'P;

(b) iż-żona ta' bejn il-linji dritti li tgħaqqad b'mod sekwenzjali dawn il-koordinati ġeografiċi u teskludi kull parti ta' dik iż-żona li tinstab fil-limiti ta' 12-il mil nawtiku mkejla mill-kosta ta' Franza:

48°00'T, 06°00'P

48°00'T, 07°00'P

45°00'T, 02°00'P

44°00'T, 02°00'P

punt fuq il-kosta ta' Franza at 44°00'N

punt fuq il-kosta ta' Franza at 45°30'N

45°30'T, 02°00'P

45°45'T, 02°00'P

48°00'T, 06°00'P.

2.  Fiż-żoni definiti fil-paragrafu 1:

 huwa projbit li jsir kull tip ta' sajd permezz ta' xbiek miġbud minbarra bi xbiek b'malja ta' bejn 55 u 99 millimetru,

 huwa pprojbit li tniżżel taħt l-ilma, parzjalment jew kompletament jew li jintuża bi kwalunkwe mod kull tip ta' xbiek miġbud ħlief dak ta' malja ta' bejn 55 u 99 millimetru,

 kull xbiek miġbud minbarra dak b'malja ta' bejn 55 u 99 millimetru għandu jiġi marbut u merfugħ kif stabbilit fl-Artikolu 20(1) tar- Regolament (KE) Nru 2847/93 ta' l-1 t'Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika politika tas-sajd komuni ( 5 ).

Fiż-żona definita fil-paragrafu 1(a):

 huwa projbit li jsir kull tip ta' sajd permezz ta' kull tip ta' xibka fissa b'malja ta'inqas minn 120 millimetru,

 huwa pprojbit li tniżżel taħt l-ilma, parzjalment jew kompletament jew li jintuża bi kwalunkwe mod kull tip ta' xibka fiss b'malja ta' inqas minn 120 millimetru,

 kull xibka fissa b'malja ta' inqas minn 120 millimetru għandha tiġi marbuta u merfugħa b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl- l-Artikolu 20(1) tar- Regolament (KE) Nru 2847/93.

Fiż-żona definita fil-paragrafu 1(b):

 hIJa pprojbita kull attività ta' sajd permezz ta' xbiek fiss b'malja ta'inqas minn 100 millimetru,

 huwa pprojbit li tniżżel taħt l-ilma, parzjalment jew kompletament jew l-użu għal kwalunkwe raġuni, ix-xbiek fiss kollu b'malja ta' inqas minn 100 millimetru,

 ix-xbiek fiss kollu b'malja ta'inqas minn 100 millimetru għandu jiġi marbut u merfugħ b'mod konformi ma'l-Artikolu 20(1) tar- Regolament (KE) Nru 2847/93.

Artikolu 6

1.  Fiż-żona definita fl-Artikolu 5(1)(a), xbiek b'toqob ta' daqs ta' bejn 55 u 99 millmetru jista' jiġi użat jew imniżżel taħt l-ilma parzjalment jew kompletament biss fil-parti taż-żona lejn il-lvant ta' 07°30'W u biss fil- perjodu ta' bejn April u Ottubru.

2.  Fiż-żona definita fl-Artikolu 5(1)(b), jista' jiġi użat xbiek b'malja ta' daqs ta' bejn 55 u 99 millimetru jew imniżżel taħt l-ilma parzjalment jew kompletament biss fil-parti taż-żona lejn in-nofsinhar ta' 46°00'T u biss fil- perjodu ta' bejn Ġunju u Settembru.

3.  Fiż-żoni definiti fl-Artikolu 5(1)(a) jew 5(1)(b) li jinstabu barra miż-żoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, kull xbiek b'toqob ta' bejn 55 u 99 millimetru għandu jiġi marbut u merfugħ konformement mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 20(1) tar- Regolament (KE) Nru 2847/93.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandhu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-publikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandhu għandu japplika fl-1 ta' Marzu 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 125, tas-27.04.1998, p. 1.

( 2 ) ĠU L 137, tad-19.5.2001, p. 1.

( 3 ) ĠU L 159, ta' l-14-6.2001, p. 4.

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

( 5 ) ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1.

Top