Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02002L0096-20090112

Consolidated text: Id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/96/2009-01-12

2002L0096 — MT — 12.01.2009 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 2002/96/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Jannar 2003

dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)

(ĠU L 037, 13.2.2003, p.24)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA 2003/108/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta’ Diċembru 2003

  L 345

106

31.12.2003

►M2

DIRETTIVA 2008/34/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Marzu 2008

  L 81

65

20.3.2008

►M3

DIRETTIVA 2008/112/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-16 ta’ Diċembru 2008

  L 345

68

23.12.2008




▼B

ID-DIRETTIVA 2002/96/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Jannar 2003

dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) miġjub fih,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),

Huma u jaġixxu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fit-8 ta’ Novembru 2002 ( 4 ),

Billi:

(1)

L-għanijiet tal-politika ambjentali tal-Komunità huma, partikolarment, li jippriservaw, jipproteġu u jtejbu l-kwalità ta’ l-ambjent, jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u jutilizzaw risorsi naturali b’mod prudenti u raġonevoli. Dik il-politika hija bbażata fuq il-prinċipju prekawzjonali u prinċipji li azzjoni prekawzjonali għandha tittieħed, li ħsara ambjentali għandha bħala prIjorità tiġi ratifikata fis-sors u li min iniġġeż għandu jħallas.

(2)

Il-programm tal-Komunità ta’ politika u azzjoni f’relazzjoni ma’ l-ambjent u żvilupp sostenibbli (Il-Ħames Programm ta’ Azzjoni Ambjentali) ( 5 ) jiddikjara li l-ksib ta’ żvilupp sostenibbli jsejjaħ għal bdil sinifikanti f’mudelli korrenti ta’ żvilupp, produzzjoni, konsum u imġiba u avukati, fost oħrajn, it-tnaqqis ta’ konsum moħli ta’ risorsi naturali u l-prevenzjoni ta’ tniġġiż. Isemmi skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) bħala wieħed mill-erji mmirati li jridu jiġu rregolati, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prevenzjoni, irkupru u rimi/qerda sigura ta’ l-iskart.

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 1996 dwar reviżjoni ta’ l-istrateġija tal-Komunità għal tmexxija ta’ l-iskart tiddikjara li, fejn il-ġenerazzjoni ta’ l-iskart ma jistax jiġi evitat, għandu jiġu użat mill-ġdid jew irkuprat għall-materjal jew l-enerġija tiegħu.

(4)

Il-Kunsill fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-24 ta’ Frar 1997 dwar strateġija Komunitarja għal tmexxija ta’ l-iskart ( 6 ) insista fuq il-ħtieġa li jitmexxa ’l quddiem irkupru ta’ l-iskart bil-ħsieb li titnaqqas il-kwantità ta’ l-iskart għar-rimi/qerda u s-salvagwardjar ta’ risorsi naturali, partikolarment permezz ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ, composting u rkupru ta’ enerġija minn skart u għaraf li l-għażla ta’ għażliet f’kull każ partikolari jrid iqis effetti ambjentali u ekonomiċi imma li sakemm isir progress xjentifiku u teknoloġiku u analiżi ta’ ċikli tal-ħajja huma żviluppati aktar, użu mill-ġdid u rkupru ta’ materjal għandhom jitqiesu preferibbilment fejn u sakemm ikunu l-aħjar għażliet ambjentali. Il-Kunsill stieden ukoll lill-Kummissjoni biex tiżviluppa, malli jkun possibbli, segwiment xieraq għall-proġetti tal-waste streams programme ta’ prijorità, inkluż WEEE.

(5)

Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-14 ta’ Novembru 1996 ( 7 ), staqsa lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti għal Direttivi dwar numru ta’ waste streams ta’ prijorità, inkluż skart ta’ l-elettriku u elettroniku, u biex tibbaża proposti bħal dawn fuq il-prinċipju ta’ responsabbiltà tal-produttur. Il-Parlament Ewoprew, fl-istess Riżoluzzjoni, jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iressqu proposti biex jitnaqqas il-volum ta’ l-iskart.

(6)

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/422/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart ( 8 ) tipprovdi li regoli speċifiċi għal waqtiet partikolari jew li jissupplimentaw dawk tad-Direttiva 75/422/KEE dwar it-tmexxija ta’ kategoriji partikolari ta’ l-iskart jistgħu jiġu preskritti permezz ta’ Direttivi individwali.

(7)

L-ammont ta’ WEEE iġġenerat fil-Komunità qiegħed jikber b’mod mgħaġġel. Il-kontenut ta’ komponenti ta’ riskju f’tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku (TEE) huwa ta’ interess prinċipali matul il-fażi ta’ tmexxija ta’ l-iskart u r-riċiklaġġ ta’ WEEE mhuwiex qiegħed jitwettaq b’mod suffiċjenti.

(8)

L-għan tat-titjib tat-tmexxija ta’ WEEE ma jistax jinkiseb effettivament mill-Istati Membri li jaġixxu b’mod individwali. Partikolarment, applikazzjonijiet nazzjonali differenti tal-prinċipju ta’ responsabbiltà tal-produttur jistgħu jwasslu għal disparitajiet sostanzjali fil-piż finanzjarju fuq operaturi ekonomiċi. Politika nazzjonali differenti dwar it-tmexxija ta’ WEEE tfixkel l-effettività ta’ politika ta’ riċiklaġġ. Għal dik ir-raġuni l-kriterji essenzjali għandhom jiġu preskritti fil-livell tal-Komunità.

(9)

Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għal prodotti u produtturi irrispettivament mill-metodu ta’ teknika ta’ bejgħ, inkluż bejgħ minn distanza u elettroniku. F’dan il-każ l-obbligazzjonijiet ta’ produtturi u distributuri li qed jużaw kanali ta’ bejgħ minn distanza u elettroniku għandhom, safejn ikun prattikabbli, jieħdu l-istess forma u għandhom jiġu infurzati bl-istess mod sabiex jiġi evitat li kanali oħra ta’ distribuzzjoni ikollhom iġorru l-ispejjeż tad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li għandha x’taqsam ma’ WEEE li għalih inbiegħ it-tagħmir permezz ta’ bejgħ minn distanza jew elettroniku.

(10)

Din id-Direttiva għandha tkopri t-tagħmir kollu ta’ l-elettriku u elettroniku użati minn konsumaturi u tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku maħsub għall-użu professjonali. Din id-Direttiva għandha tgħodd mingħajr preġudizzjoni għal leġislazzjoni Komunitarja dwar ħtiġijiet ta’ sigurtà u ta’ saħħa li jipproteġu l-atturi kollha f’kuntatt ma’ WEEE kif ukoll leġislazzjoni dwar tmexxija ta’ skart speċifiku Komunitarju, partikolarment id-Direttiva tal-Kunsill 91/157/KEE tat-18 ta’ Marzu 1991 dwar batteriji u akkumulaturi li jikkontejnu sustanzi perikolużi ( 9 ).

(11)

Id-Direttiva 91/157/KEE teħtieġ li tiġi riveduta kemm jista’ jkun malajr, partikolarment fid-dawl ta’ din id-Direttiva.

(12)

It-twaqqif, permezz ta’ din id-Direttiva, ta’ responsabbilta tal-produttur huwa wieħed mill-mezzi li jinkoraġġixxu d-disinn u l-produzzjoni ta’ tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku li jqisu b’mod sħiħ u jiffaċilitaw it-tiswija, possibbilment l-upgrading, l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u r-riċiklaġġ tagħhom.

(13)

Sabiex jiggarantixxu s-sigurtà u s-saħħa ta’ personal tad-distributuri involuti fir-ritorn u l-immaniġġjar ta’ WEEE, l-Istati Membri għandhom, bi qbil ma’ leġislazzjoni nazzjonali u Komunitarja dwar ħtiġijiet ta’ sigurtà u ta’ saħħa, jiddeterminaw il-kondizzjonijiet skond liema ritorni jistgħu jiġu rrifjutati minn distributuri.

(14)

qL-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu d-disinn u l-produzzjoni ta’ tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku li jqisu u jiffaċilitaw żarmar u rkupru, partikolarment l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ WEEE, il-komponenti u l-materjali tagħhom. Produtturi m’għandhomx jipprevjienu, permezz ta’ karatteristiċi speċifiċi ta’ disinn jew proċessi ta’ fabbrikazzjoni, li jerġa’ jintuża WEEE, minbarra jekk karatteristiċi speċifiċi ta’ disinn jew proċessi ta’ fabbrikazzjoni jippreżentaw vantaġġi li jirbħu, per eżempju rigward il-protezzjoni tal-ħtiġijiet ta’ l-ambjent u/jew ta’ sigurtà.

(15)

Ġbir separat huwa l-kondizzjoni minn qabel biex jiġu żgurat trattament speċifiku u r-riċiklaġġ ta’ WEEE u huwa meħtieġ biex jiġi akkwistat il-livell magħżul ta’ protezzjoni ta’ saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent fil-Komunità. Konsumaturi jridu jikkontribwixxu attivament għas-suċċess ta’ ġbir bħal dan u għandhom jiġu inkoraġġiti biex jirritornaw il-WEEE. Għal dan il-għan, faċilitajiet konvenjenti għandhom jitwaqqfu għar-ritorn tal-WEEE, inklużi punti pubbliċi ta’ ġbir, fejn djar privati għandhom ikunu jistgħu jirritornaw l-iskart tagħhom għall-inqas mingħajr ħlas.

(16)

Sabiex jinkiseb il-livell magħżul ta’protezzjoni u ta’ għanijiet ambjentali armonizzati tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jimminimizzaw ir-rimi/qerda ta’ WEEE bħala skart muniċipali mhux magħżul u biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat ta’ WEEE. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri iħabirku biex iwaqqfu skemi ta’ ġbir effiċjenti, għandhom jinħtieġu li jiksbu livell għoli ta’ ġbir ta’ WEEE minn djar privati.

(17)

Trattament speċifiku għal WEEE huwa indispensabbli sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ oġġetti li jikkaġuna tniġġiż ġol-materjal riċiklat jew ġol-waste stream. Trattament bħal dan huwa l-mezz l-aktar effettiv biex tiġi żgurata konformità mal-livell magħżul ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent tal-Komunità. Kull stabbiliment jew impriża li twettaq operati ta’ riċiklaġġ u ta’ trattament għandha tikkonforma ma’ livelli stabbiliti minimi li jipprevjenu impatti ambjentali negattivi assoċjati mat-trattament ta’ WEEE. L-aħjar metodi ta’ teknika ta’ trattament, irkupru u ta’ riċiklaġġ disponibbli għandhom jintużaw basta li jiżguraw s-saħħa tal-bniedem u protezzjoni ambjentali għolja. L-aħjar metodi ta’ teknika ta’ trattament, rkupru u ta’ riċiklaġġ disponibbli jistgħu jiġu definiti aktar bi qbil mal-proċeduri tad-Direttiva 96/61/KE.

(18)

Fejn xieraq, prijorita għandha tingħata lill-użu mill-ġdid ta’ WEEE u l-komponenti tiegħu, sotto-assemblei u oġġetti li jinħlew. Fejn użu mill-ġdid mhuwiex preferibbli, il-WEEE miġbur separatament għandu jintbagħat għall-irkupru, li matul il-kors tiegħu għandu jinkiseb livell għoli ta’ riċiklaġġ u rkupru. B’żieda ma’ dan, produtturi għandhom jiġu inkoraġġiti biex jintegraw materjal riċiklat f’tagħmir ġdid.

(19)

Prinċipji bażiċi rigward il-finanzjament ta’ tmexxija ta’ WEEE jridu jitfasslu fil-livell tal-Komunità u skemi ta’ finanzjament iridu jikkontribbwixxu għal rati għoljin ta’ ġbir kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà tal-produttur.

(20)

Utenti ta’ tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku minn djar privati għandu jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw il-WEEE għall-inqas mingħajr ħlas. Produtturi għandhom għalhekk jiffinanzjaw ġbir minn faċilitajiet ta’ ġbir, u t-trattament, l-irkupru u r-rimi/qerda ta’ WEEE. Sabiex jingħata effett massimu lill-kunċett ta’ responsabbiltà tal-produttur, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament tat-tmexxija ta’ l-iskart mill-prodotti tiegħu stess. Il-produttur għandu jkun jista’ jagħżel li jwettaq din l-obbligazzjoni jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva. Meta joħroġ prodott fis-suq, kull produttur għandu jipprovdi garanzija finanzjarja biex jipprevjieni li spejjeż għat-tmexxija ta’ WEEE minn prodotti orfni jaqgħu fuq is-soċjetà jew fuq il-bqija tal-produtturi. Ir-responsabbiltà għall-finanzjament tat-tmexxija ta’ skart storiku għandu jinqasam mill-produtturi eżistenti kollha fi skemi ta’ finanzjament kollettivi li għalihom il-produtturi kollha, li jeżistu fis-suq meta jseħħu l-ispejjeż, jikkontribwixxu proporzjonalment. Skemi ta’ finanzjament kollettivi m’għandux ikollhom l-effett li jeskludu produtturi niche u ta’ volume-baxx, importaturi u entranti ġodda. Għal perjodu transizzjonali, produtturi għandhom jitħallew juru xerrejja, fuq bażi volontarju fil-ħin tal-bejgħ ta’ prodotti ġodda, l-ispejjeż taż ġbir, trattament u rimi/qerda b’mod ambjentali sod ta’ skart storiku. Produtturi li qed jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jiżguraw li l-ispejjeż imsemmija ma jaqbżux l-ispejjeż attwali miġrura.

(21)

Tagħrif lill-utenti dwar il-ħtieġa li ma jintremiex WEEE bħala skart muniċipali mhux magħżul u biex jinġabar WEEE b’mod separat, u dwar is-sistemi ta’ ġbir u r-rwol taħghom fit-tmexxija ta’ WEEE, huwa indispensabbli għas-suċċess ta’ ġbir ta’ WEEE. Tagħrif bħal dan jimplika l-immarkar kif suppost ta’ tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku li jista’ jispiċċa f’laned taż-żibel jew mezzi simili ta’ ġbir ta’ skart muniċipali.

(22)

Tagħrif dwar l-identifikazzjoni ta’ komponent u materjal li jrid jiġi pprovdut minn produtturi huwa importanti biex tiġi ffaċilitata t-tmexxija, u partikolarment it-trattament u l-irkupru/riċiklaġġ, ta’ WEEE.

(23)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-infrastruttura ta’ spezzjoni u mmonitorjar tippermetti li l-implimentazzjoni kif suppost ta’ din id-Direttiva tiġi vverifikata, wara li jikkunsidraw, fost ħwejjeġ oħra, ir-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta’ l-4 ta’ April 2001 li tipprovdi għal kriterji minimi għal spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri ( 10 ).

(24)

Tagħrif dwar l-użin jew, jekk dan mhuwiex possibbli, in-numri ta’ oġġetti ta’ tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku maħruġa fis-suq fil-Komunità u r-rati ta’ ġbir, użu mill-ġdid (inkluż sa fejn huwa possibbli użu mill-ġdid ta’ strumenti sħaħ), irkupru/riċiklaġġ u esportazzjoni ta’ WEEE miġbur bi qbil ma’ din id-Direttiva huwa meħtieġ li jiġi mmonitorjat il-ksib ta’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

(25)

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw ċerti disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva permezz ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi kkonċernati basta li jintlaħqu ħtiġijiet partikolari.

(26)

L-addattament għal progress xjentifiku u tekniku ta’ ċerti disposizzjonijiet tad-Direttiva, il-lista ta’ prodotti li jidħlu taħt il-kategoriji ddikjarati fl-Anness IA, it-trattament selettiv għal materjali u komponenti ta’ WEEE, il-ħtiġijiet tekniċi għall-ħażna u t-trattament ta’ WEEE u s-simbolu ta’ l-immarkar ta’ TEE għandhom jiġu effettwati mill-Kummissjoni skond proċedura tal-kumitat.

(27)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ l-implimentazzjoni ta’ poteri mogħtija lill-Kummissjoni ( 11 ) 2.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Għanijiet

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa, bħala l-ewwel prijorità, il-prevenzjoni ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), u b’żieda ma’ dan, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u forom oħra ta’ rkupru ta’ skart bħal dan biex jintnaqqas ir-rimi/qerda ta’ skart. Tfittex ukoll li ttejjeb il-qadi ambjentali ta’ l-operaturi kollha involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku, per eżempju produtturi, distributuri u konsumaturi u partikolarment dawk l-operaturi involuti direttament fit-trattament ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku li jidħol taħt il-kategoriji ddikjarati fl-Anness IA basta li t-tagħmir ikkonċernat mhuwiex parti minn tip ieħor ta’ tagħmir li ma jidħolx fl-iskop ta’ din id-Direttiva. L-Anness IB jikkontjeni lista ta’ prodotti li jidħlu taħt il-kategoriji dikjarati fl-Anness IA.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal leġislazzjoni Komunitarja dwar ħtiġijiet ta’ sigurtà u ta’ saħħa u leġislazzjoni Komunitarja speċifika dwar tmexxija ta’ l-iskart.

3.  Tagħmir li huwa konness mal-protezzjoni ta’ l-interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ Stati Membri, armi tan-nar, munizzjon u materjal tal-gwerra għandhom jiġu esklużi minn din id-Direttiva. Dan, madanakollu, ma japplikax għal prodotti li mhumiex maħsuba għal għanijiet speċifikament militari.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku” jew “TEE” ifisser tagħmir li huwa dipendenti fuq kurrenti ta’ l-elettriku jew electromagnetic fields sabiex jaħdem sew u tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ kurrenti u fields bħal dawn li jidħol taħt il-kategoriji ddikjarati fl-Anness IA u disinjat għall-użu ma’ rating ta’ vultaġġ li ma jaqbiżx l-1 000 Volt għal alternating current u 1 500 Volt għal kurrent dirett;

(b) “skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku” jew “WEEE” ifisser tagħmir ta’ l-elettriku jew elettroniku li huwa skart fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 75/442/EEC, inklużi l-komponenti kollha, sotto-assemblei u oġġetti li jinħlew li huma parti mill-prodott fil-waqt meta jintremew;

(ċ) “prevenzjoni” tfisser miżuri mmirati lejn it-tnaqqis tal-kwantita u l-ħsara lill-ambjent ta’ WEEE u materjali u sustanzi li jinstabu fih;

(d) “użu mill-ġdid” ifisser kull operat li permezz tiegħu WEEE jew komponenti tiegħu jintużaw għall-istess għan li għalih ġew maħluqa, inkluż l-użu kontinwu tat-tagħmir jew komponenti tiegħu li jiġu ritornati fil-punti ta’ ġbir, distributuri, dawk li jirriċiklaw jew fabbrikanti;

(e) “riċiklaġġ” ifisser il-proċessar mill-ġdid f’proċess ta’ produzzjoni tal-materjali ta’ l-iskart għall-għan oriġinali jew għal għanijiet oħra, imma minbarra rkupru ta’ enerġija li tfisser l-użu ta’ skart kombustibbli bħala mezz ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija permezz ta’ inċinerazzjoni diretta bi skart ieħor jew mingħajru imma bl-irkupru tas-sħana;

(f) “rkupru” ifisser xi wieħed mill-operati applikabbli pprovduti fl-Anness IIB mad-Direttiva 75/442/KEE;

(g) “rimi/qerda” ifisser xi wieħed mill-operati applikabbli pprovduti fl-Anness IIB mad-Direttiva 75/442/KEE;

(h) “trattament” ifisser kull attività wara li l-WEEE ikun ġie mgħoddi lil faċilità oħra għal tneħħija ta’ oġġetti ta’ li jikkaġunaw t-tniġġiż (depollution), żarmar, tqattigħ fi bċejjeċ, rkupru jew tħejjija għar-rimi/qerda u kull operat ieħor imwettaq għall-irkupru u/jew ir-rimi/qerda tal-WEEE;

(i) “produttur” ifisser kull persuna li, irrispettivament mill-metodu ta’ teknika ta’ bejgħ użata, inkluż permezz ta’ komunikazzjoni minn distanza bi qbil mad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta’ l-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni ta’ konsumaturi rigward kuntratti ta’ distanza ( 12 ):

(i) jiffabbrika u jbiegħ tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku taħt l-isem patentat tiegħu,

(ii) jerġa’ jbiegħ taħt l-isem patentat tiegħu tagħmir prodott minn fornituri oħrajn, waqt li wieħed li jbiegħ mill-ġdid ma jkunx meqjus bħala l-“produttur” jekk l-isem patentat tal-produttur jidher fuq it-tagħmir, kif ipprovdut f’sottopunt (i), jew

(iii) jimporta jew jesporta tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku fuq bażi professjonali ġo Stat Membru ieħor.

Kull minn jipprovdi esklussivament finanzjament skond xi ftehim ta’ finanzjament m’għandux jiġi meqjus bħala “produttur” minbarra jekk huwa wkoll jaġixxi bħala produtturi fit-tifsira ta’ sottopunti (i) sa (iii);

(j) “distributur” ifisser kull persuna li tipprovdi tagħmir ta’ l-elettriku jew elettroniku fuq bażi kummerċjali lill-parti li tkun se tużah;

(k) “WEEE minn djar privati” ifisser WEEE li jiġi minn djar privati u minn sorsi kummerċjali, industrijali, istituzzjonali u sorsi oħra li, minħabba fin-natura u l-kwantità tiegħu, huwa simili għal dak ta’ djar privati;

(l) “sustanza jew tħejjija perikoluża” tfisser kull sustanza jew tħejjija li hija kunsidrata bħala perikoluża skond id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE ( 13 ) jew id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ).

(m) “ftehim ta’ finanzjament” ifisser kull self, kiri b’self, kiri jew ftehim jew arranġament ta’ bejgħ iddiferit li għandu x’jaqsam ma xi tagħmir kemm jekk it-termini ta’ dak il-ftehim jew arranġament jew xi ftehim jew arranġament kollaterali jipprovdi li trasferiment ta’ pussess ta’ dak it-tagħmir se jseħħ jew jista’ jseħħ u kemm jekk le.

Artikolu 4

Disinn ta’ prodott

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu d-disinn u l-produzzjoni ta’ tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku li jqisu u jiffaċilitaw żarmar u rkupru, partikolarment l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ WEEE, il-komponenti u l-materjali tagħhom. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex produtturi ma jipprevienux, permezz ta’ karatteristiċi speċifiċi ta’ disinn jew proċessi ta’ fabbrikazzjoni, milli jerġa’ jintuża WEEE, minbarra jekk karatteristiċi speċifiċi ta’ disinn jew proċessi ta’ fabbrikazzjoni bħal dawn jippreżentaw vantaġġi li jirbħu, per eżempju rigward il-protezzjoni tal-ħtiġijiet ta’ l-ambjent u/jew ta’ sigurta.

Artikolu 5

Ġbir separat

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex inaqqsu r-rimi/qerda ta’ WEEE bħala skart muniċipali mhux magħżul u biex jinkiseb livell għoli ta’ ġbir separat ta’ WEEE.

2.  Għal WEEE minn djar privati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li sat-13 ta’ Awissu 2005:

(a) jitwaqqfu sistemi li jippermettu lill-possessuri finali u distributuri li jirriturnaw skart bħal dan għall-inqas mingħajr ħlas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ faċilitajiet meħtieġa għall-ġbir waqt li jqisu partikolarment id-densita tal-popolazzjoni;

(b) meta jipprovdu prodott ġdid, id-distributuri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li skart bħal dan jista’ jiġi ritornat lid-distributur għall-inqas mingħajr ħlas fuq bażi ta’ wieħed – wieħed sakemm it-tagħmir ikun ta’ tip ekwivalenti u jkun aderixxa l-istess funzjonijiet tat-tagħmir provvdut. L-Istati Membru jistgħu joħorġu minn din id-dispożizzjoni basta jiżguraw li r-ritorn tal-WEEE mhuwiex hawnhekk magħmul aktar diffiċli għall-possessur finali u basta li dawn is-sistemi jibqgħu mingħajr ħlas għall-possessur finali. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan;

(ċ) mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ (a) u (b), il-produtturi huma permessi li jwaqqfu u joperaw sistemi ta’ ritorn lura individwali u/jew kollettivi għal-WEEE minn djar privati basta li dawn huma f’linja ma’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva;

(d) wara li jikkunsidraw livelli stabbiliti nazzjonali u ta’ saħħa u sigurtà Komunitarja, il-WEEE li jippreżenta riskju ta’ saħħa u ta’ sigurta għall-personal minħabba fil-kontaminazzjoni jista’ jiġi rrifjutat għar-ritorm skond (a) u (b). L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti speċifiċi għal WEEE bħal dan.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal arranġamenti speċifiċi għar-ritorn ta’ WEEE skond (a) u (b) jekk it-tagħmir ma jikkontejnix il-komponenti essenzjali jew jekk it-tagħmir jikkontjeni skart ieħor għajr WEEE.

3.  Fil-każ ta’ WEEE ieħor għajr WEEE minn djar privati, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom jipprovdu għall-ġbir ta’ skart bħal dan.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-WEEE kollu miġbura skond il-paragrafi 1,2 u 3 imsemmija fuq huwa ttrasportat lejn faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati skond l-Artikolu 6 minbarra jekk l-istrumenti jerġgħu jintużaw sħaħ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu mill-ġdid prevvist ma jwassalx għal ċirkumvenzjoni ta’ din id-Direttiva, partikolarment rigward l-Artikoli 6 u 7. Il-ġbir u t-trasport ta’ WEEE miġbur separatament għandu jitwettaq b’mod li jottimizza l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ dawk il-komponenti jew strumenti sħaħ li jistgħu jerġgħu jintużaw jew jiġu rriċiklati.

5.  Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li sal-31 ta’ Diċembru 2006 l-aktar tard tinkiseb rata ta’ ġbir separat ta’ mill-inqas erba’ kilogrammi bħala medja kull abitant kull sena ta’ WEEE minn djar privati.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, huma u jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni u huma u jqisu esperjenza teknika u ekonomika fl-Istati Membri, għandhom jistabbilixxu mira mandatorja sal-31 ta’ Diċembru 2008. Dan jista’ jieħu l-forma ta’ persentaġġ tal-kwantitajiet ta’ tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku li jinbiegħ lid-djar privati fis-snin ta’ qabel.

Artikolu 6

Trattament

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom, bi qbil mal-leġislazzjoni Komunitarja, iwaqqfu sistemi li jipprovdu għat-trattament ta’ WEEE bl-użu ta’ l-aħjar metodi ta’ teknika disponibbli ta’ trattament, irkupru u riċiklaġġ. Is-sistemi jistgħu jitwaqqfu minn produtturi individwalment u/jew kollettivament. Biex tiġi żgurata konformità ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/442/KEE, it-trattament għandu, bħala minimu, jinkludi t-tneħħija tal-fluwidi kollha u trattament selettiv bi qbil ma’ l-Anness II ma’ din id-Direttiva.

▼M2

L-Anness II jista’ jiġi emendat sabiex jintroduċi teknoloġiji oħra ta’ trattament li jiżguraw mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

▼B

Għall-għanijiet ta’ protezzjoni ambjentali, l-Istati Membri jistgħu jwaqqfu livelli stabbiliti minimi ta’ kwalita għat-trattament ta’ WEEE miġbura. L-Istati Membri li jagħżlu livelli stabbiliti ta’ kwalita bħal dawn għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni, li għandha tippubblika dawn il-livelli stabbiliti.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull stabbiliment jew impriża li twettaq operati ta’ trattament jikseb permess mill-awtoritajiet kompetenti, f’konformità ma’ l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 75/442/KEE.

Id-deroga mill-ħtieġa tal-permess riferita fl-Artikolu 11(1)(b) tad-Direttiva 75/442/KEE tista’ tapplika għal operati ta’ rkupru li jikkonċernaw l-WEEE jekk spezzjoni tkun twettqet mill-awtoritajiet kompetenti qabel ir-reġistrazzjoni sabiex jiżguraw konformità ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/442/KEE.

L-ispezzjoni għandha tivverifika:

(a) it-tip u l-kwantitajiet ta’ skart li jrid jiġi ttrattat;

(b) il-ħtiġijiet tekniċi ġenerali li jridu jitwettqu;

(ċ) il-prekawzjonijiet ta’ sigurta li jridu jittieħdu.

L-ispezzjoni għandha titwettaq mill-inqas darba f’sena u r-riżultati għandhom jiġu kkomunikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull stabbiliment jew impriża li twettaq l-operati ta’ trattament taħżen u titratta WEEE f’konformità mal-ħtiġijiet tekniċi ddikjarati fl-Anness III.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-permess jew ir-reġistrazzjoni riferiti fil-paragrafu 2 jinkludu l-kondizzjonijiet kollha meħtieġa f’konformità mal-ħtiġijiet ta’ paragrafi 1 u 3 u għall-ksib ta’ miri ta’ rkupru dikjarati fl-Artikolu 7.

5.  L-operat ta’ trattament jista’ jsir ukoll barra mill-Istat Membru rispettiv jew mill-Komunità basta li t-tagħbija bil-baħar ta’ WEEE hija f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta’ l-1 ta’ Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta’ tagħbija bil-baħar ta’ skart fil-, ġol- u barra mill-Komunità Ewropea ( 15 ).

Il-WEEE esportat barra mill-Komunità f’linja mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1420/1999 ( 16 ) tad-29 ta’ April 1999 li jistabbilixxi r-regoli komuni u l-proċeduri li japplikaw għal tagħbija bil-baħar lejn ċerti pajjiżi li mhumhiex fl-OECD ta’ ċerti tipi ta’ skart u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 ( 17 ) tat-12 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi proċeduri ta’ kontroll skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 li japplika għal tagħbija bil-baħar ta’ ċerti tipi ta’ skart lejn ċerti pajjiżi li għalihom id-Deċiżjoni OECD C(92)39 finali ma tapplikax, għandu jgħodd biss għat-twettiq ta’ obbligazzjonijiet u miri ta’ l-Artikolu 7(1) u (2) ta’ din id-Direttiva jekk l-esportatur ikun jista’ jixhed li l-operat ta’ rkupru, użu mill-ġdid u/jew riċiklaġġ ikun seħħ skond kondizzjonijiet li huma ekwivalenti għall-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva.

6.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu stabbilimenti jew impriżi li jwettqu operati ta’ trattament biex jintroduċu sistemi ċertifikati ta’ tmexxija ambjentali bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermettu parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet fi skema ta’ tmexxija u l-awditjar Komunitarju ta’ l-ambjent (EMAS) ( 18 ).

Artikolu 7

Irkupru

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li prodotturi jew partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom iwaqqfu sistemi jew fuq bażi individwali jew kollettiv, bi qbil mal-leġislazzjoni Komunitarja, biex jipprovdu għall-irkupru ta’ WEEE miġbur separatament bi qbil ma’ l-Artikolu 5. L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-użu mill-ġdid ta’ strumenti sħaħ. Sad-data riferita fil-paragrafu 4, strumenti bħal dawn m’għandhomx jitqiesu għall-kalkolu tal-miri ddikjarati fil-paragrafu 2.

2.  Huma u jqisu l-WEEE mibgħuta għat-trattament bi qbil ma’ l-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sal-31 ta’ Diċembru 2006, il-produtturi jilħqu l-miri li ġejjin:

(a) għal WEEE li jidħlu taħt kategoriji 1 u 10 ta’ l-Anness IA,

 ir-rata ta’ rkupru għandha tiżdied għal minimu ta’ 80 % skond l-użin medju kull strument u

 użu mill-ġdid u riċiklaġġ ta’ komponent, materjal u sustanza għandu jiżdied sa minimu ta’ 75 % skond l-użin medju kull strument;

(b) għal WEEE li jidħlu taħt kategoriji 3 u 4 ta’ l-Anness IA,

 ir-rata ta’ rkupru għandha tiżdied għal minimu ta’ 75 % skond l-użin medju kull strument, u

 użu mill-ġdid u riċiklaġġ ta’ komponent, materjal u sustanza għandu jiżdied sa minimu ta’ 65 % skond l-użin medju kull strument;

(ċ) għal WEEE li jidħlu taħt kategoriji 2, 5, 6, 7 u 9 ta’ l-Anness IA,

 ir-rata ta’ rkupru għandha tiżdied għal minimu ta’ 70 % skond l-użin medju kull strument, u

 użu mill-ġdid u riċiklaġġ ta’ komponent, materjal u sustanza għandu jiżdied sa minimu ta’ 50 % skond l-użin medju kull strument;

(d) għal lampi discharge tal-gass, ir-rata ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ ta’ komponent, materjal u sustanza għandha tilħaq minimu ta’ 80 % skond l-użin tal-lampi.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-għan li jiġu kalkolati dawn il-miri, produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom għandhom iżommu rekordji dwar il-massa ta’ WEEE, il-komponenti, materjali jew sustanzi tagħhom meta jidħlu u joħroġu mill-faċilità tat-trattament u/jew meta jidħlu fil-faċilità ta’ rkupru jew riċiklaġġ.

▼M2

Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli ddettaljati għas-sorveljanza ta’ konformità ta’ l-Istati Membri mal-miri mfassla fil-paragrafu 2, inklużi speċifikazzjonijiet għal materjali. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissumplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

▼B

4.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, huma u jaġixxu skond proposta mill-Kummissjoni, għandhom jistabbilixxu miri ġodda għall-irkupru u l-użu mill-ġdid/riċiklaġġ, inkluż għall-użu mill-ġdid ta’ strumenti sħaħ kif ikun xieraq, u għall-prodotti li jidħlu taħt il-kategorija 8 ta’ l-Anness IA, sal-31 ta’ Diċembru 2008. Dan għandu jsir filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji ambjentali ta’ tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku li qed jintuża, bħalma hija effiċjenza mtejba ta’ riżorsi li tirriżulta minn żviluppi fl-erji ta’ materjali u teknoloġija. Għandu jitqies ukoll il-progress tekniku fl-użu mill-ġdid, l-irkupru u r-riċiklaġġ, ta’ prodotti u materjali, u l-esperjenza ggwadanjata mill-Istati Membri u l-industrija.

5.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ rkupru, riċiklaġġ u trattament ġdid.

Artikolu 8

Finanzjament rigward WEEE minn djar privati

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sat-13 ta’ Awissu 2005, produtturi jipprovdu għall-inqas għall-finanzjament tal-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi/qerda b’mod ambjentali sod ta’ WEEE minn djar privati depożitati f’faċilitajiet ta’ ġbir mwaqqfa skond l-Artikolu 5(2).

2.  Għal prodotti li jinħarġu fis-suq aktar tard mit-13 ta’ Awissu 2005, kull produttur għandu jkun responsabbli għall-finanzjament ta’ l-operati riferiti fil-paragrafu 1 li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskart mill-prodotti tiegħu stess. Il-produttur għandu jagħżel li jwettaq din l-obbligazzjoni jew individwalment jew billi jingħaqad ma’ skema kollettiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur jipprovdi garanzija meta joħroġ prodott fis-suq li turi li t-tmexxija tal-WEEE kollu se tiġi ffinanzjata u li l-produtturi jimmarkaw b’mod ċar il-prodotti tagħhom bi qbil ma’ l-Artikolu 11(2). Din il-garanzija għandha tiżgura li l-operati riferiti fil-paragrafu 1 li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-prodott se jiġu ffinanzjati. Il-garanzija tista’ tieħu l-forma ta’ parteċipazzjoni mill-produttur fi skemi xierqa għall-finanzjament tat-tmexxija ta’ WEEE, assigurazzjoni ta’ riċiklaġġ jew kont tal-bank ibblokkat.

L-ispejjeż ta’ ġbir, trattament u rimi/qerda b’mod ambjentali sod m’għandhomx jintwerew separatament lil xerrejja fil-ħin ta’ bejgħ ta’ prodotti ġodda.

3.  Ir-responsabbiltà għall-finanzjament ta’ l-ispejjeż tat-tmexxija ta’ WEEE minn prodotti maħruġa fis-suq qabel id-data riferita fil-paragrafu 1 (skart storiku) għandha tiġi pprovduta minn sistema waħda jew aktar li għaliha l-produtturi kollha, li jeżistu fis-suq meta jseħħu l-ispejjeż rispettivi, jikkontribbwixxu porporzjonalment, per eżempju bi proporzjoni mas-sehem rispettiv tagħhom fis-suq skond it-tip ta’ tagħmir.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal perjodu transizzjonali ta’ tmien snin (10 snin għal kategorja 1 ta’ l-Anness IA) wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, produtturi jitħallew juru lix-xerrejja, fil-waqt tal-bejgħ ta’ prodotti ġodda, l-ispejjeż ta’ ġbir, trattament u rimi/qerda b’mod ambjentali sod. L-ispejjeż imsemmija m’għandhomx jaqbżu l-ispejjeż attwalment miġrura.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi li jipprovdu tagħmir ta’ l-elettriku jew elettroniku permezz ta’ komunikazzjoni minn distanza jikkonformaw ukoll mal-ħtiġijiet ddikjarati f’dan l-Artikolu għat-tagħmir ipprovdut fl-Istat Membru fejn joqgħod ix-xerrej ta’ dak it-tagħmir.

▼M1

Artikolu 9

Finanzjament fir-rigward ta’ STEE minn utenti għajr djar privati

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, sat-13 ta’ Awwissu 2005, il-finanzjament ta’ l-ispejjeż dwar ġbir, trattament, irkuprar u r-rimi skond ħtiġijiet ambjentali ta’ STEE minn utenti għajr djar privati ta’ prodotti mqiegħda fis-suq wara t-13 ta’ Awwissu 2005 għandu jsir mill-produtturi..

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, sat-13 ta’ Awwissu 2005, dwar STEE minn prodotti mqiegħda fis-suq qabel it-13 ta’ Awwissu 2005 (skart storiku), il-finanzjament għall-ispejjeż ta’ amministrazzjoni ikun kif preskritt fit-tielet u r-raba’ subparagrafi.

Dwar skart storiku mibdul bi prodotti ġodda ekwivalenti jew bi prodotti ġodda bl-istess funzjoni, il-finanzjament ta’ l-ispejjeż għandu jkun ir-responsabbilt_ tal-produtturi ta’ dawk il-prodotti meta jfornuhom. L-Istati Membri jistgħu, alternattivament, jiddisponu li utenti għajr djar privati ikunu wkoll responsabbli, parzjalment jew totalment, għal dan il-finanzjament..

Dwar skart storiku ieħor, il-finanzjament ta’ l-ispejjeż għanu jkun ir-responsabbilt_ ta’ l-utenti għajr djar privati.

2.  Produtturi u utenti għajr djar privati jistgħu, bla ħsara għal din id-Direttiva, jikkonkludu ftehimiet li jistipulaw metodi oħra ta’ finanzjament

▼B

Artikolu 10

Tagħrif għal utenti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li utenti ta’ tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku fi djar privati jingħataw it-tagħrif meħtieġ dwar:

(a) il-ħtieġa li l-WEEE ma jiġix meqrud bħala skart muniċipali mhux magħżul u biex WEEE bħal dan jinġabar separatament;

(b) is-sistemi ta’ ritorn u ġbir disponibbli għalihom;

(ċ) l-irwol tagħhom fil-kontribuzzjoni lejn l-użu mill-ġdid, l-irkupru u r-riċiklaġġ ta’ WEEE;

(d) l-effetti potenzjali fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem bħala riżultat tal-preżenza ta’ sustanzi ta’ riskju f’tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku;

(e) it-tifsira tas-simbolu muri fl-Anness IV.

2.  L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex il-konsumaturi jipparteċipaw fil-ġbur ta’ WEEE u jinkoraġġuhom sabiex jiffaċilitaw il-proċess ta’ użu mill-ġdid, trattament u rkupru.

3.  Bil-ħsieb li tiġi mminimizzata ir-rimi/qerda ta’ WEEE bħala skart muniċipali mhux magħżul u biex jiġi ffaċilitat il-ġbir separat tiegħu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jimmarkaw b’mod xieraq tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku li jinħareġ fis-suq wara t-13 ta’ Awissu bis-simbolu muri fl-Anness IV. F’każijiet eċċezzjonali bħal dawn, fejn dan ikun meħtieġ minħabba fid-daqs jew il-funzjoni tal-prodott, is-simbolu għandu jiġi stampat fuq il-pakkett, bl-istruzzjonijiet għall-użu u fuq il-pleġġ tat-tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku.

4.  L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li xi tagħrif jew it-tagħrif kollu riferiti f’paragrafi 1 u 3 għandu jiġi pprovdut mill-produtturi u/jew id-distributuri, p.e. fl-istruzzjonijiet għall-użu jew fil-punt tal-bejgħ.

Artikolu 11

Tagħrif għal faċilitajiet ta’ trattament

1.  Sabiex jiġi fdaċilitat l-użu mill-ġdid u t-trattament korrett u ambjentalment sod ta’ WEEE, inkluż il-manutezjoni, l-upgrade, it-tagħmir mill-ġdid u r-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li produtturi jipprovdu użu mill-ġdid u tagħrif ta’ trattament għal kull tip ġdid ta’ TEE li jinħareġ fis-suq fi żmien sena wara li t-tagħmir jinħareġ fis-suq. Dan it-tagħrif għandu jidentifika, safejn ikun meħtieġ minn ċentri ta’ użu mill-ġdid, faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ sabiex jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-komponenti u l-materjali tat-TEE differenti, kif ukoll il-lokazzjoni ta’ sustanzi perikolużi u tħejjijiet f’TEE. Għandu jsir disponibbli lil ċentri ta’ użu mill-ġdid, faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ minn produtturi ta’ TEE fil-forma ta’ manwali jew permezz ta’ medja elettronika (p.e. CD-ROM, servizzi online)

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur ta’ xi strument ta’ l-elettriku jew elettroniku li jinħareġ fis-suq wara t-13 ta’ Awissu 2005 huwa identifikabbli b’mod ċar permezz ta’ marka fuq l-istrument. Barra minn hekk, sabiex id-data li fiha l-istrument ikun inħareġ fis-suq tkun tista’ tiġi stabbilita mingħajr dubju, marka fuq l-istrument għandha tispeċifika li dan ta’ l-aħħar inħareġ wara t-13 ta’ Awissu 2005. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi t-tħejjija ta’ livelli stabbiliti Ewropej għal dan il-għan.

Artikolu 12

Tagħrif u rappurtaġġ

1.  L-Istati Membri għandhom ifasslu reġistru ta’ produtturi u jiġbru tagħrif, inklużi estimi sostanzjati, fuq bażi annwali dwar il-kwantitajiet u l-kategoriji ta’ tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku li jinħareġ fis-suq tagħhom, jiġi miġbur permezz tar-rotot kollha, użat mill-ġdid, irriċiklat u rkuprat fl-Istati Membri, u dwar skart miġbur li jiġi esportat, skond l-użin jew, jekk dan ma jkunx possibbli, skond in-numru.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi li jipprovdu tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku permezz ta’ komunikazzjoni minn distanza jipprovdu tagħrif dwar il-konformità mal-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 8(4) u dwar il-kwantitajiet u l-kategoriji ta’ tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku li jinħareġ fis-suq ta’ l-Istat Membru fejn joqgħod ix-xerrej ta’ dak it-tagħmir.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif meħtieġ jiġi trasmess lill-Kummissjoni fuq bażi ta’ sentejn fi żmien 18-il xahar wara l-aħħar tal-perjodu kopert. L-ewwel sett ta’ tagħrif għandu jkopri s-snin 2005 u 2006. It-tagħrif għandu jiġi pprovdut f’format li għandu jiġi stabbilit fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 14(2) bil-ħsieb li jiġu stabbiliti databases dwar WEEE u t-trattament tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal skambju ta’ tagħrif adegwat sabiex jikkonformaw ma’ dan il-paragrafu, partikolarment għal operati ta’ trattament kif riferit fl-Artikolu 6(5).

2.  Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet ta’ paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva f’intervalli ta’ tliet snin. Ir-rapport għandu jitfassal fuq il-bażi ta’ kwestjonarju jew outline abbozzat mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent ( 19 ). Il-kwestjonarju jew outline għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur wara l-bidu tal-perjodu kopert mir-rapport. Ir-rapport għandu jsir disponibbli lill-Kummissjoni fi żmien disa’ xhur mit-tmiem tal-perjodu ta’ tliet snin kopert minnu.

L-ewwel rapport ta’ tliet snin għandu jkopri l-perjodu 2004 sa 2006.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fi żmien disa’ xhur wara li jiġu rċevuti r-rapporti mill-Istati Membri.

▼M2

Artikolu 13

Adattament għal progress xjentifiku u tekniku

Kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa sabiex tadatta l-Artikolu 7(3), l-Anness IB ( b’mod partikolari bil-għan li potenzjalment iżżid id-dwal fid-djar, bozoz tal-filament u prodotti fotovoltajċi, per eżempju, panels solari), l-Anness II, (b'mod partikolari billi tikkunsidra l-iżviluppi ġodda tekniċi għat-trattament tal-WEEE), u l-Annessi III u IV għall-progress xjentifiku u tekniku għandha tiġi adottata. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

Qabel ma jiġu emendati l-Annessi, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta inter alia, il-produtturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, riċiklaturi, operaturi tat-trattament, organizzazzjonijiet ambjentali u għaqdiet ta’ l-impjegati u tal-konsumaturi.

▼B

Artikolu 14

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE.

2.  Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġi kkunsidrat l-Artikolu 8 miġjub fih.

Il-perjodu ta’ żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

▼M2

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonjiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 15

Il-penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali applikabbli għal ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Il-penali pprovduti b’hekk jistgħu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 16

Spezzjoni u monitorjar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li spezzjoni u monitorjar jgħinu li l-implimentazzjoni kif suppost ta’ din id-Direttiva tiġi vverifikata.

Artikolu 17

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membru għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-13 ta’ Awissu 2004. Għandhom immedjatament jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi ta’ liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi kollha li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

3.  L-Istati Membri jistgħu jbiddlu d-disposizzjonijiet ddikjarati fl-Artikoli 6(6), 10(1) u 11 permezz ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi kkonċernati basta illi jinkisbu l-għanijiet dikjarati minn din id-Direttiva. Dawn il-ftehim għandhom jilħqu l-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) ftehim għandhom ikunu infurzabbli;

(b) ftehim għandhom jispeċifikaw għanijiet bit-temmiet taż-żmien korrispondenti;

(ċ) ftehim għandhom jiġu pubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew dokument uffiċjali li huwa aċċessibbli l-istess lill-pubbliku u trasmess lill-Kummissjoni;

(d) ir-riżultati miksuba għandhom jiġu mmonitorjati regolarment, irrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni u jsiru disponibbli lill-pubbliku skond il-kondizzjonijiet iddikjarati fil-ftehim;

(e) l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-progress milħuq skond il-ftehim huwa eżaminat;

(f) fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-ftehim Stati Membri jridu jimplimentaw id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva permezz ta’ miżuri leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi.

4.  

(a) Il-Greċja u l-Irlanda li, minħabba:

 fid-defiċit infrastrutturali ta’ riċiklaġġ totali tagħhom,

 iċ-ċirkostanzi ġijografiċi bħal ma huma n-numru kbir ta’ gżejjer żgħar u l-presenza ta’ erji rurali u muntanjużi totali tagħhom,

 id-densità baxxa ta’ popolazzjoni totali tagħhom, u

 il-livell baxx ta’ konsum ta’ TEE totali tagħhom,

ma jistgħux jilħqu jew il-mira tal-ġbir imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 5(5) jew il-miri ta’ rkupru msemmija fl-Artikolu 7(2) u li, skond it-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE ta’ 26 ta’ April 1999 dwar il-miżbla ta’ l-iskart ( 20 ), jistgħu japplikaw għal estensjoni tat-temma taż-żmien msemmija f’dak l-Artikolu, jistgħu jestendu l-perjodi riferiti fl-Artikoli 5(5) u 7(2) ta’ din id-Direttiva sa 24 xahar.

Dawn l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-Deċiżjonijiet tagħhom l-aktar tard fil-ħin tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.

(b) Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew b’dawn id-deċiżjonijiet.

5.  Fi żmien ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ibbażat fuq l-esperjenza ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva partikolarment rigward sistemi ta’ ġbir separat, trattament, irkupru u finanzjament. Barra minn hekk, ir-rapport għandu jiġi bbażat fuq l-iżvilupp ta’ l-istat ta’ teknoloġija, esperjenza ggwadanjata, ħtiġijiet ambjentali u l-funzjonar tas-suq intern. Ir-rapport għandu, kif ikun xieraq, jiġi akkumpanjat minn proposti għar-reviżjoni tad-disposizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS IA

Kategoriji ta' tagħmir ta' l-elettriku u elettroniku kopert minn din id-Direttiva

1. Strumenti kbar tad-dar

2. Strumenti żgħar tad-dar

3. Tagħmir ta' l-IT u telekomunikazzjonijiet

4. Tagħmir tal-konsumatur

5. Tagħmir li jagħti d-dawl

6. Għodda ta' l-elettriku u elettroniku (bl-eċċezzjoni ta' għodda industrijali fissi fuq skala kbira)

7. Ġugarelli, tagħmir ta' għal waqt il-mistrieħ u ta' l-isport

8. Mezzi mediċi (bl-eċċezzjoni tal-prodotti kollha impjantati u infettati)

9. Strumenti ta' monitorjar u ta' kontroll

10. Apparat ta' distribuzzjoni awtomatiku




ANNESS IB

Lista ta' prodotti li għandhom jigu meqjusa għal-fini ta' din id-Direttiva u li jaqgħu taħt il-kategoriji ta' l-Anness IA

1.   Strumenti kbar tad-dar

Strumenti kbar li jkessħu

Refriġeraturi

Friżers

Strumenti kbar oħra użati għar-refriġerazzjoni,i l-konservazzjoni u l-ħażna ta' ikel

Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ

Magni li jnixxfu l-ħwejjeġ

Magni li jaħslu l-platti

Magni għat-tisjir

Kenuri ta' l-elettriku

Hot plates ta' l-elettriku

Microwaves

Strumenti kbar oħra użati għat-tisjir u proċessar ieħor ta' l-ikel

Strumenti li jsaħħnu ta' l-elettriku

Radiators ta' l-elettriku

Strumenti oħra kbar li jsaħħnu l-kmamar, is-sodod, u għamara fejn wieħed joqgħod bil-qiegħda

Fannijiet ta' l-elettriku

Strumenti għall-arja kondizzjonata

Tagħmir ieħor b'effett ta' fannijiet, ventilazzjoni u kondizzjonar ta' l-exhaust

2.   Strumenti żgħar tad-dar

Vacuum cleaners

Apparat biex jinkinsu t-twapet

Strumenti oħra għat-tindif

Strumenti użati għall-ħjata, xogħol tal-labar, insiġ u proċessar ieħor għat-tessut

Ħdejjed u strumenti oħra għall-mogħdija, illixxar u kura oħra ta' ħwejjeġ

Magni għax-xiwi tal-ħobż

Magni għall-qali

Imtieħen magni tal-kafè u tagħmir biex jinfetħu jew jiġu siġillati kontenituri jew pakketti

Skieken ta' l-elettriku

Strumenti biex jinqata' x-xagħar, għat-tnixxif tax-xagħar, biex jinħaslu s-snien, biex titqaxxar il-leħja, għall-massaġġjar u strumenti oħra għall-kura tal-ġisem

Arloġġi kbar, arloġġi żgħar u tagħmir għall-għan tal-kejl, indikazzjoni jew reġistrazzjoni tal-ħin

Mwiżen

3.   Tagħmir ta' l-IT u telekomunikazzjonijiet

Proċessar ta' fatti magħrufa (data) ċentralizzat

Mainframes

Minikompjuters

Unitajiet tal-printer

Personal computing:

Komputers personali (bis-CPU, screen u l-keyboard inklużi)

Komputers laptop (bis-CPU, screen u l-keyboard inklużi)

Kompjuters notebook

Kompjuters notepad

Printers

Tagħmir ta' magni li jagħmlu l-kopji

Typewriters ta' l-elettriku u elettroniċi

Kalkolaturi tal-but jew ta' l-iskrivanija

u prodotti u tagħmir ieħor għall-ġbir, il-ħażna, il-proċessar, il-preżentazzjoni jew il-komunikazzjoni ta' tagħrif permezz ta' mezzi elettroniċi

User terminals and systems

Facsimile

Telex

Settijiet tat-telefon

Settijiet tat-telefon bil-ħlas

Settijiet tat-telefon mingħajr wajer

Settijiet tat-telefon ċellulari

Sistemi ta' magni li jwieġbu t-telefon

u prodotti jew tagħmir ieħor għat-trasmissjoni tal-ħoss, dehriet u tagħrif ieħor permezz ta' telekomunikazzjonijiet

4.   Tagħmir tal-konsumatur

Settijiet tar-radju

Settijiet tat-televiżjoni

Videocameras

Recorders tal-vidjo

Hi-fi recorders

Amplifikaturi ta' l-awdjo

Strumenti mużikali

u prodotti jew tagħmir ieħor għall-għan tar-rekordjar jew ir-riproduzzjoni tal-ħoss jew dehriet, inklużi sinjali jew teknoloġijiet oħra għajr it-telekomunikazzjonijiet għad-distribuzzjoni tal-ħoss u d-dehra

5.   Tagħmir li jagħti d-dawl

Luminaires għal lampi florexxenti bl-eċċezzjoni ta' luminaires fi djar

Lampi florexxenti dritti

Lampi florexxenti kompatti

Lampi tad-discharge ta' intensità għolja, inklużi lampi tas-sodu bi pressa u lampi alidi tal-metall

Lampi tas-sodju bi pressa baxxa

Tagħmir li jagħti d-dawl jew tagħmir ieħor għall-għan li jinfirex jew jiġi kkontrollat id-dawl bl-eċċezzjoni ta' bozoz tal-filament

6.   Għodda ta' l-elettriku u elettroniku (bl-eċċezzjoni ta' għodda industrijali fissi fuq skala kbira)

Apparat li jħaffer

Serrieq-ijiet

Magni tal-ħjata

Tagħmir għat-tidwir, milling, sanding, tħin, tqattigħ, shearing, tħaffir, toqob, punching, tiwi, tgħawwiġ jew proċessar simili ta' l-injam, il-metall u materjali oħra

Għodda għal riveting, nailing jew screwing jew it-tneħħija ta' rivets, imsiemer, viti jew użu simili

Għodda għall-iwweldjar, l-istanjar jew użu simili

Tagħmir għall-isprejar, il-frix, jew trattament ieħor ta' sustanzi likwidi jew gassużi permezz permezz ta' mezzi oħra

Għodda għall-ħsad jew attivitajiet oħra ta' xogħol fil-ġnien

7.   Ġugarelli, tagħmir ta' għal waqt il-mistrieħ u ta' l-isport

Ferroviji jew settijiet tat-tiġirja tal-karozzi ta' l-elettriku

Game consoles tal-vidjo li jinżammu fl-idejn

Logħob tal-vidjo

Kompjuters għal ġiri bir-rota, l-għadis, ġiri, qdif, eċċ

Tagħmir ta' l-isport b'komponenti ta' l-elettriku jew elettroniċi

Magni fejn iddaħħal il-muniti

8.   Mezzi mediċi (bl-eċċezzjoni tal-prodotti kollha impjantati u infettati)

Tagħmir tar-radjoterapija

Kardjoloġija

Dialysis

Ventilaturi għall-pulmun

Mediċina nukleari

Tagħmir tal-laboratorju għal dijanjosi in-vitro

Apparat li janalizza

Friżrs

Testijiet ta' fertilizzazzjoni

Strumenti oħra għall-kxif, prevenzjoni, monitorjar, trattament, biex jittaffa l-mard, korriment jew disabilità

9.   Strumenti ta' monitorjar u ta' kontroll

Apparat li jindika l-preżenza tad-duħħan

Regolaturi tas-sħana

Thermostats

Strumenti li jkejlu, jiżnu jew jaġġustaw għad-djar jew bħala tagħmir tal-laboratorju

Strumenti oħra ta' monitorjar u ta' kontroll użati fi stallazzjonijiet industrijali (p.e. f'panewwijiet ta' kontroll)

10.   Apparat ta' distribuzzjoni awtomatiku

Apparat ta' distribuzzjoni awtomatiku għal xorb jaħraq

Apparat ta' distribuzzjoni awtomatiku għal fliexken jaħarqu jew kesħin jew għal bottijiet

Apparat ta' distribuzzjoni awtomatiku għal prodotti solidi

Apparat ta' distribuzzjoni awtomatiku għall-flus

Strumenti kollha li awtomatikament jwasslu kull tip ta' prodott




ANNESS II

Trattament selettiv għal materjali u komponenti ta' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku bi qbil ma' l-Artikolu 6(1)

1.

Bħala minimu, is-sustanzi, tħejjijiet u komponenti li ġejjin iridu jintneħħew minn xi WEEE miġbur separatament:

 Bifenilijiet poliklorinati (BPK) li jikkontjenu kapaċituri bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta' Settembru 1996 dwar ir-rimi/qerda ta' bifenilijiet poliklorinati u terfenilijiet poliklorinati (BPK/TPK) ( 21 ),

 komponenti li jikkontjenu l-merkurju, bħal swiċċijiet jew lampi backlighting,

 batteriji,

 bordijiet ta' ċirkwiti stampati ġeneralment ta' telefon-ijiet ċellulari, u ta' mezzi oħra jekk il-wiċċ tal-bord ta' ċirkwir stampat huwa aktar minn 10 ċentimetri kwadri,

  toner cartridges, likwidi u pasty, kif ukoll toner tal-kulur,

 plastik li jikkontjeni brominated flame retardants,

 skart ta' l-asbestos u komponenti li jikkontjenu l-asbestos,

 tubi tal-cathode-ray,

 klorofluworokarboni (KFK), idroklorofluworokarboni (IKFK) jew idrofluworokarboni (IFK), idrofluworokarboni (IFK), idrokarboni (IK),

  discharge lamps tal-gass,

 wirjiet viżwali tal-kristall likwidu (flimkien mal-casing tagħhom fejn ikun xieraq) ta' wiċċ aktar minn 100 ċentrimetru kwadru u dawk mixgħula fuq wara b'discharge lamps tal-gass,

 kejbil-ijiet esterni ta' l-elettriku,

▼M3

 komponenti li fihom fibri taċ-ċeramika refrattivi kif deskritti fil-parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008,

▼B

 komponenti li jikkontjenu sustanzi radjoattivi bl-eċċezzjoni ta' komponenti li huma taħt l-għetiebi ta' eżenzjoni ddikjarati fl-Artikolu 3 ta' u l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tippreskrivi livelli stabbiliti ta' sigurtà bażika għall-protezzjoni tas-saħħa ta' ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jinħolqu minn radjazzjoni ionising ( 22 ),

 kapaċituri ta' electrolyte li jikkontjenu sustanzi ta' interess (tul > 25 mm, dijametru > 25 mm jew volum proporzonalment simili)

Dawn is-sustanzi, tħejjijiet u komponenti għandhom jintremew/jinqerdu jew jiġu rkuprati f'konformità ma' l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE.

2.

Il-komponenti li ġejjin ta' WEEE li huwa miġbur separatament iridu jiġu trattati kif indikat:

 tubi tal-cathode-ray: Irid jinteħħa l-kisi florexxenti,

 tagħmir li jikkontjeni gassijiet li jiżvojtaw is-saff ta' l-ożonu jew għandhom potenzjal li jsaħħnu globalment (PJG) 'l fuq minn 15, bħal dawk li jinstabu f'ragħwa u ċirkwiti ta' refriġerazzjoni: il-gassijiet iridu jiġu estratti u ttrattati kif suppost. Gassijiet li jiżvojtaw is-saff ta' l-ożonu jridu jiġu ttrattati bi qbil mar-Regolment (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar is-sustanzi li jiżvojtaw is-saff ta' l-ożonu ( 23 ).

  discharge lamps tal-gass: Il-merkurju għandu jitneħħa.

3.

Waqt li jitqiesu konsiderazzjonijiet ambjentali u x-xewqa ta' użu mill-ġdid u riċiklaġġ, paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu applikati b'mod li l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ b'mod ambjentali sod ta' komponenti jew strumenti sħaħ mhuwiex imfixkel.

▼M2

4.

Filwaqt li taġixxi skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3), il-Kummissjoni għandha bħala prijorità tevalwa jekk id-daħliet għal bords stampati għal ċirkwiti għat-telefons ċellulari kif ukoll skrins tal-kristalli likwidi għandhomx ikunu emendati.

▼B




ANNESS III

Ħtiġijiet tekniċi bi qbil ma' l-Artikolu 6(3)

1. Siti għall-ħażna (inklu il-ħażna temporanja) ta' WEEE qabel it-trattament tiegħu (mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE):

 uċuħ mhux permeabbli għal erji xierqa bid-disposizzjon ta' faċilitajiet ta' ġbir ta' tixrid u fejn xieraq, fliexken tal-ħġieġ tax-xorb u oġġetti li jnaddfu u jneħħu x-xaħam,

 kopertura kontra l-elementi tat-temp għal erji xierqa.

2. Siti għat-trattament ta' WEEE:

 mwiżen biex jitkejjel il-piż ta' skart trattat,

 uċuħ mhux permeabbli u koperturi li ma jgħaddix l-ilma minnhom għal erji xierqa bid-disposizzjon ta' faċilitajiet ta' ġbir ta' tixrid u fejn xieraq, fliexken tal-ħġieġ tax-xorb u oġġetti li jnaddfu u jneħħu x-xaħam,

 magazzinaġġ xieraq għal spare parts żarmati,

 kontenituri xierqa għall-ħażna ta' batteriji, BPK-ijiet/TBP-ijiet li jikkontjenu kapaċituri u skart perikoluż ieħor bħal skart radjoattiv,

 tagħmir għat-trattament ta' l-ilma f'konformità ma' regolamenti tas-saħħa u ambjentali.




ANNESS IV

Simbolu għall-immarkar ta' tagħmir ta' l-elettriku u elettroniku

Is-simbolu li jindika ġbir separat għal tagħmir ta' l-elettriku u elettroniku jikkonsisti minn landa taż-żibel fuq ir-roti maqtugħa b'salib, bħal ma huwa muri hawn isfel. Is-simbolu jrid jiġi stampat b'mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx.

image



( 1 ) ĠU C 365 E, tad-19.12.2000 pġ. 184 u ĠU C 240 E, tat-28.8.2001, pġ. 298.

( 2 ) ĠU C 116, ta’ l-20.4.2001, pġ. 38.

( 3 ) ĠU C 148, tat-18.5.2001, pġ. 1.

( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Mejju 2001 (ĠU C 34 E tas-7.2.2002, pġ. 115), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Diċembru 2001 (ĠU C 110 E tas-7.5.2002, pġ. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ April 2002 (għandha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2002 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002.

( 5 ) ĠU C 138, tas-17.5.1993, pġ. 5.

( 6 ) ĠU C 76, tal-11.3.1997, pġ. 1.

( 7 ) ĠU C 362, tat-2.12.1996, pġ. 241.

( 8 ) ĠU L 194, tal-25.7.1975, pġ. 47. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/350/KE (ĠU L 135, tas-6.6.1996, pġ. 32).

( 9 ) ĠU L 78, tas-26.3.1991, pġ. 38. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/101/KE (ĠU L 1, tal-5.1.1999, pġ. 1).

( 10 ) ĠU L 118, tas-27.4.2001, pġ. 41.

( 11 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

( 12 ) ĠU L 144, ta’ l-4.6.1997, pġ. 19.

( 13 ) ĠU 196, tas-16.8.1967. pġ. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/59/KE (ĠU L 225, tal-21.8.2001, pġ. 1).

( 14 ) ĠU L 200, tat-30.7.1999, pġ. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/60/KE (ĠU L 226, tat-22.8.2001, pġ. 5).

( 15 ) ĠU L 30, tas-6.2.1993, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 (ĠU L 349, tal-31.12.2001, pġ. 1).

( 16 ) ĠU L 166, ta’ l-1.7.1999, pġ. 6. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2243/2001 (ĠU L 303, ta’ l-20.11.2001, pġ. 11).

( 17 ) ĠU L 185, tas-17.7.1999, pġ. 19. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2243/2001.

( 18 ) ĠU L 114, ta’ l-24.4.2001, pġ. 1.

( 19 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, pġ. 48.

( 20 ) ĠU L 182, tas-16.7.1999, pġ. 1.

( 21 ) ĠU L 243, ta' l-24.9.1996, pġ. 31.

( 22 ) ĠU L 159, tad-29.6.1996, pġ. 1.

( 23 ) ĠU L 244, tad-29.9.2000, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2039/2000 (ĠU L 244, tad-29.9.2000, pġ. 26).

Top